RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILLIl-ĦAMES (5) RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2011
/* COM/2012/0484 final */
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SL SV |
WERREJ
1........... PROĊEDURA TAL-BAĠIT......................................................................................... 3
2........... IL-QAGĦDA TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET... 7
3........... L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2011......................................... 10
4........... KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2011...... 10
5........... IMPLIMENTAZZJONI TA’ DĦUL ASSENJAT........................................................ 12
6........... RENDIKONT SKONT IT-TIP TA' NEFQA.............................................................. 13
Anness 1 Anness 2 Anness 3 Anness 4-I Anness 4-II Anness 5 Anness 6 || FAEG Proċedura baġitarja għall-2011 Approprjazzjonijiet tal-impenn Parti mill-baġit FAEG fil-baġit tal-UE - 2005 sa 2011 FAEG Analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja – Sena finanzjarja 2011 FAEG Analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja – Sena finanzjarja 2011. dħul assenjat. C4 FAEG Analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja – Sena finanzjarja 2011. dħul assenjat. C5 FAEG Eżekuzzjoni baġitarja skont l-artikolu u l-Istat Membru – Sena Finanzjarja 2011 Evoluzzjoni tar-rendikont tan-nefqa tal-FAEG - snin finanzjarji 2006 sa 2011 ||
Nota: Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni dettaljat jakkumpanja dan ir-rapport. It-test sħiħ ta’ dan id-dokument ta’ ħidma (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) ser ikunu disponibbli wkoll fuq is-sit tal-internet tad-DĠ Agri Ewropa (http://ec.europa.eu/agriculture/fin/finrep_en.htm).
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILLIl-ĦAMES (5) RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2011
1. PROĊEDURA TAL-BAĠIT[1]
1.1. Abbozz tal-baġit 2011
L-Abbozz tal-Baġit (Draft budget - DB) 2011 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fis-27.04.2010 L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) iffinanzjat taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013, kienu jammontaw għat-total ta' EUR 43 747.4 miljun.
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit 2011 fit-08.07.2010 li b'hekk naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 470.2 miljun, meta mqabbla mad-DB tal-Kummissjoni, għal EUR 43 277.2 miljun. Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit 2011 fit-13.10.2010 li b'hekk żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 365.8 miljun, meta mqabbla mad-DB tal-Kummissjoni, għal EUR 44 113.4 miljun.
1.2. Ittra ta' Emenda għall-2011
Fl-20.10.2010 l-Kummissjoni adotta Ittra ta’ Emenda (Amending Letter – AL) Nru 3 għad-DB 2011, u stabbilixxiet ir-rekwiżiti tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG għal EUR 43 401.2 miljun. Dan l-ammont kien EUR 346.2 miljun inqas meta mqabbel ma' dak previst għall-Abbozz tal-Baġit. Dan it-tnaqqis kien il-biċċa l-kbira attribwit għas-sitwazzjoni favorevoli fis-swieq agrikoli għal madwar EUR 136 miljun kif ukoll għaż-żieda fid-dħul assenjat disponibbli mistenni fl-2011 ta' EUR 229 miljun.
1.3. Adozzjoni tal-Baġit 2011
Is-sena 2011 kienet l-ewwel darba li ġiet applikata l-proċedura baġitarja annwali ġdida pprovduta permezz tat-Trattat ta' Lisbona, skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE). Wara l-pożizzjonijiet diverġenti tagħhom dwar l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iltaqgħu fi ħdan il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għal perjodu ta’ konċiljazzjoni ta’ 21 jum. Madankollu, sa meta dan il-perjodu skada fil-15 ta’ Novembru 2010, kien għadhom ma laħqux ftehim dwar il-baġit 2011. Għalhekk, b'konformità mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjoanment tal-UE (TFUE), il-Kummissjoni għamlet proposta ġdida għal abbozz tal-baġit fis-26 ta’ Novembru 2010.
L-Awtorità Baġitarja aċċettat l-abbozz tal-baġit il-ġdid tal-Kummissjoni li ġie approvat mill-Parlament b’vot fil-15 ta’ Diċembru 2010. Il-baġit tal-FAEG 2011 jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li jammontaw għal:
– EUR 42 508.3 miljun u EUR 42 509.1 miljun rispettivament għall-miżuri tas-swieq agrikoli u għal għajnuniet diretti (il-qasam ta’ politika Nru 05).
– EUR 352.9 miljun u EUR 253.7 miljun rispettivament għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji (il-qasam ta’ politika Nru 17).
– EUR 30 miljun u EUR 25.8 miljun rispettivament għas-sajd (il-qasam ta’ politika Nru 11).
L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit għall-FAEG kien jammonta għal EUR 42 891.2 miljun u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tiegħu kienu jammontaw għal EUR 42 788.5 miljun. Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tirriżulta mill-fatt li, għal ċerti miżuri li huma implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri għandhom x’jaqsmu prinċipalment mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, mal-istrateġija politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura kif ukoll mas-sajd u mal-miżuri veterinarji u fitosanitarji.
Speċifikament, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn ivvotati għall-FAEG li jammontaw għal EUR 42 891.2 miljun, EUR 2 964.9 miljun kienu previsti għal miżuri tas-suq taħt il-Kapitolu 05 02 filwaqt li EUR 39 771.1 miljun kienu previsti għal għajnuniet diretti taħt il-Kapitolu 05 03. Barra minn hekk, il-baġit 2011 kien jipprevedi approprjazzjonijietta’ impenn ta’ EUR 352.9 miljun għal miżuri veterinarji u fitosanitarji taħt il-qasam ta' politika Nru 17 - Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi u EUR 30 miljun għal swieq tas-sajd taħt il-qasam ta' politika Nru 11 - Affarijiet Marittimi u Sajd.
Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness 1.
1.4. Dħul assenjat lill-FAEG[2]
Abbażi tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji taħt id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huma indikati bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Dan id-dħul assenjat jista' jintuża, parzjalment jew kollu, biex ikopri n-nefqa tal-FAEG jekk l-approprjazzjonijiet tal-baġit mogħtija mill-Awtorità Baġitarja ma jkunux biżżejjed biex jiffinanzjaw in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri. Fil-każ li d-dħul kollu jew parti minnu ma jintużax, imbagħad, ikun riportat awtomatikament għas-sena tal-baġit li jmiss sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.
Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit 2011, saret stima ta' dan id-dħul għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena tal-baġit 2011, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena tal-baġit 2010 għall-2011. Din l-istima tqieset meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit 2011. B'mod speċifiku:
– Id-dħul mill-korrezzjonijiet ta' wara l-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 600 miljun u EUR 88 miljun rispettivament filwaqt li d-dħul mill-imposta tal-ħalib ġie stmat għal EUR 19 miljun. B’hekk, l-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni jinġabar matul is-sena tal-baġit 2011 ġie stmat għal EUR 707 miljun.
– Ġie stmat li d-dħul assenjat li mistenni jiġi riportat mis-sena tal-baġit 2010 għall-2011 se jammonta għal EUR 540 miljun.
L-ammont totali ta' EUR 1 247 miljun tqies billi tnaqqsu l-approprjazzjonijiet mitluba għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix b’EUR 500 miljun u b’EUR 747 miljun għall-iskema ta' pagament uniku. Wara li tqiesu dawn l-ammonti, l-Awtorità Baġitarja eventwalment tat approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 292 miljun u EUR 30 389 miljun rispettivament għal dawn l-iskemi skont il-proposti tal-Kummissjoni. Is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvotati u d-dħul assenjat imsemmi hawn fuq jikkorrispondu għal stima totali tal-approprjazzjonijiet meħtieġa ta’ EUR 792 miljun għall-fondi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u ta’ EUR 31 136 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku.
1.5. Ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor[3]
L-ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor, kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, jitqiesu bħala dħul assenjat maħsub biex jiffinanzja l-għajnuna għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor u l-għajnuniet l-oħra previsti fil-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. Għas-snin tas-suq 2006/07 sal-2008/09, dawn l-ammonti kienu relatati mal-kwoti kwantitattivi taz-zokkor, ix-xiropp tal-inulina u tal-isoglukożju miżmuma mill-operaturi f’kull Stat Membru u kienu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Fond.
Fiż-żmien meta kien sar il-baġit 2011, kien mistenni li ammont ta’ EUR 1 015 –il miljun ikun riportat mis-sena tal-baġit 2010 għal dik tal-2011.
1.6. Parti mill-baġit tal-FAEG fit-total tal-baġit tal-UE
Il-parti tal-baġit finali tal-FAEG (approprjazzjonijiet ta’ impenn) fit-total tal-Baġit tal-UE għall-perjodu 2004-2010 tidher fl-Anness 2.
2. IL-QAGĦDA TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET
2.1. Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet
2.1.1. Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2011:
f’EUR ||
Taqsima tan-nefqa tal-baġit of budget (1) || Approprjazzjonijiet ta' impennn || Approprjazzjonijiet ta’ pagament || Taqsima tad-dħul tal-baġit (Assigned Revenue - AR) (2) || Tbassir
1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG li minnhom || 42 891 201 900 || 42 788 499 841 || 1. L-approvazzjoni tal-konformità || 600 000 000
1a. Approprjazzjonijiet taħt il-ġestjoni kondiviża || 42 465 900 000 || 42 465 900 000 || 2. Irregolaritajiet || 88 000 000
1b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta ċentralizzata (3) || 425 301 900 || 322 599 841 || 3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib || 19 000 000
2. Baġit ta' Emenda Nru 6/2011 || -23 140 000 || 0 || 4. Ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor (4) || 0
3. Trasferimenti għall- / mill-FAEG matul is-sena || 500 000 || 3 110 000 || Tbassir totali tal-AR || 707 000 000
4. Approprjazzjonijiet finali tal-FAEG li minnhom || 42 868 561 900 || 42 791 609 841 || ||
4a. Approprjazzjonijiet taħt il-ġestjoni kondiviża || 42 465 900 000 || 42 465 900 000 || ||
4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || 402 661 900 || 325 709 841 || ||
(1) L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit 2011 li jqisu d-dħul assenjat li għandu jinġabar għall-2011 u d-dħul assenjat li mistenni jiġi riportat mill-2010 għall-2011 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002. (2) AR: Dħul assenjat li għandu jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul imdaħħal fuq il-linja tad-dħul (p.m.)[4], iżda l-ammont previst huwa indikat fil-kummenti tal-baġit. (3) 83 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom x’jaqsmu man-nefqas għal miżuri veterinarji u fitosanitarji taħt il-qasam ta’ politika Nru 17 – Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi). Il-bqija għandhom x’jaqsmu mal-istrateġija ta’ politika u l-koordinazzjoni taħt il-qasam ta’ politika Nru 05 – Agrikoltura u żvilupp rurali (10 %) u mas-swieq tas-sajd taħt il-qasam ta’ politika Nru 11 – Affarijiet Marittimi u Sajd (7 %). (4) Dan id-dħul jintuża sabiex jipprovdi approprjazzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuniet tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor.
2.1.2. Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2011
f’EUR
|| Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn || Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament
Ġestjoni kondiviża (1) || 43 772 404 535.48 || 43 772 404 535.48
Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || 385 606 709.61 || 344 507 317.37
Total (inkluż Il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor) Il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor Total (eskluż il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor) || 44 158 011 245.09 187 935 635.21 43 970 075 609.88 || 44 116 911 852.85 187 935 635.21 43 928 976 217.64
(1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti bid-dħul assenjat riċevut imnaqqas għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 105 570 603.39.
Għas-sena finanzjarja 2011, it-total tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw realment ammonta għal EUR 44 158 011 245.09 filwaqt li t-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament li ntużaw realment ammonta għal EUR 44 116 911 852.85.
2.1.3. Eżekuzzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ivvotati – Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata mġarrba mill-Kummissjoni
f’EUR
Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || Approprjazzjonijiet ta' impenn || Impenji mħassra || Approprjazzjonijiet ta’ pagament || Riport għall-2012 (2)
Approprjazzjonijiet (C1) (1) || 402 661 900.00 || - || 325 709 841.00 || -
Eżekuzzjoni (C1) || 385 156 336.70 || - || 304 613 983.52 || 15 480 489.32
Approprjazzjonijiet kanċellati: || 17 505 563.30 || - || 5 615 368.16 || -
(1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet tal-baġit ivvotati. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti għall- / mill-FAEG: EUR 500 000 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 3 110 000 għal approprjazzjonijiet ta’ pagament (2) Approprjazzjonijiet mhumiex differenzjati biss jiġu riportati għall-2012
Kienu previsti approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 402.7 miljun għan-nefqa taħt il-ġestjoni diretta ċentralizzata fil-baġit 2011. Ammont ta’ EUR 385.2 miljun kien impenjat fl-2011. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 17.5 miljun, kien ikkanċellat. 81.9 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienu jikkonċernaw il-qasam ta’ Politika Nru 17-Miżuri tan-nefqa veterinarji u fitosanitarji. Il-bqija għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta’ Politika Nru 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali (10.5 %) u l-qasam ta’ Politika Nru 11 – Sajd (7.6 %).
Sa mill-2007, u skont l-Artikolu 149 tar-Regolament Finanzjarju, il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għan-nefqa taħt il-ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati. Ir-riport awtomatiku għall-2012, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 15.5 miljun.
2.2. Pagamenti ta’ kull xahar
2.2.1. Pagamenti ta' kull xahar lill-Istati Membri
2.2.1.1. Pagamenti ta’ kull xahar fuq il-provvediment għan-nefqa
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[5] fl-Artikolu 15 jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti ta' kull xahar “għall-infiq imwettaq mill-aġenziji tal-ħlas akkreditati tal-Istati Membri matul ix-xahar ta' referenza". Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa.
Il-pagamenti ta' kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li diġà saret u jsiru disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri[6]. L-ibbukkjar ta' kull xahar tan-nefqa u d-dħul huwa suġġett għal verifiki u korrezzjonijiet abbażi tad-dikjarazzjoni dettaljata[7]. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-proċedura tal-kontijiet.
Pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16.10.2010 sal-15.10.2011 huma koperti mis-sistema ta’ pagamenti ta’ kull xahar. Il-pagamenti li jifdal isiru direttament mill-Kummissjoni għal għadd limitat ta’ miżuri.
Għas-sena finanzjarja 2011, l-ammont totali nett tal-pagamenti ta' kull xahar kien ta' EUR 43 105 570 603.39.
2.2.1.2. Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta' kull xahar għall-2011
Għas-sena finanzjarja 2011, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar. Barra minn hekk, deċiżjoni addizzjonali dwar pagamenti ta' kull xahar, li taġġusta dawk li ngħataw diġà għan-nefqa totali li saret matul is-sena, ġiet adottat f’Diċembru 2011.
3. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2011
3.1. L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG
L-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 43 970.1 miljun. Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit, bl-użu tal-ammont kollu tad-dħul assenjat ta' EUR 905.1 miljun riportati mill-2010 u parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2011 li tammonta għal EUR 225.3 miljun mit-total ta' EUR 666.8 miljun.
Fil-qasam ta’ Politika Nru 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għal miżuri tas-suq ammontat għal EUR 3 334.1 miljun u għal għajnuniet diretti għal EUR 40 178 miljun. In-nefqa mġarrba għal miżuri tas-suq u għal għajnuniet diretti qabżet l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit u kienet parzjalment koperta bi trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn partiti oħra tal-baġit u parzjalment mid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG.
Barra minn hekk, l-ammont totali ta’ implimentazzjoni msemmi qabel jinkludi nefqa għall-qasam ta' Politika Nru 11-Miżuri tas-suq tas-Sajd ta' EUR 30 miljun kif ukoll nefqa li tammonta għal EUR 314.6 miljun għall-qasam ta’ Politika Nru 17-miżuri veterinarji u fitosanitarji.
Għal dettalji tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-Anness 3.
L-Anness 5 jirrapreżenta rendikont tan-nefqa uq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola skont il-partita u l-Istat Membru.
4. KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2011
Kummentarju qasir dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit agrikolu huwa ppreżentat minn hawn 'il quddiem abbażi ta' dettalji li jidhru fl-Anness 3.
4.1. Kapitlu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli
4.1.1. Daħla
Il-pagamenti totali għal dan il-qasam tal-baġit ammontaw għal EUR 3 344.1 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit li jammontaw għal EUR 2 964.9 miljun u minn dħul assenjat li jammonta għal EUR 639.7 miljun. Wieħed irid jinnota li approprjazzjonijiet C1 li jammontaw għal EUR 247.5 miljun ġew trasferiti għall-partita 05 07 01 06 biex ikopru n-nefqa negattiva ta’ – EUR 272 miljun li ġiet finalment inkluża fil-baġit 2011 għall-approvazzjoni tal-kontabilità tal-kontijiet tal-FAEG. Rigward dħul assenjat, EUR 628.9 miljun intużaw biex ikopru n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħaxix u l-bilanċ disponibbli ġie riportat għall-2012. Fil-partiti fejn l-approprjazzjonijiet tal-baġit intefqu inqas milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli ġew trasferiti għal partiti oħra tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif meħtieġ.
4.1.2. Ċereali
In-nefqa mġarrba kienet tammonta għal - EUR 156.2 miljun. Dan l-ammont negattiv jirrapreżenta l-profitt miksub għall-baġit 2011 b’riżultat tat-tneħħija totali ta’ 5.4 miljun tunnellata ta’ ċereali mill-ħżin pubbliku bi prezzijiet medji ogħla mill-prezzijiet tax-xiri.
4.1.3. Programmi tal-ikel
L-Istati Membri implimentaw kważi b’mod sħiħ il-pjan tal-2011 għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, l-Istati Membri ħallsu spejjeż amministrattivi u tat-trasport għall-pjanijiet tas-snin ta’ qabel. Dan kien jirriżulta f'eżekuzzjoni eċċessiva ta’ EUR 15 –il miljun għall-approprjazzjonijiet tal-baġit 2011
4.1.4. Frott u ħaxix
L-implimentazzjoni eċċessiva tas-settur kienet primarjament dovuta għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għal miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-settur tal-ħaxix u l-frott, adottata mill-Kummissjoni wara l-kriżi tal-E.coli (Ir-Regolament (UE) Nru 585/2011) u għall-għajnuna lil gruppi ta’ produtturi għal rikonoxximent preliminari. Dawn il-pagamenti kienu koperti minn trasferimenti għall approprjazzjonijiet minn partiti oħra tal-baġit u mid-dħul li kien ġie assenjat lil dan is-settur.
4.1.5. Il-prodotti tas-settur tal-vitikultura
Il-miżuri primarji ffinanzjati f’dan is-settur huma l-programmi nazzjonali ta’ appoġġ u l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli. L-Istati Membri ġarrbu nefqa kemmxejn anqas għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ tagħhom, meta mqabbla mal-ammonti previsti f’dawn il-programmi, li madankollu ġew implimentati b’mod sodisfaċenti bi kważi 98 % ta' approprjazzjonijiet previsti. Ġarrbu wkoll nefqa anqas għall-għajnuniet imħallsa għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli meta mqabbla mal-ammont previst fil-baġit.
4.1.6. Laħam taċ-ċanga u vitella
L-implimentazzjoni eċċessiva tas-settur kienet ġejja primarjament minn pagamenti ogħla magħmula mill-Istati Membri għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ kwantitajiet ogħla ta’ laħam frisk u ffriżat u annimali ħajjin. Din l-implimentazzjoni eċċessiva kienet iffinanzjata minn trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħra tal-baġit.
4.1.7. Artiklu 05 02 15: Il-laħam tal-majjal, il-bajd u t-tjur, l-apikultura u prodotti l-oħra mill-annimali
L-implimentazzjoni eċċessiva tas-settur kienet ġejja primarjament mill-pagamenti magħmula mill-Istati Membri għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni tat-tjur u għall-iskema ta’ għajnuna għal-ħżin privat għal-laħam tal-majjal ġiet adottata mill-Kummissjoni f'Jannar 2011 (Ir-Regolament (UE) Nru 68/2011). Din l-implimentazzjoni eċċessiva kienet ffinanzjata minn trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħra tal-baġit.
4.2. Kapitlu 05 03: Għajnuniet diretti
L-approprjazzjonijiet ivvotati għal dan il-kapitolu tal-baġit 2011 ammontaw għal EUR 39 771.1 miljun filwaqt li l-pagamenti diretti ammontaw għal madwar EUR 40 178 miljun. Dan il-livell ta’ nefqa tal-FAEG 2011 kien ogħla meta mqabbel ma’ dak tal-2010 prinċipament minħabba l-adattamenti kontinwi ta’ dawn l-għajnuniet għall-UE-12 f'dik is-sena. Parti mill-iskema ta’ pagament uniku kienet prevista li tiġi ffinanzjata minn dħul assenjat, u għalhekk dan wassal għall-implimentazzjoni eċċessiva li kienet koperta parzjalment minn dan id-dħul u parzjalment minn trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ivvotati minn punti oħrajn tal-baġit.
4.3. Kapitlu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola
4.3.1. Artiklu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola
Dan l-artikolu jinkludi prinċipalment l-ammonti kkreditati lill-baġit tal-FAEG permezz tal-korrezzjonijiet mill-approvazzjoni tal-kontabilità tal-kontijiet u min-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi għall-pagamenti lil benefiċjarji. Madankollu, din is-sena l-Kummissjoni għamlet korrezjonijiet ġenerali pożittivi lil kontijiet tal-Istati Membri li jammontaw għal EUR 66.6 miljun. L-approprjazzjonijiet tal-baġit 2011 adottati mill-Awtorità Baġitarja ammontaw għal – EUR 272 miljun għall-approvazzjoni negattiva ta’ korrezzjonijiet tal-kontijiet. Il-Kummissjoni għalqet dan il-kont bit-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 338.6 miljun minn partiti oħra tal-baġit.
5. IMPLIMENTAZZJONI TA’ DĦUL ASSENJAT
5.1. Dħul assenjat lill-FAEG
Id-dħul assenjat, li fil-fatt ġie mgħoddi mill-2010 għall-2011, ammonta għal EUR 905.1 miljun, u intuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena tal-baġit 2011, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju. Dan l-ammont kopra n-nefqa ta' EUR 403.6 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' EUR 501.5 miljun għall-iskema ta' pagament uniku.
Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul assenjat miġbur fl-2011, l-anness 4-I juri li dan id-dħul ammonta għal EUR 666.8 miljun u oriġina minn:
– Il-korrezzjonijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li kienet tammonta għal kważi EUR 467.3 miljun.
– Id-dħul minn irregolaritajiet ammonta għal kważi EUR 177.6 miljun u
– Il-ġbir tal-imposti tal-ħalib li ammonta għal kważi EUR 21.9 miljun.
Parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2011 li kienet tammonta għal EUR 225.3 miljun intużat sabiex tkopri n-nefqa mġarrba matul is-sena għas-settur tal-frott u l-ħaxix.
Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2011 li jammonta għal EUR441.5 miljun kien riportat awtomatikament fil-baġit 2012 sabiex jiffinanzja ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.
Għad-dettalji jekk jogħġbok ara l-Annessi 4-I u 4-II.
5.2. Id-dħul assenjat li għandu x'jaqsam mal-ammonti temporarji ta' ristrutturar fis-settur taz-zokkor
F’konformità mal-leġiżlazzjoni, l-ebda ammont ġdid temporanju għar-ristrutturar ma nġabar mill-Istati Membri minn Novembru 2009. Għalhekk, l-ammont totali tad-dħul assenjat disponibbli għall-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor huwa ugwali għall-ammont ta’ EUR 1 044.8 miljun riportat mill-2010. Wara r-rimborż lill-Istati Membri tal-ammont ta’ EUR 187.9 miljun li ntefqu għall-għajnuniet tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor (jekk jogħġbok, ara l-punt 5.3 hawn taħt), il-bilanċ ta' madwar EUR 856.8 miljun se jkun riportat għas-sena tal-baġit tal-2012 u se jintuża biex jiffinanzja l-pagamenti tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor li ser isiru f'dik is-sena.
Għad-dettalji jekk jogħġbok ara l-Annessi 4-I u 4-II.
5.3. Il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor
Ir-rimborż lill-Istati Membri għall-pagamenti għal għajnuniet li jikkonċernaw miżuri ta’ ristrutturar, għal għajnuniet għad-diversifikazzjoni kif ukoll għal għajnuniet għar-raffinar taz-zokkor ammontaw għal EUR 187.9 miljun. Dawn l-għajnuniet kienu rimborżati lill-Istati Membri mid-dħul assenjat imsemmi fil-punt 5.2 hawn fuq ta’ EUR 1 044.8 miljun.
Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness 3.
6. RENDIKONT SKONT IT-TIP TA' NEFQA
L-ammonti totali tan-nefqa tal-FAEG jammontaw għal EUR 43 970.1 miljun (bl-esklużjoni tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor). Minn hawn 'il quddiem, din in-nefqa hija ppreżentata f’rendikont skont il-kategoriji l-aktar sinifikanti flimkien mal-perċentwali li dawn jirrappreżentaw fit-total tan-nefqa tal-FAEG għall-2011:
Ħżin
L-ammont tan-nefqa għall-ħżin kien ta’ – EUR 194.6 miljun. Dan l-ammont negattiv jirrapreżenta l-profitt miksub għall-baġit 2011, prinċipalment b’riżultat tat-tneħħija ta’ ċereali, butir u trab tal-ħalib xkumat mill-ħżin pubbliku bi prezzijiet medji ogħla mill-prezzijiet tax-xiri. (Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-punt 4.1.2 hawn fuq).
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni
In-nefqa għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ammontat għal EUR179.4 miljun, jiġifieri 0.4 % u kienet tirrigwarda prinċipalment laħam taċ-ċanga, tjur, laħam tal-majjal, prodotti tal-ħalib u prodotti mhux tal-Anness I.
Miżuri oħra tas-suq
Flimkien mal-ħżin u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, in-nefqa għal miżuri tas-suq oħra ammontat għal EUR 3 428.3 miljun, jiġifieri 7.8 % tat-total għas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa prinċipalment fir-rigward ta’ ċereali, programmi tal-ikel, frott u ħaxix, inbid, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam taċ-ċanga u vitella u laħam tal-majjal. Din in-nefqa tinkorpora ammonti minuri oħra u tinkludi l-korrezzjonijiet li ġejjin mill-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet.
Pagamenti diretti
In-nefqa għall-pagamenti diretti ammontat għal EUR 40 178 miljun, jiġifieri 91.4 % tat-total.
Nefqa diretta taħt ġestjoni ċentralizzata
Din in-nefqa ammontat għal EUR 385.6 miljun, jiġifieri 0.9 % kien imħallas dirett mill-Kummissjoni u kien ikopri l-aktar in-nefqa relatata ma’ miżuri veterinarji u fitosanitarji kif ukoll il-kontabilità tal-azjendi agrikoli u l-informazzjoni dwar il-PAK.
Żvilupp rurali taħt l-ex Garanzija tal-FAEGG
L-ebda approprjazzjoni ta’ impenn ma’ tista’ ssir aktar minn dawn il-programmi taħt l-ex Garanzija tal-FAEGG. L-Istati Membri issa qed jagħlqu dawn il-programmi u qed jirkupraw ammonti mħallsa meta mhux suppost. L-ammont finali nett irkuprat taħt dan l-artikolu kien jammonta għal – EUR 6.6 miljun.
L-evoluzzjoni ta’ dan ir-rendikont skont it-tip ta’ nefqa għall-perjodu 2006-2011 hija ppreżentata fl-Anness 6.
[1] Din il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1.
[2] Dawn l-ammonti mhumiex miktuba fil-linji tad-dħul tal-baġit (Artikolu 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG) iżda huma msemmija fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu.
[3] Dawn l-ammonti ma ddaħħlux fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 680 għall-ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor) iżda huma msemmija fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu.
[4] p.m. "pour mémoire".
[5] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
[6] Dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta' kull xahar jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tal-10 tax-xahar N+1.
[7] Id-dikjarazzjonijiet dettaljati jiġu trażmessa kull xahar mill-Istati Membri (permezz tat-tabella 104) fl-20 tax-xahar N+1.
| Fuq |