52012PC0584


Titolu u referenza

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju

/* COM/2012/0584 final - 2012/0283 (COD) */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Kuntest, għanijiet u raġunijiet għall-proposta

Id-Direttiva R&TTE, id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom, tistabbilixxi qafas għat-tqegħid fis-suq, il-moviment liberu u t-tqegħid fis-servizz fl-UE ta’ tagħmir tar-radju u t-tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fl-1999 u kienet kruċjali għall-ksib ta’ suq intern f’dan il-qasam.

Id-Direttiva tinkludi rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza, tal-kompatibilità elettromanjetika u għall-evitar tal-interferenza dannuża. Dawn ir-rekwiżiti huma tradotti f’rekwiżiti tekniċi fi standards armonizzati mhux mandatorji, bħal f’leġiżlazzjoni oħra tal-‘Approċċ Ġdid'. L-approċċ regolatorju huwa meqjus li għadu validu, għalhekk mhix meħtieġa reviżjoni fundamentali tad-Direttiva. Madankollu, l-esperjenza bit-tħaddim tad-Direttiva kixfet għadd ta' kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati[1]. L-għanijiet ewlenin tal-abbozz tal-proposta huma:

– Li jiżdied il-livell ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva, u li tiżdied il-fiduċja tal-partijiet interessati kollha fil-qafas regolatorju

– Li d-Direttiva tiġi ċċarata u ssimplifikata, fost l-oħrajn permezz ta’ xi adattamenti limitati tal-kamp tal-applikazzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħha u jiġu eliminati l-piżijiet żejda għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi.

Ir-reviżjoni proposta tippermetti wkoll li d-Direttiva tiġi integrata aħjar ma’ leġiżlazzjoni oħra relatata tal-UE mmexxija mid-DĠConnect, partikolarment id-deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju[2]. It-test propost huwa mibni fuq l-allinjament tad-Direttiva mal-qafas leġiżlattiv ġdid għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti (NLF), mar-Regolament Nru 182/2011 dwar l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 26 (is-Suq Intern) u 114 (l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet) tat-TFUE.

· Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Direttiva R&TTE tarmonizza bis-sħiħ it-tqegħid fis-suq tal-UE tal-prodotti li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tagħha. It-tagħmir biss li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva jista’ jitqiegħed fis-suq, u l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu aktar restrizzjonijiet li jindirizzaw l-istess rekwiżiti fil-livell nazzjonali, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, il-kompatibilità elettromanjetika u l-evitar tal-interferenza dannuża. Għal dawn il-prodott tapplika wkoll leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar l-aspetti ambjentali, partikolarment id-Direttivi dwar ir-RoHs[3], il-WEEE[4] u l-Batteriji[5], kif ukoll miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva tal-Ekodisinn[6].

It-tqegħid fis-servizz u l-użu tat-tagħmir tar-radju huma soġġetti għar-regolamentazzjoni nazzjonali. Huma u jeżerċitaw din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-UE, partikolarment:

– Il-qafas ġenerali għall-politika tal-ispettru stipulata fil-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju[7];

– Il-kriterji ġenerali stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva ta’ Qafas[8]) fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi;

– Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru stipulati fid-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni[9]) fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi;

– Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju[10]) jarmonizzaw il-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu ta’ ċerti meded tal-ispettru fl-UE, u li jorbtu lill-Istati Membri kollha. Eżempji ta’ faxex armonizzati fil-livell tal-UE jinkludu l-meded għall-GSM, l-UMTS u l-apparat b’firxa qasira;

– Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni.

Il-proposta hija konsistenti mal-prinċipji tal-politika tal-Kummissjoni dwar ‘ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti’[11], mal-politika għall-Ewropa 2020, partikolarment ir-reviżjoni regolatorja prevista fil-politika għall-Unjoni tal-Innovazzjoni[12], kif ukoll fil-Programm ta’ Politika tal-Ispettru tar-Radju[13].

L-inizjattiva hija konsistenti mal-pakkett tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid approvat fl-2008, magħmul mir-Regolament 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq u mid-Deċiżjoni 768/2008 li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Id-Deċiżjoni tipprovdi (l-Artikolu 2) li d-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jintużaw meta tiġi abbozzata jew riveduta l-leġiżlazzjoni.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Fl-2007 saret l-ewwel konsultazzjoni pubblika dwar it-tħaddim tad-Direttiva. Il-kwistjonijiet identifikati permezz ta’ din il-konsultazzjoni ġew inklużi fit-Tieni Rapport dwar il-Progress fit-tħaddim tad-Direttiva[14].

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika oħra fl-2010 li ffukat fuq l-impatt ta’ xi wħud mill-miżuri li qed jiġu kkunsidrati. Il-Kummissjoni rċeviet kontribuzzjonijiet minn 122 rispondent, inkluż 50 SME, 36 operatur ekonomiku, awtorità nazzjonali, korp notifikat u korp tal-istandardizzazzjoni oħra[15].

· Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Matul l-2009, sar studju estern dwar l-impatt ta' alternattivi differenti li jindirizzaw il-ħtieġa għat-titjib tat-traċċabilità tal-prodotti u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fid-Direttiva[16].

Kollox ma’ kollox, hemm livell għoli ta' kunsens u appoġġ għall-allinjament tad-Direttiva mal-pakkett tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid u għall-iċċarar u s-simplifikazzjoni tad-Direttiva. L-opinjonijiet huma aktar diviżi fuq l-introduzzjoni possibbli ta’ rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-prodotti qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq u fuq xi miżuri għas-simplifikazzjoni amministrattiva.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Il-bażi legali

L-Artikoli 26 u 114 tat-TFUE.

· Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa sabiex jiġu adattati, iċċarati u ssimplifikati d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern f’dan il-qasam. Il-proposta tarmonizza l-konformità tar-rekwiżiti essenzjali u amministrattivi li tippermetti l-aċċess għas-suq tal-UE, u l-vantaġġi tagħha meta mqabbla ma’ diversi miżuri simili minn Stati Membri li jaġixxu individwalment, huma ċari.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-modifiki proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti. L-obbligi ġodda jew modifikati ma jimponux piżijiet u spejjeż bla bżonn fuq l-industrija, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jew fuq l-amministrazzjonijiet. Meta ġie identifikat li l-modifiki għandhom impatti negattivi, permezz tal-analiżi tagħhom huwa possibbli li jiġi pprovdut l-aktar rispons proporzjonat għall-problemi identifikati. Għadd ta' modifiki jikkonċernaw it-titjib taċ-ċarezza tad-Direttiva eżistenti mingħajr ma jintroduċu rekwiżiti ġodda.

· Għażla tal-istrument

Il-proposta għandha tieħu post id-Direttiva attwali 1999/5/KE b’Direttiva ġdida, li jkollha tiġi trasposta mill-Istati Membri permezz ta’ strumenti legali nazzjonali.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali: il-miżuri jew l-azzjonijiet kollha inklużi fid-Direttiva proposta huma konsistenti u kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u li jmiss (2014-2020) kif propost mill-Kummissjoni.

Il-proposta tinkludi l-possibbiltà li jkun hemm rekwiżit tar-reġistrazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ tagħmir tar-radju qabel jitqiegħdu fis-suq. Jekk din il-possibbiltà tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra bażi tad-dejta. L-istima disponibbli tal-ispejjeż tinkludi investiment ta’ EUR 300000 u spiża annwali ta’ EUR 30000 għall-manutenzjoni.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

· Is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi

Il-proposta għandha l-għan li tiċċara l-applikazzjoni tad-Direttiva u telimina l-piż amministrattiv bla bżonn għan-negozji u l-amministrazzjonijiet billi tiżdied il-flessibilità tal-ispettru u jitħaffu l-proċeduri amministrattivi għall-użu tal-ispettru. Hija parti kemm mill-programm kontinwu tal-Kummissjoni għall-aġġornament u għas-simplifikazzjoni tal-acquis communautaire kif ukoll mill-Programm ta’ Ħidma u Leġiżlattiv tagħha bir-referenza 2009/ENTR/021.

· Reviżjoni

Il-proposta tirrikjedi lill-Kummissjoni li tirrevedi t-tħaddim tad-Direttiva u tirrapporta dwar dan erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u mbagħad kull ħames snin.

· Informazzjoni mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-trasponiment tad-Direttiva u jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tagħha tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u mbagħad kull sentejn.

· Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost huwa ta' relevanza għaż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaliha.

· Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

L-elementi l-aktar sinifikanti tal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva huma dawn li ġejjin:

1.           Allinjament mad-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti:

– l-Artikolu 2 jinkludi d-definizzjonijiet stipulati fil-Kapitlu R1 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE

– l-Artikoli 10-15 jinkludu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi stipulati fil-kapitlu R2 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE

– l-Artikolu 17 u l-Annessi III, IV u V jinkludu tliet moduli għall-valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE

– l-Artikoli 22-38 jinkludu l-obbligi għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità stipulati fil-kapitlu R4 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE

– l-Artikoli 39-43 jinkludu l-proċeduri ssimplifikati ta’ salvagwardja stipulati fil-kapitlu R5 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE

2.           L-Artikolu 2(1) jistipula definizzjoni ġdida ta’ ‘tagħmir tar-radju’ li tiddemarka l-kamp tal-applikazzjoni modifikat tad-Direttiva: din tinkludi biss it-tagħmir kollu li intenzjonalment jittrażmetti sinjali li jużaw l-ispettru tar-radju, kemm għall-iskop tal-komunikazzjoni u kemm jekk le. Ir-rekwiżit essenzjali fl-Artikolu 3(2) ġie adattat korrispondentement u jirreferi biss għas-sinjali trażmessi.

B’konsegwenza ta’ dan, it-titlu l-ġdid propost għad-Direttiva huwa: “Direttiva dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir tar-radju”

3.           L-Artikolu 3(3) jagħmilha possibbli li jkun hemm rekwiżit ta’ interoperabilità għat-tagħmir tar-radju mal-aċċessorji bħaċ-ċarġers

4.           l-Artikolu 3(3)(g) jagħmilha possibbli li jkun hemm rekwiżit biex it-tagħmir tar-radju definit mis-softwer jiżgura li l-kombinazzjonijiet konformi biss tas-softwer u l-ħardwer jiġu flimkien. l-Artikolu 4 jagħmilha possibbli li jiġu adottati miżuri biex jiġi evitat li dan ir-rekwiżit regolatorju joħloq ostakli għall-kompetizzjoni fis-suq għal softwer ta’ partijiet terzi

5.           l-Artikolu 5 jintroduċi l-possibbiltà li jkun hemm rekwiżit għar-reġistrazzjoni f’sistema ċentrali tal-prodotti fil-kategoriji li juru livelli baxxi ta’ konformità, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-konformità pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 47(1).

6.           l-Artikolu 7 jiċċara r-relazzjoni bejn id-Direttiva R&TTE u l-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali dwar l-użu tal-ispettru tar-radju

7.           Is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-obbligi amministrattivi:

– Id-definizzjoni l-ġdida tat-tagħmir tar-radju stipulata fl-Artikolu 2(1) tistabbilixxi demarkazzjoni ċara tal-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/108/KE (id-Direttiva EMC[17])

– Ir-riċevituri puri u t-terminali tal-linja fissa ma jibqgħux jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva, iżda minflok jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/108/KE u f’dak tad-Direttiva 2006/95/KE [18] jew skont il-vultaġġ tagħhom jaqgħu f'dak tad-Direttiva 2004/108/KE u d-Direttiva 2001/95/KE[19]; dan ifisser li se jkun hemm xi tnaqqis tal-obbligi amministrattivi;

– Ir-rekwiżit li jiġi nnotifikat it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir li juża meded tal-frekwenza li mhumiex armonizzati mal-UE kollha (l-Artikolu 6(4) attwali) tneħħa;

– L-obbligu li jitwaħħal identifikatur tal-klassi tat-tagħmir fuq il-prodott (l-Anness VII(5) attwali) tneħħa;

– Ir-rekwiżit li titwaħħal il-marka CE fuq l-istruzzjonijiet tal-użu (l-Anness VII(3) attwali) tneħħa;

– Ir-rekwiżiti li jappoġġaw il-kompetizzjoni fis-suq għat-terminali (l-Artikoli 4(2), 7(3)-(5) attwali) tneħħew mit-test tad-Direttiva. Hemm rekwiżiti simili fis-seħħ skont id-Direttiva 2008/63/KE[20].

8.           L-allinjament mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mar-Regolament Nru 182/2011 dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni:

– Il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ delega huma stipulati fl-Artikoli 44 (il-proċedura tal-Kumitat) u 45 (l-Eżerċizzju tad-delega)

– Is-setgħat ta’ implimentazzjoni huma proposti fl-Artikolu 8(3) (id-determinazzjoni tal-klassijiet tat-tagħmir) u l-Artikolu 10(9) (il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika għall-użu u dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tat-tagħmir tar-radju)

– Is-setgħat delegati huma proposti fl-Artikolu 2(3) (l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness II li jelenka xi tagħmir li jaqgħa jew ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' tagħmir tar-radju), l-Artikolu 3(3) (rekwiżiti essenzjali addizzjonali), l-Artikolu 4(2) (l-għoti tal-informazzjoni dwar il-konformità tat-tagħmir tar-radju definit mis-softwer), u l-Artikolu 5(2) (ir-rekwiżit biex it-tagħmir tar-radju jiġi rreġistrat f'xi kategoriji)

2012/0283 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data[21],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[22],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom[23] ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, għandha tiġi sostitwita fl-interessi tal-ċarezza.

(2)       Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93[24] jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u għall-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)       Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE[25] tistabbilixxi qafas komuni ta' prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet ta' referenza maħsuba biex japplikaw għal-leġiżlazzjoni kollha li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti sabiex tipprovdi bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 1999/5/KE għandha għalhekk tiġi adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)       Ir-rekwiżiti essenzjali fid-Direttiva 1999/5/KE li huma relevanti għat-tagħmir terminali tal-linja fissa, jiġifieri l-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza u l-ħarsien tal-kompatibilità elettromanjetika, huma koperti b’mod adegwat mid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ[26] u 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE[27]. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tagħmir terminali tal-linja fissa.

(5)       Il-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tat-tagħmir terminali huma koperti b’mod adegwat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet[28], partikolarment permezz tal-obbligu għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-pubblikazzjoni tad-dettalji tal-ispeċifikazzjonijiet għall-interfaċċja teknika għall-aċċess għan-netwerk. Għalhekk, m’hemmx bżonn li f’din id-Direttiva jiġu inklużi rekwiżiti li jiffaċilitaw il-kompetizzjoni fis-suq tat-tagħmir terminali kopert bid-Direttiva 2008/63/KE.

(6)       It-tagħmir li intenzjonalment jittrażmetti l-mewġ tar-radju sabiex jaqdi l-iskop tiegħu jagħmel użu sistematiku mill-ispettru tar-radju. Sabiex isir użu effiċjenti mill-ispettru u ma jkunx hemm interferenza dannuża, dan it-tagħmir kollu għandu jaqa fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kemm jekk it-tagħmir ikun jista’ jintuża għall-komunikazzjoni u kemm jekk le.

(7)       L-esperjenza wriet id-diffikultà fid-determinazzjoni ta’ jekk ċerti prodotti jaqgħux fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE. Partikolarment, fir-rigward ta’ prodotti li jirriżultaw mill-progress teknoloġiku u li jippreżentaw id-diffikultajiet għall-kategorizzazzjoni, jinħtieġ li jiġu identifikati l-kategoriji ta’ prodotti li jaqgħu jew le taħt id-definizzjoni ta’ tagħmir tar-radju. Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness II għall-adattament għall-progress tekniku.

(8)       Ir-rekwiżiti essenzjali fil-qasam tas-sikurezza stipulati mid-Direttiva 2006/95/KE huma biżżejjed biex ikopru t-tagħmir tar-radju, u għalhekk għandhom ikunu ir-referenza u jsiru applikabbli permezz ta’ din id-Direttiva. Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni żejda ta’ dispożizzjonijiet, għajr ir-rekwiżiti essenzjali, id-Direttiva 2006/95/KE ma għandhiex tapplika għat-tagħmir tar-radju.

(9)       Ir-rekwiżiti essenzjali fil-qasam tal-kompatibilità elettromanjetika stipulati mid-Direttiva 2004/108/KE huma biżżejjed biex ikopru t-tagħmir tar-radju, u għalhekk għandhom ikunu r-referenza u jsiru applikabbli permezz ta’ din id-Direttiva. Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni żejda ta’ dispożizzjonijiet, għajr ir-rekwiżiti essenzjali, id-Direttiva 2004/108/KE ma għandhiex tapplika għat-tagħmir tar-radju.

(10)     Għandu jiġu żgurat użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, skont l-aktar teknoloġija avvanzata, sabiex ma ssirx interferenza dannuża.

(11)     Għalkemm ir-riċevituri nnfushom ma jikkawżawx interferenza dannuża, il-kapaċitajiet ta’ riċezzjoni huma fattur dejjem aktar importanti biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju permezz ta’ reżiljenza ikbar tar-riċevituri kontra l-interferenza u s-sinjali mhux mixtieqa fuq il-bażi tar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2004/108/KE.

(12)     Il-kapaċitajiet ta’ riċeviment tat-tagħmir ta’ riċezzjoni biss huma soġġetti għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2004/108/KE partikolarment fir-rigward tas-sinjali mhux mixtieqa li jirriżultaw mill-użu effiċjenti ta’ meded tal-frekwenza konġunti jew viċin xulxin, u, għalhekk, ma hemmx bżonn li dan it-tagħmir jiġi inkluż fil-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(13)     F’xi każijiet, jista’ jkun hemm bżonn ta’ interoperabilità permezz tan-netwerks ma’ tagħmir ieħor tar-radju u l-konnessjoni ma’ interfaċċji tat-tip xieraq madwar l-Unjoni. L-interoperabilità bejn it-tagħmir tar-radju u l-aċċessorji bħaċ-ċarġers tista’ tissimplifika l-użu tat-tagħmir tar-radju u tnaqqas il-ħela bla bżonn.

(14)     Il-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza tal-utenti tat-tagħmir tar-radju u l-protezzjoni mill-frodi tista' tiġi msaħħa b'karatteristiċi partikolari tat-tagħmir tar-radju. It-tagħmir tar-radju għandu għalhekk, fil-każijiet xierqa, jiġi ddisinjat b’tali mod li jappoġġa dawk il-karatteristiċi.

(15)     It-tagħmir tar-radju jista’ jkun strumentali fil-provvista tal-aċċess għas-servizzi tal-emerġenza. It-tagħmir tar-radju għandu għalhekk, fil-każijiet xierqa, jiġi ddisinjat b’tali mod li jappoġġa dawk il-karatteristiċi meħtieġa għall-aċċess għal dawk is-servizzi.

(16)     It-tagħmir tar-radju huwa importanti għall-benessri u l-impieg ta' persuni b'diżabilità li jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali u li qiegħed dejjem jikber tal-popolazzjoni tal-Istati Membri. It-tagħmir tar-radju għandu għalhekk, fil-każijiet xierqa, ikun iddisinjat b’tali mod li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jużawh mingħajr modifiki jew b'modifiki minimi biss;

(17)     Il-konformità ta’ xi kategoriji ta’ tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali tista' tiġi affettwata mill-inklużjoni ta' softwer jew mill-modifika tas-softwer eżistenti tiegħu. L-utent, it-tagħmir tar-radju, jew parti terza għandhom ikunu jistgħu jillowdjaw softwer fuq it-tagħmir tar-radju meta dan ma jkunx jikkomprometti l-konformità sussegwenti tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(18)     Jinħtieġ li jsiru provvedimenti għall-possibbiltà li jiġu introdotti rekwiżiti supplimentari li jindirizzaw il-bżonnijiet marbuta mal-interoperabilità, il-privatezza tal-utenti, il-prevenzjoni tal-frodi, l-użu mill-utenti b’diżabilità, l-aċċess għas-servizzi tal-emerġenza jew il-prevenzjoni tal-kombinazzjonijiet mhux konformi tas-softwer u t-tagħmir tar-radju. Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju li jeħtiġilhom jikkonformaw ma' rekwiżiti essenzjali addizzjonali dwar l-interoperabilità, il-privatezza tal-utenti, il-prevenzjoni tal-frodi, l-użu mill-utenti b’diżabilità, l-aċċess għas-servizzi tal-emerġenza jew il-prevenzjoni tal-kombinazzjonijiet mhux konformi tas-softwer u t-tagħmir tar-radju.

(19)     Il-verifika bit-tagħmir tar-radju tal-konformità tal-kombinazzjoni tiegħu mas-softwer ma għandhiex tiġi abbużata sabiex tipprevjeni l-użu tiegħu ma’ softwer ipprovdut minn partijiet indipendenti. Id-disponibbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi, il-manifatturi u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-konformità tal-kombinazzjonijiet intiżi tat-tagħmir tar-radju u s-softwer għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-kompetizzjoni. Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju li għalihom il-manifatturi jeħtiġilhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tal-kombinazzjonijiet intiżi tat-tagħmir tar-radju u s-softwer, l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata u r-regoli dwar id-disponibilità tal-informazzjoni.

(20)     Rekwiżit għar-reġistrazzjoni f'bażi tad-dejta ċentrali it-tagħmir tar-radju li se jitqiegħed fis-suq jista' jżid l-effiċjenza u l-effettività tas-sorveljanza tas-suq u għalhekk jikkontribwixxi għal livell għoli ta' konformità mad-Direttiva. Dan ir-rekwiżit ifisser piż addizzjonali fuq l-operaturi ekonomiċi u għalhekk għandu jiġi introdott biss għal dawk il-kategoriji tat-tagħmir tar-radju fejn għadu ma ntlaħaqx livell għoli ta’ konformità. Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kategoriji relevanti tat-tagħmir tar-radju li jrid jiġi reġistrat f’bażi tad-dejta ċentrali abbażi tal-informazzjoni dwar l-konformità mogħtija mill-Istati Membri u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata, ir-regoli applikabbli għar-reġistrazzjoni u t-twaħħil tan-numru tar-reġistrazzjoni.

(21)     It-tagħmir tar-radju li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali relevanti għandu jitħalla jiċċirkola liberament. Dan it-tagħmir għandu jitħalla jitqiegħed fis-servizz u jintuża għall-iskop intiż tiegħu, fejn applikabbli skont ir-regoli dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju u l-għoti tas-servizz ikkonċernat.

(22)     Sabiex ma jkunx hemm ostakli bla bżonn għall-kummerċ fit-tagħmir tar-radju fis-Suq Intern tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi[29] lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-proġetti tagħhom fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, bħall-interfaċċji tar-radju, iżda mhux meta dawn jippermettu lill-Istati Membri li jikkonformaw ma’ atti vinkolanti tal-Unjoni bħal miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea[30].

(23)     L-għoti tal-informazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-interfaċċji rregolati tar-radju u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom inaqqas l-ostakli għall-aċċess għat-tagħmir tar-radju tas-suq intern. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tistabbilixxi l-ekwivalenza ta’ dawk l-interfaċċji rregolati tar-radju u tagħmel disponibbli tali informazzjoni fl-għamla ta’ klassijiet tat-tagħmir tar-radju.

(24)     Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità[31], l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Frekwenza ERO stabbilita mill-Uffiċċju Ewropew tar-Radjokomunikazzjonijiet (ERO) sabiex tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni komparabbli dwar l-użu tal-ispettru f’kull Stat Membru. Il-manifatturi jistgħu jfittxu fl-EFIS informazzjoni dwar il-frekwenza għall-Istati Membri kollha qabel it-tqegħid fis-suq tat-tagħmir tar-radju u għalhekk jevalwaw jekk u f'liema kundizzjonijiet jista’ jintuża dan it-tagħmir tar-radju f’kull Stat Membru. Għalhekk, f’din id-Direttiva ma hemmx il-ħtieġa li jiġu inklużi dispożizzjonijiet addizzjonali, bħan-notifika minn qabel, li jippermettu li l-manifatturi jiġu infurmati bil-kundizzjonijiet tal-użu tat-tagħmir tar-rajdu li juża meded tal-frekwenza mhux armonizzati.

(25)     Għall-iskop tal-promozzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka u d-dimostrazzjoni għandu jkun possibbli, fil-kuntest tal-fieri kummerċjali, il-wirjiet u l-avvenimenti simili, li jiġi eżibit tagħmir tar-radju li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva u li ma jistax jitqiegħed fis-suq, bil-kundizzjoni li l-eżibituri jagħtu biżżejjed informazzjoni lill-pubbliku li jżurhom.

(26)     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, tal-kompatibilità elettromanjetika, użu effiċjenti tal-ispettru sabiex ma jkunx hemm interferenza dannuża, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(27)     L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adegwati biex jassiguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur fil-proċess ta' provvista u distribuzzjoni.

(28)     Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(29)     Il-manifattur għandu jagħti biżżejjed informazzjoni dwar l-użu intiż tat-tagħmir sabiex ikun jista’ jsir użu minnu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali. Jista’ jinħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi deskrizzjoni tal-aċċessorji bħall-antenni, il-komponenti bħal softwer u l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċess tal-installazzjoni tat-tagħmir.

(30)     Instab li r-rekwiżit fid-Direttiva 1999/5/KE li tiġi inkluża dikjarazzjoni tal-UE dwar il-konformità mat-tagħmir jissimplifika u jżid l-informazzjoni u l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq. Il-possibilità li tingħata dikjarazzjoni tal-UE ssimplifikata dwar il-konformità wasslet biex jitnaqqas il-piż marbut ma’ dan ir-rekwiżit mingħajr ma tnaqqset l-effettività tagħha u għandha tiġi pprovduta f’din id-Direttiva.

(31)     Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni adegwati fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq prodotti li ma jikkonformawx ma' dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tal-prodott magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza.

(32)     Id-distributur joffri tagħmir tar-radju fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bir-reqqa dovuta sabiex jassigura li t-trattament tat-tagħmir tar-radju min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tat-tagħmir.

(33)     Meta jqiegħed tagħmir tar-radju fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq it-tagħmir tar-radju ismu u l-indirizz fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tat-tagħmir ma jippermettux li dan isir. Dan jinkludi każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq it-tagħmir tar-radju.

(34)     Kull operatur ekonomiku li jqiegħed tagħmir tar-radju f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika tagħmir tar-radju b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi ta' manifattur.

(35)     Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandu jkollhom x’jaqsmu fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu lesti jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar it-tagħmir tar-radju kkonċernat.

(36)     Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tat-tagħmir tar-radju fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effiċjenti ta' traċċabbiltà tħaffef il-ħidma tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq tagħmir tar-radju mhux konformi.

(37)     Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jinħtieġ li jsiru provvedimenti għall-preżunzjoni tal-konformità għat-tagħmir tar-radju li jkun konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [../..][dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea][32] għall-iskop tal-espressjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti.

(38)     Ir-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea] jipprevedi proċedura għall-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(39)     Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li t-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali, huwa neċessarju li jiġu previsti proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta' riskju involut u l-livell ta' sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli

(40)     Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra tal-armonizzazjoni tal-Unjoni.

(41)     Il-marka CE, li tindika l-konformità ta' prodott, hija r-riżultat viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Hemm stabbiliti prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(42)     Ir-rekwiżit li titwaħħal il-marka CE fuq il-prodotti huwa importanti għall-informazzjoni tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet pubbliċi. Il-possibilità fid-Direttiva 1999/5/KE biex titwaħħal marka CE iċken fuq tagħmir żgħir, bil-kundizzjoni li din tibqa’ viżibbli u leġibbli, ippermettiet li l-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżiti tiġi ssimplifikata mingħajr ma tnaqqset l-effettività tagħha u għalhekk għandha tiġi inkluża f’din id-Direttiva.

(43)     Ir-rekwiżit f’din id-Direttiva 1999/5/KE li titwaħħal il-marka CE fuq l-imballaġġ tat-tagħmir instab li jissimplifika l-kompitu tas-sorveljanza tas-suq u għalhekk għandu jiġi inkluż f'din id-Direttiva.

(44)     Il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f'din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(45)     L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 1999/5/KE li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni, mhumiex biżżejjed biex jassiguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u f’kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta' valutazzjoni tal-konformità.

(46)     Biex jassiguraw livell konsistenti ta' kwalità fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità huwa neċessarju wkoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet tan-notifika u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ ta' korpi notifikati.

(47)     Jekk xi korp ta' valutazzjoni juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards tal-armonizzazzjoni, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva.

(48)     Is-sistema stabbilita f'din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta' akkreditament prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta' verifika tal-kompetenza tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għall-finijiet tan-notifika.

(49)     L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta' konformità, għandu jitqies mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut biex tintwera l-kompetenza teknika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex iwettqu l-valutazzjoni huma stess. F'każ bħal dan, sabiex ikun żgurat il-livell adegwat ta' kredibbiltà tal-valutazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn, dawn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità valutati mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(50)     Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b'sottokuntratt parti mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta' protezzjoni meħtieġ biex it-tagħmir tar-radju jitqiegħed fis-suq Komunitarju, huwa essenzjali li għall-valutazzjoni tal-konformità, is-sottokuntratturi u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati relattivament għat-twettiq ta' kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-operat ta' korpi li għandhom jiġu notifikati u l-monitoraġġ ta' korpi diġà notifikati jkopru wkoll il-kompiti mwettqa minn sottokuntratturi u sussidjarji.

(51)     Jeħtieġ li jiżdiedu l-effikaċja u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u, b'mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista' ssir notifika onlajn.

(52)     Billi korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(53)     Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma jirriżulta xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun assigurat trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, għandha tkun assigurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. Dak jista' jsir l-aħjar permezz ta' koordinazzzjoni u kooperazzjoni f'waqthom bejn il-korpi notifkati.

(54)     Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008/KE japplikaw għat-tagħmir tar-radju.

(55)     Id-Direttiva 1999/5/KE diġà tipprovdi għal proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħudin minn Stat Membru. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja eżistenti, bl-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintuża l-għarfien espert li jista' jinkiseb fl-Istati Membri.

(56)     Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' tagħmir tar-radju li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku koperti mir-rekwiżiti essenzjali f’din id-Direttiva. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta' dak it-tagħmir.

(57)     Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta' miżura meħuda minn Stat Membru, ma għandux jinħtieġ involviment ulterjuri tal-Kummissjoni, ħlief fejn in-nuqqas ta' konformità jkun jista' jiġi attribwit lin-nuqqasijiet ta' standard armonizzat.

(58)     Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni[33].

(59)     Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha tal-atti delegati, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(60)     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(61)     Jeħtieġ li jsir provvediment għall-arranġamenti tranżizzjonali li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tħaddim ta' tagħmir tar-radju li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 1999/5/KE.

(62)     Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura li t-tagħmir tar-radju fis-suq jissodisfa r-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħa u sikurezza, tal-kompatibilità elettromanjetika u l-użu effiċjenti tal-ispettru sabiex ma jkunx hemm interferenza dannuża, filwaqt li tiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(63)     Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ trasponiment tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' trasponiment nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis ġustifikata t-trażmissjoni ta' tali dokumenti.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.           Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas regolatorju għat-tagħmir tar-radju biex ikun jista’ jitqiegħed fis-suq u jintuża fl-Unjoni.

2.           Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għat-tagħmir elenkat fl-Anness I.

3.           Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal tagħmir tar-radju esklussivament użat f'attivitajiet li jikkonċernaw is-siġurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà tal-Istat, inkluż il-ġid ekonomiku tal-Istat fil-każ ta' attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet ta' sigurtà tal-Istat, u l-attivitajiet tal-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali.

4.           It-tagħmir tar-radju li jaqa’ fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandux ikun soġġett għad-Direttiva 2006/95/KE, ħlief kif stipulat fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.           Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘tagħmir tar-radju’ tfisser prodott li intenzjonalment jipproduċi l-mewġ tar-radju sabiex jaqdi l-iskop tiegħu, jew prodott li jkun jonqsu aċċessorju, bħal antenna, sabiex jipproduċi l-mewġ tar-radju sabiex jaqdi l-iskop tiegħu;

(2) ‘mewġ tar-radju’ tfisser mewġ elettromanjetiku ta' frekwenzi minn 9 kHz sa 3000 GHz, propagat fl-ispazju mingħajr gwida artifiċjali;

(3) ‘interfaċċja’ tfisser interfaċċja tal-arja li tispeċifika l-passaġġ tar-radju bejn tagħmir tar-radju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom;

(4) ‘klassi tat-tagħmir tar-radju’ tfisser klassi li tidentifika kategoriji partikolari ta' tagħmir tar-rajdu li skont din id-Direttiva huma meqjusa simili u dawk l-interfaċċji li għalihom it-tagħmir ikun disinjat.

(5) ‘interferenza dannuża’ tfisser interferenza dannuża kif definita fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[34];

(6) ‘tagħmel disponibbli fis-suq’ tfisser kull provvista ta' tagħmir tar-radju għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni Ewropea tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(7) "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li tagħmir tar-radju jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni Ewropea;

(8) ‘manifattur’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura t-tagħmir tar-radju, jew li għandha t-tagħmir tar-radju ddisinjat jew immanifatturat, u li tqegħid fis-suq dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

(9) ‘rappreżentant awtorizzat’ ifisser kull persuna naturali jew legali stabbilit ġewwa l-Unjoni Ewropea li jkun irċieva mandat bil-miktub minn manifattur sabiex jaġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati;

(10) ‘importatur’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni Ewropea, li tqiegħed tagħmir tar-radju minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni Ewropea;

(11) ‘distributur’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq;

(12) ‘operaturi ekonomiċi’ tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(13) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati mit-tagħmir tar-radju;

(14) ‘standard armonizzat’ tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)c tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea][35];;

(15) ‘akkreditament’ tfisser akkreditament kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16) ‘korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni’ tfisser korp tal-akkreditazzjoni kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(17) ‘valutazzjoni tal-konformità’ tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti essenzjali relatati mal-tagħmir tar-radju;

(18) ‘korp tal-valutazzjoni tal-konformità’ tfisser korp li jwettaq attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(19) ‘teħid lura’ tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura tagħmir tar-radju li jkun diġà sar disponibbli għall-utent;

(20) ‘irtirar’ tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li tagħmir tar-radju fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(21) ‘marka CE’ tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li t-tagħmir tar-radju huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(22) ‘leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni’ tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti.

2.           Għall-iskopijiet tal-punt 1 tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-prodotti elenkati fil-punt 1 tal-Anness II għandhom jitqiesu li huma tagħmir tar-radju, u l-prodotti elenkati fil-punt 2 tal-Anness II ma għandhomx jitqiesu li huma tagħmir tar-radju.

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45 li jimmodifikaw l-Anness II biex jadattawh għall-progress tekniku.

Artikolu 3

Rekwiżiti essenzjali

1.           It-tagħmir tar-radju għandu jinbena b'tali mod li jiżgura:

(a) il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utent u ta' kull persuna oħra, inklużi l-għanijiet dwar il-ħtiġijiet ta' sigurtà li jinsabu fid-Direttiva 2006/95/KE, iżda mingħajr l-applikazzjoni ta' limitu ta' vultaġġ;

(b) il-protezzjoni tal-kompatibilità elettromanjetika kif stipulata fid-Direttiva 2004/108/KE, inkluż, partikolarment, il-livelli ta’ immunità li jwasslu għat-titjib fl-użu effiċjenti ta’ meded tal-frekwenza konġunti jew ħdejn xulxin

2.           It-tagħmir tar-radju għandu jkun mibni b'tali mod li s-sinjali trażmessi tiegħu jużaw effettivament l-ispettru allokat għall-komunikazzjoni bir-radju terrestri/spazjali u r-riżorsi orbitali biex tiġi evitata interferenza dannuża. Huwa biss it-tagħmir tar-radju li jista’ jitħaddem f’mill-inqas Stat Membru wieħed mingħajr ma jikser ir-rekwiżiti applikabbli dwar l-użu tal-ispettru, li jista’ jikkonforma ma' dan ir-rekwiżit.

3.           It-tagħmir tar-radju għandu jinbena b'tali mod li jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a) it-tagħmir tar-radju jkun kompatibbli mal-aċċessorji, u/jew ikun kompatibbli permezz tan-netwerks ma’ tagħmir tar-radju ieħor, u/jew ikun jista' jitqabbad mal-interfaċċji tat-tip it-tajjeb fl-Unjoni kollha;

(b) it-tagħmir tar-radju ma jagħmilx ħsara lin-netwerk jew lit-tħaddim tiegħu u lanqas ma juża ħażin ir-riżorsi tan-netwerk b'mod li jikkawża degradazzjoni mhux aċċettabbli għas-servizz;

(c) it-tagħmir tar-radju jinkorpora salvagwardji biex jiżguraw li d-dejta personali u l-privatezza tal-utent u tal-abbonat ikunu protetti;

(d) it-tagħmir tar-radju isostni ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-evitar ta’ frodi;

(e) it-tagħmir tar-radju jappoġġa ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza;

(f) it-tagħmir tar-radju jappoġġa ċerti fatturi biex jiffaċilitaw l-użu tagħhom minn utenti b’diżabilità.

(g) it-tagħmir tar-radju jappoġġa ċerti karatteristiċi sabiex jiżgura li s-softwer ikun jista’ jiġi llowdjat biss fit-tagħmir tar-radju fejn il-konformità tal-kombinazzjoni tas-softwer u tat-tagħmir tar-radju tkun intweriet.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45 li jispeċifikaw liema kategoriji jew klassijiet tat-tagħmir tar-radju jkunu kkonċernati minn kull wieħed mir-rekwiżiti (a) sa (g) fl-ewwel sottoparagrafu.

Artikolu 4

Għoti ta’ informazzjoni dwar il-konformità tal-kombinazzjonijiet ta’ softwer u tagħmir tar-radju

1.           Il-manifatturi tat-tagħmir tar-radju u tas-softwer li jippermetti lit-tagħmir tar-radju li jintuża kif intiż, għandhom jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-konformità tal-kombinazzjonijiet intiżi tat-tagħmir tar-radju u tas-softwer bir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 3.

2.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45 li jispeċifikaw liema kategoriji jew klassijiet ta’ tagħmir tar-radju jkunu kkonċernati mir-rekwiżit fil-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa u r-regoli operazzjonali biex tingħata l-informazzjoni dwar il-konformità.

Artikolu 5

Ir-reġistrazzjoni tat-tagħmir tar-radju f’xi kategoriji

1.           Minn [data – erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-manifatturi għandhom jirreġistraw it-tipi tat-tagħmir tar-radju f'kategoriji ta' tagħmir affettwati minn livell baxx ta' konformità bir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 3 f’sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 qabel ma dan it-tagħmir tar-radju f’dawk il-kategoriji ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni għandha talloka numru tar-reġistrazzjoni lil kull tip irreġistrat, u li l-manifatturi għandhom iwaħħlu fuq it-tagħmir tar-radju mqiegħed fis-suq.

2.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45 li jispeċifikaw liema kategoriji ta' tagħmir tar-radju huma kkonċernati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1, filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni dwar il-konformità tat-tagħmir mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 47(1), l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata, ir-regoli operazzjonali għar-reġistrazzjoni u r-regoli operazzjonali għat-twaħħil tan-numru tar-reġistrazzjoni fuq it-tagħmir tar-radju.

3.           Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli sistema ċentrali li tippermetti lill-manifatturi jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 6

It-tqegħid fis-suq

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju jsir disponibbli fis-suq biss jekk jikkonforma ma’ din id-Direttiva meta jiġi installat u miżmum kif xieraq u jintuża biss għall-iskop intiż tiegħu.

Artikolu 7

Tqegħid fis-servizz u użu

L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-servizz u l-użu tat-tagħmir tar-radju għall-iskop intiż tiegħu meta jkun konformi ma’ din id-Direttiva. Bla ħsara għall-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, u għall-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-frekwenzi f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, partikolarment skont l-Artikoli 9(3) u 9(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu biss rekwiżiti addizzjonali għat-tqegħid fis-servizzi u/jew l-użu tat-tagħmir tar-radju għal raġunijiet marbuta mal-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, l-evitar tal-interferenza dannuża jew kwistjonijiet marbuta mas-saħħa pubblika.

Artikolu 8

Notifika tal-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċja u l-klassijiet tat-tagħmir tar-radju

1.           L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw skont il-proċedura stipulata fid-Direttiva 98/34/KE l-interfaċċji li beħsiebhom jirregolaw.

2.           Fil-valutazzjoni tal-korrispondenza bejn it-tagħmir tar-radju u l-interfaċċji rregolati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ekwivalenza mal-interfaċċji tar-radju nnotifikati mill-Istati Membri l-oħra.

3.           Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ekwivalenza bejn l-interfaċċji nnotifikati u tassenja klassi tat-tagħmir tar-radju, li d-dettalji tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 9

Moviment liberu ta' tagħmir tar-radju

1.           L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu, minħabba raġunijiet marbuta ma’ dawk l-aspetti koperti minn din id-Direttiva, it-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom tat-tagħmir tar-radju konformi ma’ din id-Direttiva.

2.           F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, wirjiet, u avvenimenti simili, l-Istati Membri m'għandhomx joħolqu ostakoli għall-wiri ta' tagħmir tar-radju li ma jkunx jikkonforma ma' din id-Direttiva, basta sinjal li jidher ikun jindika ċar li dak it-tagħmir tar-radju ma' jistax jitqiegħed fis-suq jew jintuża sakemm ikun ġie jikkonforma.

KAPITOLU II

L-OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 10

Obbligi tal-manifatturi

1.           Il-manifatturi, meta jqiegħdu t-tagħmir tar-radju tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dan ikun ġie iddisinjat u mmanifatturat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.           Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 21 u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f'isimhom.

Fejn tkun intweriet il-konformità ta' tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti applikabbli permezz ta' dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.

3.           Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju ikun tqiegħed fis-suq.

4.           Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tat-tagħmir tar-radju u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b'referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità tal-apparat.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn tagħmir tar-radju, il-manifatturi għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta’ tagħmir tar-radju mhux konformi u ta' teħid lura tat-tagħmir tar-radju u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.

5.           Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju tagħhom ikollu t-tip, il-partita jew in-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikun jista' jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew natura tiegħu ma tippermettihx, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju.

6.           Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar it-tagħmir tar-radju jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju. L-indirizz għandu jindika punt wieħed fejn jista' jiġi kuntattjat il-manifattur.

7.           Il-manifatturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir tar-radju ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat. L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-użu tat-tagħmir tar-radju skont l-użu intiż tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u/jew il-komponenti, inkluż is-softwer, li jippermettu lit-tagħmir tar-radju jopera kif intiż.

Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja:

il-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju;

il-potenza tal-frekwenza tar-radju trażmessa fil-medda/meded tal-frekwenza li jaħdem fihom it-tagħmir tar-radju.

8.           Ma’ kull biċċa tagħmir tar-radju għandu jkun hemm kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE sħiħa. Dan ir-rekwiżit jista’ jiġi ssodisfat ukoll bl-għoti ta’ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ssimplifikata. Meta tingħata biss dikjarazzjoni tal-UE ssimplifikata, din għandha tkun segwita immedjatament mill-indirizz jew l-email eżatt fejn tkun tista’ tinkiseb id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE sħiħa.

9.           L-informazzjoni disponibbli fuq l-imballaġġ għandha tippermetti li jiġu identifikati l-Istati Membri jew iż-żona ġeografika fi Stat Membru fejn jista’ jitqiegħed fis-servizz it-tagħmir tar-radju, u għandha tallerta lill-utent dwar ir-restrizjzonijiet potenzjali jew ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għall-użu f’ċerti Stati Membri. Din l-informazzjoni għandha tiġi kompluta fl-istruzzjonijiet li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw kif tiġi ppreżentata din l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 44(2).

10.         Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir tar-radju li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak it-tagħmir tar-radju jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir tar-radju disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

11.         Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha mingħajr dewmien bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tat-tagħmir tar-radju, b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mit-tagħmir tar-radju li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 11

Rappreżentanti awtorizzati

1.           Il-manifatturi jistgħu, b'mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.           Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat li jagħmel mill-inqas dan li ġej:

(h) iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għal 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun tqiegħed fis-suq.

(i) wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità tat-t-tagħmir tar-radju;

(j) jikkopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn tagħmir tar-radju kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 12

Obbligi tal-importaturi

1.           L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dak it-tagħmir tar-radju li jkun konformi.

2.           Qabel ma jqiegħdu tagħmir tar-radju fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li t-tagħmir tar-radju jkollu l-marka CE u li jkun akkumpanjat mill-informazzjoni għall-utenti u għall-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 10(7), (8) u (9), u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li t-tagħmir tar-radju ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed it-tagħmir tar-radju fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.           L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar it-tagħmir tar-radju jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir tar-radju. Dan jinkludi każijiet fejn id-daqs tat-tagħmir tar-radju ma jippermettihiex, jew fejn l-importaturi jkollhom jiftħu l-imballaġġ sabiex jindikaw isimhom u l-indirizz tagħhom fuq it-tagħmir tar-radju.

4.           L-importaturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir tar-radju ikun ikkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.           L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li t-tagħmir tar-radju ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3.

6.           Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati mit-tagħmir tar-radju, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir tar-radju magħmul disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, tat-tagħmir tar-radju mhux konformi u ta' teħid lura tat-tagħmir tar-radju, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ.

7.           L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak t-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir tar-radju disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda.

8.           L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ għaxar snin wara li t-tagħmir tar-radju ikun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.           L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkoperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mit-tagħmir tar-radju li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 13

Obbligi tad-distributuri

1.           Meta jagħmlu it-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b'rabta mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.           Qabel ma jagħmlu t-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir tar-radju jkollu l-marka CE meħtieġa, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa kif ukoll minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza f’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti oħra fl-Istat Membru li fih it-tagħmir tar-radju se jkun disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu osservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(5) sa (9) u l-Artikolu 12(3).

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li t-tagħmir tar-radju ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3, dan ma għandux jagħmel it-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.           Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li it-tagħmir tar-radju ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

4.           Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li it-tagħmir tar-radju li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex it-tagħmir tar-radju jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir tar-radju jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir tar-radju disponibbli b’dan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda.

5.           Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha mingħajr dewmien bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tat-tagħmir tar-radju. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mit-tagħmir tar-radju li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 14

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 10, meta jkun qiegħed it-tagħmir tar-radju fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika t-it-tagħmir tar-radju li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 15

Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a) kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom bit-tagħmir tar-radju;

(b) kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew it-tagħmir tar-radju.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bit-tagħmir tar-radju u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew it-tagħmir tar-radju.

KAPITOLU III

KONFORMITÀ TAT-TAGĦMIR TAR-RADJU

Artikolu 16

Presunzjoni ta' konformità u standards armonizzati

1.           Tagħmir tar-radju li jkun f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun preżunt li hu f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 3 .

2.           Fejn standard armonizzat jissodisfa r-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 27, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Proċeduri ta' stima tal-konformità

1.           Il-manifatturi jistgħu juru l-konformità tat-tagħmir tar-radju bir-rekwiżiti essenzjali identifikati fl-Artikoli 3(1)(a) u (b) permezz ta’ kwalunwke waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a) proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni stabbilita fl-Anness III;

(b) eżami tat-tip tal-UE segwit mill-proċedura tal-konformità tat-tip stipulata fl-Anness IV;

(c) il-proċedura sħiħa tal-assigurazzjoni tal-kwalità stipulata fl-Anness V.

2.           Meta l-manifattur, fil-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali identifikati fl-Artikoli 3(2) u (3), ikun applika standards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa jista’ juża kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni stabbilita fl-Anness III;

(b) eżami tat-tip tal-UE segwit mill-proċedura tal-konformità tat-tip stipulata fl-Anness IV;

(c) il-proċedura sħiħa tal-assigurazzjoni tal-kwalità stipulata fl-Anness V.

3.           Meta huwa u jevalwa l-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali identifikati fl-Artikoli 3(2) u (3), il-manifattur ma jkunx applika jew ikun applika biss parzjalment standards armonizzati li n-numru ta' referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew meta ma jkunx hemm standards armonizzati, it-tagħmir tar-radju għandu jiġi sottomess, fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti essenzjali, għall-proċedura stipulata f'waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(a) eżami tat-tip tal-UE segwit mill-proċedura tal-konformità tat-tip stipulata fl-Anness IV;

(b) il-proċedura sħiħa tal-assigurazzjoni tal-kwalità stipulata fl-Anness V.

Artikolu 18

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.           Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ġew issodisfati.

2.           Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli t-tagħmir tar-radju.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità ssimplifikata tal-UE msemmija fl-Artikolu 10(8) għandu jkun fiha l-elementi stipulati fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli t-tagħmir tar-radju. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE sħiħa aċċessibbli mill-internet jew mill-indirizz tal-email għandha tkun disponibbli f’lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew isir disponibbli t-tagħmir tar-radju.

3.           Fejn it-tagħmir tar-radju jkun suġġett għal aktar minn liġi waħda tal-Unjoni li teżiġi d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità waħda tal-UE fir-rigward ta' tali atti tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

4.           Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tat-tagħmir tar-radju.

Artikolu 19

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

1.           Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.           Minħabba n-natura tat-tagħmir tar-radju, l-għoli tal-marka CE mwaħħla mat-tagħmir tar-radju għandha tkun inqas minn 5 mm, bil-kundizzjoni li tibqa’ viżibbli u leġibbli.

Artikolu 20

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.           Il-marka CE għandha titwaħħal mat-tagħmir tar-radju jew mal-pjanċa tad-dejta tiegħu b’mod viżibbli, leġibbli u b’tali mod li ma tkunx tista' titħassar, sakemm dan ikun possibbli u ġustifikat minħabba n-natura tat-tagħmir tar-radju. Il-marka CE għandha titwaħħal ukoll mal-imballaġġ b’mod viżibbli u leġibbli.

2.           Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma t-tagħmir tar-radju jitqiegħed fis-suq.

3.           Il-marka CE għandu jkollha warajha n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat meta tiġi applikata l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness V.

In-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jkollu l-istess għoli bħall-marka CE.

Għandu jitwaħħal mil-korp innifsu jew, b’istruzzjonijiet tagħha, mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Artikolu 21

Dokumentazzjoni teknika

1.           Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha d-dejta jew id-dettalji relevanti kollha tal-mezzi użati mill-manifattur biex jiżgura li t-tagħmir tar-radju jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3. Din għandha mill-inqas tinkludi d-dokumenti elenkati fl-Anness VI.

2.           Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal qabel ma t-tagħmir tar-radju jitqiegħed fis-suq u għandha tiġi aġġornata kontinwament.

3.           Id-dokumentazzjoni teknika u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri tal-eżami tat-tip tal-UE għandhom jitfasslu f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f'lingwa aċċettabbli għall-korp.

4.           Id-dokumentazzjoni teknika mfassla skont l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard nazzjonali li jimplimenta l-istandard armonizzat u/jew l-ispeċifikazzjoni teknika relevanti għandha tiġi preżunta li tipprovdi bażi adegwata għall-valutazzjoni tal-konformità.

5.           Wara rikjesta motivata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, il-manifattur għandu jipprovdi traduzzjoni tal-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika fil-lingwa ta’ dak l-Istat Membru.

Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika mingħand manifattur, din għandha tintbagħat mingħajr dewmien. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob traduzzjoni tad-dokumentazzjoni teknika jew ta’ partijiet minnha mingħand manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza għall-għoti ta’ din it-traduzzjoni, li għandha tkun ta’ 30 jum sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.

6.           Meta d-dokumentazzjoni teknika ma tikkonformax mal-paragrafi 1, 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’hekk ma tippreżentax biżżejjed dejta relevanti jew mezzi użati biex tiġi żgurata l-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titlob lill-manifattur biex isir test minn korp aċċetabbli għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bi spejjeż tal-manifattur fi żmien speċifikat sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 3.

KAPITOLU IV

NOTIFIKA TAL-KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 22

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni tal-konformità taħt din id-Direttiva.

Artikolu 23

Awtoritajiet notifikanti

1.           L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità mal-Artikolu 28.

2.           L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.           Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew b'mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(1) sa (6). Addizzjonalment, tali korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.           L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-ħidmiet imwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 24

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet notifikanti

1.           L-awtorità notifikanti għandha tiġi stabbilita b'mod li ma jkunx hemm konflitti ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità.

2.           L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata u titmexxa b'mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.           L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.           L-awtorità notifikanti ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.           L-awtorità notifikanti għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.           L-awtorità notifikanti għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 25

Obbligu ta' informazzjoni fuq l-awtoritajiet notifikanti

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u dwar kull tibdil li jkun hemm f'dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 26

Rekwiżiti marbuta mal-korpi notifikati

1.           Għall-finijiet tan-notifika, kull korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.           Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.           Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp ta' parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mit-tagħmir tar-radju li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, manifattura, provvista, assemblaġġ, użu jew manutenzjoni tat-tagħmir tar-radju li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull kunflitt ta' interess jiġu murija, jitqies bħala tali korp.

4.           Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tat-tagħmir tar-radju li huma jivvalutaw, u lanqas għandhom ikunu r-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jeskludi l-użu tat-tagħmir tar-radju vvalutat li hu meħtieġ għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tagħmir tar-radju bħal dan għal skopijiet personali.

Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dak it-tagħmir tar-radju, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.           Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

6.           Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz ta’ din id-Direttiva u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta' valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F'kull żmien u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' tagħmir tar-radju li fir-rigward tiegħu jkun ġie notifikat, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-neċessitajiet li ġejjin:

(a) persunal b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) deskrizzjonijiet ta' proċeduri li f'konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jkunu jassiguraw it-trasparenza u l-kapaċità tar-riproduzzjoni ta' dawk il-proċeduri. Dan għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-ħidmiet li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c) proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu b'mod debitu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tat-tagħmir tar-radju kkonċernata u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex ilesti x-xogħol tekniku u amministrattiv marbut mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq.

7.           Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c) għarfien adegwat u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali, stipulati fl-Artikolu 3, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d) il-kapaċità li jħejji ċertifikati, reġistri u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.           Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u tal-persunal tal-valutazzjoni tiegħu.

Ir-remunerazzjoni tal-maniġment fl-ogħla livell u l-persunal tal-valutazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi min-numru ta' valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

9.           Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.         Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun fid-dmir li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt din id-Direttiva jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li jġibuha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.

11.         Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jassiguraw li l-persunal tagħhom ta' valutazzjoni jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti, l-attivitajiet regolatorji fil-qasam tat-tagħmir tar-radju u tal-ippjanar tal-frekwenzi, u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit taħt il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni rilevanti u japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.

Artikolu 27

Preżunzjoni tal-konformità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 28

Sussidjarji u sottokuntrattar ta' korpi notifikati

1.           Meta korp notifikat jagħti b'sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.

2.           Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-ħidmiet imwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.           L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.

4.           Il-korp notifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont din id-Direttiva.

Artikolu 29

Applikazzjoni għal notifika

1.           Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.           Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-kategoriji tat-tagħmir tar-radju li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b'ċertifikat ta' akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

3.           Jekk il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta' akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità notifikanti l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

Artikolu 30

Proċedura tan-notifika

1.           L-awtoritajiet notifikanti jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

2.           Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'mezz elettroniku ta' notifika żviluppat u amministrat mill-Kummissjoni.

3.           In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-kategoriji tat-tagħmir tar-radju inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.           Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), l-awtorità ta' notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li l-korp jiġi sorveljat regolarment u li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26.

5.           Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp tan-notifika biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.           Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 31

Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati

1.           Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp notifikat.

Din għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.           Il-Kummissjoni għandha toħroġ għall-pubbliku l-lista ta’ korpi notifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li ġew allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 32

Tibdil fin-notifiki

1.           Fejn awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.           Fik-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità ta' sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 33

Sfida lill-kompetenza tal-korpi notifikati

1.           Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju rigward il-kompetenza ta' korp notifikat jew l-issoktar tal-osservanza ta' korp notifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.

2.           L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.

3.           Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.           Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru notifikanti b'dan u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 34

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.           Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Annessi minn IV u V.

2.           Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta' produzzjoni.

Meta jkunu qed jagħmlu hekk huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta' rigorożità u l-livell ta' protezzjoni meħtieġa għall-konformità tat-tagħmir tar-radju ma' din id-Direttiva.

Fejn korp notifikat isib li ma ġewx issodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 jew l-istandards armonizzati korrispondenti jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mill-manifattur, huwa għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.

3.           Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp notifikat isib li t-tagħmir tar-radju ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

4.           Fejn miżuri korrettivi ma jitteħdux jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew approvazzjoni, skont il-każ.

Artikolu 35

Appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta' appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 36

Obbligi ta’ informazzjoni dwar entitajiet notifikati

1.           Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:

(a) kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b) kull ċirkostanza li jkollha effett fuq il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c) kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;

(d) fuq talba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li twettqu fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.           Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont din id-Direttiva li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità u li jkunu jkopru l-istess kategoriji tat-tagħmir tar-radju, l-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta' valutazzjoni tal-konformità u, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati pożittivi.

3.           Il-korpi notifikati għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-informazzjoni skont l-Annessi IV u V.

Artikolu 37

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sabiex jiġi organizzat l-iskambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-politika dwar in-notifika.

Artikolu 38

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tassigura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni adegwati bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu operati korrettament f'forma ta' grupp settorjali ta' korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta' dak il-grupp b'mod dirett jew permezz ta' rappreżentanti nominati.

KAPITOLU V

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL-PRODOTTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 39

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għat-tagħmir tar-radju.

Artikolu 40

Proċeduri dwar it-tagħmir tar-radju li jkun ta’ riskju fil-livell nazzjonali

1.           Fejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew jekk dawn għandhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li t-tagħmir tar-radju kopert b'din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni jew għal aspetti oħra ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku koperti b'din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu valutazzjoni relatata mat-tagħmir tar-radju kkonċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Fejn, tul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li t-tagħmir tar-radju ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex it-tagħmir tar-radju jsir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira t-tagħmir tar-radju mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-korp notifikat rilevanti dwar dan.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni sottoparagrafu.

2.           Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku.

3.           L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kollu konċernat li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.           Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li t-tagħmir tar-radju isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex it-tagħmir tar-radju jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.           L-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha għall-identifikazzjoni tat-tagħmir tar-radju li mhuwiex konformi, l-oriġini tat-tagħmir tar-radju, it-tip ta’ nuqqas ta’ konformità allegata u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta’ żmien ta’ kemm se jdumu l-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) in-nuqqas tat-tagħmir tar-radju li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew ma' aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku stabbiliti f'din id-Direttiva;

(b) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 16 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.           L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tat-tagħmir tar-radju konċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.           Fejn, fi żmien tmien ġimgħat minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.           L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-apparat ikkonċernat mingħajr dewmien.

Artikolu 41

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.           Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 40(3) u 40(4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.           Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li t-tagħmir tar-radju li ma jkunx konformi jiġi rtirat jew imsejjaħ lura mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

3.           Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tat-tagħmir tar-radju ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 16, ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea].

Artikolu 42

Tagħmir tar-radju konformi li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza

1.           Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skont l-Artikolu 40(1), isib li, għalkemm it-tagħmir tar-radju jkun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jassigura li t-tagħmir tar-radju kkonċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju, jirtira t-tagħmir tar-radju mis-suq jew jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.           L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kollu kkonċerat.

3.           L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir tar-radju kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ forniment tat-tagħmir tar-radju, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu.

4.           Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti.

5.           Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 43

Nuqqas ta’ konformità formali

1.           Bla ħsara għall-Artikolu 40, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:

(a) il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 19 jew 20 ta’ din id-Direttiva;

(b) il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c) id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret;

(d) id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret b'mod korrett;

(e) id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta;

(f) il-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 10(5), (6) u 12(3)

(g) l-informazzjoni dwar l-użu intiż tat-tagħmir tar-radju, id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u r-restrizzjonijiet fuq l-użu kif stipulati fl-Artikolu 10(7), (8) u (9) ma jakkumpanjawx it-tagħmir tar-radju;

(h) ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stipulati fl-Artikolu 15 ma jkunux issodisfati;

(i) nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 5.

2.           Fejn jippersisti n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir tar-radju jew li jiżgura li dan jiġi rtirat jew imsejjaħ lura.

KAPITOLU VI

IL-KUMITAT, L-ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI U L-ATTI DELEGATI

Artikolu 44

Proċedura tal-kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Valutazzjoni tal-Konformità u s-Sorveljanza tas-Suq tat-Telekomunikazzjonijiet. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 45

Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3), 3(3), 4(2) u 5(2) għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-[id-data ta’ dħul fis-seħħ].

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3), 3(3), 4(2) u 5(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 3(3), 4(2) u 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

Artikolu 46

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati.

Il-penalitajiet stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni [daħħal id-data – id-data stabbilita fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu Trasponiment (1)] l-aktar tard u għandhom jinnotifkaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 47

Analiżi u rappurtaġġ

1.           L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti regolari lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sa [data, - tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u mbagħad mill-inqas kull sentejn. Ir-rapport għandu jkun fih preżentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri u jagħti tagħrif dwar jekk inkisbitx il-konformità, u sa liema punt, mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż partikolarment ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi.

2.           Il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim ta' din id-Direttiva u tirrapporta fuqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa [data, - 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u mbagħad kull ħames snin. Ir-rapport għandu jkopri l-progress dwar it-tħejjija tal-istandards relevanti, kif ukoll kull problemi li jinqalgħu fil-kors tal-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu wkoll jiddeskrivi fil-qosor l-attivitajiet tal-Kumitat, jivvaluta l-progress fil-ksib ta' suq miftuħ kompetittiv għat-tagħmir tar-radju f'livell tal-Unjoni u jeżamina kif il-qafas regolatorju għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz tat-tagħmir tar-radju għandu jiġi żviluppat biex jinkiseb dan li ġej:

(a) jiżgura li tinkiseb sistema koerenti f'livell tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju kollu;

(b) jippermetti l-konverġenza tas-setturi tat-telekomunikazzjoni, awdjoviżivi u tat-teknoloġija tal-informatika;

(c) jippermetti l-armonizzazzjoni ta' miżuri regolatorji f'livell internazzjonali.

Partikolarment għandu jeżamina jekk għadhom meħtieġa r-rekwiżiti essenzjali għall-kategoriji kollha tat-tagħmir tar-radju koperti. Fejn meħtieġ, miżuri oħra jistgħu jiġu proposti fir-rapport għall-implimentazzjoni sħiħa tal-għan ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 48

Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu d-disponibbiltà fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' tagħmir tar-radju kopert bid-Direttiva 1999/5/KE li hija f'konformità ma' dik id-Direttiva u li tqiegħed fis-suq qabel [id-data stipulata fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu Trasponiment (1)] .

Artikolu 49

Trasponiment

1.           L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [daħħal id-data – 18-il xahar wara l-adozzjoni], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [il-jum ta' wara d-data stipulata fl-ewwel sottoparagrafu].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva revokata b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal it-tali dikjarazzjoni.

2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 50

Tħassir

Id-Direttiva 1999/5/KE titħassar b’effett minn [id-data stipulata fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu Trasponiment(1) ta’ din id-Direttiva].

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 52

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I

TAGĦMIR MHUX KOPERT MINN DIN ID-DIRETTIVA

1.           Tagħmir tar-radju użat minn dilettanti tar-radju skont Artikolu 1, definizzjoni 56, tar-regolamenti tar-radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) sakemm it-tagħmir ma jkunx disponibbli kummerċjalment.

Kitts ta' komponenti li għandhom jiġu mmuntati minn dilettanti tar-radju u tagħmir kummerċjali modifikat minn dilettanti tar-radju u għall-użu minnhom ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħmir disponibbli kummerċjalment.

2.           Tagħmir tal-baħar li jaqa' fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 96/98/KE[36].

3.           Kejbils u wajers.

4.           Tagħmir għall-ittestjar intiż esklussivament għall-ittestjar tat-tagħmir tar-radju minn utenti professjonisti.

5.           Prodotti, parts u apparat tal-aeronawtika skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[37].

ANNESS II

PRODOTTI LI JAQGĦU FID-DEFINIZZJONI TAT-TAGĦMIR TAR-RADJU

1.           Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandu jitqies li l-prodotti li ġejjin huma tagħmir tar-radju:

(a) antenni attivi;

(b) jammers.

2.           Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva ma għandux jitqies li l-prodotti li ġejjin huma tagħmir tar-radju:

(a) antenni passivi;

(b) impjanti fil-widna;

(c) fran bil-majkrowejvs.

ANNESS III

VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni)

1.           Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jassigura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir tar-radju kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 u fejn applikabbli l-leġiżlazzjoni applikabbli għalihom.

2.           Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 21.

3.           Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura u s-sorveljanza tiegħu jassiguraw il-konformità tat-tagħmir tar-radju mmanifatturat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti essenzjali relevanti fl-Artikolu 3.

4.           Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità

4.1.        Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE skont l-Artikoli 19 u 20 ma' kull biċċa tagħmir tar-radju li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli.

4.2.        Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull tip ta’ tagħmir tar-radju u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta' għaxar snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika t-tagħmir tar-radju li għalih tkun saret.

Jekk tintalab, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

5.           Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

ANNESS IV

MODULI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Moduli B + C

Eżami tat-tip tal-UE + Konformità mat-tip ibbażata fuq kontroll intern tal-produzzjoni

Meta ssir referenza għal dan l-Anness, il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandha ssegwi l-Moduli B (l-eżami tat-tip tal-UE) u C (il-konformità mat-tip ibbażata fuq il-kontroll intern tal-produzzjoni) hawn taħt.

Modulu B

Eżami tat-tip tal-KE

1.           L-eżami tat-tip tal-UE huwa dik il-parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta' tagħmir tar-radju u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tat-tagħmir tar-radju jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv applikabbli għalih.

2.           L-eżami tat-tip tal-UE għandu jsir bil-mod li ġej:

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tat-tagħmir tar-radju permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ appoġġ, imsemmija fil-punt 3, mingħajr eżami ta' kampjun (tip tad-disinn).

3.           Il-manifattur għandu jressaq applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE quddiem korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

– l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

– dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx depożitata mal-ebda korp notifikat ieħor,

– id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv u għandha tinkludi analiżi u stima adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn u sakemm ikun rilevanti għall-istima, id-disinn, il-manifattura u l-ħidma tat-tagħmir tar-radju. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, l-elementi kollha fl-Anness V ta’ din id-Direttiva.

– l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokumenti li jkunu ntużaw, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju xieraq tal-manifattur, jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.           Il-korp notifikat għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ appoġġ biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tat-tagħmir tar-radju.

5.           Il-korp innotifikat għandu jfassal rapport tal-valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet imwettqa skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu fil-paragrafu 8 hawn taħt, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.           Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv speċifiku applikabbli għat-tagħmir tar-radju konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk hemm) għall-validità tiegħu u d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip ivvalutat. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iżjed mehmużin.

Iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tat-tagħmir tar-radju manifatturat mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b'dan, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.           Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kwalunkwe bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista' ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur b'dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, bil-modifikazzjonijiet kollha għat-tip ivvalutat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali tal-istrument leġiżlattiv jew mal-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Tali modifikazzjonijiet għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta' żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

8.           Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun ħareġ jew irtira, u perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista taċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom li ġew miċħuda, sospiżi jew b'xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b'xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar iċ-ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-Istati Membri biċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE li jkun ħareġ u/jew addizzjonijiet għalihom f’dawk il-każijiet fejn l-istandards armonizzati, li r-referenza tagħhom tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jkunu disponibbli u ma ġewx applikati bis-sħiħ. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Fuq talba, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u l-addizzjonijiet ta’ miegħu, kif ukoll il-fajl tekniku inkluża d-dokumentazzjoni ssottomessa mill-manifattur għal perjodu ta’ 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun ġie vvalutat jew wara l-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat.

9.           Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi ta' miegħu u ż-żidiet flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li jkun tqiegħed fis-suq it-tagħmir tar-radju.

10.         Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista' jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

Modulu C

Konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni

1.           Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni huwa dik il-parti ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 3, u jassigura, u jiddikjara, li t-tagħmir tar-radju kkonċernat jkun f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv applikabbli għalihom.

2.           Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tat-tagħmir tar-radju manifatturat mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv applikabbli għalih.

3.           Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità

3.1.        Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE skont l-Artikoli 19 u 20 ma’ kull biċċa apparat tat-tagħmir tar-radju li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv.

3.2.        Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub għal kull mudell tat-tagħmir tar-radju u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tidentifika l-mudell tat-tagħmir tar-radju li għalih tkun tfasslet.

Jekk tintalab għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

4.           Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 3, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

ANNESS V

STIMA TAL-KONFORMITÀ

Modulu H

Assigurazzjoni Sħiħa tal-Kwalità

1.           Il-konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura ruħu u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir tar-radju kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv applikabbli għalih.

2.           Il-manifattura

Il-manifattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għad-disinn, għall-manifattura u għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tat-tagħmir tar-radju kkonċernat, kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.           Sistema ta' kwalità

3.1.        Il-manifattur għandu jibgħat applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu lil korp notifikat tal-għażla tiegħu, għat-tagħmir tar-radju ikkonċernat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

– l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

– id-dokumentazzjoni teknika għal tip wieħed ta' kull kategorija tat-tagħmir tar-radju maħsuba biex tiġi manifatturata. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, l-elementi kollha fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva,

– id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kwalità; u

– dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lil ebda korp notifikat ieħor.

3.2.        Is-sistema ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti tal-istrument leġiżlattiv applikabbli għalih.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu ddokumentati f'manjiera sistematika u bl-ordni fil-għamla ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords ta' kwalità.

Għandu , b’mod partikolari, jkun fiha deskrizzjoni adegwata dwar:

– l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott,

– l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta ma jridux jiġu applikati fis-sħiħ l-istandards armonizzati u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, il-mezzi li jridu jintużaw sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għat-tagħmir tar-radju;

– it-tekniki ta' kontroll tad-disinn u ta' verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw meta jiġi mfassal it-tagħmir tar-radju li jappartjenu lill-kategorija tat-tagħmir tar-radju koperta;

– il-manifattura, it-tekniki ta' kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti, li se jintużaw;

– l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jiġu mwettqa,

– ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki fir-rigward tal-personal konċernat, eċċ.;

– il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tat-tfassil meħtieġ u l-kwalità tal-prodott kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3.        Il-korp notifikat għandu jivvaluta s-sistema ta' kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. ta’ dan l-Anness.

Il-korp notifikat għandu jippreżumi l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta' kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard nazzjonali li jimplementa l-istandard armonizzat u/jew l-ispeċifikazzjoni teknika rilevanti.

Minbarra l-esperjenza fis-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta' verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza bħala assessur, fil-qasam tat-tagħmir tar-radju rilevanti u fit-teknoloġija tat-tagħmir tar-radju konċernata, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta' valutazzjoni fil-bini tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fit-tieni inċiż tal-punt 3.1, biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġiżlattiv u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jassigura l-konformità tat-tagħmir tar-radju ma’ dawn ir-rekwiżiti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiġu nnofikati bid-deċiżjoni

In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-istima.

3.4.        Il-manifattur għandu jimpenja ruħu biex jissodisfa l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif approvata u biex iżommha hekk ħalli tibqa’ adegwata u effikaċi.

3.5.        Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull bidla maħsuba fis-sistema tal-kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kull bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità modifikata hiex se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2., jew jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu . In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.           Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1.        L-għan tas-sorveljanza huwa li jiżgura li l-manifattur iwettaq kif xieraq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2.        Il-manifattur għandu, għal finijiet tal-valutazzjoni, jippermetti lill-korp innotifikat aċċess għas-siti tal-fabbrikazzjoni, l-ispezzjoni, it-testijiet u l-ħażna, u għandu jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

– id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

– ir-rekords ta' kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità, bħar-riżultati ta' analiżijiet, kalkoli, testijiet eċċ.;

– ir-reġistri tal-kwalità kif stipulati fil-parti tal-manifattura tas-sistema tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti tal-ispezzjonijiet, l-informazzjoni dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki dwar il-persunal interessat, eċċ.

4.3.        Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’ rapport ta' verifika.

4.4.        Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux imħabbra minn qabel lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq it-tagħmir tar-radju, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem sewwa. Għandu jipprovdi lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, rapport tat-testijiet.

5.           Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità

5.1.        Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE skont l-Artikoli 19 u 20 u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar għal kull biċċa tat-tagħmir tar-radju li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikolu 3.

5.2.        Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip tat-tagħmir tar-radju u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tidentifika t-tip tat-tagħmir tar-radju li għalih tkun tfasslet.

Jekk tintalab għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.           Il-manifattur għandu, għal 10 snin wara li t-tagħmir tar-radju jkun tqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

– id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1,

– id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità riferita tal-punt 3.1,

– il-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata,

– id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal -korp innotifikat riferiti fil-punti 3.5, 4.3 u 4.4.

7.           Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta' kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b'xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew inkella rrestrinġa, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta' kwalità li jkun ħareġ .

8.           Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

.

ANNESS VI

Il-Kontenuti tad-Dokumentazzjoni Teknika

Id- dokumentazzjoni teknika għandu jkollha, kull fejn applikabbli, għall-inqas l-elementi li ġejjin :

(a) deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir tar-radju inkluż; ritratti jew tpinġijiet li juru l-karatteristiċi esterni, l-immarkar u t-tqassim intern; il-verżjonijiet tas-softwer jew il-firmware li jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali; l-informazzjoni dwar l-utenti u l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni;

(b) id-disinn kunċettwali u disinni tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sottomontaturi, ċirkuwiti, u elementi simili rilevanti oħra;

(c) deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex ikunu mifhuma dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u t-tħaddim tat-tagħmir tar-radju;

(d) elenku tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra rilevanti, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kollha jew f'parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali fl-Artikolu 3 jekk dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati; fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(e) kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE;

(f) meta jkun ġie applikat il-modulu tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Anness IV, kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu kif imwassla mill-korp notifikat inovlut.

(g) ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u elementi simili rilevanti oħra;

(h) rapporti ta' testijiet.

ANNESS VII

Dikjarazzjoni tal-Konformità

1.           Nru … (identifikazzjoni unika tat-tagħmir tar-radju):

2.           L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.           Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qiegħda tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.           L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir tar-radju li tippermetti t-traċċabbiltà). Din tista' tinkludi ritratt, fejn xieraq):

5.           L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar l-armonizzazzjoni:

Id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju XXXX/xx

Leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea meta tkun applikabbli

6.           Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità. Ir-referenzi għandhom jiġu elenkati bin-numru tal-identifikazzjoni u l-verżjoni tagħhom u fejn applikabbli id-data tal-ħruġ:

7.           Meta applikabbli, il-korp notifikat... (l-isem, in-numru) … wettaq… (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE: …

8.           Informazzjoni addizzjonali:

Fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u/jew il-komponenti, inkluż is-softwer, li jippermettu t-tagħmir tar-radju jopera kif intiż u koperti mid-Dikjarazzjoni tal-Konformità

Iffirmat għal u f'isem: …………………………………

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):

ANNESS VIII

Dikjarazzjoni Ssimplifikata tal-Konformità

Id-dikjarazzjoni ssimplifikata tal-konformità tal-UE msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 10(8) għandha tiġi prevista kif ġej:

B’dan, [Isem il-manifattur], niddikjara li dan it-tip ta’ tagħmir tar-radju [deskrizzjoni tat-tip ta’ tagħmir ta’ radju] huwa konformi mad-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju XXXX/xx.

ANNESS IX

Tabella ta' korrelazzjoni

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 1999/5/KE || Din id-Direttiva

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 2

Artikolu 3 || Artikolu 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3(3)(g)

Artikolu 4 (1) || Artikolu 8

Artikolu 4 (2) || imħassar

Artikolu 5 || Artikolu 16

Artikolu 6 (1) || Artikolu 6

Artikolu 6 (2) || imħassar

Artikolu 6 (3) || Artikoli 10(7), 10(8), 10(9)

Artikolu 6 (4) || imħassar

Artikolu 7(1), 7(2) || Artikolu 7

Artikoli 7(3), 7(4), 7(5) || imħassar

Artikolu 8 || Artikolu 9

Artikolu 9 || Artikoli 39-43

Artikolu 10 || Artikolu 17

Artikolu 11 || Artikoli 22-38

Artikolu 12 || Articles 19, 20, 10(5), 10(6)

l-Artikoli 13 sa 15 || Artikolu 44

Artikolu 16 || imħassar

Artikolu 17 || Artikolu 47

Artikolu 18 || Artikolu 48

Artikolu 19 || Artikolu 49

Artikolu 20 || Artikolu 50

Artikolu 21 || Artikolu 51

Artikolu 22 || Artikolu 52

Anness I || Anness I

Anness II || Anness III

Anness III || imħassar

Anness IV || Anness IV

Anness V || Anness V

Anness VI || Artikolu 26

Anness VII(1) sa (4) || L-Artikoli 19, 20

Anness VII(5) || Artikolu 10 (9)

Artikoli Ġodda || Artikolu 3(3)(ġ)

|| Artikolu 4

|| Artikolu 5

|| Artikoli 10(1) sa (4), 10(10), 10(11), Artikoli 11 sa 15

|| Artikolu 18

|| Artikolu 21

|| Artikolu 45

|| Artikolu 46

|| Anness II

|| Anness VI

|| Anness VII

|| Anness VIII

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.                  Titolu tal-proposta/inizjattiva:          

1.2.                  Il-qasam jew l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB           

1.3.                  Natura tal-proposta/inizjattiva:        

1.4.                  Objettiv(i):

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta:

1.4.2.     L-għan jew l-għanijiet speċifiċi u l-attività jew l-attivitajiet ABM/ABB kkonċernati

1.5.                  Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:           

1.6.                  Durata u impatt finanzjarju: 

1.7.                  Metodu/i ta’ mmaniġġjar prospettat(i):       

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.                  Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.                  Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.                  Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.                  Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata:

3.2.                  Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.               Is-sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.               L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.               Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva:       

3.2.4.               Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.               Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

3.3.                  L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tagħmir tar-radju (id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju), u li tħassar d-Direttiva 1999/5/KE, id-Direttiva dwar it-Tagħmir Terminali tar-Radju u t-Telekomunikazzjonijiet, id-Direttiva R&TTE.

1.2.        Il-qasam jew l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB[38]

Titolu 2 – Intrapriża – Kapitolu 02 03: Suq Intern għall-Oġġetti u Politiki Settorjali

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għall-proġett pilota/azzjoni preparatorja[39]

X¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-għan jew l-għanijiet strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

1.4.2.     L-għan jew l-għanijiet speċifiċi u l-attività jew l-attivitajiet ABM/ABB kkonċernati

Għan speċifiku Nru 1.

Biex jiġi mġedded b’mod kontinwu l-acquis eżistenti tas-suq intern u tiġi proposta azzjoni ġdida leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva kull meta jixraq [IP, IU, DA]. Ara 1.5.1 hawn taħt għal aktar dettalji.

L-attività jew l-attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernati

02 03

1.4.3.     Ir-riżultat(i) u l- impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Ir-reviżjoni leġiżlattiva proposta hija mistennija żżid il-konformità tat-tagħmir tar-radju mar-rekwiżiti essenzjali fid-Direttiva, jiġifieri l-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza, il-kompatibilità elettromanjetika, u l-evitar ta’ interferenza dannuża. Għalhekk, għanda żżid il-protezzjoni tal-utenti u tal-kompetizzjoni ġusta, iżżid iċ-ċertezza legali, tiżgura applikazzjoni bla intoppi u konsistenti tad-Direttiva u prevenzjoni aktar komprensiva tal-interferenza dannuża, b’piż addizzjonali limitat fuq l-operaturi tas-suq.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi ewlenin tal-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet għar-reviżjoni tad-Direttiva huma dawn li ġejjin:

|| Indikatur || Approċċ

Konformità || Proporzjonijiet ta’ konformità amministrattiva u teknika || Rapporti mill-Istati Membri

Simplifikazzjoni amministrattiva u adattament legali || Spiża u piż amministrattivi li jirriżultaw, għadd u relevanza relattiva tal-kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni || Skambju regolari mal-partijiet interessati – operaturi ekonomiċi, awtoritajiet u korpi notifikati

Ostakli regolatorji għall-innovazzjoni || Simpliċità perċeputa tal-introduzzjoni tal-innovazzjonijiet || Skambju regolari mal-partijiet interessati

Skont il-proposta, l-Istati Membri jkollhom obbligu ġdid li jibagħtu rapporti biannwali lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Ir-rapporti għandhom ikopru l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa u jipprovdu informazzjoni dwar il-livell ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fid-Direttiva.

Għandha tinġabar aktar informazzjoni permezz ta’ skambji regolari fit-TCAM, il-kumitat permanenti mwaqqaf mid-Direttiva, li minbarra r-rappreżentanti tal-Istati Membri jinkludi wkoll dawk mill-industrija, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards, il-Korpi Notifikai u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni qed tippjana li tirrevedi l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Ir-rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Id-Direttiva kienet essenzjali biex jinkiseb suq uniku għat-tagħmir tar-radju u għat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet. Id-Direttiva tinkludi rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza u għall-evitar tal-interferenza dannuża. Dawn ir-rekwiżiti huma tradotti f’rekwiżiti tekniċi fi standards armonizzati mhux mandatorji, bħal f’leġiżlazzjoni oħra tal-‘Approċċ Ġdid'.

L-approċċ regolatorju huwa meqjus li għadu validu, għalhekk mhix meħtieġa reviżjoni fundamentali tad-Direttiva. Madankollu, l-esperjenza fit-tħaddim tad-Direttiva wriet għadd ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati[40]. L-għanijiet ewlenin tal-abbozz tal-proposta huma:

- Li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali ta’ livell baxx ta’ konformità mar-rekwiżiti fid-Direttiva, u biex tiżdied il-fiduċja tal-partijiet interessati kollha fil-qafas regolatorju

- Li d-Direttiva tiġi ċċarata u ssimplifikata inkluż xi addatamenti limitati tal-kamp tal-applikazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħha u jiġi eliminat il-piż mhux meħtieġ għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Id-Direttiva riveduta għandha tkun ibbażata fuq l-Artikoli 26 (is-Suq Intern) u 114 (l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet) tat-TFUE. L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa għall-adattament, l-iċċarar jew is-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li huma l-pedament tas-Suq Intern f’dan il-qasam. Dan ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri individwalment. Obbligu ġdid possibbli fil-livell tal-UE għar-reġistrazzjoni tal-manifatturi u/jew it-tagħmir jippermetti l-aċċess għas-suq tal-UE, u l-vantaġġi tiegħu meta mqabbel ma’ bosta miżuri simili fil-livell nazzjonali huma ċari

1.5.3.     It-tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Kollox ma' kollox, il-qafas regolatorju mwaqqaf mid-Direttiva ppermettielha tilħaq il-miri maħsuba tagħha, jiġifieri livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti, il-kompatibilità elettromanjetika (KEM) għat-terminali tat-telekomunikazzjoni u t-tagħmir tar-radju kif ukoll l-evitar ta’ interferenzi dannużi. Il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati huma l-livell baxx ta’ konformità mad-Direttiva u l-ambigwità u l-kumplessità ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet fid-Direttiva.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Ir-reviżjoni proposta se tkun konsistenti mal-prinċipji tal-politika tal-Kummissjoni “Regolamentazzjoni Intelliġenti", mal-politika għall-Ewropa 2020, partikolarment fir-rigward tar-reviżjoni regolatorja prevista fil-politika għal Unjoni tal-Innovazzjoni, kif ukoll fil-Programm propost għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju.

L-inizjattiva se tkun konsistenti wkoll mal-pakkett tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid approvat fl-2008. Dan jikkonsisti f'żewġ strumenti komplementari, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar l-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq u d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Id-Deċiżjoni tikkomplementa r-Regolament. Filwaqt li dan tal-aħħar bażikament jistipula l-obbligi li għandhom l-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom fl-iżgurar li l-prodotti fis-suq tagħhom ikunu sikuri u jikkonformaw mar-rekwiżiti legali, id-Deċiżjoni tindirizza l-obbligi relevanti imposti mill-operaturi ekonomiċi bħall-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri, kif ukoll il-korpi li jittestjaw u jiċċertifikaw il-prodotti. Għalhekk, iż-żewġ strumenti huma marbutin ferm flimkien u l-elementi tagħhom jappoġġaw u jikkomplementaw reċiprokament lil xulxin. Id-Deċiżjoni hija differenti mir-Regolament fil-fatt li ma għandhiex effetti legali immedjati fuq l-operaturi ekonomiċi, l-individwi jew l-Istati Membri u tipprovdi (l-Artikolu 2) li d-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jintużaw meta l-leġiżlazzjoni tiġi abbozzata jew riveduta.

1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X¨ Proposta/inizjattiva ta’ durata bla limitu

– Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-2013

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Il-metodu jew metodi ta' ġestjoni previsti[41]

1.8.        X¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[42]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku / korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk hemm indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont il-proposta, l-Istati Membri jkollhom obbligu ġdid li jibagħtu rapporti biannwali lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Ir-rapporti għandhom ikopru l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa u jipprovdu informazzjoni dwar il-livell ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fid-Direttiva.

Għandha tinġabar aktar informazzjoni permezz ta’ skambji regolari fit-TCAM, il-kumitat permanenti mwaqqaf mid-Direttiva, li minbarra r-rappreżentanti tal-Istati Membri jinkludi wkoll dawk mill-industrija, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards, il-Korpi Notifikai u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni qed tippjana li tirrevedi l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju jew riskji identifikati

-Implimentazzjoni diverġenti tad-Direttiva riveduta mill-Istati Membri tista’ ssir kwistjoni.

- L-ispejjeż fuq il-livell tal-UE marbuta mad-Direttiva riveduta huma marbuta mar-riżorsi umani u possibilment mal-ħolqien ta’ bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni ta’ xi kategoriji ta’ prodotti qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq fejn, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta, ma jkunx għadu nkiseb livell għoli ta’ konformità.

2.2.2.     Il-metodu jew metodi ta’ kontroll previsti

- Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasponiment tad-Direttiva b'tali mod li jkun konsistenti madwar l-Istati Membri u mal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-EU, il-Kummissjoni tippjana li torganizza workshop wieħed jew aktar mal-ministri nazzjonali responsabbli matul il-perjodu pprovdut għat-trasponiment tad-Direttiva mill-Istati Membri.

- It-twaqqif possibbli ta’ bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-prodotti għal baġit stmat ta’ EUR 300000 jkun soġġett għal sejħa għall-offerti skont ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

-Ma hemmx miżuri speċifiċi lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

3.           IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

· Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Spiża [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff/Mhux diff. ([43]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[44] || mill-pajjiżi kandidati[45] || mill-pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi || 02.03.01, L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali. || Diff. || LE || LE || LE || LE

· Linji tal-baġit ġodda rikjesti: LE

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Spiża [Intestatura……………………………………..] || Diff/Mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || mill-pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Is-sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DG: DĠ ENTR || || || Sena N[46] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || It-TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

02.03.01, L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali. || Impenji || (1) || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Pagamenti || (2) || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[47] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet għal DĠ ENTR || Impenji || =1+1a +3 || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Pagamenti || =2+2a +3 || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Pagamenti || =5+ 6 || 0 || 0 || 0 || 0.3 || 0.03 || 0.03 || 0.03 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva: LE

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || It-TOTAL

DĠ ENTR ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

TOTAL DĠ ENTR || Approprjazzjonijiet || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || || || || || || ||

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– X¨           Il-proposta/l-inizjattiva tirrikejdi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenji f'miljuni ta’ EUR(sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || It-TOTAL ||

|| RIŻULTATI ||

|| || Tip ta’ riżultat[48] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || L-għadd totali ta’ riżultati || Totali ta’ kemm jiswew

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1: Biex kontinwament jiġi mġedded l-acquis eżistenti tas-suq intern u tiġi proposta azzjoni leġiżlattiva ġdida jew mhux leġiżlattiva meta jkun xieraq[49]... || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| Bażi tad-dejta finalizzata għar-reġistrazzjoni tal-prodotti || || || || || || || || || 1 || 0.3 || || || || || || || ||

|| Manutenzjoni ta' bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-prodotti || || || || || || || || || || || 1 || 0.03 || 1 || 0.03 || 1 || 0.03 || || Proposta ta’ żmien mhux limitat

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || 0.3 || || 0.03 || || 0.03 || || 0.03 || || Proposta ta’ żmien mhux limitat ||

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– X¨           Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N[50] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || It-TOTAL

INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || 0.635 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Nefqa amministrattiva oħra || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 || 0.092 ||

Sottototal tal-INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

Barra mill-INTESTATURA 5[51] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Sottototal barra mill-INTESTATURA 5 Qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

It-TOTAL || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || Proposta ta’ żmien mhux limitat

3.2.3.2.  L-istima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

– X¨           Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi tal-pjan ta' stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

02 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE)[52]

XX 01 02 01 (CA, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 ss[53] || - fil-Kwartieri Ġenerali[54] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

It-TOTAL || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Uffiċjal 1 bħala desk officer għad-Direttiva, 3 uffiċjali li jieħdu ħsieb oqsma speċifiċi: kwistjonijiet legali, is-segretarjat tal-Kumitat Permanenti, komunikazzjoni, koordinazzjoni mad-DĠ CONNECT dwar il-Politika tal-Ispettru, valutazzjoni tan-notifiki tal-Istati Membri tar-regolamenti tekniċi relevanti, koordinazzjoni tal-infurzar mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, skrining ta’ leġiżlazzjoni mill-pajjiżi kandidati/assoċjati tal-UE, appoġġ lid-DĠ Kummerċ dwar in-negozjati mal-pajjiżi terzi - Uffiċjal 1 bħala segretarju tat-tim u responsabbli għal-loġistika

Persunal estern ||

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X¨           Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti il-miżuri jew l-azzjonijiet kollha inklużi f’din id-Direttiva huma konsistenti u kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u li jmiss (2014 sa 2020) kif propost mill-Kummissjoni.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva titlob l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[55].

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament li l-istima tiegħu tidher hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– X¨           Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

· ¨    fuq ir-riżorsi proprji

· ¨    fuq dħul mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[56]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Article …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxelanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit milquta.

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               It-Tieni Rapport dwar il-Progress fit-tħaddim tad-Direttiva R&TTE, COM(2010)43 finali, 9.2.2010

[2]               Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea.

[3]               Id-Direttiva 2002/95/KE dwar ir-Restrizzjoni tas-Sustanzi Perikolużi.

[4]               Id-Direttiva 2002/96/KE dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku.

[5]               Id-Direttiva 2006/66/KE dwar il-batteriji u l-akkumulaturi u l-batteriji u l-akkumulaturi għall-iskart.

[6]               Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija.

[7]               Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.

[8]               Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)

[9]               Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)

[10]             Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-“Ispettri tar-radju”)

[11]             http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/key_docs_en.htm#_br.

[12]             http://ec.europa.eu/research/innovation-union/index_en.cfm, COM(2010) 546 final, Europe 2020 Flagship Initiative - Innovation Union.

[13]             Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.

[14]             Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. It-Tieni Rapport dwar il-Progress fit-tħaddim tad-Direttiva 1999/5/KE, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom. [COM/2010/0043 finali – Mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali] - http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/rtte/documents/legislation/review/index_en.htm#h2-2

[15]             Sommarju tal-konsultazzjoni pubblika tal-2010 dwar l-impatt tal-alternattivi li qed jiġu kkunsidrati għar-reviżjoni tad-Direttiva R&TTE. Mejju 2011. http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/rtte/public-consultation/files-public-consultation/summary-2010-pc_en.pdf

[16]             Valutazzjoni tal-Impatt dwar is-sistema proposta għal reġistrazzjoni mandatorja fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE RAPPORT FINALI 5.10.2009. Technopolis Group -http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/rtte/files/technop-ia-radio-finrep_en.pdf

[17]             Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE.

[18]             Id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu f'ċerti limiti tal-voltaġġ,

[19]             Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti

[20]             Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet

[21]            

[22]            

[23]             ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

[24]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[25]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

[26]             ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

[27]             ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.

[28]             ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20.

[29]             ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

[30]             ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

[31]             ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.

[32]             ĠU L […], […], p. […].

[33]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[34]             ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

[35]             ĠU L […], […], p. […].

[36]             ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

[37]             ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

[38]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività).

[39]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[40]             It-Tieni Rapport dwar il-Progress dwar it-tħaddim tad-Direttiva R&TTE, COM(2010)43 finali, 9.2.2010

[41]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[42]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[43]             Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff: = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[44]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

[45]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[46]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[47]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[48]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jġu fornuti (pereżempju n-numru ta' skambji finanzjati ta' studenti, in-numru ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).

[49]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi...”

[50]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[51]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[52]             CA = aġent kuntrattwali; INT= persunal ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); AL = aġent lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat;

[53]             Taħt il-livell massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu l-linji "BA").

[54]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[55]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[56]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet