52012DC0169


Titolu u referenza

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Ir-Rapport tal-2011 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

/* COM/2012/0169 final */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ir-Rapport tal-2011 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

1. INTRODUZZJONI

Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[1] (il-'Karta') saret punt ta' referenza normalment użat għall-iżvilupp tal-politiki tal-UE.

Dan il-momentum ġie attivat mit-Trattat ta' Lisbona. Wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kummissjoni adottat Strateġija dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta ('Strateġija tal-Karta')[2] li tistipula l-għan li l-UE tagħti eżempju tajjeb billi tonora d-drittijiet fundamentali meta l-Unjoni tkun qed tilleġiżla. Il-Kummissjoni ħadet impenn ulterjuri li tħejji rapport annwali biex tinforma aħjar liċ-ċittadini dwar l-applikazzjoni tal-Karta u li tkejjel il-progress fl-implimentazzjoni tagħha. Kemm l-Istrateġija tal-Karta kif ukoll l-ewwel Rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta attivaw diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill kif ukoll fil-Kumitat tar-Reġjuni u fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-Karta hija ta' interess kbir mhux biss għall-istituzzjonijiet tal-UE iżda wkoll għall-pubbliku inġenerali: skont stħarriġ tal-Ewrobarometru [3] li sar dan l-aħħar, żewġ terzi ta' dawk li wieġbu madwar l-UE huma interessati li jsiru jafu iktar dwar id-drittijiet tagħhom stipulati fil-Karta (66%), fejn imorru jekk iħossu li dawn id-drittijiet inkisru (65%) u meta l-Karta tapplika u meta ma tapplikax (60%).

Dan ir-rapport għandu l-għan li jindirizza din ix-xewqa ta' iktar għarfien dwar il-Karta. Huwa janalizza l-progress biex tkun garantita l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta u tissottolinea l-żviluppi importanti fl-2011. Id-dokument anness (I) jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-Karta mill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha tal-UE u juri problemi konkreti li jiffaċċaw l-individwi. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2010-2015) huwa ppreżentat f'anness separat (II).

2. IL-PROMOZZJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA TAL-KARTA

Filwaqt li tibni fuq il-konklużjonijiet tar-Rapport tal-2010, il-Kummissjoni ħadet għadd ta' passi konkreti biex tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta.

2.1. It-trawwim ta' kultura favur id-drittijiet fundamentali fl-UE

L-Istrateġija tal-Karta u r-Rapport tal-2010 taw lok għal dibattiti fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE dwar kif il-Karta tista' tkun strument effetiv għaċ-ċittadini u dwar kif ir-rispett lejha jista' jkun garantit matul il-proċess leġiżlattiv kollu. Dan il-momentum li nbeda mill-Kummissjoni diġà wassal għall-ewwel riżultati konkreti.

Il- Kummissjoni saħħet l-analiżi tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali meta tħejji proposti leġiżlattivi. Qabel ma tadotta proposti għal leġiżlazzjoni ġdida, il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt. Il- Gwida dwar id-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjoni tal-Impatt [4] il-ġdid jiċċara permezz ta' eżempji konkreti kif aspetti tad-drittijiet fundamentali għandhom jiġu kkunsidratati mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet grupp interservizz dwar l-implimentazzjoni tal-Karta biex jaqsam l-għarfien u l-esperjenza mad-dipartimenti kollha tagħha.

L-approċċ li ħadet il-Kummissjoni fit-tfassil ta' leġiżlazzjoni dwar l-użu ta' scanners tas-sigurtà[5] biex jinstabu oġġetti perikolużi li jġorru l-passiġġieri fl-ajruporti tal-UE huwa eżempju konkret tal-effett pożittiv ta' din il-politika. Il-fażijiet ta' tħejjija li jwasslu għall-adozzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni kkunsidraw l-impatt ta' alternattivi differenti tal-politika fuq il-drittijiet fundamentali sabiex ikun żgurat li din il-leġiżlazzjoni tkun konformi mal-Karta. L-Istati Membri u l-ajruporti li jkunu jixtiequ jinstallaw skeners tal-persuna jeħtieġ li jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti mir-regoli l-ġodda tal-UE dwar is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali. L-iktar importanti hu li l-passiġġieri se jkollhom id-dritt jagħżlu li ma jgħaddux mill-proċedura tal-iskener tal-persuna u minflok jiġu ċċekkjati permezz ta’ metodi alternattivi ta' skrinjar. Jeħtieġ li l-passiġġieri jkunu infurmati dwar il-possibbiltà li ma jipparteċipawx, dwar it-teknoloġija ta' skener użata u dwar il-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tiegħu. Barra minn hekk, hemm stipulati kundizzjonijiet dettaljati biex jiggarantixxu li d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-ħajja privata jiġu rispettati, ngħidu aħna, l-obbligu li skeners tal-persuna ma' jaħżnux, ma' jżommux, ma jikkupjawx, ma jistampawx jew ma jirkuprawx immaġni. F'dak li jirrigwarda l-kunsiderazzjonijiet ta' saħħa, huma aċċettati biss skeners li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti bħala metodu għall-iskrinjar ta' persuni.

Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni[6] rigward ir- Regoli tal-UE dwar iż-Żamma tad-Dejta [7] huwa eżempju ieħor tal-valutazzjoni msaħħa tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali. Il-Kummissjoni ddeskriviet l-impatt ta' dawn ir-regoli fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq il-konsumaturi kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali b'mod partikolari il-protezzjoni tad-dejta personali. Ir-rapport ikkonkluda li, fuq in-naħa l-waħda, iż-żamma tad-dejta hija għodda prezzjuża għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Min-naħa l-oħra, ir-rapport identifika oqsma li jeħtieġ jitjiebu wara li d-Direttiva dwar iż-żamma tad-dejta ma ġietx trasposta b’mod uniformi mill-Istat Membri. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm iktar armonizzazzjoni f'oqsma speċifiċi, bħal: il-miżuri li jiggarantixxu li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jiġu osservati, inklużi l-perjodi ta' żamma tad-dejta, il-limitazzjonijiet tal-iskop, kif ukoll il-salvagwardji neċessarji għall-aċċess ta’ dejta miżmuma u għall-ħarsien ta’ dejta personali.

Kif spjegat fl-Istrateġija tal-Karta, il-Kummissjoni mhux biss tiggarantixxi li l-proposti tagħha jkunu kompatibbli mal-Karta, iżda tiżgura wkoll li l-Karta tkun osservata meta l-Istati Membri jimplimentaw il-liġi tal-UE. Skont l-Artikolu 51 tal-Karta, id-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE biss. Ma tapplikax f'sitwazzjonijiet fejn ma tkunx involuta l-liġi tal-UE.

Wara l-intervent tal-Kummissjoni fir-rigward tal-liġi Ungeriża dwar il-midja, bl-użu sħiħ tal-poteri legali tagħha li tinforza l-acquis, il-gvern Ungeriż qabel li jemenda l-liġi nazzjonali tiegħu dwar il-midja sabiex tkun konformi mal-liġi sostantiva tal-UE. Ġie espress tħassib ieħor rigward dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi dwar il-midja li mhumiex koperti mil-liġi tal-UE. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, id-drittijiet fundamentali jkomplu jkunu ggarantiti fil-livell nazzjonali skont is-sistemi kostituzzjonali nazzjonali. F'dak ir-rigward, wieħed għandu jinnota li dan ħareġ mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża tad-19 ta' Diċembru li ddikjarat li ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ungeriża dwar il-midja jillimitaw b'mod antikostituzzjonali l-libertà tal-ġurnaliżmu stampat[8].

Fl-2011, il-Kummissjoni tat ukoll attenzjoni partikolari lill-iżviluppi relatati mal- Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida u l-implimentazzjoni tagħha , u dan safejn din tqajjem kwistjonijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-UE. Fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew f'Ġunju, il-Kummissjoni enfasizzat li l-Kostituzzjoni ta' kull Stat Membru għandha tirrifletti u tkun konformi mal-valuri Ewropej ta' libertà, demokrazija, ugwaljanza, l-istat tad-dritt, id-dinjità tal-bniedem u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn gruppi f’minoranza, mingħajr diskriminazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat. F'Diċembru, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha rigward ksur potenzjali tal-liġi tal-UE b'riżultat ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-liġi[9]. L-awtoritajiet Ungeriżi adottaw il-leġiżlazzjoni kkonċernata mingħajr ma kkunsidraw it-tħassib legali tal-Kummissjoni. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, iddeċidiet li tieħu azzjoni kontra għadd ta' dispożizzjonijiet ġodda fil-leġiżlazzjoni Ungeriża, jiġifieri dwar l-indipendenza tal-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta u dwar l-impatt diskriminatorju tal-età obbligatorja tal-pensjoni għall-imħallfin, għall-prosekuturi u għan-nutara. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll ittra amministrattiva fejn talbet li tingħata informazzjoni ulterjuri dwar ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li jistgħu jkollhom impatt fuq l-indipendenza tal-ġudikatura[10].

Il- Parlament Ewopew kellu rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet li jinsabu fil-Karta. Il-Parlament Ewropew ta attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni fl-Ungerija f’dak li jirrigwarda l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja[11] kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-Kostituzzjoni Ungeriza l-ġdida u l-implimentazzjoni tagħha[12]. Fis- 16 ta' Frar 2012, huwa adotta riżoluzzjoni[13] li biha stieden lill-gvern Ungeriż biex josserva r-rakkomandazzjonijiet, l-oġġezzjonijiet u t-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta' Venezja u lill-Kummissjoni Ewropea, il-gwardjan tat-Trattati, biex tissorvelja mill-qrib l-emendi possibbli u l-implimentazzjoni ta' tali liġijiet u l-konformità tagħhom mat-test u mal-ispirtu tat-trattati Ewropej.

Meta kien qed jaġixxi bħala koleġiżlatur, huwa saħaq fuq l-aspett tad-drittijiet fundamentali tal-proposti l-ġodda għal liġi tal-UE. Pereżempju, il-Parlament Ewropew approva l-proposta tal-Kummissjoni li temenda d- Direttiva dwar il-Kwalifika li se ssaħħaħ id-drittijiet mogħtija lir-rifuġjati u lill-benefiċjari tal-protezzjoni sussidjarja fl-UE (Artikoli 18 u 19 tal-Karta) u ggarantixxa l-estensjoni tad-drittijiet soċjali għall-ħaddiema migranti fid-Direttiva dwar il-Permess Uniku[14] adottata dan l-aħħar.

Il- Kunsill għamel sforzi sinifikanti biex isegwi l-Istrateġija tal-Karta, b'mod partikiolari rigward ir-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur. Il-Kunsill irrikonoxxa li kellu rwol ewlieni biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta u ħa l-impenn li jiggarantixxi li dawk l-Istati Membri li jipproponu emendi għall-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni, jew li jippreżentaw inizjattivi leġiżlattivi tagħhom stess, jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali[15]. Il-Kunsill tenna li hija r-responsabbiltà ta' kull istituzzjoni lil tivvaluta l-impatt tal-proposti u l-emendi tagħha. F'dan ir-rigward, huwa ħa l-impenn li, b'konformità mal-ftehim Interistituzzjonali għal leġiżlazzjoni aħjar[16], jivvaluta l-impatt tal-emendi sostantivi tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali. Dan l-impenn huwa bidla inkoraġġanti fil-prassi tal-Kunsill li s'issa ma kienx jipprevedi proċedura partikolari biex jiggarantixxi l-konformità mal-Karta. Għal dan il-għan, fuq l-eżempju tal-Kummissjoni, il-Kunsill stabbilixxa Linji Gwida [17] biex jidentifika u jittratta il-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet fundamentali li jirriżultaw mid-diskussjoni dwar il-proposti quddiem il-korpi ta' tħejjija tal-Kunsill. Fl-aħħar nett, il-Kunsill iddeskriva l-azzjonijiet tiegħu għall-applikazzjoni tal-Karta[18].

L-impatt tal-Karta fuq il-ġudikatura, kemm dik nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, diġà qed jidher. Il- Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea irreferiet dejjem iktar għall-Karta fid-deċiżjonijiet tagħha: l-għadd ta' deċiżjonijiet li jikkwotaw il-Karta fil-motivazzjonijiet tagħhom żdied b'iktar minn 50% meta mqabbel mal-2010, minn 27 għal 42. Meta l-qrati nazzjonali għamlu rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja (għal deċiżjoni preliminari) irreferew dejjem iktar għall-Karta: fl-2011, dawn ir-rinviji żdiedu b’50% meta mqabbla mal-2010, minn 18 għal 27. Il-qrati nazzjonali għamlu rinviji dwar kwistjonijiet interessanti lill-Qorti tal-Ġustizzja, pereżempju dwar l-impatt tad-dritt għal rimedju effettiv u smigħ xieraq fi proċeduri ta' tkeċċija kontra ċittadini tal-UE li jiddependu fuq informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà li l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux iridu jiżvelaw fi smigħ pubbliku[19]. Kwistjoni oħra tirrigwarda l-argument importanti tar-relazzjoni bejn id-drittijiet fundamentali nazzjonali u d-drittijiet fundamentali tal-UE f'kawża li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew[20].

Il-Qorti tal-Ġustizzja tat għadd ta' sentenzi ewlenin li jinkludu referenza għall-Karta. Pereżempju, fil-kawża Test-Achats, il-Qorti iddikjarat invalida deroga fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi li tippermetti li l-assiguraturi jagħmlu differenza bejn l-irġiel u n-nisa fil-primjums u fil-benefiċċji individwali[21]. Instab li d-deroga kienet inkompatibbli mal-għan f'dik il-leġiżlazzjoni li l-ipprezzar ikun indipendenti mis-sess, u għaldaqstant inkompatibbli mal-Karta. Wara s-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE rigward l-ugwaljanza tas-sessi fl-assigurazzjoni[22].

Fl-aħħar tal-2011, il-Qorti tat sentenza importanti dwar l-implimentazzjoni tar- Regolament ta' Dublin dwar kif jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-asil fl-UE[23]. Il-Qorti saħqet li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-Karta meta jistabbilixxu r-responsabbiltà għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-asil. L-Istati Membri ma jistgħux jittrasferixxu persuna li tkun qed titlob l-asil lejn Stat Membru ieħor jekk is-sitwazzjoni ma tkunx tippermetti li jinjoraw il-fatt li n-nuqqasijiet sistemiċi fil-proċedura tal-asil u l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza f'dak l-Istat Membru jipprovdu raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-persuna tinsab fir-riskju li tiġi suġġetta għal trattament inuman u degradanti. L-Anness I ma' dan ir-rapport jippreżenta għadd ta' deċiżjonijiet importanti bħas-sentenzi li jiċċaraw ir-relazzjoni - f'ambjent tal-internet - bejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u drittijiet fundamentali oħrajn, bħal-libertà li wieħed iwettaq attivitajiet ekonomiċi u l-protezzjoni tad-dejta personali[24], jew dwar ir-referenza għad-dinjità tal-bniedem rigward il-kwistjoni tal-privattivi fir-rigward tal-embrijuni umani maħluqa permezz ta' kklownjar terapewtiku[25], jew l-analizzar tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta' età fid-dawl tad-dritt għan-negozjar u għall-konklużjoni ta' ftehimiet kollettivi[26].

2.2. Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE

B'segwitu għall-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2010-2015)[27], il- Kunsill adotta Patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn is-sessi [28]. Filwaqt li jistabbilixxi rabta soda mal-proċess Ewropa 2020, il-Patt jiddikjara mill-ġdid l-impenji tal-UE biex telimina d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fl-edukazzjoni u fil-protezzjoni soċjali, tiżgura pagi indaqs għall-istess xogħol, tippromwovi sitwazzjoni fejn in-nisa jipparteċipaw daqs l-irġiel fit-teħid ta' deċiżjonijiet u tiġġieled kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa. Huwa jtenni l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha inklużi l-azzjonijiet esterni tal-UE. Huwa jenfasizza wkoll ir- rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja bħala kundizzjoni minn qabel biex in-nisa jipparteċipaw bl-istess mod fis-suq tax-xogħol: l-iżvilupp ta' servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal u t-teħid tal-liv tal-ġenituri mill-missirijiet għandhom impatt pożittiv fuq il-provvista ta' ħaddiema li jieħdu ħiseb u jduru b’xi ħadd, li ħafna drabi huma nisa[29].

B'konformità mal-impenji li ħadet fl-Istrateġija tagħha għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tiġi promossa l-ugwaljanza fit-teħid ta' deċiżjonijiet u sabiex tirrimedja l-iżbilanċ bejn is-sessi f'postijiet ta' tmexxija fil-kumpaniji privati, il- Kummissjoni stiednet lill-kumpaniji kollha tal-UE kkwotati pubblikament biex jiffirmaw l-" Impenn formali għal iktar nisa fit-tmexxija tal-impriżi Ewropej " u biex jiżviluppaw il-mezzi tagħhom stess biex iktar nisa jokkupaw l-ogħla impjiegi[30]. L-għan hu li sa l-2015 jintlaħaq l-objettiv li 30% tal-membri tal-bordijiet fil-kumpaniji Ewropej ikkwotati pubblikament ikunu nisa u sal-2020 dawn jiżdiedu għal 40%.

Il-Kummissjoni adottat proposti leġiżlattivi għall- Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-UE (2014-2020) [31] li jmiss Il-programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza[32] se jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet tal-individwu inklużi l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Barra minn hekk, il-Programm il-ġdid tal-UE għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali[33], li ġie stabbilit biex jappoġġa politiki soċjali u dwar l-impjiegi madwar l-UE, se jimmira b'mod speċifiku lejn kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza tas-sessi.

Fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar id-differenzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, il-kura tat-tfal, u d-diżinċentivi fiskali għat-tieni sors ta' dħul biex issaħħaħ il-qagħda tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex tikseb l-għan li żżid ir-rata tal-impjiegi ta' nisa u rġiel ta' età minn 20 sa 64 għal 75% sal-2020. L-Istati Membri fejn it-trattament fiskali huwa iktar vantaġġuż għal koppji li għandhom dħul li jvarja ħafna jew għal koppji bi dħul wieħed mhumiex effikaċi mil-lat ekonomiku. Dawn jirrinfurzaw il-mudell domestiku fejn persuna waħda taħdem full-time (tradizzjonalment ir-raġel) u l-oħra part-time (tradizzjonalment il-mara), li jwassal biex l-investimenti fil-kapital uman ma jintużawx biżżejjed, b'mod partikolari tan-nisa. It-tneħħija tad-diżinċentivi finanzjarji fit-taxxa u fis-sistemi tal-benefiċċji flimkien mal-iżvilupp tal-kura tat-tfal u tal-anzjani jwasslu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol matul ħajjithom u jiggarantixxu l-indipendenza ekonomika tagħhom.

2.3. Għajnuna liċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom

Il-Kummissjoni hija konvinta li jeħtieġ isir sforz ulterjuri biex iċ-ċittadini jkunu infurmati dwar meta tapplika l-Karta u fejn imorru meta jiġu miksura drittijiethom. Stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru[34] wera li minkejja li s-sensibilizzazzjoni tal-Karta qed tiżdied (64% fl-2012 meta mqabbel ma' 48% fl-2007), kienu ftit iċ-ċittadini li jafu eżattament x'inhi l-Karta (11%) u meta din tapplika (14%). Kien hemm l-iktar konfużjoni dwar jekk il-Karta tapplikax għall-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, inklużi kwistjonijiet ta' kompetenza nazzjonali . Il-Karta ma tapplikax f'dawn il-każijiet kollha, iżda iktar minn nofs ta’ dawk li wieġbu - 55% - ħasbu li tapplika. Barra minn hekk, kważi kwart (24%) ta' dawk li wieġbu qalu li kien falz li l-Karta tapplika għall-Istati Membri meta japplikaw il-liġi tal-UE biss, b'hekk komplew jaċċennaw il-konfużjoni.

L-istħarriġ juri wkoll li l-ewwel post fejn iduru dawk li wieġbu jekk jiġu miksura drittijiethom skont il-Karta huma l-qrati nazzjonali (21%) segwiti mill-qrib mill-Ombudsman/korpi indipendenti (20%), istituzzjonijiet tal-UE (19%) u l-pulizija lokali (19%). Dan juri li fil-perċezzjoni ta' ħafna ċittadini l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom l-istess funzjoni ta' rimedju bħal qorti nazzjonali jew bħal korp nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem .

Dejta miġbura mill-Kummissjoni tixħet iktar dawl fuq kif iċ-ċittadini ħafna drabi jifhmu ħażin ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Fl-2011, 55% tal-każijiet f'ittri mibgħuta miċ-ċittadini lill-Kummissjoni dwar id-drittijiet fundamentali kienu jirrigwardaw kwistjonijiet li huma barra mill-kompetenza tal-UE. Il-Karta ma tagħtix awtorità ġenerali lill-UE biex tintervjeni fil-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet fundamentali mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Karta tapplika għall-Istati Membri biss meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. L-Istati Membri għandhom regoli nazzjonali estensivi dwar id-drittijiet fundamentali, li l-osservanza tagħhom hija ggarantita mill-qrati nazzjonali[35].

Il-Kummissjoni tfakkar li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE (b'mod partikolari l-Ombudsman Ewropew) u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri għandhom responsabbiltà konġunta biex jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini dwar il-Karta u dwar fejn għandhom imorru biex jiksbu rimedju meta jikkunsidraw li drittijiethom ikunu ġew miksura. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ippubblikat paġni ġodda fil- Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika [36] dwar id-Drittijiet Fundamentali. Il-portal jipprovdi informazzjoni dwar fejn għandhom jippreżentaw ilment dawk iċ-ċittadini li jikkusidraw li kienu suġġetti għal ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom. Fih hemm informazzjoni dwar il-qrati nazzjonali, u dwar il-korpi li jittrattaw l-ilmenti dwar id-drittijiet fundamentali, bħall-Ombudspersons nazzjonali, l-Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u korpi għall-Ugwaljanza.

Il-Kummissjoni hija determinata li tgħin liċ-ċittadini jeżerċitaw drittijiethom permezz ta' kooperazzjoni f'diversi livelli mal-atturi kollha involuti fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali. Hemm bżonn ta' djalogu iktar mill-qrib fost il-ħafna istituzzjonijiet differenti fl-Istati Membri li, barra mir-rwol ewlieni tal-ġudikatura li tiddefendi d-drittijiet fundamentali, jintalbu jindirizzaw ilmenti minn ċittadini li jikkunsidraw li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura. Fis-6 ta' Ottubru 2011 il-Kummissjoni, għall-ewwel darba, laqqgħet flimkien korpi għall-ugwaljanza, istituzzjonijiet tal-ombudsman, istituzzjonijiet tal-ombudsman għat-tfal, istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem f'seminar organizzat b'mod konġunt mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Petizzjonijiet. Is-seminar iffoka fuq kif fil-prattika dawn l-istituzzjonijiet jittrattaw l-ilmenti dwar id-drittijiet fundamentali. Dan id-djalogu f’diversi livelli se jkompli bil-għan li jiġu kondiviżi l-esperjenzi fl-implimentazzjoni tal-Karta u dwar sfidi komuni li jiffaċċaw dawn l-awtoritajiet rigward il-kompetenza, l-indipendenza u l-effikaċja tagħhom. B'mod partikolari se jeżamina kif kull korp jista' jitħeġġeġ biex jistabbilixxi "listi ta' kontroll dwar l-ammissibbiltà" li faċilment jifimhom iċ-ċittadin sabiex min ikun qed jagħmel ilment ikun jista' jiddetermina huwiex probabbli li l-każ tiegħu/tagħha jiġi ttrattat mill-korp konċernat. Sistemi bħal dawn diġà wrew li huma ta' benefiċċju kbir fil-każ tal- Ombudsman Ewropew li stabbilixxa gwida interattiva fuq websajt tiegħu bit-23 lingwa tal-UE biex jgħin liċ-ċittadini jidentifikaw malajr l-iktar korp adattat li jirrikorru għandu meta jkollhom ilment dwar amminsitrazzjoni ħażina. 80% tal-22 000 rikjesta mibgħuta fl-2011 setgħu jiġu mwieġba permezz ta' din il-gwida interattiva. Huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) biex jiġu stabbiliti l-"listi ta' kontroll dwar l-ammissibbiltà" minħabba li l-FRA ippjanat li tistabbilixxi għodod li jistgħu jintużaw faċilment miċ-ċittadini biex jiggwidawhom meta dawn ikunu jridu jressqu xi lment dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

3. L-IKTAR żVILUPPI IMPORTANTI FL-2011

Il-Kummissjoni segwiet politika vigoruża li tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta f'varjetà wiesgħa ta' oqsma koperti mil-liġi tal-UE. L-anness ma' dan ir-Rapport jippreżenta ħafna eżempji dwar l-applikazzjoni tal-Karta li jinvolvu d-drittijiet koperti mis-sitt titoli tal-Karta (id-Dinjità, il-Libertajiet, l-Ugwaljanza, is-Solidarjetà, id-drittijiet taċ-Ċittadini u l-Ġustizzja), inkluzi passi importanti biex titħejja l-proposta għar-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta li se tiġi ppreżentata fl-2012.

Lil hinn mill-ambitu ta' dan ir-rapport, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi hija importanti wkoll għall-UE. Dan reġa ġie affermat mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'Komunikazzjoni konġunta dwar id-"Drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE", adottata fit-12 ta' Diċembru 2011[37] kif ukoll żewġ Komunikazzjonijiet dwar il-politika ta' żvilupp tal-UE[38]. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija wkoll waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-proċess ta' tkabbir tal-UE, u se tkompli tiġi msaħħa matul in-negozjati tal-adeżjoni.

L-Istati Membri tal-UE huma vinkolati mill-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. Madankollu, għad m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar l-isforzi li saru biex ikun żgurat li ssirimplimentazzjoni effettiva tal-Karta. Fir-rapporti annwali li jmiss il-Kummissjoni se tħares lejn l-applikazzjoni tal-Karta biex tirreġistra l-progress li jkun sar f'dak ir-rigward.

3.1. Momentum ġdid fl-infurzar tad-dritt taċ-ċittadini għall-moviment liberu

Il-mobbiltà tal-individwi fi ħdan l-UE hija fattur importanti għat-tkabbir ekonomiku f'Ewropa b'popolazzjoni li qed tonqos u bi żbilanċi sinifikanti bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol f'partijiet differenti tal-UE. Fl-istess waqt, il-moviment liberu ta' studenti, turisti, ħaddiema u l-familji tagħhom bejn l-Istati Membri hija kisba Ewropea importanti, u espressjoni fil-prattika ta' rispett reċiproku, ftuħ u tolleranza bħala valuri fil-qalba tal-Unjoni Ewropea. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni segwiet politika ta' nfurzar rigoruża bil-għan li tikseb it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni sħiħa u korretta tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu[39] madwar l-Unjoni Ewropea. Bħala riżultat ta' din il-politika, il-maġġoranza tal-Istati Membri emendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom jew ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jemendawha. Il-Kummissjoni kompliet taħdem mal-pajjiżi l-oħrajn biex tittratta kwistjonijiet pendenti inkluża t-tnedija ta' proċediment ta' ksur fejn kien meħtieġ.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni ferma biex tiżgura li l-prinċipju tan- nondiskriminazzjoni u salvagwardji oħrajn radikati fir-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu rispettati għal kollox mill-Istati Membri. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-pjanijiet fuq il-migrazzjoni tal-ħaddiema mħabbra mill-gvern Olandiż u qed issegwi djalogu mal-awtoritajiet fl-Istati Membri relevanti bil-għan li tiżgura li kull miżura li tista' tidħol fis-seħħ tkun kompletament konformi mal-liġi tal-UE.

F'Marzu 2011, il-Kunsill Kostituzzjonali Franċiż ħa deċiżjoni li tikkonċerna l-kwistjoni tat-tkeċċija ta' gruppi f'insedjamenti illegali[40]. Din il-kwistjoni ma ġietx indirizzata permezz ta' intervent mill-Kummissjoni fis-sajf tal-2010[41] minħabba li dawn it-tkeċċijiet ma jikkonċernawx l-espulsjoni ta' ċittadini tal-UE minn Stat Membru u għaldaqstant ma jikkonċernawx id-dritt tal-moviment liberu. Il-Qorti ddikjarat li ċerti dispożizzjonijiet legali li jagħtu saħħa lill-awtoritajiet biex jinfurzaw it-tkeċċija fuq bażi ta' urġenza fi kwalunkwe żmien tas-sena, mingħajr ma jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi personali jew familjari tal-individwi mhumiex kostituzzjonali. Din id-deċiżjoni tikkonferma li fejn il-liġi tal-UE ma tapplikax, id-drittijiet fundamentali jkomplu jiġu infurzati fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari, permezz tal-qrati.

F'Mejju tal-2011, il-Kummissjoni daħlet fi djalogu intesiv mal-gvern Daniż dwar il-pjanijiet tiegħu li jintroduċi miżuri msaħħa dwar il-kontroll tal-fruntieri interni fl-UE. F'Ottubru 2011, il-gvern Daniż ħabbar li ma kienx se jkompli bil-pjanijiet u li l-kontrolli doganali kienu se jiġu implimentati skont ir-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu u l-acquis ta' Schengen.

Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tal-emendi fl-Att Daniż dwar il-Barranin li daħal fis-seħħ f'Lulju 2011. Dawn għandhom l-għan li jintroduċu regoli iktar stretti dwar l- espulsjoni tal-barranin , inklużi ċittadini tal-UE, u jqajmu tħassib serju rigward il-kompatibbiltà tagħhom mad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu. Il-Kummissjoni mhux se taħsibha darbtejn biex tagħmel użu sħiħ mill-poteri li jagħtiha t-Trattat jekk tqis li t-tweġiba Daniża ma tkunx sodisfaċenti.

3.2. Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal

Il-Kummissjoni adottat l- Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal fi Frar 2011[42]. L-Aġenda tal-UE għandha l-għan li tqiegħed fil-prattika d-drittijiet tat-tfal li jinsabu fil-Karta u fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal permezz ta' programm komprensiv ta' azzjonjijiet għall-perjodu 2011-2014. L-Aġenda tal-UE identifikat 11-il azzjoni konkreta li se jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni effettiva u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Fil-kuntest ta' dan l-approċċ komprensiv għad-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni stabbiliet l-ordni ta’ prijorità fl-isforzi tagħha biex tiżgura li s-sistema ġudizzjarja tkun iktar konvenjenti għat-tfal u ssir iktar favorevoli għalihom. Il-Kummissjoni ffissat ukoll prijoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal meta jkunu vulnerabbli u biex tissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE. Bħala parti minn dan il-programm ta' azzjonijiet, il-Kummissjoni nediet ukoll portal uniku online għat-tfal, imsejjaħ Rokna għat-Tfal[43] li jikkonsisti f'testi apposta għat t-tfal, logħob u kwiżiż li jinfurmaw lit-tfal dwar id-drittijiet tagħhom.

L-UE adottat regoli ġodda fil- ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija [44] biex tagħmel iktar faċli il-ġlieda kontra d-delitti fuq it-tfal permezz ta' azzjoni minn fronti differenti. Ir-regoli l-ġodda jikkriminalizzaw firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet ta' abbuż sesswali u sfruttament u jkopru fenomeni ġodda megħjuna mill-internet, bħat-tħejjija għall-abbuż sesswali (grooming), l-abbuż permezz tal-webcam jew li wieħed jara fuq l-internet materjal dwar l-abbuż tat-tfal.

Il-Kummissjoni kompliet tagħti appoġġ għat-twaqqif u l-operat tal-għodod imfassla biex jgħinu lit-tfal irrappurtati neqsin jew sekwestrati, jiġifieri 116 000 hotlajn għal tfal neqsin u sistemi ta' allert għat-tfal. Hemm bżonn li xi Stati Membri[45] jagħmlu sforz komuni biex b'hekk il-hotlajn jitħaddem tajjeb u jkun magħruf madwar l-UE. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex dan isir realtà.

Id-dħul fis-seħħ fir-Russja tal- Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tas-Sekwestru Internazzjonali tal-Minuri [46] u l-passi li ħa l-Ġappun fid-dawl tal-adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni huma żviluppi sinifikanti li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tat-tfal fl-UE f'każijiet ta' sekwestru tat-tfal. Il-Kummissjoni ssottomettiet proposti biex tiżgura li jkun hemm konsistenza fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni bejn l-UE u Stati terzi li aderixxew magħha f'dawn l-aħħar snin[47].

3.3. It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi u d-drittijiet proċedurali

Il-Kummissjoni pporponiet sett ġdid ta' strumenti biex tiggarantixxi li l- vittmi jiġu trattati b'rispett u b’dinjità , jirċievu protezzjoni u appoġġ għall-integrità fiżika u għall-proprjetà tagħhom, u jkollhom aċċess għall ġustizzja u l-kumpens. Ir-regoli ġodda proposti[48] jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-vittmi bi ħtiġijiet speċjali, bħat-tfal. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadmet biex tipproteġi l-vittmi tal-vjolenza (bħall-vjolenza domestika) minn iktar ħsara li tista’ ssirilhom mill-awtur tal-vjolenza meta dawn jivvjaġġaw fl-UE[49]. Ir-regoli l-ġodda jiżguraw ukoll li d-dritt għad-difiża jkun rispettat. Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin tipprevedi firxa komprensiva ta' drittijiet għall-vittmi fi proċeduri kriminali, inkluż f'dak li jirrigwarda l-assistenza u l-appoġġ lill-vittmi kif ukoll għal vittmi tat-traffikar li jkunu minorenni[50].

Sar progress kbir lejn l-adozzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħu d-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati . Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw sett ġdid ta' regoli biex jiżguraw li l-persuni suspettati ta' reat kriminali jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom f'lingwa li jifhmu huma. Xi ħadd li jiġi arrestat irid ikun infurmat dwar id-drittijiet tiegħu b'dokument li jissejjaħ Ittra tad-Drittijiet. Il-Kummissjoni ssottomettiet ukoll proposta għal regoli ġodda li fost oħrajn jiżguraw l-aċċess għal avukat sa mill-ewwel fażi ta' interrogazzjoni mill-pulizija sal-proċeduri kriminali[51]. Il-Kummissjoni varat konsultazzjoni pubblika dwar kwistjonijiet ta' detenzjoni fl-UE, biex tesplora l-possibbiltà li jiġu stabbiliti standards simili ta' protezzjoni madwar l-UE[52].

3.4. Il-ġlieda kontra l-ksenofobija u diskors ta' mibgħeda razzista

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu dwar l-inċidenza ta' diskors u delitti ksenofobiċi u ta' mibgħeda razzista fl-Istati Membri tal-UE f'diversi okkażjonijiet. Skont ir-Rapport Annwali tal-2011 tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, " 10 mit-12-il Stat Membru, li jippubblikaw biżżejjed dejta tal-ġustizzja kriminali dwar id-delitti razzisti biex tkun tista ssir analiżi tax-xejriet, esperjenzaw żieda f'delitti razzisti li jiġu rreġistrati "[53] matul il-perjodu 2000-2009.

Bi tweġiba għat-tħassib tal-Parlament Ewropew, il- Kummissjoni tenniet ir-rifjut tagħha ta' kull forma u manifestazzjoni ta' ksenofobija u razziżmu. Hija fakkret li l-awtoritajiet pubbliċi jridu mingħajr tlaqliq jikkundannaw u attivament jiġġieldu kontra aġir bħal dan. Kwalunkwe dikjarazzjoni li torbot il-kriminalità ma' ċerta nazzjonalità jagħti fama ħażina lil dik in-nazzjonalità u trewwaħ il-ksenofobija u għalhekk hija inkompatibbli mal-prinċipji tad-dinjità umana, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE.

Il-Kummissjoni hija determinata li tiżgura li l-liġijiet nazzjonali jkunu konformi mal- liġi tal-UE li tipprojbixxi d-diskors ta' mibgħeda u d-delitti razziżti u ksenofobiċi[54] . Sal-aħħar tas-sena, 22 Stat Membru kienu kkomunikaw lill-Kummissjoni li l-liġijiet nazzjonali tagħhom kellhom l-intenzjoni li jippenalizzaw id-diskors ta' mibgħeda razzist u ksenofobiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda notifika dwar miżuri ta' implimentazzjoni mill-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Spanja u l-Polonja. Il-Kummissjoni se tanalizza n-notifiki fl-2012 sabiex tivverifika l-konformità tal-liġijiet nazzjonali mal-liġi tal-UE. Ser taħdem biex dan tikkumplimentah bi djalogu regolari fost l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ ta' propagazzjoni organizzata favur ir-razziżmu u diskors ta' mibgħeda, ngħidu aħna permezz ta' siti razzisti fuq l-internet, sabiex issaħħaħ il-bażi għal analiżi konġunta u r-rappurtar ta' tali fenomeni b'mod partikolari meta dawn ikunu jinkludu dimensjoni transkonfinali.

Id-Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nisel razzjali jew etniku hija pprojbita fil-liġi tal-UE u l-Kummissjoni hija mpenjata li tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw magħha. Il-proċeduri kontra erba' Stati Membri għan-nuqqas ta' osservanza ta' dawn ir-rekwiżiti legali ingħalqu, hekk kif dawn ġiebu l-liġijiet nazzjonali tagħhom f'konformità mal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni se tkompli fl-isforzi tagħha ma' tliet Stati Membri li magħhom hemm proċeduri pendenti[55].

Il-Kummissjoni affermat mill-ġdid il-ħtieġa ta' attitudini pożittiva lejn id-diversità u ta' trattament indaqs fl-"Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi"[56]. Għandhom jissaħħu l-isforzi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u biex il-migranti jingħataw l-istrumenti biex jiġu mgħarrfin dwar il-valuri fundamentali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.

L-UE għamlet pass importanti 'l quddiem fil- promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Rom bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020"[57]. Dan il-Qafas tal-UE jistieden lill-Istati Membri biex iħejju jew jirrevedu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom fid-dawl tal-objettivi tal-UE kif definiti fil-qafas, u biex jippreżentawhom lill-Kummissjoni sal-aħħar ta' Diċembru 2011. Il-Qafas tal-UE kien approvat ukoll mill-Kunsill Ewropew[58] u milqugħ mill-Parlament Ewropew.

L- UE pprovdiet sostenn finanzjarju għall-azzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-politiki nazzjonali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, biex tiġi promossa l-ugwaljanza u jitjieb ir-rimedju rigward id-diskors u d-delitti razzisti.[59] Il-Kummissjoni tagħti sostenn ukoll lill-ħidma tal- Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fil-ġbir tad-dejta dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali, ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri. L-Aġenzija ppubblikat diversi studji u manwali li jindirizzaw pereżempju r-rwol tas-siti ta' kommemorazzjoni tal-Olokawst fl-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, is-sitwazzjoni tal-Antisemitiżmu fl-UE, il-liġi Ewropea tan-nondiskriminazzjoni, id-diskriminazzjoni multipla u l-protezzjoni tal-minoranzi fl-UE.

3.5. Il-kontribut għall-kompetittività tal-UE

Il-Karta sservi ta' boxxla meta jkunu qed jissawru l-inizjattivi tal-UE għall-promozzjoni tat-tkabbir. Ġew analizzati għadd ta' miżuri tal-UE fid-dawl tad- dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal (Artikolu 47 tal-Karta). Dan id-dritt huwa importanti għaċ-ċittadini kollha iżda wkoll għall-infurzar tal-liġi ekonomika tal-UE li tagħti kontribut għat-tkabbir. Hija tiżgura li l-impriżi jistgħu effettivament jimxu skont id-drittijiet li tagħti l-leġiżlazzjoni tal-UE u tipprovdi salvagwardja kontra r-riskju ta' azzjoni illegali, u l-arbitrarjetà tal-awtoritajiet li għandhom poteri ta' superviżjoni. Il-Kummissjoni analizzat għadd ta' miżuri tal-UE fid-dawl tad-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal. Dawn il-miżuri jinkludu l-leġiżlazzjoni proposta relatata mas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, l-abbuż tas-suq, it-trasparenza fis-swieq finanzjarji, verifiki statuorji, kwalifiki professjonali u soluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

Fl-2011, id-dritt għal rimedju effettiv kien l- iktar dritt ikkwotat fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE b'referenzi għall-Karta u kienet imsemmija f'terz ta' dawn id-deċiżjonijiet kollha. Id-dritt għal rimedju effettiv jeħtieġ ġudikatura indipendenti, imparzjali u li tiffunzjona għal kollox.

Il- libertà li twettaq attivitajiet ekonomiċi (Artikolu 16 tal-Karta) huwa ta' rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-UE u l-Kummissjoni kkunsidratha kif xieraq fit-tħejjija ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar is-suq għal strumenti finanzjarji, il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, l-aġenziji tal-credit rating u dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (tachographs). Il-libertà li twettaq attivitajiet ekonomiċi kienet ukoll kunsiderazzjoni ewlenija fit-tħejjija tal-proposta għal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li għandha l-għan li tneħħi x-xkiel li jirriżulta mid-diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali tal-kuntratti[60]. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-importanza tal-libertà li jitwettqu attivitajiet ekonomiċi fid-deċiżjonijiet importanti tagħha fil-kawżi Scarlet [61] u Sabam [62]. Il-Qorti ddikjarat li jekk servizz tal-internet jew fornitur tal-ħżin tal-informazzjoni (hosting provider) ikun obbligat jinstalla sistema tal-iffiltrar għall-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali dan ikun jikkonsisti fi ksur tal-libertà tal-fornitur li jwettaq attivitajiet ekonomiċi, kif ukoll tad-drittijiet tal-klijenti tiegħu għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li jirċievu jew jibgħatu informazzjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jenfasizzaw l-importanza li miżura trid tikkunsidra d-drittijiet fundamentali involuti kollha kif ukoll li tkun garantita l-konformità ma' dawn id-drittijiet kollha .

F'diversi inizjattivi, il-Kummissjoni tat attenzjoni partikolari lid-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17 tal-Karta) li jipprevedi l- protezzjoni tal-proprjetà intellettwali . Il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar 'Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali'[63], fejn ħabbret għadd ta' inizjattivi, inkluża l-possibilità ta’ reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali l-iktar fid-dawl tal-piraterija fuq l-internet. Il-Kummissjoni ħabbret li din ir-reviżjoni se tkun teħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt, mhux biss dwar id-dritt għall-proprjetà, iżda wkoll dwar id-drittijiet għal ħajja privata, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv. Kif spjegat fl-Istrateġija tal-Karta, l-aċċenn fuq aspetti potenzjali tad-drittijiet fundamentali fil-bidu tat-tħejja tal-proposti jinkoraġġixxi kontributi li jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.

3.6. Passi importanti għall-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni ħadet passi konkreti biex tkun konformi mar-rekwiżit inkluż fit-Trattat ta' Lisbona li l-UE taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Kummissjoni mexxiet negozjati tekniċi dwar l-adeżjoni ma' esperti mill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa bħala l-partijiet attwali għall-Konvenzjoni. L-abbozz ta' ftehim ta' adeżjoni, elaborat f'Jannar 2011, bħalissa jinsab taħt skrutinju fi ħdan il-Kunsill.

4. KONKLUżJONIJIET

Fl-2011, l-UE ħadet passi konkreti ulterjuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta. Dawn l-isforzi għenu biex iċ-ċittadini jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom meta tkun tapplika l-liġi tal-UE.

B'mod partikolari, fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, ambjent li huwa legalment stabbli bbażat fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa l-aqwa garanzija biex iċ-ċittadini jkollhom il-fiduċja u biex ikun hemm fiduċja min-naħa tas-sħab u l-investituri. Il-Kummissjoni hija konvinta li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet interessati jeħtieġ jaħdmu flimkien biex il-Karta titqiegħed fil-prattika.

[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 83, 30.3.2010, p. 389–403.

[2] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, COM (2010) 573 finali, disponibbli f’:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/doc/com_2010_573_en.pdf

[3] Ewrobarometru Flash 340: "Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea".

[4] Operational Guidance on taking account of Fundamental Rights in Commission Impact Assessments (Il-Gwida Operattiva dwar kif għandhom jitqiesu d-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet ta’ Impatt tal-Kummissjoni), SEC(2011) 567 finali tas-6.5.2011, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/fundamental-rights/files/operational-guidance_en.pdf

[5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2011 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward l-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE, OJ L293, 11.11.2011, p. 22-23. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 1147/2011 li jimplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili rigward l-użu ta’ skeners tal-persuna fl-ajruporti tal-UE, OJ L294, 12.11.2011, p. 7-11.

[6] Rapport mill-Kummissjoni: Rapport ta' valutazzjoni dwar id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta (Direttiva 2006/24/KE), COM(2011) 225 finali, disponibbli f': http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/archive/20110418_data_retention_evaluation_en.pdf

[7] Id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta (2006/24/KE) teżiġi li l-Istati Membri jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li jżommu d-dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok għal bejn sitt xhur u sentejn għal skopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ delitti serji

[8] Il-Viċi President Kroes lissnet it-tħassib tagħha kemm f'ittri lill-awtoritajiet Ungeriżi kif ukoll f'laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Ġustizzja responsabbli. Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża, 19 ta' Diċembru 2011, 1746/B/2010, disponibbli: f': www.mkab.hu/admin/data/file/1146_1746_10.pdf

[9] Il-Viċi President Reding bagħtet ittra lill-Ministru tal-Ġustizza Ungeriż fit-12 ta' Diċembru. Il-Viċi President Kroes u l-Viċi President Rehn ukoll bagħtu ittri dwar il-pluraliżmu fil-midja u dwar l-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ungeriż rispettivament.

[10] Stqarrija għall-istampa tas-17 ta' Jannar 2012 (IP 12/24) disponibbli f':

http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/12/24&format=HTML&aged=0&language=MT&guiLanguage=fr

[11] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi tal-medja fl-Ungerija, disponibbli f': http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2011-0094+0+DOC+XML+V0//MT

[12] Riżoluzzjoni tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Kostituzzjoni riveduta tal-Ungerija, disponibbli f': http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2011-%0315+0+DOC+XML+V0//MT

[13] Riżoluzzjoni tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija, disponibbli f':http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-%2f%2fEP%2f%2fTEXT%2bTA%2bP7-TA-2012-0053%2b0%2bDOC%2bXML%2bV0%2f%2fEN&language=EN

[14] Direttiva 2011/98/UE dwar proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta' pajjiż terz biex jirresjiedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar sett komuni ta' drittijiet għal ħaddiema minn pajjiż terz li jirresjiedu legalment fi Stat membru, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 1 – 9.

[15] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-iżgurar ta’ implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, 25.2.2011, disponibbli f': http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/jha/119464.pdf

[16] Ftehim Interistituzzjonali għal-Leġiżlazzjoni Aħjar (ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1 – 5 ).

[17] Linji Gwida dwar il-passi metodoloġiċi li jridu jittieħdu għall-kontroll tal-kompatibbilità mad-drittijiet fundamentali fil-korpi ta' tħejjija tal-Kunsill, 19.5.2001. disponibbli f':

http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/11/st10/st10140.en11.pdf

[18] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, 23.5.2011, disponibbli f':http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/genaff/122181.pdf

[19] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-300/11, ZZ v Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Interni , 17.06.2011.

[20] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża Case C-399/11, Stefano Melloni ,1.10.2011.

[21] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-236/09, Test-Achats , 30.4.2011.

[22] Linji gwida dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE fis-settur tal-assigurazzjoni, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-236/09 (Test-Achats, ĠU C 11, 13.1.2012, p. 1 – 11.

[23] Qorti tal-Ġustizzja, Kawżi konġunti C-411/10 u C-493/10, N.S. v Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Interni u M.E. e.a. v il-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġjati , 21.12.2011

[24] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża, C-70/10, Scarlet v SABAM , 24.11.2011.

[25] Qorti tal-Ġustizzja, C-34/10, Brüstle v. Greenpeace , 18.10.2011.

[26] Kawżi konġunti, C-297/10 u C-298/10, Hennings u Land Berlin .

[27] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010, COM(2010) 491 finali disponibbli f':

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0491:FIN:MT:PDF

[28] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn is-sessi għall-perjodu 2011 – 2020, 7.3.2011 disponibbli f':

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/119628.pdf

[29] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja fil-kuntest ta' Tibdil

Demografiku, 17.6.2011, disponibbli f':

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/122875.pdf

[30] Impenn formali għal iktar nisa fit-tmexxija tal-impriżi Ewropej, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/pdf/p_mt.pdf

[31] Informazzjoni fuq il-qafas finanzjarju tal-UE għall-2014-2020, huwa disponibbli f':

http://ec.europa.eu/budget/biblio/documents/fin_fwk1420/fin_fwk1420_en.cfm

[32] Proposta għal Regolament li jistabbilixxi għall-perjodu 2014 sal-2020 il-Programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza, COM (2011) 758 finali, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/files/1_en_act_part1_v5_frc_en.pdf

[33] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, COM(2011) 609 finali, disponibbli f':

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011PC0609:mt:NOT

[34] Flash Eurobarometer 340; "Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea".

[35] F'dan ir-rigward, anke l-Bill of Rights tal-Istati Uniti tal-Amerika oriġinarjament kien japplika biss għal-livell Federali.

[36] Portal Ewropew e-Justice disponibbli f': https://e-justice.europa.eu/home.do?action=home

[37] Komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Id-Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE – lejn approċċ iktar effettiv", 12.12.2011, COM (2011) 886 finali, disponibbli f':

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0886:FIN:MT:PDF

[38] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni:Inżidu l-impatt tal-politika ta' żvilupp tal-UE: aġenda għall-bidla, COM(2011) 637 finali: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: l-Approċċ futur għal appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi, COM(2011) 638 finali, disponibbli f':

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0637:FIN:EN:PDF;

http://ec.europa.eu/europeaid/how/delivering-aid/budget-support/documents/future_eu_budget_support_en.pdf

[39] Id-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, ĠU L 158 , 30.04.2004, p. 77 – 123.

[40] Deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali Franċiż Nru 2011-625 DC tal-10 ta' Marzu 2011, disponibbli f':

http://www.conseil-constitutionnel.fr/conseil-constitutionnel/root/bank/download/2011625DCen2010625dc.pdf

[41] Ara r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2010 dwar l-applikazzjoni tal-Karta, paġna 10, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/fundamental-rights/files/annual_report_2010_mt.pdf

[42] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, COM(2011) 60 finali, disponibbli f': http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011DC0060:mt:NOT

[43] Disponibbli f': http://europa.eu/kids-corner/index_mt.htm

[44] Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI disponibbli f':

http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/11/pe00/pe00051.en11.pdf

[45] L-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Isvezja għad iridu jibdew iħaddmu l-hotlajn.

[46] Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili Internazzjonali tas-Sekwestru tal-Minuri disponibbli f': http://www.hcch.net/index_en.php?act=conventions.text&cid=24

[47] L-Albanija, l-Andorra, l-Armenja, il-Gabon, il-Marokk, ir-Russja, is-Seychelles u Singapor.

[48] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011) 275) disponibbli f': http://ec.europa.eu/justice/policies/criminal/victims/docs/com_2011_275_en.pdf

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, COM(2011) 274 finali, disponibbli f': http://ec.europa.eu/justice/policies/criminal/victims/docs/com_2011_274_en.pdf

[49] Proposta għal Regolament dwar ir-rikkonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili, COM(2011) 276, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/policies/criminal/victims/docs/com_2011_276_mt.pdf

[50] Id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI, ĠU L 101, 15.04.2011, p.1-11.

[51] Proposta għal Direttiva dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest, COM(2011) 326, disponibbli f':

http://eur- lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0326:FIN:EN:PDF

[52] Il-Green Paper: It-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka fiż-żona ġudizzjarja Ewropea — Green Paper dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni, COM(2011) 327, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/policies/criminal/procedural/docs/com_2011_327_mt.pdf

[53] Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, "Drittijiet Fundamentali: Sfidi u kisbiet fl-2010", Ġunju 2011, p 127. Disponibbli f': http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/annual-report-2011_EN.pdf

[54] Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, ĠU L 328, 6.12.2008, p.55- 58.

[55] Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000). p. 22-26.

[56] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi, COM(2011) 455 finali, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/home-affairs/news/intro/docs/110720/1_EN_ACT_part1_v10.pdf

[57] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, COM(2011) 173 finali, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/policies/discrimination/docs/com_2011_173_en.pdf

[58] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, tal-24 ta' Ġunju 2011

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/123075.pdf

[59] Pereżempju, fl-2011, iktar minn għoxrin proġett li jindirizzaw ir-razziżmu u l-ksenofobija jew li jippromwovu d-diversità u t-tolleranza kellhom appoġġ permezz tal-Programm għad-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza li kien jammonta għal sostenn finanzjarju ta' EUR 9.5 miljun. Iktar informazzjoni dwar dan il-programm hija disponibbli f':

http://ec.europa.eu/justice/grants/programmes/fundamental-citizenship/index_en.htm

[60] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għal liġi komuni Ewropea dwar il-bejgħ, COM(2011) 635 finali, disponibbli f':

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0635:FIN:MT:PDF

[61] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża, C-70/10, Scarlet v SABAM , 24.11.2011.

[62] Qorti tal-Ġustizzja, Kawża, C-360/10, SABAM v Netlog , 16.2.2012.

[63] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Suq Uniku għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali li jagħti spinta lill-kreatività u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta' kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa, COM (2011) 287 finali, disponibbli f':

http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/docs/ipr_strategy/COM_2011_287_en.pdf

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet