Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja
/* KUMM/2011/0759 finali - 2011/0369 (COD) */
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html |
| doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1. KUNTEST TAL-PROPOSTA
Hekk kif ikkonfermat mill-Programm ta' Stokkolma, l-iżvilupp ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jibqa' prijorità għall-Unjoni Ewropea. Għalkemm diġà nkiseb progress sinifikanti f’dan il-qasam, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali għadha mhix suffiċjenti. Fl-era ta’ wara Lisbona u wara t-tneħħija tat-tielet pilastru, il-qasam tal-ġustizzja jiżviluppa b’mod dinamiku biex iwieġeb għall-isfidi kollha. Miżuri leġiżlattivi u ta’ politika, kif ukoll l-implimentazzjoni koerenti tagħhom huma għodda ewlenin. Finanzjament jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ dan il-qasam permezz ta’ sostenn leġislattiv u tfassil ta’ politika u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom.
B’konformità mal-Komunikazzjoni dwar Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE[1], ingħatat ħarsa mill-ġdid lejn l-istrumenti eżistenti ta’ finanzjament u l-mekkaniżmi ta' tlestija biex ikun żgurat fokus ċar fuq valur miżjud Ewropew u biex jittieħed ħsieb tar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament. F’“Baġit għal Ewropa 2020”[2], il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa ta’ baġit aktar sempliċi u aktar trasparenti biex jintgħelbu l-problemi li jinqalgħu mill-kumplessità ta’ strutturi ta’ programmi u mill-eżistenza ta’ programmi multipli. Il-qasam tal-ġustizzja ssemma bħala eżempju tal-frammentazzjoni eżistenti, fejn għandha tittieħed azzjoni.
F’dan il-qafas u b’mira għal simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni, il-programm dwar il-Ġustizzja huwa s-suċċessur ta’ tliet programmi attwali:
- Ġustizzja Ċivili (JCIV),
- Ġustizzja Kriminali (JPEN),
- Programm ta’ Prevenzjoni u Informazzjoni dwar id-Droga (DPIP).
Filwaqt li d-DPIP kien ibbażat fuq bażi legali ta' saħħa pubblika u għalhekk kien ikopri kunsiderazzjonijiet relatati mas-saħħa, b'mod partikolari t-tnaqqis ta' ħsarat għas-saħħa assoċjati mal-użu tad-droga, il-programm Ġustizzja jindirizza l-politika kontra d-droga mill-angolu tal-prevenzjoni kontra l-kriminalità. It-traffikar illegali tad-droga, li huwa wieħed mill-oqsma tal-kriminalità fejn il-leġiżlatur Ewropew jista' jadotta regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni tal-offiżi u s-sanzjonijiet kriminali abbażi tal-Artikolu 83 TFUE, u attivitajiet illegali oħra relatati mad-drogi se jkunu l-attenzjoni ta' finanzjament relatat mad-droga taħt il-programm il-ġdid.
Il-fużjoni ta’ dawn il-programmi, kollha bbażati fuq dispożizzjonijiet fil-Parti III, Titolu V tat-TFUE, għandha tippermetti li jkun hemm approċċ ta’ finanzjament komprensiv f’dan il-qasam u għal allokazzjoni aktar effiċjenti ta’ fondi għal kwistjonijiet orizzontali, bħal taħriġ.
L-għan ġenerali ta' din il-proposta huwa li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' spazju ġenwin ta' ġustizzja permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali. Sabiex jinkiseb dan l-għan ġenerali, il-proposta hija mmirata li tippromwovi applikazzjoni effettiva, komprensiva u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, biex jitħaddan l-aċċess għall-ġustizzja u għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u l-provvista tad-droga.
Dan jista’ jinkiseb billi jkun sostnut it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni, billi jissaħħu netwerks u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni trasnazzjonali. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tgħammar lilha nnifisha b’bażi analitika soda biex issostni t-tfassil ta’ politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja.
2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI
2.1. Konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati
Fl-20 ta’ April 2011 tnediet konsultazzjoni pubblika ta’ partijet interessati dwar attivitajiet ta’ finanzjament għall-ġejjieni fil-qasam tal-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ugwaljanza għall-perjodu wara l-2013[3]. Kienet tinsab online għal xahrejn u kienet miftuħa għall-partijiet interessati u individwi interessati kollha. Il-187 rispondent li wieġbu – b’parti importanti tkun ta’ NGOs – mill-Istati Membri kważi kollha bagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom.
Dawk li wieġbu evalwaw b’mod pożittiv l-objettivi ta’ politika tal-programmi u kkonfermaw il-ħtieġa ta’ finanzjament fl-oqsma koperti. Il-valur miżjud Ewropew kien rikonoxxut u l-ebda qasam ma kien identifikat fejn il-finanzjament ma kellux jitkompla. Il-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u t-titjib kienet rikonoxxuta u kważi l-miżuri kollha proposti kellhom tweġiba pożittiva, inkluż it-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi u s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri.
Il-partijiet interessati kienu favur attivitajiet ta’ finanzjament bħal skambju ta’ prattiki tajbin, taħriġ ta’ professjonisti, informazzjoni u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, sostenn għal netwerks, studji, eċċ. It-tipi kollha ta’ attivitajiet li kellhom l-approvazzjoni ta’ dawk li wieġbu huma previsti espliċitament fl-Artikolu 6 tal-proposta. Dawk li wieġbu kienu jaqblu mal-proposti tal-Kummissjoni dwar l-atturi adatti biex jirċievu finanzjament u t-tipi ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament li setgħu jintużaw.
2.2. Valutazzjoni tal-Impatt
Kienet saret valutazzjoni tal-impatt dwar l-attivitajiet ta’ finanzjament għall-ġejjieni għall-qasam kollu tal-ġustizzja, drittijiet u ugwaljanza, li bħalissa jikkomprendi sitt programmi[4]. Din il-valutazzjoni tal-impatt hija rilevanti kemm għall-proposta dwar il-Programm dwar il-Ġustizzja, kif ukoll għall-proposta dwar il-Programm dwar Drittijiet u Ċittadinanza. Il-valutazzjoni tal-impatt tibni fuq l-evalwazzjonijiet interim tal-programmi attwali[5], li kkonfermaw l-effikaċja u l-effiċjenza globali tal-programmi, iżda tidentifika wkoll xi nuqqasijiet u spażju għal titjib. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat tliet alternattivi:
Alternattiva A: li jinżammu sitt programmi u li jkunu indirizzati xi wħud mill-problemi identifikati permezz ta’ bidliet fil-ġestjoni interna tal-programmi. Titjib fil-ġestjoni u t-trawwim ta’ sinerġiji b’saħħithom bejn il-programmi għandhom jindirizzaw xi wħud mill-kwistjonijiet. Iżda l-kawża ewlenija tal-problemi, jiġifieri l-bosta programmi, ma tkunx indirizzata direttament u konsegwentement it-titjib li għandu jinkiseb minn din l-għażla jkun limitat.
Alternattiva B: li jinżammu l-miżuri kollha ta’ alternattiva A u addizzjonalment li ssir fużjoni tas-sitt programmi attwali f’żewġ programmi. Din l-alternattiva għandha tħalli jkun hemm flessibbiltà fl-użu ta’ fondi u biex ikunu indirizzati prijoritajiet annwali ta’ politika. Din l-għażla għandha tikseb aktar simplifikazzjoni (kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-amministrazzjoni) u effiċjenza tal-programmi, minħabba li jkun hemm ħtieġa b’mod sinifikanti ta’ anqas proċeduri. L-effikaċja tal-programmi għandha titjieb ukoll minħabba li l-frammentazzjoni u d-dilwizzjoni ta’ fondi jkunu indirizzati aħjar f’żewġ programmi. Riżorsi umani jkunu jistgħu jinħelsu, minħabba li anqas proċeduri għandhom inaqqsu l-piż amministrattiv u jkunu allokati għal attivitajiet li jtejbu l-effikaċja tal-programmi (tixrid ta’ riżultati, monitoraġġ, għoti ta’ informazzjoni, eċċ).
Alternattiva C: li jkun implimentat programm wieħed. Din l-għażla tindirizza l-problemi kollha kkawżati mill-bosta strumenti legali u minn aktar piż amministrattiv ta’ ġestjoni ta’ ħafna programmi. Iżda minħabba limitazzjonijiet legali l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-programm ma jkunx jista’ jkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-oqsma kollha ta’ politika. Ikollha ssir għażla bejn il-qasam tal-ġustizzja u l-qasam ta’ drittijiet u ċittadinanza. Għalkemm din is-soluzzjoni tista’ tħalli impatt massimu f’termini ta’ ġestjoni, madankollu ma jkunx possibbli li jkunu indirizzati b’mod suffiċjenti l-prijoritajiet ta’ politika u l-ħtiġijiet tal-qasam kollu ta’ politika.
Mir-riżultat tal-analiżi u t-tqabbil tal-għażliet, l-alternattiva ppreferita hija l-implimentazzjoni ta’ żewġ programmi li jkunu jkopru l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-oqsma kollha ta’ politika (alternattiva B). B’paragun mal-istatus quo, l-alternattiva B tippreżenta vantaġġi ċari u ebda żvantaġġ. Alternattiva A mhix ta’ benefiċċju daqs alternattiva B u alternattiva C toffri biss li tkopri parzjalment l-oqsma ta’ politika, li ma tagħmilx din l-għażla adatta.
3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 81 (1) u (2), l-Artikolu 82 (1) u l-Artikolu 84 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
It-taħlita tal-Artikoli 81 u 82 tippermetti approċċ komprensiv li jgħin l-iżvilupp tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet trasversali u orizzontali li jolqtu ż-żewġ oqsma tal-ġustizzja.
L-Artikolu 84 jipprevedi li jkunu stabbiliti miżuri għall-promozzjoni u s-sostenn tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ delitti. Il-Programm mhux maħsub li jkopri l-qasam kollu tal-prevenzjoni ta’ delitti, iżda l-qasam biss tal-politika kontra d-drogi. Għandu l-għan li jkun adottat approċċ komprensiv ta’ ġlieda kontra d-domanda u l-provvista tad-droga, billi jkopri finanzjament ta’ sostenn għall-kooperazzjoni transkonfinali ta’ infurzar mill-Istati Membri.
L-attivitajiet ta’ finanzjament proposti jħarsu l-prinċipji ta’ valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom. Attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-applikazzjoni effikaċi tal-acquis billi jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-kooperazzjoni u n-netwerking transkonfinali u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġijiet tal-Unjoni fl-Unjoni kollha. L-Unjoni Ewropea hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Bażi analitika soda għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki jkollha appoġġ. Intervent tal-Unjoni Ewropea jħalli lil dawn l-attivitajiet ikunu segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u jġib ekonomiji ta’ skala.
Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex jinkiseb l-għan dikjarat fil-livell Ewropew u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop.
4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar il-Ġustizzja għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jammonta għal EUR 472 miljun (prezzijiet attwali).
5. L-ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-PROPOSTA
L-għan tal-approċċ propost huwa li s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ finanzjament tingħaqad, kif mitlub mill-partijiet involuti kollha, ma’ approċċ aktar orjentat lejn riżultati. L-elementi prinċipali ta’ din il-proposta huma dawn li ġejjin:
- Il-proposta tiddefinixxi l-objettivi ġenerali u speċifiċi segwiti mill-Programm (l-Artikoli 4 u 5) u l-oqsma tal-azzjoni li fuqhom se jiffoka l-Programm (Artikolu 6). L-objettivi ġenerali u speċifiċi jiddefinixxu l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-programmi (oqsma ta’ politika), filwaqt li t-tipi ta' azzjonijiet għandhom orjentazzjoni lejn finanzjament, huma applikabbli għall-oqsma kollha kkonċernati ta’ politika u jiddefinixxu b'mod orizzontali r-riżultati li jistgħu jinkisbu permezz ta’ finanzjament. Fl-istess waqt, huma jiddefinixxu fejn finanzjament jista’ jkun verament ta’ valur miżjud għall-kisba tal-objettivi ta’ politika. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni tistabbilixxi kull sena l-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-oqsma rispettivi ta’ politika. Il-Programm jista’ juża l-istrumenti finanzjarji kollha previsti fir-Regolament Finanzjarju. Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti fl-Istati Membri jew f'pajjiż terz li jipparteċipa fil-Programm, bl-ebda limitazzjonijiet ulterjuri għall-aċċess tal-programm. Din l-istruttura tippermetti s-simplifikazzjoni, kif ukoll orjentazzjoni aħjar tal-programm lejn il-ħtiġijiet u l-iżviluppi ta’ politika. Barra minn hekk, tipprovdi kuntest stabbli għal evalwazzjoni, minħabba li l-objettivi speċifiċi għandhom rabta diretta ma’ indikaturi għal evalwazzjoni, li għandhom jibqgħu konsistenti għaż-żmien kollu li jdum il-programm u li jsirilhom monitoraġġ u jkunu evalwati b'mod regolari. Huwa propost li ma jkunux irriżervati ammonti speċifiċi għal kull qasam ta’ politika fil-programm biex tinkiseb flessibbiltà u biex titjieb l-implimentazzjoni tal-programm.
- Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi hija limitata għaż-ŻEE, pajjiżi għall-adeżjoni u kandidati u kandidati potenzjali. Pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari fejn tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma' azzjonijiet tal-Programm, jekk dan jissodisfa l-iskop tal-azzjonijiet tiegħu.
- Il-prijoritajiet tal-programm għandhom ikunu ddefiniti fi programm ta’ ħidma annwali. Minħabba li dan jimplika għażliet immexxijin minn politika, l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tkun suġġetta għall-opinjoni ta’ Kumitat tal-Istati Membri skont il-proċedura Konsultattiva.
- Il-Kummissjoni tista' tuża, fuq bażi ta' analiżi tal-benefiċċju ekonomiku, aġenzija eżekuttiva ġdida jew eżistenti għall-implimentazzjoni tal-programm, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità.
Il-kunċett ta’ ‘ġudikatura u persunal ġudizzjarju'
It-taħriġ ġudizzjarju tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju huwa element ewlieni ta’ politiki tal-Ġustizzja. It-taħriġ ġudizzjarju jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, prattikanti u ċittadini, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar taħriġ ġudizzjarju Ewropew, "Inkattru l-fiduċja f’ġustizzja Ewropea, dimensjoni ġdida għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew", tistabbilixxi objettivi konkreti ta’ taħriġ li għandhom jinkisbu sal-2020[6]. L-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-TFUE jimmiraw espliċitament lejn il-"Ġudikatura u l-Persunal Ġudizzjarju". Għalkemm jiffurmaw professjoni awtonoma, l-avukati, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, huma parti integrali u neċessarja mill-attività ġudizzjarja u għandhom rwol ċentrali fit-twettiq tal-liġi tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ nutara f’ħafna Stati Membri huma għandhom kompetenza importanti fil-qasam ġudizzjarju, li wkoll twassalhom biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Meqjusin l-ispirtu u l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, dawn id-dispożizzjonijiet huma estiżi biex jinkludu lil dawn iż-żewġ professjonijiet.
2011/0369 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(1) u (2), l-Artikolu 82(1), u l-Artikolu 84 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ġie trażmess l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi għall-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha persuni jkunu ħielsa jmorru minn post għal ieħor. Għal dak l-għan l-Unjoni tista’ tadotta miżuri biex tkun żviluppata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali u promossa u sostnuta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ delitti, l-aktar għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u tal-provvista tad-droga.
(2) Il-Programm ta’ Stokkolma[7] jirriafferma l-prijorità li jkun żviluppat spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u jispeċifika fil-prijoritajiet politiċi tiegħu l-kisba ta’ Ewropa tad-dritt u l-ġustizzja. Il-finanzjament huwa identifikat bħala wieħed mill-għodda importanti għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-prijoritajiet politiċi tal-Programm ta’ Stokkolma.
(3) Il-Komunikazzjoni dwar Ewropa 2020[8] tistabbilixxi strateġija għal tkabbir b’mod intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn ikunu eliminati ostakli fi proċedimenti ġudizzjarji transkonfinali u għal aċċess għall-ġustizzja f’sitwazzjonijiet transkonfinali, għandu jkun żviluppat bħala element ewlieni biex isostni u jippromwovi l-objettivi speċifiċi u l-inizjattivi distintivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.
(4) L-esperjenza ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni wriet li l-kisba ta' dawn l-għanjiet fil-prattika tirrekjedi taħlita ta' strumenti, inkluż leġiżlazzjoni, inizjattivi politiki u finanzjament. Il-finanzjament hija għodda importanti li tikkumplementa miżuri leġislattivi. Programm ta' finanzjament għalhekk għandu jkun stabbilit.
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Baġit għall-Ewropa 2020’[9] tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni ta’ finanzjament mill-Unjoni. Simplifikazzjoni b’tifsira u ġestjoni effiċjenti ta’ finanzjament jistgħu jinkisbu permezz tat-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi u permezz ta’ razzjonalizzazzjoni, simplifikazzjoni u armonizzazzjoni ta’ regoli u proċeduri ta’ finanzjament.
(6) Bħala tweġiba għall-ħtieġa għal simplifikazzjoni u ġestjoni effiċjenti tal-fondi, dan ir-Regolament jistabilixxi l-Programm ta' Ġustizzja biex jipprovdi l-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet li saru qabel abbażi ta' dawn it-tliet programmi, stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1149/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku 'Ġustizzja Ċivili' bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja'[10], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku 'Ġustizzja Kriminali'[11] bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja' u d-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-programm speċifiku Prevenzjoni u informazzjoni dwar id-droga bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja'[12].
(7) Filwaqt li l-Programm ta’ Prevenzjoni tad-Droga u Informazzjoni kien ibbażat fuq bażi legali ta' saħħa pubblika u għalhekk kien ikopri kunsiderazzjonijiet relatati mas-saħħa, b'mod partikolari t-tnaqqis ta' ħsarat għas-saħħa assoċjati mal-użu tad-droga, il-programm Ġustizzja jindirizza l-politika kontra d-droga mill-angolu tal-prevenzjoni kontra l-kriminalità. It-traffiku illegali tad-droga u attivitajiet illegali oħra relatati mad-drogi għandhom ikunu l-attenzjoni ewlenija tal-finanzjament relatat mad-droga taħt il-programm il-ġdid.
(8) Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 'Ir-Reviżjoni Baġitarja tal-UE'[13] u 'Baġit għall-Ewropa 2020' wkoll jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffokat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri fejn l-intervenzjoni tal-Unjoni tista' ġġib valur addizzjonali meta mqabbel ma' azzjoni tal-Istati Membri waħdehom. Attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ spazju Ewropew ġenwin tal-ġustizzja billi jippromwovu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-kooperazzjoni u n-netwerking transkonfinali u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni. Attivitajiet ta' finanzjament għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' għarfien effettiv u mtejjeb tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni mill-entitajiet kollha kkonċernati, u jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni u l-politiki tal-Unjoni. Intervent tal-Unjoni jippermetti li dawn l-attivitajiet ikunu segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u jġib ekonomiji ta’ skala. B'żieda ma' dan, l-Unjoni hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.
(9) Fil-qasam tad-drogi, id-domanda u l-provvista joħolqu theddida reali li l-Istati Membri ma jistgħux jindirizzawha b'mod sostenibbli waħedhom. Intervent tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun ta’ għajnuna għal azzjonijiet tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u l-provvista, l-aktar billi jsostni l-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-infurzar.
(10) Biex timplimenta l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, dan ir-Regolament għandu jipprevedi għodod xierqa għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha. Għal dan il-għan, hija għandha tiddefinixxi għanijiet ġenerali u speċifiċi. Biex titkejjel il-kisba ta’ dawn l-objettivi speċifiċi, għandu jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi li għandu jibqa' validu għal kemm idum il-Programm.
(11) Fir-rigward tal-programm multiannwali, dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju li ser ikun ir-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.
(12) Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità sħiħa mar-Regolmanetn (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan għandu jagħmel użu mill-għodod ta' simplifikazzjoni introdotti minn dan tal-aħħar. Barra minn hekk, il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati għandu jkollhom l-għan li r-riżorsi finanzjarji disponibbli jiġu allokati għal dawk l-azzjonijiet li jiġġeneraw l-akbar impatt fir-rigward tal-objettiv ta' politika li jkun irid jinkiseb.
(13) Is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.[14] Meta jitqiesu l-ammonti annwali kkonċernati, l-implikazzjonijiet baġitarji jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li mhumiex sostanzjali. Għaldaqstant, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva.
(14) Sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jinksibu konsistenza, kumplimentarità u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġjaw l-oqsma ta' politika li huma relatati ħafna ma' xulxin, partikolarment bejn il-Programm dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[15], l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[16], il-Programm dwar is-Saħħa għat-Tkabbir stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[17], il-Programm Erasmus għal Kulħadd stabbiliti bir-Regolament (UE)[18], il-Programm Qafas Orizzont 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[19] u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[20].
(15) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat war il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm.
(16) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkun awtorizzat jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96[21] bil-ħsieb li jkun stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta mal- finanzjament tal-Unjoni minn dan il-Programm.
(17) Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta' żona Ewropea tal-ġustizzja, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.
(18) [B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni] JEW [Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumex ser jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha][22].
(19) F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Stabbiliment u tul tal-Programm
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ġustizzja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Programm'.
2. Il-Programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) 'Stat Membri' tfisser li l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-[Danimarka] JEW [id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda, bla ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (No 21)];
(b) ‘membri tal-ġudikatura u persunal ġudizzjarju' tfisser imħallfin, prosekuturi, avukati, konsulenti legali, nutara, uffiċjali tal-qorti, marixxalli, interpreti tal-qorti u professjonisti oħra assoċjati mal-ġudikatura.
Artikolu 3 Valur miżjud Ewropew
Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżula għal finanzjament isiru bil-ħsieb li jipproduċu riżultati b’valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ dwar jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx tassew permezz tar-riżultati finali tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm.
Artikolu 4 Objettiv ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona Ewropea tal-Ġustizzja permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali.
Artikolu 5 Objettivi speċifiċi
Għall-kisba tal-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) il-promozzjoni ta' applikazzjoni effettiva, komprensiva u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali.
L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, l-għadd ta' każi ta' kooperazzjoni transkonfinali.
(b) il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja.
L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, il-perċezzjoni Ewropea dwar l-aċċess għall-ġustizzja.
(c) il-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u l-provvista tad-drogi.
L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, l-għadd ta' każi ta' kooperazzjoni transkonfinali.
Il-programm għandu jkollu l-għan li jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, l-oriġini tar-razza jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fl-attivitajiet kollha tiegħu.
Artikolu 6 Azzjonijiet
1. Bil-għan tat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 5, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiffukaw fuq l-oqsma ta' azzjoni li ġejjin:
(a) it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni u l-għarfien dwar il-liġi u l-politiki tal-Unjoni;
(b) l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri;
(c) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni transkonfinali u l-iżviluppar ta' għarfien reċiproku u fiduċja reċiproka;
(d) it-titjib tal-għarfien u l-komprensjoni ta' kwistjonijiet potenzjali li jaffettwaw l-iffunzjonar tajjeb ta' żona Ewropea tal-ġustizzja bil-għan li jiġi żgurat li t-tfassil tal-politika u l-leġiżlazzjoni jkunu msejsa fuq evidenza.
2. Il-Programm għandu jiffinanzja, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:
(a) attivitajiet analitiċi, bħall-ġbir ta' dejta u statistika; żvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, skont il-każ, indikaturi jew punti ta’ riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv; monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni ta' politiki tal-unjoni; werkxops, seminars, laqgħat ta’ esperti, konferenzi;
(b) attivitajiet ta' taħriġ għal membri tal-ġudikatura u persunal ġudizzjarju, bħal skambji ta' persunal, werkxops, seminars, avvenimenti ta' taħriġ lill-ħarrieġa, żvilupp ta' moduli ta' taħriġ onlajn u ta' xorta oħra;
(c) tagħlim reċiproku, kooperazzjoni, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u disseminazzjoni, bħall-identifikazzjoni ta’ prattiki tajbin u skambji dwarhom, approċċi u esperjenzi innovattivi, organizzazzjoni ta’ reviżjoni ta’ esperti ugwali fil-qasam; organizzazzjoni ta' konferenzi u laqgħat; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u informazzjoni, kampanji u avvenimenti medjatiċi, fosthom komunikazzjoni korportattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea; compilation and publication of materials to disseminate information as well as results of the Programme; żvilupp, operat u manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
(d) appoġġ għal atturi ewlenin, bħall-appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni; appoġġ għal netwerks ewlenin f’livell Ewropew li l-attivitajiet tagħhom ikunu konnessi mal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm; netwerking fost korpi u organizzazzjonijiet speċjalizzati, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f’livell Ewropew; finanzjament ta' networks tal-esperti; finanzjament ta' osservatorji fil-livell Ewropew.
Artikolu 7 Parteċipazzjoni
1. L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għall-korpi u entitajiet pubbliċi u/jew privati kollha, stabbiliti f':
(a) l-Istati Membri;
(b) il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;
(c) pajjiżi għall-adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet qafas milħuqin magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni;
(d) id-Danimarka, abbażi ta’ ftehim internazzjonali.
2. Il-korpi u l-entitajiet pubbliċi u/jew privatu li huma stabbiliti legalment f'pajjiżi terzi oħrajn, speċjalment fil-pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma' azzjonijiet tal-Programm, jekk dan jaqdi l-finijiet ta' dawn l-azzjonijiet.
3. Skont il-Programm, il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, bħall-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. L-aċċess għall-Programm ser ikun miftuħ għal dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 8 Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jlaħħaq il-EUR 472 miljun.
2. L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu; b'mod partikolari, studji, laqgħat ta' esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea, safejn jitqies li jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, spejjeż marbuta ma' netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.
3. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali li huma disponibbli fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin bejn l-2014 u l-2020.
Artikolu 9 Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea.
2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali fis-sura ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti tal-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2).
3. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-miżuri li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, il-prijoritajiet ta' sejħiet għal proposti u l-elementi l-oħra kollha rikjesti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10 Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 11 Kumplimentarjetà
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji globali ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni, fost l-orħrajn, mal-Programm dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza, l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju tal-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, il-Programm dwar is-Saħħa għat-Tkabbir, il-Programm Erasmus għal kulħadd, il-Programm Qafas Orizzont 2020 u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni.
2. Il-programm jista’ jaqsam riżorsi ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Programm dwar Drittijiet u Ċittadinanza, biex jimplimenta azzjonijiet li jilħqu l-objettivi taż-żewġ programmi. Azzjoni partikolari li tkun ingħatat finanzjament mill-Programm tista' twassal għall-għoti ta' finanzjament mill-Programm dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza, sakemm il-finanzjament ma jkunx ikopri l-istess partiti tal-kostijiet.
Artikolu 12 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li, meta azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, b’kontrolli effikaċi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsin ħażin u, fejn ikun jixraq, b’pieni effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni mill-Programm.
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jkun stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim għall-għoti jew ma’ deċiżjoni għall-għoti jew kuntratt dwar finanzjament mill-Unjoni.
Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' għoti u deċiżjonijiet ta' għoti u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lil OLAF li jagħmlu awditjar, verifiki u spezzjonijiet bħal dawn fuq il-post.
Artikolu 13 Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari tal-Programm sabiex issegwi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa skontu fl-oqsma ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 6 (1) u l-ksib tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5. Il-monitoraġġ ser jipprovdi wkoll mezzi ta’ valutazzjoni tal-mod kif il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza tas-sessi u n-nondiskriminazzjoni ġew indirizzati fost l-attivitajiet tal-programm. Fejn rilevanti, l-indikaturi għandhom ikunu disaggregati skont is-sess, l-età u d-diżabilità.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi:
(a) rapport ta' evalwazzjoni interim, sa mhux aktar tard minn nofs l-2018;
(b) rapport ta' evalwazzjoni ex-post.
3. Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim għandu jirrapporta dwar il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza fl-użu ta' riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm għandux jiġi mġedded, immodifikat jew sospiż wara l-2020. Din għandha tindirizza wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni għal kull simplifikazzjoni tal-Programm, il-koerenza interna u esterna tiegħu, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Hija għandha tikkunsidra r-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post tal-programmi msemmijin fl-Artikolu 14.
4. L-evalwazzjoni ex-post għandha tirrapporta dwar l-impatti fit-tul tal-Programm u dwar is-sostenibbiltà ta’ effetti tal-Programm, biex jiddaħħlu f’deċiżjoni għal programm sussegwenti.
Artikolu 14 Miżuri tranżitorji
Azzjonijiet li jinbdew qabel l-1 ta’ Jannar 2014 abbażi tad-Deċiżjoni 1149/2007/KE, id-Deċiżjoni 2007/126/ĠAI jew id-Deċiżjoni 1150/2007/KE għandhom jibqgħu jkunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Deċiżjonijiet, sakemm jitlestew. Fir-rigward ta' dawn l-azzjonijiet, ir-referenza għall-Kumitati li tinsab fl-Artikoli 10 u 11 tad-Deċiżjoni 1149/2007/KE, fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2007/126/ĠAI u fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 1150/2007/KE, għandha tiġi interpretata bħala referenzi għall-Kumitat previsti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 15 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA
1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2. Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva
1.4. L-objettiv(i)
1.5. Ir-raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva
1.6. It-tul u l-impatt finanzjarju
1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1. Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar
2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/linji tal-baġit tal-ispiża affettwata(i)
3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-ispiża
3.2.2. L-istima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali
3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ parti terza fil-finanzjament
3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA
1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Ġustizzja għall-perjodu 2014 sal-2020
1.2. Qasam(oqsma) tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[23]
Titolu 33 - Ġustizzja
1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva
þ Il-proposta/inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida
¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida wara li twettaq proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija[24]
¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni direzzjonata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
Il-Programm għandu l-għan li jikkontribwixxi fil-ħolqien ta’ żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikolari żona Ewropea ta' ġustizzja, permezz tal-promozzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili u kriminali. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn ikunu eliminati l-ostakli fil-proċeduri ġudizzjarji transkonfinali, għandu jsostni u jippromwovi l-għanijiet speċifiċi u l-inizjattivi distintivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.
1.4.2. L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati
Objettivi speċifiċi
Biex jilħaq l-għan speċifku li ssir kontribuzzjoni fil-ħolqien ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja, il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) il-promozzjoni ta’ applikazzjoni effikaċi, komprensiva u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili u kriminali;
(b) aċċess iktar faċli għall-ġustizzja;
(c) il-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u tad-disponibilità tagħhom.
Attività(ijiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)
ABB 33 03 u 33 04.
1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija
L-ispeċifikazzjoni tal-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-grupp li fuqhom tiffoka.
Il-proposta għandha tikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-acquis, biex iċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni jibbenefikaw bis-sħiħ mil-leġiżlazzjoni eżistenti. Se jkunu iktar konxji mid-drittijiet tagħhom, u l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkollhom għodda aħjar biex jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u jikkoperaw bejniethom. L-effetti tal-proposta fuq benefiċjarji/gruppi mmirati hija deskritta f’aktar dettall fis-Sezzjoni 4.1.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.
Barra minn hekk, il-bidliet proposti fil-programmi tal-iffinanzjar se jkollom effett ta' benefiċċju aħjar fuq il-proċess li fih jiġi mmaniġġjat l-appoġġ finanzjarju. Dan jibda minn metodu integrat fil-programmi tal-proċessi ta' applikazzjoni, fid-dokumentazzjoni meħtieġa u fis-sistemi tat-Teknoloġija Informatika li jintużaw. Dan, fih innifsu, se jippermetti b’mod konkret li ma jintilifx żmien peress li ħafna partijiet interessati li huma attivi fl-oqsma koperti minn bosta mill-programmi tal-ġenerazzjoni attwali, mhux se jibqa' jkollhom jindirizzaw rekwiżiti diverġenti u jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ proposti ta’ kontenut u kwalità b’saħħithom.
Barra minn hekk, permezz ta’ proċess wieħed ta’ għażla ta’ proġetti li jkun armonizzat u ssimplifikat, jitnaqqas b’mod sostanzjali d-dewmien bejn l-applikazzjoni u r-riżultati u dan jippermetti li l-organizzazzjoni li tkun għamlet l-applikazzjoni ikollha perjodu iqsar ta’ inċertezza. Dan iwassal ukoll għal vantaġġ ulterjuri li wara li jiġu kkonċepiti, il-proġetti jinbdew iktar malajr u għalhekk ikun hemm reazzjoni iktar effikaċi fir-rigward tal-ħtiġijiet konketi li qed jridu jiġu indirizzat b'konformità mal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni
1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva
L-indikaturi biex jitkejjel l-ilħuq tal-għanijiet imsemmijin hawn fuq għandhom ikunu, inter alia, l-għadd ta’ każijiet ta’ koperazzjoni transkonfinali fil-każ ta’ (a) u (c) u l-perċezzjoni Ewropea tal-aċċess għall-ġustizzja fil-każ ta' (b).
Id-DĠ għall-Ġustizzja m’għandhux biżżejjed informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali sabiex ikun jista’ jistabbilixxi objettivi bi skop preċiż fuq perjodu ta’ żmien twil u medju, iżda qabel ma tinbeda l-implimentazzjoni tal-programm id-DĠ għall-Ġustizzja se jipprova jiġbor iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-punti ta’ referenza u l-objettivi.
1.5. Ir-raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i) li għandu(għandhom) jiġi/u sodisfatti għal żmien qasir jew fit-tul
Billi l-leġiżlazzjoni hija għodda prinċipali fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja, jeħtieġ li tkun ikkumplimentata b'mezzi oħrajn.F’dan il-kuntest l-iffinanzjar għandu rwol importanti. F’dan il-kuntest l-iffinanzjar għandu rwol importanti. B’mod partikolari, l-iffinanzjar għandu jtejjeb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni billi jżid l-għarfien, is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċità taċ-ċittadini, tal-professjonisti u tal-partijiet interessati permezz tal-appoġġ ta':
Informazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż appoġġ għal kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar id-drittijiet tagħhom, kif iggarantiti bil-liġi tal-Unjoni u kif jistgħu jinfurzawhom fil-prattika;
Taħriġ u bini ta’ kapaċità għall-professjonisti legali (bħall-imħallfin u l-prosekuturu) u għal prattikanti oħrajn, biex jiġu mgħammra bl-għodda meħtieġa biex iwettqu fil-prattika b’mod effettiv id-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni.
L-iffinanzjar għandu wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-koperazzjoni fuq il-livell transnazzjonali u fl-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka, permezz ta':
Tisħiħ tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha biex jassistu fit-tħejjija ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam, kif ukoll biex jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa;
Koperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar, pereżempju bit-twaqqif ta’ sistemi ta' allarm għal tfal neqsin, koordinazzjoni tal-koperazzjoni operattiva u l-koperazzjoni transkonfinali kontra d-droga;
Barra minn hekk, il-finanzjament għandu jgħin:
Ir-riċerka, l-analiżi u l-attivitajiet oħrajn ta’ appoġġ, biex il-leġiżlatur ikollu informazzjoni ċara u dettaljata dwar il-problemi u s-sitwazzjoni fil-post. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jidħlu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u jiġi żgurat li jkunu msejsa fuq il-provi, li jkunu ffukati tajjeb u li jkunu strutturati tajjeb.
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-iffinanzjar kopert mill-Programm tal-Ġustizzja jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jwassal għal valur miżjud meta mqabbel mal-azzjoni meħdua mill-Istati Membri individwali. L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu lejn l-applikazzjoni effikaċi tal-acquis billi tiġi żviluppata fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, jiżdiedu l-koperazzjoni transkonfinali u l-ħolqien ta’ netwerks u tinkiseb applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni kollha. L-attivitajiet ikkoordinati li jilħqu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni jistgħu jsiru biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni Ewropea hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku. Mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni, ikun hemm it-tendenza li l-partijiet interessati jindirizzaw il-problemi simili b’mod frammentat u diskonness. Il-kollaborazzjoni u n-netwerking bejniethom għandhom iwasslu għat-tixrid tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari metodi innovattivi u integrati fi Stati Membri differenti. Wara, il-parteċipanti f’dawn l-attivitajiet jaġixxu bħala multiplikaturi fl-attivitajiet professjonali rispettivi tagħhom u jxerrdu fil-wisa’ l-aħjar prattiki fl-Istat Membru tagħhom.
Se jingħata appoġġ biex ikun hemm bażi analitika soda għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki. Permezz tal-intervent tal-Unjoni Ewropea jkun possibbli li dawn l-attivitajiet ikun segwiti b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha u dan l-intervent iġib miegħu l-ekonomiji tal-kobor. Il-finanzjament f’livell nazzjonali ma jagħtix l-istess riżultati, iżda jirriżulta biss f’metodu frammentat u limitat li ma jkoprix il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.
1.5.3. Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-valutazzjonijiet ta’ nofs terminu li saru fir-rigward tal-programmi attwali fil-qasam tal-ġustizzja ikkonfermaw l-effikaċja globali tal-programmi, iżda identifikaw ukoll għadd ta’ problemi bħal dgħjufija tal-fondi ('saupoudrage') fost ħafna proġetti ta’ daqs żgħira b’impatt limitat. Minkejja l-fatt li finanzjament ikun allokat lil bosta proġetti, mhemmx firxa ġeografika bilanċjata fost l-organizzazzjonijiet li jirċievu finanzjament. Hemm qbil fil-valutazzjonijiet ta’ nofs terminu dwar li għandu jsir aktar biex jitjiebu t-tixrid u l-isfruttament ta’ riżultati u l-konsegwenzi tal-attivitajiet iffinanzjati. It-titjib fit-tixrid jimxi id f’id ma’ titjib fil-valutazzjoni u l-monitoraġġ. Il-valutazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u l-konsultazzjoni pubblika enfasizzaw, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza, il-proċeduri kumplessi u burokratiċi li l-applikanti qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Mil-lat amministrattiv, il-fatt li l-proċeduri jiġu ripetuti f’kull programm differenti timponi piż amministrattiv għoli fuq il-Kummissjoni. Ir-ripetizzjoni tal-proċeduri u l-piż amministrattiv għoli jikkontribwixxu biex il-proċeduri jittawwlu. Jekk il-programmi jingħaqdu flimkien dan għandu jservi biex tiġi indirizza din il-kwistjoni u jinħolqu sinerġiji bejn il-programmi.
1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn rilevanti
Il-Programm għandu jfittex sinerġiji, konsistenza u kumplimentarjetajiet ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, inter alia mal-programmi fl-oqsma tal-affarijiet interni, is-saħħa u l-konsumaturi, l-edukazzjoni u r-riċerka. Se jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni ma’ attivitajiet f’dawn il-programmi l-oħrajn, u r-riżorsi jkunu jistgħu jinqasmu bejn il-Programm tal-Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza biex jinkisbu l-għanijiet komuni.
1.6. It-tul u l-impatt finanzjarju
þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat
– þ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020
– þ Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 u aktar.
¨ Proposta/inizjattiva ta’ dewmien illimitat
– Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,
– segwita bi skala sħiħa tal-operat.
1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[25]
þ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni
þ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:
– þ aġenziji eżekuttivi
– þ entitajiet mwaqqfa mill-Komunitajiet[26]
– ¨ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku
– ¨ persuni inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, identifikati fl-att bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju
¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi
þ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (kif speċifikat hawn taħt)
Jekk jiġi indikat iktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".
Rimarki
Il-possibbiltà li tintuża aġenzija eżekuttiva eżistenti għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali tal-Programm hija pprovduta fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. F’dan l-istadju, ma ttieħdet ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward, u ma saret ebda analiżi kost/benefiċċju, iżda l-għażla għandha tibqa’ miftuħa.
Ġestjoni konġunta hija għażla oħra li ma tintużax bħalissa, iżda tista’ tkun prospettata għall-ġejjieni. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 7(2): Il-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta' monitoraġġ u rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet
Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba tal-objettivi speċifiċi isirilha monitoraġġ abbażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; fuq bażi annwali.
Barra minn hekk, jingħata rapport ta’ evalwazzjoni interim mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofs tal-2018 dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu ta’ riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tiegħu. Wara tmiem il-Programm tkun ipprovduta evalwazzjoni ex-post dwar l-impatti għal żmien itwal u dwar is-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm.
2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i)
Id-DG Ġustizzja ma kienx qed jiffaċċja riskji important ta’ żbalji fil-programm ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat mill-assenza rikorrenti ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll bl-assenza ta’ rata ta’ żbalji residwali ’l fuq minn 2% fis-snin l-imgħoddija f’rapporti annwali ta’ attività tad-DG Ġustizzja (u ta’ dak li qabel kien id-DG JLS) (b’eċċezzjoni waħda biss għall-programm Daphne fl-2009).
Ir-riskji ewlenin huma dawk li ġejjin:
- Riskju ta’ kwalità baxxa tal-proġetti magħżula u nuqqas ta’ implimentazzjoni teknika tal-proġetti, li jnaqqas l-impatt tal-programmi; minħabba proċeduri ta’ għażla mhux xieraq, nuqqas ta’ kompetenzi jew monitoraġġ insuffiċjenti.
- Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati ta’ kontroll tal-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) u għall-akkwist (kultant ikun hemm numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jfisser possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu paragunati l-offerti tal-prezzijiet);
- Ir-riskju prinċipali ser ikun relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jikkontrollaw b’mod effettiv in-nefqa kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa;
- Riskju reputazzjonali għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet ta’ frodi jew kriminali; jista' jkun hemm biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull wieħed bis-sistema ta’ kontroll tiegħu stess, ħafna drabi ta’ daqs pjuttost żgħir.
Kważi dawn ir-reskji kollha huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta’ mmirar aħjar ta’ proposti u ta’ użu ta’ elementi simplifikati inklużi fir-reviżjoni Triennali tar-Regolament Finanzjarju.
2.2.2. Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)
Deskrizzjoni ta’ sistema ta’ kontrol intern
Is-sistema ta’ kontroll prospettata għall-programm fil-ġejjieni hija kontinwazzjoni tas-sistema attwali ta’ kontroll. Hija magħmula minn blokki differenti ta’ struttura: superviżjoni ta’ operazzjonijiet mill-Unità ta’ Ġestjoni tal-Programm, (il-verifika finanzjarja) ta’ kontroll ex ante mill-Unità tal-Baġit u Kontroll ċentrali, il-kumitat ta’ akkwist intern (JPC), il-kontrolli ex-post għal għotjiet u l-verifiki mill-Kapaċità tal-Verifika Interna u/jew mis-Servizz tal-Verifika Interna.
It-tranżazzjonijiet kollha huma suġġetti għal verifika ex ante mill-Unità ta’ Ġestjoni tal-Programm u għal verifika finanzjarja mill-Unità tal-Baġit u Kontroll (ħlief għal finanzjamenti minn qabel ta’ riskju żgħir). Dwar għotjiet, talbiet għal spejjeż ikunu vverifikati sewwa ħafna, u jintalbu dokumenti ta’ prova meta jitqies li jkun meħtieġ, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Il-proċeduri kollha ta’ akkwist miftuħin u ristretti u l-proċeduri kollha negozjati ’l fuq minn EUR 60.000 ikunu sottomessi lill-kumitat ta’ akkwist intern għal verifiki qabel ma tkun adottata d-deċiżjoni ta’ għotja.
Is-settur ta’ kontroll ex post japplika "strateġija ta’ sejbien" li għandha l-għan li ssib massimu ta’ anomaliji biex ikunu rkuprati pagamenti mhux dovuti. Ibbażati fuq din l-istrateġija, il-verifiki jsiru fuq kampjun ta’ proġetti magħżulin kważi kollha abbażi ta’ analiżi tar-riskju.
Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli
Nistmaw li bejn 50 u 70% tal-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-programmi finanzjarji attwali jwettaq funzjonijiet ta’ kontroll f’sens wiesa’ (mill-għażla ta’ benefiċjarji/kuntratturi għall-implimentazzjoni ta’ riżultati ta’ verifika). Dan jikkorrispondi għal firxa bejn EUR 2,1 miljun (50% tal-ispejjeż tar-Riżorsi umani tal-2014 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3) u EUR 3,2 miljun(70% tal-ispejjeż tar-Riżorsi umani tal-2020 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3). Barra minn hekk, l-esternalizzazzjoni tal-verifiki ex-post tipproduċi spejjeż li jvarjaw minn EUR 75 000 sa 100 000 fis-sena, li huma ffinanzjati minn approprjazzjonijiet għal appoġġ amministrattiv. Dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw bejn 6 u 3% tal-baġit totali tal-Programm, li jonqsu tul il-perjodu ta' seba' snin, minħabba l-fatt li l-approprjazzjonijiet annwali jiżdiedu b'mod sostanzjali bejn l-2014 u l-2020, filwaqt li l-ispejjeż ta' kontroll jibqgħu pjuttost stabbli.
Bis-saħħa ta’ din it-taħlita ta’ kontrolli ex-ante u ex-post, kif ukoll ta’ verifiki ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, fis-snin l-imgħoddija r-rata ta’ żbalji residwali medja kwantifikabbli kienet anqas minn 2%, b’eċċezzjoni waħda għall-programm Daphne fl-2009, fejn ir-rata ta’ żball għoliet ftit ’il fuq minn 2%. Dan kien indirizzat is-sena ta’ wara permezz ta’ żieda f’kontrolli fuq il-post ex post. Dawn il-kontrolli sabu u kkoreġew l-iżbalji li kien għad fadal f’dan l-għadd. Għalhekk is-sistema ta’ kontroll intern, kif ukoll l-ispiża tagħha, jitqiesu adegwati fid-DG Ġustizzja biex jinkiseb l-objettiv ta’ rata baxxa ta’ żbalji.
Madankollu, f’dan il-qafas, DG Ġustizzja jkompli jesplora l-possibbiltajiet li jtejjeb il-ġestjoni u jżid is-simplifikazzjoni. Bit-tnaqqis ta’ għadd ta’ programmi, għandhom japplikaw regoli u proċeduri armonizzati, li jnaqqsu r-riskju ta’ żball. Flimkien ma’ dan, l-għodod ta’ simplifikazzjoni li hemm disponibbli fir-reviżjoni Triennali tar-Regolament Finanzjarju għandhom jintużaw kemm jista’ jkun minħabba li huwa mistenni li dawn jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal benefiċjarji u b’hekk jirrappreżentaw tnaqqis simultanju ta’ riskji ta’ żball u ta’ piż amministrattiv għall-Kummissjoni.
Sinteżi tan-natura u l-intensità ta' kontrolli (attwali).
Sinteżi tal-kontrolli || Ammont f'Miljuni ta' EUR || Numru ta' benefiċjarji/tranżazzjonijiet (% tat-totali) || Profondità * (valutazzjoni 1-4) || Kopertura (% tal-Valur)
Kontrolli ex-ante fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha || M/A || 100% || 1-4, ibbażat fuq ir-riskju u t-tip ta' tranżazzjoni || 100%
Kontrolli mill-Kumitat ta' Akkwisti tal-Ġustizzja dwar deċiżjoni ta' għoti ta' akkwisti || M/A || 100% ta' proċeduri ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 125 000 u ta' proċeduri nnegozjati 'l fuq minn EUR 60 000 || 4 || 100% ta' proċeduri ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 125 000 u ta' proċeduri nnegozjati 'l fuq minn EUR 60 000
Kontrolli ex-post fuq għotjiet ta' pagamenti finali || M/A || Mill-inqas 10% || 4 || Bejn 5 u 10%
*Profondita tal-kontrolli:
1. Kontroll amministrattive/ aritmetiku minimu bl-ebda referenza għal dokumenti ta' appoġġ
2. Kontroll b'referenza għal informazzjoni korroborattiva li tinkludi element ta' sorveljanza indipendenti (eż ċertifikat ta' verifika jew verifika oħra), iżda bla referenza għal dokumenti sottostanti.
3. Kontrol b'referenza għal informazzjoni korroborattiva kompletament indipendenti (eż, bażi ta' dejta li tiġġustifika ċerti elementi tat-talba, valutazzjoni minn parti terza jew mill-Kummissjoni dwar l-istadji miksuba, eċċ.)
4. Kontroll b'referenza għal u li jinkludi aċċess għal dokumentazzjoni sottostanti li hija disponibbli fl-istadju tal-proċess in kwistjoni, għall-inputs u l-outputs kollha (eż skedi tal-ħinijiet, irċevuti, verifika fiżika, eċċ.): jiġifieri kontroll tal-istess intensità ta' testjar ta' tranżazzjoni bħal dawk imwettqa mill-QEA bħala parti mid-DAS.
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
Speċifikazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.
Miżuri differenti jitqiegħdu jew għandhom jitqiegħdu f’posthom għall-Programm dwar il-Ġustizzja li għandu jkun hemm fil-ġejjieni għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet. Il-proposta fiha fl-Artikolu 12 tagħha dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Skont l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS), adottata f’Ġunju 2011, id-DG Ġustizzja qed jippjana strateġija kontra l-frodi li tkopri ċ-ċiklu kollu ta’ nfiq, wara li jitqiesu l-proporzjonalità u l-benefiċċji tal-ispejjeż għall-miżuri li għandhom ikunu implimentati. L-Istrateġija hija msejsa fuq żewġ prinċipji: prevenzjoni, abbażi ta’ kontrolli effikaċi, u tweġiba xierqa, jekk jinstabu frodi jew irregolaritajiet, li jikkonsistu fl-irkupru ta’ ammonti mħallsin ħażin u, fejn ikun jixraq, f’pieni effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. L-istrateġija kontra l-frodi tiddeskrivi s-sistema ta’ verifiki ex ante u ex post, ibbażata fuq sistema ta’ twissijiet ħomor, u tispeċifika l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-persunal meta jinstabu frodi jew irregolaritajiet. Tipprovdi wkoll informazzjoni dwar arranġamenti tax-xogħol ma’ OLAF.
3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura(i) tal-baġit tal-ispiża affettwata(i
· Linji baġitarji ġodda mitlubin
Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.
Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ spiża || Kontribuzzjoni
Numru [Intestatura…..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal- EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju
[3…] || [33 01 04.SS] Programm għall-Ġustizzja || [Ebda diff…] || IVA || IVA || IVA[27] || LE
[3…] || [33 SS SS SS] [Programm għall-Ġustizzja] || [Diff...] || IVA || IVA || IVA || LE
|| || || || || ||
3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stimat fuq l-ispiża
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [Intestatura 3 – Sigurtà u ċittadinanza]
DG: Ġustizzja || || || Sena 2014[28] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI
Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || ||
In-numru tal-linja tal-baġit- 33 xx xx || Impenji || (1) || 45,800 || 52,800 || 59,300 || 66,300 || 73,800 || 80,800 || 84,800 || || 463,600
Pagamenti || (2) || 18,300 || 30,400 || 43,600 || 53,700 || 64,400 || 71,500 || 77,100 || 104,600 || 463,600
Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[29] || || || || || || || || ||
Numru tal-linja baġitarja 33 01 04 || || (3) || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || || 8,400
Approprjazzjonijiet TOTALI taħt għad-DG ĠUSTIZZJA || Impenji || =1+1a +3 || 47,000 || 54,000 || 60,500 || 67,500 || 75,000 || 82,000 || 86,000 || || 472,000
Pagamenti || =2+2a +3 || 19,500 || 31,600 || 44,800 || 54,900 || 65,600 || 72,700 || 78,300 || 104,600 || 472,000
Il-Kummissjoni tista' tipprevedi l-esternalizzazzjoni (parzjali) tal-implimentazzjoni tal-Programm għal aġenziji eżekuttivi eżistenti. Ammonti u imputazzjonijiet se jiġu aġġustati jekk meħtieġ skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.
Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 45,800 || 52,800 || 59,300 || 66,300 || 73,800 || 80,800 || 84,800 || || 463,600
Pagamenti || (5) || 18,300 || 30,400 || 43,600 || 53,700 || 64,400 || 71,500 || 77,100 || 104,600 || 463,600
Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || || 8,400
Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 47,000 || 54,000 || 60,500 || 67,500 || 75,000 || 82,000 || 86,000 || || 472,000
Pagamenti || =5+ 6 || 19,500 || 31,600 || 44,800 || 54,900 || 65,600 || 72,700 || 78,300 || 104,600 || 472,000
Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva"
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)
|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI
DG: ĠUSTIZZJA ||
Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || || 30,150
Spiża amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || || 0,402
TOTAL tad-DĠ JUST || Approprjazzjonijiet || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552
Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)
|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI
Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 51,239 || 58,302 || 64,721 || 71,811 || 79,403 || 86,493 || 90,583 || || 502,552
Pagamenti || 23,739 || 35,902 || 49,021 || 59,211 || 70,003 || 77,193 || 82,883 || 104,600 || 502,552
3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi
– þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Mhux possibbli għad-DG Ġustizzja li jipprovdi lista eżawrjenti tal-outputs kollha li jkollhom ikunu kkonsenjati permezz ta’ intervent finanzjarju skont il-programm, il-medja tal-ispejjeż u l-għadd tagħhom, kif mitlub minn din is-sezzjoni. M’hemmx mezzi ta’ statistika bħalissa li jippermettu li jinħadmu l-ispejjeż medji abbażi tal-programmi attwali, u definizzjoni preċiża bħal din tkun kontra l-prinċipju li l-programm fil-ġejjieni għandu jipprovdi flessibbiltà biżżejjed biex jaqdi l-prijoritajiet politiċi bejn l-2014-2020. Iżda din hija lista (mhux eżawrjenti) ta’ outputs li huma mistennija:
- Għadd ta’ persuni fi grupp immirat milħuqin b’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni;
- Għadd ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ persunal ġudizzjarju mħarġin fi grupp immirat.
- Għadd ta’ prattikanti legali li jipparteċipaw inter alia f’netwerking, skambji, żjajjar ta’ studju
- Għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod ta’ IT u proċeduri Ewropej.
- Inizjattivi ta’ politika mfasslin abbażi ta’ evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet tal-impatti u li jieħdu minn konsultazzjonijiet komprensivi ta’ partijiet interessati u esperti;
- Għadd ta’ evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatti magħmulin bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-Programm.
L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)
Objettivi u outputs indikattivi ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTALI
OUTPUTS
Tip ta’ output[30] || Kost medju tal-output || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru totali ta' eżiti || L-Ammont Totali spiża
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…[31] || || || || || || || || || || || || || || || ||
- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||
- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||
- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||
Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||
- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||
Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || ||
SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||
3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommmarju
– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi
– þ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)
|| Sena 2014[32] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTALI
L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||
Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || 30,150
Spiża amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || 0,402
Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || 30,552
’Il barra mill-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||
Riżorsi umani || || || || || || || ||
Riżorsi umani Infiq amministrattiv ieħor || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 8,400
Subtotal parzjali barra mill- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 8,400
TOTALI || 5,439 || 5,502 || 5,421 || 5,511 || 5,603 || 5,693 || 5,783 || 38,952
Il-Kummissjoni tista' tipprevedi l-esternalizzazzjoni (parzjali) tal-implimentazzjoni tal-Programm għal aġenziji eżekuttivi eżistenti. Ammonti u imputazzjonijiet se jiġu aġġustati jekk meħtieġ skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani
– þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020
Pożizzjonijiet għall-pjan tal-istabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) (f’Ekwivalenti għal Full-Time : FTE)
33 01 01 01 ( Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 30,75 || 30,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||
10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||
Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[34]
33 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0,5 || 0,5 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0
XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||
XX 01 04 yy[35] || - fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || ||
- f’delegazzjonijiet || || || || || ||
XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||
10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||
Intestaturi oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||
TOTALI || 31,25 || 31,25 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75
33 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed jimmaniġġja skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji. Ammonti u imputazzjonijiet se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji || L-inkarigi li jkollhom jitwettqu jikkomprendu l-inkarigi kollha meħtieġa għall-ġestjoni ta’ programm finanzjarju, bħal: - provvediment ta’ dak li għandu jiddaħħal fil-proċedura baġitarja; - it-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali/deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-iffissar ta’ prijoritajiet annwali; - ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti; - komunikazzjoni ma’ partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali/benefiċjarji attwali, l-Istati Membri, eċċ); - ġestjoni ta’ proġetti, operazzjonalment u finanzjarjament; - twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifika ex ante, kumitat ta’ akkwist, awditjar ex post, awditjar intern); - kontabilità; - żvilupp u mmaniġġar ta’ għodod tal-IT għal ġestjoni ta’ għotjiet; - monitoraġġ u rapportar dwar kisba ta’ objettivi, inkluż f’rapporti ta’ AAR u AOS
Persunal estern || L-inkarigi huma simili għal dawk ta’ uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal inkarigi li ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persunal estern
3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali
– þ Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali li jmiss.
– ¨ Proposta/inizjattiva ser tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.
Spjega xi programmmar mill-ġdid hu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.
– ¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37].
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
– þ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi
– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Impatt stmat fuq id-dħul
– ¨ Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
– þ Proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
¨ fuq riżorsi proprji
þ fuq dħul mixxellanju
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)
Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[38]
Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020
Artikolu 6xxxx…………. || || || || || || || ||
Għal dħul varju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).
[33 yyyyyy…] Linja ta' Dħul
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.
Kulma jidħol ma jkunx magħruf f’dan l-istadju u jkun jiddependi mill-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kandidati fil-programm.
[1] Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE, COM(2010)700 finali tad-19.10.2010.
[2] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Baġit għal Ewropa 2020: is-sistema attwali ta’ finanzjament, l-isfidi għall-ġejjieni, ir-riżultati ta’ konsultazzjoni ta’ partijiet interessati u għażliet differenti dwar il-kwistjonijiet orizzontali u settorjali ewlenin, SEC(2011) 868 finali, li jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Baġit għal Ewropa 2020, COM(2011) 500 finali tad-29.6.2011.
[3] http://ec.europa.eu/justice/news/consulting_public/news_consulting_0010_en.htm
[4] Programm dwar il-Ġustizzja Ċivili (JCIV), il-Programm dwar il-Ġustizzja Kriminali (JPEN), il-Programm dwar Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza (FRC), il-Programm Daphne III (DAP), il-Programm ta’ Prevenzjoni tad-Droga u Informazzjoni (DPIP) u s-sezzjonijiet "Antidiskriminazzjoni u Diversità" u "Ugwaljanza bejn is-Sessi" tal-Programm għal Impjiegi u Solidarjetà Soċjali (PROGRESS).
[5] Rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ fondi Ġustizzja ċivili, COM(2011)351 finali tal-15.06.2011; Rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar il-Programm dwar il-Ġustizzja Kriminali, COM(2011)255 finali tal-11.5.2011; Rapport ta’ evalwazzjoni interim tal-Programm dwar Drittijiet Fundmentali u Ċittadinanza 2007 – 2013, COM(2011) 249 finali tal-5.5.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm Daphne III 2007 – 2013, COM(2011) 254 finali tal-11.05.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm speċifiku għall-Programm ta’ Prevenzjoni u Informazzjoni dwar id-Droga (DPIP) 2007 – 2013, COM(2011) 246 finali tal-5.5.2011.
[6] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13.9.2011, COM(2011)551 finali.
[7] ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
[8] COM(2010)2020 finali, 3.3.2010.
[9] COM(2011) 500, 29.6.2011.
[10] ĠU L 257, 3.10.2007, p. 16.
[11] ĠU L 58, 24.2.2007, p. 13.
[12] ĠU L 257, 3.10.2007, p.23.
[13] COM(2010)700, 19.10.2010.
[14] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
[15] ĠU L XXX, p. XXX.
[16] ĠU L XXX, p. XXX.
[17] ĠU L XXX, p. XXX.
[18] ĠU L XXX, p. XXX.
[19] ĠU L XXX, p. XXX.
[20] ĠU L XXX, p. XXX.
[21] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
[22] Id-diċitura finali ta' din il-premessa tad-Direttiva se tiddependi mill-pożizzjoni li se jieħdu r-Renju Unit u l-Irlanda skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll (Nru 21).
[23] ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bażata fuq l-Attività) – ABB: (Activity-Based Budgeting) Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività.
[24] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
[25] L-ispjegazzjonijiet dwar il-metodi ta’ ġestjoni kif ukoll ir-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq il-websajt BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
[26] Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.
[27] Possibbilment id-Danimarka
[28] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
[29] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.
[30] Ir-riżultati (outputs) huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
[31] Kif deskritt fil-parti 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…”
[32] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
[33] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.
[34] AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni ("Jeune Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;
[35] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji “BA”).
[36] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).
[37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.
[38] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
| Fuq |