52011PC0709


Titolu u referenza

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta' Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020

/* KUMM/2011/0709 finali - 2011/0339 (COD) */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

MEMORANDUM TA’ SPJEGA

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Is-saħħa mhijiex biss ta’ valur fiha nnifisha – hija wkoll forza ekonomika qawwija għat-tkabbir. Hija biss popolazzjoni b’saħħitha li tista’ tikseb il-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħha. Is-settur tas-saħħa huwa mmexxi mill-innovazzjoni u minn forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin. Ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mas-saħħa għandhom potenzjal li jilħqu 0,3% tal-PDG. Is-settur tal-kura tas-saħħa huwa wieħed mill-akbar fl-UE. Dan jammonta għal kważi 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE u jimpjega ħaddiem minn kull għaxra, bi proporzjon ogħla mill-medja ta' ħaddiema b'edukazzjoni fil-livell terzjarju.

Is-saħħa għalhekk għandha rwol importanti fl-aġenda tal-Ewropa 2020. Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011 "Baġit għall-Ewropa 2020"[1], il-Kummissjoni enfasizzat li "il-promozzjoni tas-saħħa hija parti integrali mill-miri ta’ tkabbir intelliġenti u inklużiv tal-Ewropa 2020. Li n-nies jibqgħu b'saħħithom u attivi iktar fit-tul għandu impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività. L-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa tgħin biex tiġi indirizzata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur fil-kuntest tal-bidla demografika" u azzjoni biex jitnaqqsu d-diżlivelli fil-qasam tas-saħħa hija importanti biex jinkiseb it-"tkabbir inklużiv".

It-tielet programm propost dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa (2014-2020), "Is-Saħħa għat-Tkabbir", isaħħaħ u jenfasizza r-rabtiet bejn it-tkabbir ekonomiku u popolazzjoni b’saħħitha aktar mill-programmi preċedenti. Il-Programm huwa orjentat lejn azzjonijiet b’valur miżjud tal-UE ċar, b’konformità mal-objettivi tal-Ewropa 2020 u l-prijoritajiet politiċi attwali.

Il-kriżi finanzjarja kompliet tenfasizza l-bżonn li titjieb il-kosteffettività tas-sistemi tas-saħħa. L-Istati Membri huma taħt pressjoni biex jilħqu bilanċ bejn il-provvista ta’ aċċess universali għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja, u r-rispett tar-restrizzjonijiet tal-baġit. F'dan il-kuntest, li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex titjieb is-sostenibbiltà tas-sistemi tagħhom tas-saħħa hu kruċjali biex tkun żgurata l-abbiltà tagħhom li jipprovdu livell għoli ta' kura tas-saħħa liċ-ċittadini kollha, illum u fil-ġejjieni. Il-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir jikkontribwixxi biex jinstabu u jiġu applikati soluzzjonijiet innovattivi biex jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, u jagħmel enfasi fuq il-kapital uman u l-iskambju ta’ prattiki tajba.

L-għanijiet ewlenin, stabbiliti f'"Ewropa 2020 – Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv"[2], ilkoll jiddependu minn iktar innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif rifless fl-inizjattivi ewlenin bħall-Unjoni tal-Innovazzjoni u l-Aġenda Diġitali. Madankollu, l-innovazzjoni mhix biss dwar it-teknoloġija u l-prodotti l-ġodda. Hija wkoll dwar li nkunu innovattivi b'rabta ma' kif hija organizzata u strutturata l-kura tas-saħħa, kif jintużaw ir-riżorsi, u kif huma finanzjati s-sistemi.

L-innovazzjoni fis-saħħa għandha l-potenzjal li tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-qasam tal-kura tas-saħħa u biex titjieb il-kwalità tal-kura. Bosta oqsma tal-Programm propost Is-Saħħa għat-Tkabbir, bħalma huma dawk tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), l-apparat mediku, il-provi kliniċi u l-prodotti mediċinali, kif ukoll is-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea fil-Qasam tat-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu, jimmiraw li jsaħħu r-rabta bejn l-innovazzjoni teknoloġika u l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tagħha, filwaqt li jissaħħu s-sigurtà, il-kwalità u l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa. Inizjattivi oħrajn jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-użu u l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet elettroniċi fil-qasam tas-saħħa (e-Health), biex jitjieb, pereżempju, l-użu transkonfinali tar-reġistri tal-pazjenti.

Il-Programm se jkompli jsostni titjib fil-previżjonijiet, fl-ippjanar tal-ħtiġijiet u fit-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa, li se jikkontribwixxu kemm għall-innovazzjoni organizzattiva u kemm għat-tkabbir inklużiv. Dan jimxi f'konformità mal-inizjattiva ewlenija UE 2020 għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda u l-enfasi tagħha dwar il-flessibbiltà u s-sigurtà, dwar il-ħaddiema mogħtija l-ħiliet xierqa għall-impjiegi tal-lum u ta' għada, il-kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u t-titjib fil-ħolqien tax-xogħol. Filwaqt li l-popolazzjoni qed tixjieħ u t-talba għall-kura tas-saħħa qed tikber, is-settur tas-saħħa għandu potenzjal kbir biex joħloq impjiegi ġodda.

Il-problemi marbuta mal-kura tas-saħħa huma waħda mill-kawżi prinċipali ta' assenteiżmu minn fuq ix-xogħol u ta' rtirar bikri. Li n-nies jinżammu b’saħħithom u attivi għal perjodu itwal għandu impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività. Iż-żieda fl-għadd ta' snin ta' ħajja bi stat tajjeb ta' saħħa hija prerekwiżit jekk l-Ewropa trid tirnexxi fil-mira tagħha li tħaddem 75 % ta' dawk li jkollhom bejn l-20 u l-64 sena u biex nevitaw l-irtirar bikri dovut għall-mard. Barra minn hekk, li l-persuni ta' ’l fuq minn 65 sena jibqgħu f'saħħithom u attivi jista' jkollu impatt fuq il-parteċipazzjoni tas-suq tax-xogħol u dan jista' jwassal għal iffrankar potenzjali sinifikanti fil-baġits tal-kura tas-saħħa.

L-objettivi ġenerali tal-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir hu li ssir ħidma mal-Istati Membri biex tkun inkoraġġita l-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa u biex tikber is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, biex titjieb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u tħarishom mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Il-Programm jiffoka fuq erba’ objettivi speċifiċi b’potenzjal qawwi għal tkabbir ekonomiku permezz ta' saħħa aħjar:

(1) li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa;

(2) li jikber l-aċċess għall-għarfien espert mediku u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE;

(3) li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard transkonfinali u tiġi promossa s-saħħa; u

(4) li jiġu żviluppati approċċi komuni u jintwera l-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Dan ir-Regolament propost jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir u jirrevoka d-Deċiżjoni (KE) Nru 1350/2007.

2. OBJETTIVI

L-isfidi deskritti hawn fuq l-ewwel nett jirrikjedu li l-Istati Membri jieħdu azzjoni diretta fil-livell nazzjonali. L-għan tal-politika tas-saħħa tal-UE, kif iddikjarat fit-Trattat, huwa li tikkumplimenta u tappoġġa dawk il-politiki nazzjonali u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-Programm jipprovdi possibbiltajiet biex jinbnew u jissaħħu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u proċessi ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati għodod komuni u l-aħjar prattiki li joħolqu sinerġiji, li jġibu valur miżjud tal-UE u jwasslu għall-ekonomiji ta’ skala, u b’hekk jappoġġaw ir-riforma f'ċirkostanzi ta’ sfida.

2.1. Li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa;

Għal ħafna snin, l-Istati Membri ilhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet fuq il-baġit fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-baġits tas-saħħa tagħhom li jirrappreżentaw sa 15 % tan-nefqa pubblika f'xi Stati Membri[3].

Dan isir aktar ikkumplikat bit-tixjiħ tal-popolazzjoni, iż-żieda fl-aspettattivi għal servizzi ta’ kwalità għolja u t-tixrif ta’ teknoloġiji ġodda, aktar effettivi iżda li jiswew aktar. L-isfidi żdiedu bit-trażżin tal-infiq pubbliku fid-dawl tal-kriżi finanzjarja. L-evidenza[4] tissuġġerixxi, madankollu, li riformi effettivi tas-sistema tas-saħħa għandhom il-potenzjal li jkun fihom "żieda eċċessiva fl-ispejjeż", jiġifieri li l-infiq fuq is-saħħa jinżamm konformi mat-tkabbir tal-PDG.

Permezz tal-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà finanzjarja tal-kura tas-saħħa, il-programm għandu l-għan li jinkoraġġixxi ċaqliq ta’ riżorsi sinifikanti f’dan is-settur fuq il-prodotti u s-servizzi l-aktar innovattivi u siewja li fl-istess ħin joffru l-aħjar potenzjal tas-suq u ffrankar tal-ispejjeż fit-tul. Jara wkoll li jsostni l-innovazzjoni dwar kif tkun organizzata l-kura tas-saħħa, hekk li jsaħħaħ, pereżempju, pass ikbar lejn il-kura komunitarja u dik integrata. Ir-riforma fis-sistema tas-saħħa għandha tikkonsisti b’mod ċar minn taħlita ta’ titjib fl-effiċjenza u azzjoni strateġika fuq perjodu itwal li tindirizza l-ixprunaturi ewlenin tal-ispejjeż. Pereżempju, il-kooperazzjoni Ewropea fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa mhux biss għandha tnaqqas ix-xogħol doppju u tiġbor flimkien il-kompetenzi iżda tista' wkoll tħoll il-potenzjal għall-innovazzjoni sostenibbli fil-prodotti u s-servizzi tas-saħħa.

L-investimenti marbuta mas-saħħa u li jaqgħu taħt il-Fondi Strutturali jistgħu jilagħbu rwol partikolarment importanti biex jgħinu lill-Istati Membri jirriformaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom fil-livell nazzjonali u reġjoanli, u biex jirrealizzaw l-erba' objettivi speċifiċi ta' dan il-Programm, b'mod li jibnu fuq l-aqwa prassi u mill-esperjenza ta' proġetti bi prova miksuba mill-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir. Il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programm Is-Saħħa għat-Tkabbir u l-Fondi Strutturali se jissaħħu.

Bit-tixjiħ tal-popolazzjoni u bħala riżultat ta’ strutturi tal-familja li qed jinbidlu, id-domanda għal kura formali u professjonalizzata qed tiżdied filwaqt li qed tonqos id-disponibbiltà ta’ kura informali fl-ambjent tal-familja. Il-kura tas-saħħa saret ukoll aktar speċjalizzata u teħtieġ xogħol aktar intensiv u taħriġ itwal. Sal-2020, se jkun hemm nuqqas ta' miljun ħaddiem tas-saħħa fl-UE u, jekk ma titteħidx azzjoni, 15 % tal-kura neċessarja ma tkunx koperta. Jekk madankollu jiġi indirizzat b’suċċess, dan għandu joħloq opportunitajiet sinifikanti ta’ impjieg u tkabbir.

Biex dan isir, il-Programm se jara li jiġu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE li lis-sistemi tas-saħħa nazzjonali jgħinuhom jagħtu aktar kura b’inqas riżorsi. Hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol u biex tiġi massimizzata l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa permezz tal-użu ta’ prodotti, servizzi, għodod u mudelli innovattivi. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' soluzzjonijiet bħal dawn titlob ukoll li jingħelbu l-ostakli bħal dak tal-akkwisti pubbliċi u tan-nuqqas ta' involviment min-naħa tal-utenti fl-innovazzjoni.

F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet previsti ta' dan l-objettiv jimmiraw pereżempju li titrawwem il-kooperazzjoni Ewropea fuq il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) u li jiġi esplorat il-potenzjal tas-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa u l-ICT għas-Saħħa, inkluż netwerk iddedikat għas-saħħa elettronika u l-kooperazzjoni fuq ir-reġistri elettroniċi tal-pazjenti, u dan bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali[5]. L-azzjonijiet għandhom jindirizzaw ukoll in-nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol relatata mas-saħħa u jassistu lill-Istati Membri fir-riforma tas-sistemi tas-saħħa tagħhom permezz tal-ġbir u t-tisħiħ tal-ħila esperta fuq l-evalwazzjoni teknika tal-azzjoni politika.

Se jkunu wkoll qed isostnu miżuri li jistabbilixxu standards għoljin għas-sikurezza, il-kwalità u l-effikaċja għal apparat għal użu mediku mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam, jew li jikkontribwixxu għalihom, kif ukoll jikkontribwixxu għal dispożizzjonijiet dwar is-saħħa elettronika u l-HTA tad-Direttiva msemmija hawn fuq.

Il-programm jista' jipprovdi wkoll, skont l-objettivi differenti tiegħu, sostenn lil azzjonijiet speċifiċi skont is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni fil-Qasam tat-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu fit-tliet temi tiegħu: l-innovazzjoni fl-għarfien, il-prevenzjoni u d-djanjożi bikrija, l-innovazzjoni fil-fejqan u l-kura u l-innovazzjoni għal tixjiħ attiv u għal ħajja indipendenti.

2.2. Li jikber l-aċċess għall-għarfien espert mediku u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE

It-titjib fl-aċċess għall-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha irrispettivament mid-dħul, l-istat soċjali, il-lok u n-nazzjonalità tagħhom huwa importanti biex jonqsu d-diżlivelli sostanzjali li hemm bħalissa fil-qasam tas-saħħa. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandu jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità tajba irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħhom. Madankollu, fir-realtà, l-aċċess għall-kura tas-saħħa xorta jvarja b’mod sinifikanti fl-UE. Il-qagħda ħażina tas-saħħa spiss ikollha impatt sostanzjali fuq l-aċċessibbiltà għal kura tas-saħħa effettiva u fuq il-possibbiltajiet li ċ-ċittadini jaġixxu skont l-informazzjoni dwar is-saħħa. Il-persuni bi qligħ baxx, dawk esklużi soċjalment u dawk li jgħixu f'reġjuni żgħar jew ekonomikament depressi jistgħu jesperjenzaw diffikulatjiet speċifiċi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa. L-azzjoni fl-objettivi kollha tal-programm għandha tikkontribwixxi biex tnaqqas tali diżlivelli fl-indirizzar ta’ fatturi differenti li joħolqu u jżidu d-diżlivelli, kif ukoll tikkumplimenta l-azzjoni fi programmi oħra li tittratta d-differenzi soċjali u reġjonali fl-UE.

Sabiex jitjieb l-aċċess għall-kura tas-saħħa, b’mod partikolari għal kundizzjonijiet speċifiki fejn il-kapaċità nazzjonali hija skarsa, hemm valur miżjud ċar fit-trawwim tan-netwerking taċ-ċentri Ta' Referenza Ewropej speċjalizzati, aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha madwar l-UE.

Barra minn hekk, sabiex jgħin lill-Istati Membri jtejbu aktar il-kwalità u s-sikurezza tal-kura tas-saħħa, il-programm għandu jikkonsolida u jkompli l-azzjoni kontinwa għall-identifikazzjoni, l-iskambju u t-tixrid ta’ prattiki tajba f’dan il-qasam. Il-Programm se jkabbar l-aċċess għall-għarfien espert mediku billi jsostni l-istabbiliment u t-twaqqif ta' sistema ta' netwerks ta' referenza Ewropej li jiddefinixxu l-kriterji u l-kundizzjonijiet tagħhom u billi jsostnu soluzzjonijiet u linji gwida komuni għall-kwalità fil-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti fl-UE, hekk li jittratta firxa ta' kwistjonijiet inkluża r-reżistenza antimikrobjali.

L-azzjonijiet f'dan l-objettiv se jsostnu wkoll miżuri li jistabbilixxu standards għoljin ta' sikurezza, kwalità u effikaċja tad-demm, l-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli, ta' prodotti farmaċewtiċi kif ukoll id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dawn l-oqsma, jew li jikkontribwixxu għalihom.

2.3. Li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard transkonfinali u tiġi promossa s-saħħa

F'dawn l-aħħar deċenji, il-previżjoni tat-tul tal-ħajja żdiedet bħal qatt qabel u fl-UE, fl-2008, kienet ta' 76,4 snin għall-irġiel u 82,4 għan-nisa. Min-naħa l-oħra, il-progress fl-għadd medju ta' snin ta' ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa kien iktar bil-mod: 60,9 snin għall-irġiel u 62 sena għan-nisa.

Dan ifisser li parti akbar ta’ ħajja itwal qed titqatta’ fi stat ta' saħħa dgħajjef, u dan huwa wieħed mill-fatturi li qed jixpruna ż-żieda fl-ispejjeż fuq is-saħħa u li qed jostakola l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Is-saħħa dgħajfa taffettwa ħażin l-iżvilupp tal-kapital uman, li huwa kruċjali għall-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien.

Il-mard kroniku huwa l-kawża prinċipali tal-mewt u tal-kwalità baxxa tal-ħajja fl-Ewropa. Aktar minn 4 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea jmutu kull sena minn mard kroniku, li jirrappreżenta 87% tal-imwiet prematuri fl-UE. Il-mard kroniku jirrappreżenta wkoll piż ekonomiku enormi permezz tat-telf tal-kapaċità tan-nies għax-xogħol fl-aħjar ta’ ħajjithom. Il-programm jinkludi azzjoni li ssostni l-isforzi tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jtawlu s-snin tal-ħajja fi stat ta' saħħa tajjeb u dik produttiva tal-popolazzjoni tagħhom billi jipprevjenu l-mard kroniku.

Ħafna mard kroniku jista’ jiġi evitat. Ħafna drabi dan ikun ir-riżultat tat-tipjip, il-konsum tal-alkoħol, dieta fqira jew nuqqas ta' eżerċizzju. Dawn il-fatturi ta' riskju jkomplu jaggravaw minħabba fatturi soċjoekonomiċi kif ukoll ambjentali.

Din mhijiex biss sfida kbira għas-saħħa, iżda wkoll opportunità ekonomika importanti. L-investimenti tajbin mhux biss se jwasslu għal saħħa aħjar, iżda wkoll għal ħajjiet itwal u aktar produttivi u inqas problemi dovuti għal nuqqas ta’ ħaddiema. Jekk l-Ewropej jgħixu fi stat ta’saħħa aħjar, ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għall-ekonomija meta jkomplu javvanzaw fl-età – bħala ħaddiema, voluntiera u konsumaturi. Il-ħila esperta tal-anzjani tkun meħtieġa aktar f’popolazzjoni b’rati baxxi ta’ twelid u b'nuqqas ta’ ħaddiema ta’ ħila.

Il-programm se jittratta l-isfidi f'dawn l-oqsma billi jrawwem l-aqwa prassi fil-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni kosteffettiva b'mod li jiffoka fuq il-fatturi ewlenin tas-saħħa, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż mill-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq il-kwistjonijiet transkonfinali. Se jsostni l-kooperazzjoni u n-netwerking Ewropej dwar il-prevenzjoni tal-mard kroniku, inklużi l-linji gwida dwar l-iskrinjar ta' kwalità tal-kanċer. L-azzjonijiet f'dan l-objettiv se jsostnu wkoll il-miżuri li għandhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika rigward il-prodotti tat-tabakk u r-riklamar mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam, jew li jikkontribwixxu għalihom.

2.4. Li jiġu żviluppati approċċi komuni u jintwera l-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali

Mhux tant żmien ilu, l-UE ffaċċjat bosta theddidiet serji għas-saħħa transkonfinali, bħall-influwenza pandemika jew is-SARS. Il-kompetenza tal-UE fir-rigward tal-koordinazzjoni tat-tħejjija u r-reazzjoni għal theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali hija fil-qalba tat-Trattat ta’ Liżbona. Minħabba n-natura tiegħu, tali theddid mhuwiex limitat għall-fruntieri nazzjonali u ma jistax jiġi indirizzat minn xi Stat Membru individwalment, jew mill-Unjoni biss. L-UE teħtieġ li tkun ippreparata sew kontra theddid bħal dan li jista’ jkollu impatt għoli mhux biss fuq is-saħħa u l-ħajja taċ-ċittadini, iżda wkoll fuq l-ekonomija.

L-azzjonijiet ippjanati f'dan l-objettiv għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta’ approċċi komuni bħala tħejjija għal emerġenzi possibbli tas-saħħa, biex jikkoordinaw ir-rispons għal tali emerġenzi tas-saħħa fil-livell Ewropew u jappoġġaw il-bini tal-kapaċità nazzjonali fit-tħejjija għall-kriżijiet ta' saħħa u l-ġestjoni tagħhom, u dan filwaqt li jqisu l-inizjattivi internazzjonali. . L-għan huwa li jkun sostnut l-ippjanar tat-tħejjija, inkluż għall-influwenza pandemika, li jiġu indirizzati l-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju bejn l-Istati Membri u li jiġi appoġġat il-bini tal-kapaċità kontra theddid għas-saħħa fl-Istati Membri, kif ukoll li tiġi promossa l-kapaċità fil-livell globali fir-reazzjoni kontra dan it-theddid.

L-azzjonijiet se jsostnu wkoll miżuri biex iħarsu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem kontra l-mard li jixtered, il-kaġuni ta' sofferenzi traskonfinali, il-miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ, it-twissijiet bikrin għat-theddid serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam, jew li jikkontribwixxu għalihom.

Bl-erba' objettivi msemmija hawn fuq, il-Programm se jsostni azzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa li jikkontribwixxu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza, inkluż il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta tas-saħħa u t-tixrid vast tar-riżultati tal-Programm. Se jappoġġa wkoll l-attivitajiet tal-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE.

3. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 3.1. Konsultazzjoni u pariri esperti

Il-konsultazzjoni mmirat b’mod partikolari r-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Punti Ċentrali Nazzjonali, il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Superjuri u l-Kunsill tas-Saħħa informali. Ingħataw pariri esperti addizzjonali permezz tal-Forum tal-Politika tas-Saħħa tal-UE, il-professjonisti tas-saħħa u l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti. Partijiet oħra interessati tal-programm, speċjalment il-benefiċjarji, esprimew il-fehmiet tagħhom fl-evalwazzjonijiet riċenti tal-programm.

Il-parteċipanti kollha fil-konsultazzjonijiet differenti appoġġaw sew il-Programm tas-Saħħa. Xi Stati Membri qablu mal-fehma li dan għandu jkun iktar iffukat, kosteffiċjenti u bbażat fuq l-azzjoni b'evidenza ta' valur miżjud tal-UE, filwaqt li oħrajn jaħsbu li għandu jkompli jsostni l-objettivi eżistenti u firxa vasta ta' azzjonijiet.

Il-Punti Ċentrali Nazzjonali maħturin mill-awtoritajiet tal-Istati Membri semmew li l-Programm jista’ jgħin jifforma l-politiki nazzjonali billi (a) jipprovdi l-aqwa prattiki (b) jaqsam u jiskambja esperjenza prattika, kompetenzi u għarfien u (ċ) jagħti appoġġ fuq kwistjonijiet tas-saħħa fuq l-aġenda politika nazzjonali. Il-Forum tal-Politika tas-Saħħa tal-UE argumenta li għandha titpoġġa enfasi b’saħħitha fuq id-determinanti tas-saħħa u l-attenzjoni fuq il-pazjent. Dan irrakkomanda wkoll li l-Programm jindirizza r-rwol tad-determinanti soċjali.

Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-partijiet interessati semmew huma wkoll il-bżonn li jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva fil-Programm tal-Istati Membri kollha u enfasizzaw li l-Programmi għandhom ikunu marbuta aktar fil-qrib mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mal-aġenda tal-Ewropa 2020 u mal-leġiżlazzjoni eżistenti.

3.2. Valutazzjoni tal-Impatt

Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt analizza diversi għażliet għall-programm. Dan identifika l-għażla ppreferuta mil-lat tal-ispiża/benefiċċju, bħala waħda li tikkorrispondi għal programm strutturat sew, b’miri speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u f'waqthom (SMART), azzjonijiet prijoritizzati, li joħolqu valur miżjud tal-UE u monitoraġġ aħjar tar-riżultati u l-impatti. Il-programm għandu jiffoka fuq li:

· jikkontribwixxi biex jiffaċilita l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi għat-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u ż-żieda tal-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura;

· jippromwovi saħħa tajba u l-evitar tal-mard fil-livell tal-UE billi jgħin u jikkumplimenta l-isforzi tal-Istati Membri biex iżidu n-numru ta’ snin ta’ ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa taċ-ċittadini tagħhom;

· jappoġġa soluzzjonijiet għal theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali;

· jappoġġa azzjonijiet mitluba mill-obbligi legali attwali tal-UE.

Il-baġit taħt din l-għażla huwa ta’ madwar EUR 57 miljun fis-sena (fil-prezzijiet tal-2011), li huwa konformi mal-allokazzjoni tal-baġit proposta għall-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" ta’ Ġunju 2011.

3.3. It-twassil tal-valur miżjud Ewropew

Kif iddikjarat fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-UE għandha tikkumplimenta l-politiki nazzjonali u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-programm għandu jikkontribwixxi biss fejn l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu b’mod individwali jew fejn il-koordinazzjoni hija l-aħjar triq.

Il-programm jippreżenta azzjonijiet fl-oqsma fejn hemm evidenza ta’ valur miżjud tal-UE abbażi tal-kriterji li ġejjin: it-trawwim tal-iskambju tal-aqwa prassi bejn l-Istati Membri; is-sostenn lin-netwerks għall-iskambju tal-għarfien jew tagħlim reċiproku; l-indirizzar tat-theddid transkonfinali biex jitnaqqsu r-riskji u jitrażżnu l-konsegwenzi tagħhom; it-trattament ta' ċerti kwistjonijiet marbuta mas-suq intern fejn l-UE għandha l-leġittimità biex tiżgura soluzzjonijiet ta' livell għoli madwar l-Istati Membri; jinħall il-potenzjal tal-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa; l-azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema ta' valutazzjoni komparattiva; it-titjib tal-ekonomiji ta' skala billi tiġi evitata l-ħela minħabba xogħol doppju u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji.

3.4. Żieda fil-prestazzjoni tal-Programm

Il-Programm jibni fuq ir-riżultati tal-Ewwel Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008) u t-Tieni Programm tas-Saħħa (2008-2013), b’konformità mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-evalwazzjonijiet u l-verifiki differenti mwettqa fuq dawk il-programmi.

Il-Programm il-ġdid għandu l-għan li jiffoka fuq inqas azzjonijiet, ta’ valur miżjud tal-UE b'evidenza li tixhdu, li jagħtu riżultati konkreti, u jwieġbu għall-bżonnijiet jew in-nuqqasijiet identifikati. Il-Programm jara li jtejjeb il-mod kif l-Istati Membri jikkooperaw fil-qasam tas-saħħa u jipprovdi ingranaġġ għar-riforma tal-politiki tas-saħħa nazzjonali.

L-attivitajiet matul il-perjodu ta’ seba' snin u l-pjanijiet ta’ ħidma annwali għandhom ikunu bbażati fuq programmazzjoni multiannwali ta’ numru limitat ta’ azzjonijiet fis-sena. Barra minn hekk, billi jibni fuq it-tagħlimiet u r-riżultati tal-evalwazzjonijiet differenti, il-programm jintroduċi numru ta’ elementi ġodda:

· indikaturi tal-progress għall-kejl u l-monitoraġġ tal-miri u l-impatt tal-Programm;

· il-valur miżjud tal-UE bħala determinant prinċipali fl-istabbiliment tal-prijoritajiet għall-pjanijiet ta’ ħidma annwali;

· tixrid u komunikazzjoni aħjar tar-riżultati tal-proġetti lil dawk li jfasslu l-politiki;

· inċentivi li jħeġġu parteċipazzjoni akbar mill-Istati Membri b'Introjtu Nazzjonali Gross (ING) iktar baxx fil-programm. Dan se jinkludi rata ta’ kofinanzjament ogħla għal dawk l-Istati Membri.

Simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju se tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE, pereżempju billi tissimplifika r-regoli, tnaqqas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni, taċċellera l-proċeduri tal-għoti u tipprovdi għal punt uniku ta' servizz biex ikun iktar faċli għall-benefiċjarji li jaċċessaw il-finanzjament mill-UE. Il-Programm se jagħmel l-ikbar użu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, partikolarment billi jkompli jissimplifika r-rekwiżiti tar-rappurtar, inkluż użu estensiv tar-rappurtar onlajn.

It-tfassil tal-programm il-ġdid jinvolvi s-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni tiegħu.

1. Il-livell ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet, azzjonijiet kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi, jew minn korpi mhux governattivi li għandhom mandat minn dawn l-awtoritajiet u għall-għotjiet operattivi għandhom ikunu armonizzati għal 60 % tal-ispejjeż eliġibbli u sa 80 % fil-każijiet ta’ utilità eċċezzjonali.

2. L-ipprogrammar fit-tul ta’ azzjonijiet strateġiċi tal-Programm għandu jgħin inaqqas in-numru totali tagħhom fis-sena u jevita xogħol ripetittiv fil-proċeduri ta’ applikazzjoni, evalwazzjoni, negozjar u kuntrattar. Barra minn hekk, dan għandu jippermetti attenzjoni akbar għall-oqsma prijoritarji u użu aħjar tar-riżorsi umani u finanzjarji. Il-proċess ta’ finanzjament se jiġi ssimplifikat b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ kuntratti ta' qafas għall-għotjiet operattivi, u l-possibbiltà li jintużaw ammonti b'rata fissa kull meta possibbli għandha tiġi eżaminata sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

3. L-indikaturi l-ġodda ta' monitoraġġ u valutazzjoni jistrieħu fuq it-tixrid effettiv tar-riżultati tal-Programm u se jittraċċaw l-użu tagħhom fl-Istati Membri bl-għajnuna tan-netwerk tal-Punti Ċentrali Nazzjonali. Għaldaqstant huwa mistenni li jkun hemm approċċ simplifikat għar-riżultati tal-Programm, hekk li l-użu tagħhom mill-utenti finali jżid il-viżibbiltà u l-impatt tal-Programm.

4. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu inkarigati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, mill-2005 l-Kummissjoni inkarigat lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa. Għall-implimentazzjoni tal-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, il-Kummissjoni tista' tuża, abbażi tal-analiżi tal-kost u l-benefiċċju, aġenzija eżekuttiva eżistenti.

4. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata kemm għar-raġunijiet tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 168 tat-Trattat kif ukoll abbażi tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. "L-azzjoni tal-Unjoni tikkumplimenta l-politiki nazzjonali u l-azzjoni tal-Istati Membri." L-Unjoni tista' wkoll "tipprovdi sostenn lill-azzjoni tagħhom".

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 168(2) jgħid li "Il-Kummissjoni tista', b’kuntatt mill-qrib ma' l-Istat Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tinkoraġġixxi dan il-koordinament, b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-kontroll u l-valutazzjonijiet perjodiċi"; u t-tielet paragrafu jistipula li "L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika".

F'dan l-isfond, l-Artikolu 168(5) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw miżuri ta’ inċentivi mfassla biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem.

5. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 446 miljun (fil-prezzijiet attwali). Dan jikkorrispondi għall-allokazzjoni tal-baġit proposta għall-Programm tas-Saħħa fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" ta’ Ġunju 2011.

2011/0339 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif ta' Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni għandu jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat. L-Unjoni tikkumplimenta u ssostni l-politiki nazzjonali dwar is-saħħa, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost l-Istati l-Membri u l-promozzjoni tal-kordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, b'rispett sħiħ lejn ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali għat-tfassil tal-politiki tas-saħħa tagħhom u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika.

(2) Hemm bżonn ta’ sforz kontinwu sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kif stabbilit fl-Artikolu 168 tat-Trattat. Il-promozzjoni tas-saħħa fil-livell tal-UE hija parti integrali tal-aġenda ta’ "Ewropa 2020: Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv"[8]. Li l-persuni jibqgħu b’saħħithom u attivi għal żmien itwal għandu jkollu effetti ġenerali pożittivi fuq is-saħħa, u impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività, filwaqt li jnaqqas il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. L-innovazzjoni fis-saħħa tgħin fl-indirizzar tal-isfida tas-sostenibbiltà fil-kuntest tal-bidla demografika, u l-azzjoni għat-tnaqqis tal-diżlivelli fil-qasam tas-saħħa hija importanti għall-kisba ta’ "tkabbir inklużiv". F’dan il-kuntest jixraq li jiġi stabbilit il-Programm "Is-Saħħa għat-Tkabbir", it-tielet programm ta’ azzjoni tal-UE fuq is-saħħa (2014-2020) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Programm").

(3) Il-programmi preċedenti tal-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), adottati rispettivament bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE[9] u d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], ġew ivvalutati b’mod pożittiv bħala li jwasslu numru ta’ żviluppi u titjibiet importanti. Il-programm il-ġdid għandu jibni fuq il-kisbiet tal-programmi preċedenti. Għandu jqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-verifiki u l-evalwazzjonijiet esterni li twettqu, partikolarment ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri[11], li skonthom "għall-perjodu wara l-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw mill-ġdid l-ambitu tal-attivitajiet tal-UE dwar is-saħħa pubblika u l-approċċ tal-finanzjament tal-UE f'dan il-qasam. Dan għandu jsir filwaqt li nżommu f'moħħna l-mezzi baġitarji disponibbli u l-eżistenza ta' mekkaniżmi oħra ta' kooperazzjoni (…) bħala mod ta' kif niffaċilitaw il-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fost il-partijiet interessati madwar l-Ewropa".

(4) Fl-istess linja mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropea 2020, il-Programm għandu jiffoka fuq sett ta’ objettivi u azzjonijiet definiti sew b’valur miżjud ċar tal-UE li hemm xhieda tiegħu, u jikkonċentra l-appoġġ fuq numru iżgħar ta’ attivitajiet fl-oqsma prijoritarji. L-enfasi għandha titpoġġa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fuq oqsma fejn l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu waħedhom b’mod kosteffettiv, fejn fin-nofs hemm kwistjonijiet ċari transkonfinali jew marbuta mas-suq intern, jew fejn hemm vantaġġi u titjib sinifikanti fl-effiċjenza mill-kollaborazzjoni fil-livell tal-UE.

(5) Il-programm jippreżenta azzjonijiet fl-oqsma fejn hemm evidenza ta’ valur miżjud tal-UE abbażi tal-kriterji li ġejjin: it-trawwim tal-iskambju tal-aqwa prassi bejn l-Istati Membri; is-sostenn lin-netwerks għall-iskambju tal-għarfien jew tagħlim reċiproku; l-indirizzar tat-theddid transkonfinali biex jitnaqqsu r-riskji u jitrażżnu l-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet marbuta mas-suq intern fejn l-UE għandha l-leġittimità biex tiżgura soluzzjonijiet ta' livell għoli madwar l-Istati Membri; jinħall il-potenzjal tal-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, l-azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema ta' valutazzjoni komparattiva biex jippermettu t-teħid ta' deċiżjonijiet infurmati fil-livell Ewropew; it-titjib tal-ekonomiji ta' skala billi tiġi evitata l-ħela minħabba xogħol doppju u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji.

(6) Ir-Rapport dwar is-Saħħa Ewropea tal-2009 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jidentifika raġunijiet biex jiżdied l-investiment fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tas-saħħa. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma mħeġġin jidentifikaw it-titjib fis-saħħa bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom u biex jibbenefikaw minn għarfien aħjar dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament tal-UE għas-saħħa. Għaldaqstant, il-Programm għandu jiffaċilita l-użu tar-riżultati tiegħu fil-politiki tas-saħħa nazzjonali.

(7) L-innovazzjoni fis-saħħa f’termini ta’ prodotti u servizzi, u l-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura, għandha l-potenzjal li ttejjeb il-kwalità ta’ kura lill-pazjenti u twieġeb għal ħtiġijiet mhux sodisfatti, filwaqt li ttejjeb ukoll il-kosteffiċjenza u s-sostenibbiltà tal-kura. Għaldaqstant, il-Programm għandu jiffaċilita l-użu tal-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa.

(8) Il-Programm għandu jikkontribwixxi għat-trattament tad-diżlivelli fil-qasam tas-saħħa permezz ta' azzjoni skont l-objettivi differenti u billi jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajba biex dawn jiġu indirizzati.

(9) Il-pożizzjoni tal-pazjent għandha tissaħħaħ sabiex jinkisbu riżultati tas-saħħa aħjar u aktar sikuri. Il-pazjenti jeħtieġ jingħataw is-setgħa biex jimmaniġġjaw saħħithom u l-kura tas-saħħa tagħhom b’mod aktar proattiv. It-trasparenza tal-attivitajiet u s-sistemi tal-kura tas-saħħa u d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-pazjenti għandhom jiġu ottimizzati. Il-prattiki tal-kura tas-saħħa għandhom jiġu infurmati bir-rispons mill-pazjenti u permezz ta' komunikazzjoni magħhom. L-appoġġ għall-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-partijiet interessati huwa essenzjali u għandu jkun koordinat fil-livell tal-UE sabiex jgħin b’mod effettiv lill-pazjenti u b'mod partikolari dawk affettwati minn mard rari biex jibbenefikaw minn kura tas-saħħa transkonfinali.

(10) Fil-kuntest tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-investimenti diretti sew għall-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll għall-prevenzjoni tal-mard jistgħu jżidu n-numru ta’ "snin ta’ ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa" u b’hekk jippermettu lill-anzjani sabiex ikomplu jaħdmu meta jikbru. Il-mard kroniku huwa responsabbli għal iktar minn 80 % tal-imwiet prematuri fl-UE. Bl-identifikazzjoni, it-tixrid u l-promozzjoni tal-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi ffukati fuq il-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, il-Programm se jikkontribwixxi biex jipprevjeni l-mard u biex jippromwovi s-saħħa, anki filwaqt li jitqiesu l-fatturi ewlenin ta' natura soċjali u ambjentali.

(11) Sabiex jiġu minimizzati l-konsegwenzi għas-saħħa pubblika tat-theddid tas-saħħa transkonfinali li jistgħu jvarjaw minn kontaminazzjoni tal-massa kkawżata minn inċidenti kimiċi jew radjoloġiċi għal pandemiji, bħal dawk li feġġew reċentementi mill-E coli, ir-razza tal-influwenza H1N1 jew is-SARS (Sindromu Respiratorju Akut Gravi), il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien u ż-żamma ta' mekkaniżmi u għodod robusti għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni ta’ theddid kbir għas-saħħa transkonfinali. Minħabba n-natura ta’ dan it-theddid, il-Programm għandu jsostni miżuri tas-saħħa pubblika koordinati fil-livell tal-UE biex jindirizzaw aspetti differenti, u jibnu fuq it-tħejjija u l-ippjanar tar-rispons, valutazzjoni robusta u affidabbli tar-riskji u qafas b’saħħtu ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ kriżijiet. F’dan il-kuntest, huwa importanti li l-Programm jibbenefika mill-kumplimentarjetà mal-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard[12] fil-ġlieda kontra l-mard li jinxtered u mal-attivitajiet sostnuti taħt il-programmi tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għandhom isiru sforzi speċjali biex jiġu żgurati l-koerenza u s-sinerġiji bejn il-Programm u l-ħidma fuq is-saħħa globali mwettqa skont il-programmi tal-Komunità kif ukoll l-istrumenti li jindirizzaw b'mod partikulari l-oqsma tal-influwenza, l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali ieħor. L-azzjoni taħt il-programm tista' tkopri wkoll theddid transkonfinali kkawżat minn inċidenti bijoloġiċi u kimiċi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Kif mistqarr fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020", il-Kummissjoni hi impenjata għall-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-programmi kollha tal-infiq tal-UE u biex tidderiġi tal-anqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni lejn l-objettivi marbuta mal-klima. In-nefqa għall-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir taħt l-objettiv 4 se jikkontribwixxi b'mod ġenerali għal dan l-objettiv billi jindirizza t-theddid għas-saħħa assoċjat mat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa marbuta mat-tibdil fil-klima fil-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir.

(12) Skont l-Artikolu 114 tat-Trattat, fil-leġiżlazzjoni adottata mill-Unjoni għat-twaqqif u l-funzjonament tas-Suq Intern għandu jkun żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa. Fl-istess linja ma' dan l-objettiv, il-Programm għandu jagħmel sforzi speċjali biex jappoġġa azzjonijiet mitluba mill-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE u li jikkontribwixxu għalihom fl-oqsma tal-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, it-tessuti u ċ-ċelloli, id-demm, l-organi umani, il-mard li jinxtered u theddid ieħor għas-saħħa, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali u l-prodotti tat-tabakk u r-reklamar.

(13) Il-programm għandu jikkontribwixxi għal teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza billi jrawwem sistema ta' għarfien u għarfien dwar is-saħħa. Din tal-aħħar tkun tikkonsisti, fost l-oħrajn, fil-ġbir u l-analiżi ta' dejta marbuta mas-saħħa, is-sostenn lill-Kumitati xjentifiċi[13] u l-parteċipazzjoni fit-tixrid vast tar-riżultati tal-Programm.

(14) Il-Programm għandu jiffoka l-aktar fuq il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali kompetenti u jipprovdi inċentivi għal parteċipazzjoni wiesgħa mill-Istati Membri kollha. B'mod partikolari, għandha tkun inkoraġġita b'mod attiv il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri b'Introjtu Nazzjonali Gross (ING) inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni.

(15) Il-korpi mhux govermentali u l-partijiet interessati mill-qasam tas-saħħa, partikolarment l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti tas-saħħa, għandhom rwol importanti billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-pariri neċessarji biex timplimenta l-programm. F'dan ir-rwol, dawn jesiġu kontribuzzjonijiet mill-Programm biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw. Huwa għalhekk li li-programm huwa aċċessibli għal NGOs rappreżentattivi u għal organizzazzjonijiet tal-pazjenti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa pubblika, li għandhom rwol effettiv fil-proċessi tad-djalogu ċivili fil-livell tal-UE, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni fi gruppi konsultattivi, u b'dak il-mod jikkontribwixxu biex jiġu realizzati l-objettivi speċifiċi tal-Programm.

(16) Il-Programm għandu jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b'rabta ma' programmi u azzjonijiet tal-Unjoni relatati. Għandu jsir użu xieraq minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-programmi ta' qafas tal-preżent u tal-ġejjieni tal-Unjoni għar-riċerka u r-riżultati tagħhom, il-Fondi Strutturali, il-Programm għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà Ewropew, l-istrateġija Ewropea għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-Programm tal-Innovazzjoni u l-Kompetittività, il-Programm ta' Qafas għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (LIFE), il-Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2014-2020)[14], il-programm tal-Ġustizzja (2014-2020), il-Programm konġunt għall-Assistenza fil-Ħajja d-Dar, (il-Programm Ewropew għall-Edukazzjoni) u l-Programm Statistiku tal-Unjoni fl-attivitajiet rispettivi tagħhom.

(17) Skont l-Artikolu 168 tat-Trattat, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom irawmu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali fl-isfera tas-saħħa pubblika. Il-programm għalhekk irid ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi, partikolarment dawk fil-proċess ta' adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, dawk ġirien u dawk li tapplika għalihom il-Politika Ewropea għall-Viċinat (ENP) u pajjiżi oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bi ftehim bilaterali rilevanti jew multilaterali.

(18) Ir-relazzjonijiet xierqa ma’ pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-programm għandhom jiġu ffaċilitati biex jgħinu fir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-programm, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. Dan jista’ jinvolvi avvenimenti dwar is-saħħa organizzati mill-UE jew pajjiżi terzi li jwettqu attivitajiet kumplimentari għal dawk iffinanzjati permezz tal-programm fuq l-oqsma ta’ interess reċiproku, iżda ma għandhomx jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja skont il-Programm.

(19) Sabiex jiġu massimizzati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, huwa xieraq li tiġi żviluppata kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, bil-għan li jiġi implimentat il-Programm.

(20) Il-Programm għandu jdum seba' snin biex it-tul tiegħu jkun allinjat ma’ dak tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali kif stabbilit fl-[Artikolu 1] tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija fit-tifsira tal-punt (17) tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda [link], għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(21) Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir.

(22) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta' programmi ta’ ħidma annwali, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[16].

(23) Il-Programmm għandu jkun implimentat filwaqt li jiġi rispettat għalkollox il-prinċipju tat-trasparenza u b'bilanċ raġonevoli bejn l-objettivi differenti tiegħu. Għandhom jingħażlu u jiġu finanzjati mill-Programm azzjonijiet xierqa koperti mill-miri speċifiċi tal-programm u b'valur miżjud ċar tal-UE. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-kriterji essenzjali ta' selezzjoni applikabbli għall-benefiċjarji potenzjali, skont ir-Regolament Finanzjarju, sabiex ikun żgurat li għandhom il-kapaċità finanzjarja u operattiva li jidħlu għal impenji finanzjati taħt il-Programmi u, fejn hu l-każ, l-evidenza meħtieġa biex tixhed l-indipendenza tagħhom.

(24) Il-valur u l-impatt tal-Programm għandu jkun sorveljat u evalwat regolarment. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra li r-realizzazzjoni tal-objettivi tal-Programm tista' tirrikjedi perjodu ta’ żmien itwal mit-tul tal-Programm.

(25) Il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali hija essenzjali biex tiġi skambjata l-informazzjoni mal-applikanti potenzjali biex tippermetti parteċipazzjoni ekwa fil-Programm, kif ukoll l-għarfien li joħroġ mill-programm mal-partijiet interessati fis-setturi tas-saħħa nazzjonali differenti. Barra minn dan, l-involviment fl-ittraċċar tal-impatti ġġenerati mill-Programm fil-livell nazzjonali hu meqjus bħala ta' importanza kbira. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jappuntaw Punti Ċentrali Nazzjonali sabiex isostnu l-attivitajiet imsemmija hawn fuq.

(26) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri adegwati fiċ-ċiklu tal-infiq, inklużi l-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn hu l-każ, il-penali.

(27) Għandha tiġi żgurata tranżizzjoni bejn il-programm il-ġdid u l-programm preċedenti li jissostitwixxi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament tal-assistenza teknika u amminstrattiva. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-approprjazzjonijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva għandhom ikopru, jekk ikun hemm bżonn, l-infiq relatat mal-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-aħħar tal-2020.

(28) Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE. Għaldaqstant, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Programm

Ir-Regolament jistabbilixxi t-tielet programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa, imsejjaħ il-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Programm").

Artikolu 2

Objettivi ġenerali

L-objettivi ġenerali tal-Programm is-Saħħa għat-Tkabbir hu li ssir ħidma mal-Istati Membri biex tkun inkoraġġita l-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa u biex tikber is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, biex titjieb is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u tħarishom mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Kapitolu II

Objettivi u azzjonijiet

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi u indikaturi

L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu segwiti permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(1) Li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa.

Dan l-objettiv se jitkejjel partikolarment permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri permezz tal-għodda u l-mekkaniżmi żviluppati u permezz ta' pariri.

(2) Li jikber l-aċċess għall-għarfien espert mediku u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE.

Dan l-objettiv se jitkejjel partikolarment permezz taż-żieda ta' għadd ta' professjonisti tas-saħħa permezz tal-għarfien espert miġbur min-Netwerks Ta' Referenza Ewropej fil-kuntest tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjent fil-kura tas-saħħa transkonfinali (miss issa ’l quddiem "in-Netwerks Ta' Referenza Ewropej"); iż-żieda tan-numru ta' pazjenti li jużaw dawn in-netwerks, u ż-żieda tan-numru ta' Stati Membri li jużaw il-linji gwida żviluppati.

(3) Li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżura ta' prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard u tiġi promossa s-saħħa.

Dan l-objettiv se jitkejjel partikolarment permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri involuti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard, u dan billi jintużaw l-aqwa prattiki vvalidati.

(4) Li jiġu żviluppati approċċi komuni u jintwera l-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Dan l-objettiv se jitkejjel partikolarment permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri li jintegraw l-approċċi komuni żviluppati fit-tfassil tal-pjanijiet tagħhom ta' tħejjija.

Artikolu 4

Azzjonijiet eliġibbli

L-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jiġu rrealizzati permezz tal-azzjonijiet imsemmija hawn isfel u skont il-prijoritajiet imsemmija fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

(1) Kontribuzzjoni għal sistemi tas-saħħa innovattivi u sostenibbli:

– 1.1.    L-iżvilupp ta' kooperazzjoni fl-UE dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa fil-kuntest tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali;

– 1.2.    Il-promozzjoni tal-użu tal-innovazzjoni fis-saħħa u s-servizzi elettroniċi tas-saħħa billi tikber l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet tas-servizzi elettroniċi tas-saħħa;

– 1.3.    Tkun sostnuta s-sostenibbiltà tal-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tas-saħħa billi jkunu promossi l-previżjoni u l-ippjanar effettiv kif ukoll ir-reklutaġġ effiċjenti u l-istrateġiji għaż-żamma tal-postijiet tax-xogħol;

– 1.4.    Jiġi pprovdut għarfien espert bħala assistenza lill-Istati Membri li jidħlu għal riformi fis-sistemi tas-saħħa;

– 1.5     Tkun sostnuta s-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea fil-Qasam tat-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu, proġett bi prova bl-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tal-Ewropa 2020[17];

– 1.6     L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-apparat mediku kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi elettroniċi tas-saħħa u tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa fil-leġiżlazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, jew li jikkontribwixxu għalihom;

– 1.7     It-trawwim ta' sistema dwar l-għarfien dwar is-saħħa, inklużi l-Kumitati Xjentifiċi, biex tikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet imsejjes fuq l-evidenza.

(2) Żieda fl-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini:

– 2.1.    It-twaqqif ta' akkreditazzjoni u sostenn lin-Netwerks Ta' Referenza Ewropej;

– 2.2.    Sostenn lill-azzjonijiet dwar il-mard rari inkluż il-ħolqien ta' Netwerks Ta' Referenza Ewropej (skont il-punt 2.1), l-informazzjoni u r-reġistri bbażati fuq il-kriterji komuni għall-akkreditazzjoni;

– 2.3.    It-tisħiħ tal-kollaborazzjoni dwar is-sgurtà tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura tas-saħħa, billi tikber id-disponibbiltà tal-informazzjoni lill-pazjenti, l-iskambju tal-aqwa prassi u l-iżvilupp ta' linji gwida, sostenn lill-azzjoni dwar il-mard rari u r-riċerka u inkluż l-iżvilupp tal-linji gwida Ewropej;

– 2.4.    L-iżvilupp ta' linji gwida biex jittejjeb l-użu prudenti tal-antimikrobjali fil-mediċina tal-bniedem u biex jitnaqqsu l-prattiki li jżidu r-reżistenza antimikrobjali;

– 2.5.    L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tat-tessuti u ċ-ċelloli, id-demm, l-organi, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali u l-prodotti mediċinali;

– 2.6.    It-trawwim ta' sistema dwar l-għarfien dwar is-saħħa, biex tikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet imsejjes fuq l-evidenza.

(3) Il-promozzjoni tas-saħħa tajba u l-prevenzjoni tal-mard:

– 3.1     L-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-kwistjonijiet ewlenin tas-saħħa bħalma huma l-prevenzjoni tat-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità;

– 3.2.    Is-sostenn tal-prevenzjoni tal-mard kroniku inkluż il-kanċer, permezz tal-iskambju tal-għarfien u l-aqwa prassi u l-iżvilupp ta' attivitajiet konġunti;

– 3.3.    L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tal-prodotti tat-tabakk u r-reklamar;

– 3.4.    It-trawwim ta' sistema dwar l-għarfien dwar is-saħħa, biex tikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet imsejjes fuq l-evidenza.

(4) Il-ħarsien taċ-ċittadini minn theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali

– 4.1.    Tħejjija u rispons aktar b'saħħithom għal theddid serju għas-saħħa transkonfinali;

– 4.2.    It-titjib tal-kapaċità tal-valutazzjoni tar-riskju billi jiġu pprovduti kapaċitajiet addizzjonali għall-għarfien xjentifiku u pjan tal-valutazzjonijiet eżistenti;

– 4.3.    Is-sostenn tal-bini tal-kapaċità kontra t-theddid lis-saħħa fl-Istati Membri billi, fost l-oħrajn, jiġu żviluppati ppjanar u koordinazzjoni tat-tħejjija u r-rispons, approċċi komuni għat-tilqim, l-iżvilupp ta' linji gwida u ta' mekkaniżmi għall-akkwisti konġunti tal-kontromiżuri mediċi;

– 4.4.    L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tal-mard li jinxtered u ta' theddid ieħor għas-saħħa;

– 4.5.    It-trawwim ta' sistema dwar l-għarfien dwar is-saħħa, biex tikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet imsejjes fuq l-evidenza.

Deskrizzjoni iktar dettaljata tal-kontenut li dawk l-azzjonijiet jista' jkollhom hija inkluża fl-Anness I. Lista indikattiva tal-leġiżlazzjoni rilevanti hija pprovduta fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Kapitolu III

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 5

Finanzjament

1. L-allokazzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020 hija b'dan stabbilita bħala ta' EUR 446 000 000 fil-prezzijiet attwali.

Artikolu 6

Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi

1. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-paretċipazzjoni minn pajjiżi terzi, abbażi tal-ispiża, partikolarment fir-rigward ta':

(a)        pajjiżi li jinsabu fil-proċess ta' adeżjoni, pajjiżi kandidati jew potenzjalment kandidati li jibbenefikaw mill-istrateġija tal-preadeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assojazzjoni jew Ftehimiet simili oħra rispettivi;

(b)        pajjiżi tal-EFTA/ŻEE skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(c)        pajjiżi tal-viċinat u dawk li tapplika għalihom il-Politika Ewropea għall-Viċinat (ENP) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bi ftehim bilaterali rilevanti jew multilaterali;

(d)        pajjiżi oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bi ftehim bilaterali rilevanti jew multilaterali.

Artikolu 7

Tipi ta' intervent

1. Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni jistgħu jieħdu l-forma jew ta' għotjiet jew ta' akkwisti pubbliċi inkella kwalunkwe interventi neċessarji oħra meħtieġa biex jiġu realizzati l-objettivi tal-Programm.

2. L-għotjiet jistgħu jingħataw biex jiffinanzjaw:

(a)        azzjonijiet li jkollhom valur miżjud tal-UE ċar u li jkunu kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mis-Saħħa Pubblika jew mill-pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw skont l-Artikolu 6, jew minn korpi mhux governattivi li għandhom mandat minn dawn il-korpi kompetenti;

(b)        azzjonijiet li jkollhom valur miżjud tal-UE ċar u li jkunu kofinanzjati minn korpi pubbliċi jew privati, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), inklużi l-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa u għal dawn tal-aħħar, skont il-każ u mingħajr sejħa preċedenti għal proposta, ġustifikata kif jixraq fil-programmi ta' ħidma annwali;

(c)        il-funzjonament tal-korpi mhux governattivi kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) fejn hu neċessarju s-sostenn finanzjarju biex jiġi realizzat objettiv speċifiku wieħed jew iktar tal-Programm.

3. L-għotjiet imħallsa mill-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin:

(a)        60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjoni mmirata lejn objettiv tal-Programm. F’każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tkun sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(b)        60 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-funzjonament ta' entità mhux governattiva. F’każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-korpi jistgħu jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ta’ massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(c)        60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 minbarra għall-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni, li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja ta’ massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet imsemmija fil-punt(a) tal-paragrafu 2 tista' tkun sa massimu ta' 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għal awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi kollha li jipparteċipaw fil-Programm.

4. L-għotjiet jistgħu jitħallsu fil-forma ta’ ammonti b'rata fissa, skali standard ta' spejjeż unitarji jew finanzjament b’rata fissa fejn dan jaqbel man-natura tal-azzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 8

Il-benefiċjarji eliġibbli għall-għotjiet

1. L-għotjiet għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u (b) jistgħu jingħataw lil organizzazzjonijiet stabbiliti legalment, lil awtoritajiet nazzjonali, lil korpi tas-servizz pubbliku, partikolarment lil istituzzjonijiet tar-riċerka u tas-saħħa, lil universitajiet u stabbilimenti tal-edukazzjoni ogħla u lil impriżi.

2. L-għotjiet għall-funzjonament tal-korpi msemmija fl-Artikolu 7(2)(c) jistgħu jingħataw lill-korpi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)        Mhumiex mhux governattivi, ma jagħmlux profitt, huma indipendenti mill-industrija, minn interessi kummerċjali u ta' negozju u oħrajn kunfliġġenti;

(b)        Joperaw fil-qasam tas-saħħa pubblika, hekk li għandhom rwol effettiv fid-djalogu ċivili fil-livell tal-UE u li jsegwi tal-inqas wieħed mill-objettivi speċifii tal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(c)        Huma attivi fil-livell tal-Unjoni f'tal-inqas nofs l-Istati Membri, u għandhom kopertura ġeografika bilanċjata tal-Unjoni.

Artikolu 9

Għajnuna amministrattiva u teknika

L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista’ tkopri wkoll spejjeż li huma ta’ attivitajiet ta’ preparazzjoni, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-Programm u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea kemm-il darba huma marbuta mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-TI li jiffokaw fuq l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll spejjeż oħra fuq għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni jista’ jkollha rikors għalihom għall-ġestjoni tal-Programm.

Kapitolu IV

Implimentazzjoni

Artikolu 10

Metodi ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm f'konformità mal-modi ta' ġestjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjajru.

Artikolu 11

Programmi ta' Ħidma Annwali

1. Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma annwali li jistabbilixxu l-elementi pprovduti fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari:

(a)        il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li jridu jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji;

(b)        il-kriterji tal-eliġibbiltà fid-dettall għall-benefiċjarji li jikkonformaw mal-Artikolu 8;

(c)        il-kriterji għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-kriterji biex ikun stmat jekk l-utilità eċċezzjonali tapplikax jew le, u -rata applikabbli ta' kofinanzjament;

(d)        il-kriterji essenzjali tal-għażla u tal-għoti li jridu jintużaw fl-għażla tal-proposti li għandhom jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji;

(e)        l-iskeda taż-żmien tas-sejħiet ippjanati għall-akkwist u s-sejħiet għal proposti;

(f)         fejn hu l-każ, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ammonti b'rata fissa, skali standard ta' spejjeż unitarji jew finanzjament b'rata fissa skont ir-Regolament Finanzjarju;

(g)        l-azzjonijiet kofinanzjati minn organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa mingħajr sejħa preċedenti għal proposta ġustifikata kif jixraq.

2. Il-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 jiġi adottat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 16(2).

3. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali kollha rilevanti rigward il-protezzjoni tad-dejta personali u, fejn xieraq, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u s-sikurezza ta’ tali dejta.

Artikolu 12

Konsistenza u kumplimentarjetà ma' politiki oħrajn

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà ġenerali bejn il-Programm u politiki, strumenti u azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 13

Monitoraġġ, evalwazzjoni u tixrid tar-riżultati

1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-programm fid-dawl tal-objettivi u l-indikaturi tiegħu, inkluża l-informazzjoni dwar l-ammont tan-nefqa marbuta mal-klima. Tirrapporta dan lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 13, u żżomm infurmati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Bit-talba tal-Kummissjoni, li għandha tevita li twassal għal żieda sproporzjonata fil-piż amministrattiv tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jissottomettu ukoll informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm.

3. Mhux iktar tard minn nofs l-2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tiegħu tal-UE, bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni addizzjonalment se tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Se tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-programm ta' qabel.

L-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu ta' kontribut għal deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni possibbli ta' programm ieħor wara dan.

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-azzjonijiet imwettqa skont dan ir-Regolament disponibbli pubblikament u għandha tiżgura t-tixrid vast tagħhom.

Artikolu 14

Punti Ċentrali Nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jappuntaw Punti Ċentrali Nazzjonali li jassistu lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-Programm, fit-tixrid tar-riżultati tal-Programm u l-informazzjoni dwar l-impatti ġġenerati mill-Programm fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

1. Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jitħarsu bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn hu l-każ, permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u ta' deterrent.

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u verifika fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, kuntratturi u sottokuntratturi kollha li rċevew fondi mill-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni dwar għotja jew ta' kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni.

Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet dwar għotja jew kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 16

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għall-ewwel paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob dan.

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali jew finali

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż fuq l-għajnuna teknika u amministrattiva neċessarja biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE.

2. Jekk ikun hemm bżonn, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit wara l-2020 biex ikopru l-ispejjeż stipulati fl-Artikolu 9, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ta' revoka

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum minn meta jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Memri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropewt                          Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

Tipi ta' azzjonijiet

1. Li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa;

1.1. Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa: tkun sostnuta l-kooperazzjoni Ewropea dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) taħt in-netwerk volontarju Ewropew dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa stabbilit bid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18]. Ikun faċilitat l-użu tar-riżultati li joħorġu mill-proġetti ta' riċerka sostnuti bis-Seba' Programm Kwadru u fit-terminu t-twil l-attivitajiet li se jitwettqu fil-programmi li se jsiru dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni 2014-2020 (Horizon 2020).

1.2. Innovazzjoni fis-saħħa u s-saħħa elettronika: tikber l-interoperabbiltà tar-reġistri tal-pazjenti u soluzzjonijiet oħrajn tas-saħħa elettronika, tkun sostnuta l-kooperazzjoni Ewropea dwar is-saħħa elettronika, primarjament dwar ir-reġistri u l-użu mill-professjonisti tas-saħħa. Dan jikkontribwixxi għan-netwerk Ewropew volontarju dwar is-saħħa elettronika mwaqqaf mid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1.3. Il-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa: żvilupp ta’ ppjanar effettiv tal-forza tax-xogħol tas-saħħa f’termini ta’ numri, ambitu tal-prattika u ħiliet, monitoraġġ tal-mobilità (fl-UE) u l-migrazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa, żvilupp ta’ strateġiji effiċjenti għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità.

1.4. Teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar dwar ir-riformi tas-sistemi tas-saħħa: stabbiliment ta’ mekkaniżmu għall-iskambju ta' għarfien espert fil-livell tal-UE, għall-għoti ta’ pariri tajbin u bbażati fuq evidenza dwar investiment effettiv u effiċjenti fis-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa. Ikun faċilitat l-użu tar-riżultati li joħorġu mill-proġetti ta' riċerka sostnuti bis-Seba' Programm Kwadru u fit-terminu t-twil l-attivitajiet li se jitwettqu fil-programmi li se jsiru dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni 2014-2020 (Horizon 2020).

1.5. Sostenn lill-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni fil-Qasam tat-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu fit-tliet temi tagħha: l-innovazzjoni fl-għarfien, il-prevenzjoni u d-djanjożi bikrija, l-innovazzjoni fil-fejqan u l-kura u l-innovazjoni għal tixjiħ attiv u għal ħajja indipendenti.

1.6. L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam, jew li jikkontribwixxu għalihom, fil-qasam tal-apparat mediku u tal-kura tas-saħħa transkonfinali (is-saħħa elettronika u l-HTA). Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.

1.7. It-trawwim ta' sistema dwar l-għarfien dwar is-saħħa, biex tikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet imsejjes fuq l-evidenza, inkluż il-ġbir u l-analiżi ta' dejta dwar is-saħħa u t-tifrix vast tar-riżultati tal-Programm u inkluż is-sostenn lill-Kumitati Xjentifiċi mwaqqfa skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE.

2. Aktar aċċess għall-għarfien espert mediku u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE

2.1. Aċċess: sostenn lit-twaqqif ta' sistema ta' Netwerks Ta' Referenza Ewropej biex fost l-oħrajn jippermettu l-mobbiltà tal-għarfien espert għall-pazjenti b'kundizzjonijiet li jitolbu kura tabilħaqq speċjalizzata u konċentrazzjoni partikolari tar-riżorsi u tal-għarfien espert, bħal fil-każ tal-mard rari, abbażi tal-kriterji li se jkunu stabbiliti fid-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (id-Direttiva 2011/24/UE)[19].

2.2 Mard rari: appoġġ lill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-partijiet interessati permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni sabiex tgħin b’mod effettiv lill-pazjenti affettwati minn mard rari. Dan jinkludi l-ħolqien ta' netwerks ta' referenza (b'konformità mal-punt 2.1), informazzjoni u reġistri għall-mard rari abbażi ta' kriterji komuni ta' akkreditazzjoni.

2.3. Kwalità u sikurezza: it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni dwar is-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn permezz tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjenti u l-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa; l-iskambju tal-aqwa prassi dwar is-sistemi li jassiguraw il-kwalità; l-iżvilupp ta' linji gwida u għodod li jippromwovu s-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità; tiżdied id-disponibbiltà ta' informazzjoni lill-pazjenti dwar is-sikurezza u l-kwalità, jitjieb ir-rispons u l-interazzjoni bejn min jaħdem fil-qasam tas-saħħa u l-pazjenti; tkun sostnuta l-azzjoni biex jiġi skambjat l-għarfien u l-aqwa prassi dwar il-kura tal-mard kroniku, ir-rispons min-naħa tas-sistemi tas-saħħa u r-riċerka, inkluż l-iżvilupp ta' linji gwida Ewropej.

2.4. Sikurezza: jitjieb l-użu għaqli tal-aġenti antimikrobjali fil-prodotti mediċinali u jitnaqqsu l-prattiċi li jżidu r-reżistenza antimikrobjali; jitnaqqas il-piż tal-infezzjonijiet ta' reżistenza u dawk assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun garantita d-disponibbiltà tal-antimikrobjali effettivi.

2.5. L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tat-tessuti u ċ-ċelloli, id-demm, l-organi, l-użu tal-prodotti mediċinali u d-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.

2.6. It-trawwim ta' sistema ta' għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza, inkluż il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta tas-saħħa u t-tixrid vast tar-riżultati tal-Programm.

3. L-identifikazzjoni, it-tixrid u l-promozzjoni tal-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard transkonfinali u tiġi promossa s-saħħa.

3.1. Il-promozzjoni kosteffettiva u l-miżuri ta' prevenzjoni: dan jinkludi azzjonijiet biex jiġu stabbiliti netwerks u sħubijiet pan-Ewropej li jinvolvu firxa wiesgħa ta' atturi fil-komunikazzjoni u fl-azzjonijiet għat-trawwim tal-kuxjenza dwar kwistjonijiet ewlenin b'rabta mas-saħħa bħalma huma l-prevenzjoni tat-tipijp, l-abbuż tal-alkoħol, it-trattament tal-obeżità b'attenzjoni partikulari fuq id-dimensjoni trnaskonfinali u fuq l-Istati Membri bi ftit jew xejn azzjoni b'rabta ma' dawn il-kwsitjonijiet.

3.2. Mard kroniku: sostenn lill-kooperazzjoni u n-netwerking Ewropej għall-prevenzjoni u t-titjib tar-rispons għall-mard kroniku inkluż il-kanċer, permezz ta' skambju tal-għarfien u ta' prassi tajba u l-iżvilupp ta' attivitajiet konġunti dwar il-prevenzjoni. Il-kanċer: ħidma ta' segwitu għax-xogħol li diġà sar; it-twaqqif ta' sistema Ewropea ta' informazzjoni dwar il-kanċer b'dejta komparabbli, sostenn għall-iskrinjar tal-kanċer, inklużi mekkaniżmi volontarji ta' akkreditazzjoni, sostenn għall-iżvilupp ta' linji gwida Ewropej għall-prevenzjoni fejn jeżistu diżlivelli sinifikanti.

3.3. L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jew li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tal-prodotti tat-tabakk u r-reklamar. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.

3.4. It-trawwim ta' sistema ta' għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza, inkluż il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta tas-saħħa u t-tixrid vast tar-riżultati tal-Programm.

4. L-iżvilupp ta' approċċi komuni u l-wiri tal-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali

4.1. It-tħejjija u r-rispons għat-theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali filwaqt li jitqiesu inizjattivi globali u ssir koordinazzjoni magħhom: l-istabbiliment ta’ elementi komuni dwar l-ippjanar tat-tħejjija ġenerika u speċifika, inkluż għall-influwenza pandemika, u rapportar regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ tħejjija.

4.2. Kapaċità tal-valutazzjoni tar-riskju: tnaqqis fid-diskrepanzi fil-kapaċitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju billi jiġu pprovduti kapaċitajiet addizzjonali għall-kompetenzi xjentifiċi u pjan tal-valutazzjonijiet eżistenti għat-titjib tal-koerenza fil-livell tal-UE.

4.3. Jiġi sostnut il-bini tal-kapaċità kontra t-theddid għas-saħħa fl-Istati Membri: jiġi żviluppat l-ippjanar ta' tħejjija u ta' rispons, il-koordinazzjoni fir-rispons għas-saħħa pubblika, approċċi komuni dwar it-tilqim; l-iżviluppi ta' linji gwida dwar il-miżuri protettivi f'sitwazzjoni ta' emerġenza, linji gwida dwar l-informazzjoni u gwidi għall-prassi tajba; it-twaqqif ta' mekkaniżmu ġdid għall-akkwist konġunt ta' kontromiżuri mediċi; l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni komuni.

4.4. L-azzjonijiet mitluba mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam, jew li jikkontribwixxu għalihom, fil-qasam tal-mard li jinxtered u theddid ieħor għas-saħħa, inkluż dak ikkawżat minn inċidenti bijoloġiċi u kimiċi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni.

4.5. It-trawwim ta' sistema ta' għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza, inkluż il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta tas-saħħa u t-tixrid vast tar-riżultati tal-Programm.

Din il-lista tista' titkompla b'azzjonijiet addizzjonali tal-istess tip u impatt għall-fini tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.

 ANNESS II

Lista indikattiva tal-leġiżlazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 4 u l-Anness I

1. Demm, organi, tessuti u ċelloli

1.1. Id-Direttiva 2002/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003,

li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sikurezza għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30).

1.2. Id-Direttiva 2010/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010,

dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14).

1.3. Id-Direttiva 2004/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004,

dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, ipproċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48).

Hija biss il-leġiżlazzjoni bażika importanti li ġiet elenkata hawnhekk; għal leġiżlazzjoni oħra relatata mad-demm, l-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli jekk jogħġbok ara:

http://ec.europa.eu/health/blood_tissues_organs/key_documents/index_en.htm#anchor3

2. Mard li jinxtered

2.1. Id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998,

dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (ĠU L 268, 03.10.1998, p. 1).

2.2. Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004,

li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

Hija biss il-leġiżlazzjoni bażika importanti li ġiet elenkata hawnhekk; għal leġiżlazzjoni oħra relatata mal-mard, jekk jogħġbok ara:

http://ec.europa.eu/health/communicable_diseases/key_documents/index_en.htm#anchor1

3. Il-prodotti tat-tabakk u r-reklamar

3.1. Id-Direttiva 2001/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001,

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.07.2001, p. 26).

3.2. Id-Direttiva 2003/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003,

dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.06.2003, p. 16).

Hija biss il-leġiżlazzjoni bażika importanti li ġiet elenkata hawnhekk; għal leġiżlazzjoni oħra relatata mat-tabakk, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/health/tobacco/law/index_en.htm

4. Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

4.1. Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011,

dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

5. Il-prodotti farmaċewtiċi

5.1. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004,

li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

5.2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta' Frar 1995,

dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1).

5.3. Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001,

dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

5.4. Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999,

dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1).

5.5. Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006,

dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

5.6. Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007,

dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).

5.7. Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001,

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34).

5.8. Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001,

dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

5.9. Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009,

li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

Hija biss il-leġiżlazzjoni bażika importanti li ġiet elenkata hawnhekk; għal leġiżlazzjoni oħra relatata mal-prodotti farmaċewtiċi, jekk jogħġbok ara:

Il-prodotti għall-użu mill-bniedem: http://ec.europa.eu/health/documents/eudralex/vol-1/index_en.htm

Il-prodotti għall-użu veterinarju: http://ec.europa.eu/health/documents/eudralex/vol-5/index_en.htm

6. L-apparat mediku

6.1. Id-Direttiva 90/385/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 1990,

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi mediċi attivi u impjantabbli (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

6.2. Id-Direttiva 93/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1993,

dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

6.3. Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998,

dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

Hija biss il-leġiżlazzjoni bażika importanti li ġiet elenkata hawnhekk; għal leġiżlazzjoni oħra relatata mal-apparat mediku, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/health/medical-devices/documents/index_en.htm

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiċi konċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previsti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

              3.2.    Stima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

6. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 6.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

IL-PROGRAMM IS-SAĦĦA GĦAT-TKABBIR (2014 – 2020)

6.2. Qasam/oqsma politiċi konċernati fl-istruttura ABM/ABB

IS-SAĦĦA PUBBLIKA

6.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett bi prova/azzjoni preparatorja[20]

þIl-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

6.4. Objettivi 6.4.1. L-objettiv(i) strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva

Il-Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir għandu jfittex li jikkontribwixxi għaż-żewġ objettivi/għanijiet strateġiċi hawn taħt:

INNOVAZZJONI:

fejn il-Programm jara li jiffaċilita l-użu minn dawk li jfasslu l-politika u tal-prattikanti tas-saħħa ta' soluzzjonijiet innovattivi, teknoloġiċi jew organizzattivi, biex jitjiebu l-kwalità u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u jiżdied l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura.

PREVENZJONI:

fejn il-Programm jara li jippromwovi s-saħħa u l-evitar tal-mard fil-livell tal-UE billi jgħin u jikkumplimenta l-isforzi tal-Istati Membri biex iżidu n-numru ta’ snin ta’ ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa taċ-ċittadini tagħhom.

Il-programm se jappoġġa l-objettivi ġenerali tal-politika tas-saħħa pubblika futura.

6.4.2. Objettiv(i) speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru 1:

Li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jittrattaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa.

Objettiv speċifiku Nru 2:

Aktar aċċess għall-għarfien espert mediku (in-netwerks Ta' Referenza Ewropej) u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE

Objettiv speċifiku Nru 3:

Li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżura ta' prevenzjoni kosteffettivi billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard u tiġi promossa s-saħħa.

Objettiv speċifiku Nru 4:

L-iżvilupp ta' approċċi komuni u l-wiri tal-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Attività ABM/ABB ikkonċernata

IL-POLITIKA TAS-SAĦĦA PUBBLIKA għall-objettivi speċifiċi kollha elenkati hawn fuq.

6.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Objettiv speċifiku Nru 1:

Li jkunu żviluppati għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jittrattaw in-nuqqas ta' riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex iwasslu għal sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa.

Effetti fil-livell tal-programm:

Li jkun hemm l-ogħla numru ta’ Stati Membri (permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom) li jużaw l-għodod, il-mekkaniżmi u l-linji gwida żviluppati/il-pariri.

Effetti fil-livell politiku:

L-Istati Membri (Dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet tas-saħħa) jingħataw appoġġ effettiv biex:

* L-implimentazzjoni tal-innovazzjoni fis-sistemi tagħhom tas-saħħa.

* Jilħqu provvista adegwata ta’ professjonisti mediċi fl-SM.

* Jilħqu użu kost-effettiv ta’ teknoloġiji mediċi.

* Itejbu t-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-ġestjoni organizzattiva u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa.

Benefiċjarji:

L-istati Membri, permezz ta' dawk li jfasslu l-politika tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet tas-saħħa.

Objettiv speċifiku Nru 2:

Aktar aċċess għall-għarfien espert mediku (in-netwerks Ta' Referenza Ewropej) u informazzjoni medika għal kundizzjonijiet speċifiċi anki lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet u linji gwida komuni biex titjieb il-kwalità tal-qasam tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sabiex jikber l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE.

Effetti fil-livell tal-programm:

Li jkun hemm l-ogħla numru ta’ professjonisti tas-saħħa li jużaw il-kompetenzi miġbura permezz tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej stabbiliti u operattivi.

Li jkun hemm l-ogħla numru ta’ Stati Membri (permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom) li jużaw il-linji gwida żviluppati.

Effetti fil-livell politiku:

L-Istati Membri jingħataw appoġġ fit-titjib tal-aċċess għad-dijanjożi u l-provvista għall-pazjenti kollha li jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna għal marda jew grupp ta’ mard speċifiku.

L-Istati Membri jingħataw appoġġ fit-tnaqqis tal-morbożità u l-mortalità relatati mal-kwalità tal-kura tas-saħħa u fiż-żieda tal-fiduċja tal-pazjenti/taċ-ċittadini fis-sistema tal-kura tas-saħħa.

Benefiċjarji:

L-Istati Membri, permezz ta' dawk li jfasslu l-politika tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa u fl-aħħar mill-aħħar il-pazjenti u ċ-ċittadini.

Objettiv speċifiku Nru 3:

Li jkun identifikat, mifrux u promoss l-użu tal-aqwa prattiki vvalidati għall-miżura ta' prevenzjoni kosteffettiva billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ewlenin, jiġifieri t-tipjip, l-abbuż tal-alkoħol u l-obeżità, kif ukoll l-HIV/AIDS, b'enfasi fuq id-dimensjoni transkonfinali, sabiex jiġi evitat il-mard u tiġi promossa s-saħħa.

Effetti fil-livell tal-programm:

Li jkun hemm l-ogħla numru ta’ Stati Membri, permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom u l-partijiet interessati minn korpi involuti fl-istili tal-ħajja, li jużaw l-aħjar prattiki validati.

Effetti fil-livell politiku:

L-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-fatturi tar-riskju għall-mard kroniku

Benefiċjarji:

L-Istati Membri, permezz ta' dawk li jfasslu l-politika tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, l-NGOs impenjati fil-promozzjoni tas-saħħa u fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċittadini.

Objettiv speċifiku Nru 4:

L-iżvilupp ta' approċċi komuni u l-wiri tal-valur tagħhom għal stat ta' tħejjija u għal koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali.

Effetti fil-livell tal-programm:

Li jkun hemm l-ogħla numru ta’ Stati Membri, permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom, li jintegraw l-approċċi komuni żviluppati fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ tħejjija tagħhom.

Effetti fil-livell politiku:

Sabiex isostnu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sett b’saħħtu ta’ miżuri tas-saħħa pubblika koordinati fil-livell tal-UE li jgħinu jnaqqsu l-konsegwenzi għas-saħħa pubblika tat-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali (li jista’ jvarja minn kontaminazzjoni tal-massa kkawżata minn inċidenti kimiċi għal epidemiji jew pandemiji).

Benefiċjarji:

L-Istati Membri, permezz ta' dawk li jfasslu l-politika tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, l-istituzzjonijiet tas-saħħa u korpi kompetenti oħra involuti fl-affarijiet interni u l-protezzjoni ċivili.

6.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Objettiv speċifiku Nru 1

Indikaturi tar-riżultati:

Numru ta’ għodod u mekkaniżmi żviluppati sal-2017, l-2020 u l-2023.

Numru ta’ linji gwida/rakkomandazzjonijiet/pariri mogħtija mill-2015 u mbagħad kull sena.

Indikaturi tal-impatt:

Numru ta’ Stati Membri (permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom) li jużaw l-għodod u l-mekkaniżmi żviluppati u l-pariri sal-2018, l-2021 u l-2024.

Objettiv speċifiku Nru 2

Indikaturi tar-riżultati:

Numru ta’ Netwerks ta’ Referenza Ewropej operattivi sal-2017, l-2020 u l-2023.

Numru ta’ linji gwida żviluppati sal-2017, l-2020 u l-2023.

Indikaturi tal-impatt:

Numru ta’ professjonisti tas-saħħa li jużaw il-kompetenzi miġbura permezz tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej stabbiliti u operattivi sal-2018, l-2021 u l-2024.

Numru ta’ Stati Membri (permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom) li jużaw il-linji gwida żviluppati sal-2018, l-2021 u l-2024.

Numru ta’ pazjenti li jużaw in-Netwerks ta’ Referenza Ewropej (fi Stat Membru ieħor minbarra l-istat li jgħixu fih)

Objettiv speċifiku Nru 3

Indikaturi tar-riżultati:

Numru tal-aqwa prattiki validati żviluppati sal-2017, l-2020 u l-2023.

Żieda fin-numru ta’ professjonisti tas-saħħa li jużaw il-linji gwida dwar l-iskrinjar għall-kanċer.

Indikaturi tal-impatt:

Numru ta’ Stati Membri, permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom u l-partijiet interessati minn korpi involuti fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, li jużaw l-aqwa prattiki validati sal-2018, l-2021 u l- 2024.

Objettiv speċifiku Nru 4

Indikaturi tar-riżultati:

Numru ta’ approċċi komuni żviluppati sal-2017, l-2020 u l-2013.

Indikaturi tal-impatt:

Numru ta’ Stati Membri, permezz ta’ dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom, u korpi kompetenti oħra involuti fl-affarijiet interni u l-protezzjoni ċivili, li jintegraw l-approċċi komuni żviluppati fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ tħejjija tagħhom sal-2018, l-2021 u l-2024.

6.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 6.5.1. Rekwiżit(i) li jridu jintlaħqu fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil

Il-programm "Is-Saħħa għat-Tkabbir" ta’ wara l-2013 għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tas-Saħħa Pubblika mill-2014 ’il quddiem. Il-programm ġdid għandu jibni fuq ir-riżultati miksuba matul il-programm attwali (2008 – 2013), b’kunsiderazzjoni wkoll tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex post tal-programm 2003 – 2007 u l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm 2008 – 2013.

Il-Programm għandu jara li jappoġġa lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati prinċipali fit-tfassil, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi li se jkollhom l-għan li jittrattaw l-isfidi fit-tul li ġejjin:

* is-sostenibilità finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa bħala riżultat tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, u b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri;

* in-nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol tas-saħħa bħala riżultat tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u żieda fid-domanda għat-tali forza tax-xogħol;

* il-ħtieġa li jitjiebu s-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura tas-saħħa minħabba li aktar minn nofs iċ-ċittadini tal-UE jibżgħu li jweġġgħu huma u jingħataw kura;

* in-nuqqas ta’ progress sostnut fuq il-kontroll u l-prevenzjoni ta’ kundizzjonijiet kroniċi li jirriżultaw fit-telf tal-aktar snin produttivi

* iż-żieda fd-diżlivelli fil-qasam tas-saħħa fis-saħħa madwar l-Ewropa

* li jkunu lesti jiffaċċjaw theddid għas-saħħa globali u transkonfinali li jista’ jvarja minn kontaminazzjoni kkawżata minn inċidenti kimiċi għal epidemiji jew pandemiji, bħal dawk li xirfu riċentement bl-E coli, l-H1N1 jew is-SARS (Sindromu Respiratorju Akut Gravi).

Fuq perjodu ta’ żmien qasir, il-programm se jkun qed jieħu wkoll l-azzjonijiet li ġejjin:

* appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-saħħa u s-sodisfazzjon tal-obbligi tal-Kummissjoni għall-prodotti mediċinali u l-apparat mediku;

* ħtieġa ta’ evidenza, statistika u indikaturi tajbin, paragunabbli u aċċessibbli mill-UE kollha.

6.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-Programm propost joffri opportunitajiet finanzjarji għall-bini u t-tnedija ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u proċessi ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati għodod komuni u l-aħjar prattiki li jistgħu joħolqu sinerġiji, iġibu valur miżjud tal-UE u jwasslu għal ekonomiji ta’ skala. Il-Programm ma jistax jissostitwixxi l-azzjoni tal-Istati Membri. Minflok, kif iddikjarat fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-UE għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, il-programm għandu jikkontribwixxi biss fejn l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu individwalment jew fejn il-koordinazzjoni hija l-aħjar mod ’il quddiem. Huwa rikonoxxut li l-problemi tas-saħħa jvarjaw minn Stat Membri wieħed għal ieħor u li l-kapaċità tal-Istati Membri li jsolvuhom tista’ mhux neċessarjament tkun ugwali. Minn din il-perspettiva, il-kooperazzjoni tista’ mhux dejjem tkun proċess li huwa awtoorganizzattiv u naturali. Il-Programm għalhekk se jintervjeni, preferibbilment, fejn jista’ jippromwovi u jmexxi din il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew, filwaqt li jservi wkoll l-interessi tal-Istati Membri u tal-aġenda usa’ tas-saħħa pubblika.

L-objettivi tal-Programmi proposti jirriflettu l-oqsma li fihom ġie attestat b’mod ċar u verifikat li l-Programm jipprovdi valur miżjud tal-UE. Dawn huma: it-trawwim tal-iskambju tal-aqwa prassi bejn l-Istati Membri; is-sostenn lin-netwerks għall-iskambju tal-għarfien jew tagħlim reċiproku; l-indirizzar tat-theddid transkonfinali biex jitnaqqsu r-riskji u jitrażżnu l-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet marbuta mas-suq intern fejn l-UE għandha l-leġittimità biex tiżgura soluzzjonijiet ta' livell għoli madwar l-Istati Membri; jinħall il-potenzjal tal-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa; l-azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema ta' valutazzjoni komparattiva; it-titjib tal-ekonomiji ta' skala billi tiġi evitata l-ħela minħabba xogħol doppju u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji.

6.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Sommarju tal-evalwazzjoni ex post tal-Programmi tas-Saħħa Pubblika għall-2003-2007 u l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm tas-Saħħa għall-2008-2013:

L-evalwazzjonijiet tal-Programm tas-Saħħa jirrikonoxxu l-kontribut potenzjali qawwi tiegħu għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki tas-saħħa pubblika tal-UE.

Anki jekk il-Programm tas-Saħħa huwa relattivament żgħir f’termini ta’ daqs, dan huwa strumentali għall-ħolqien u ż-żamma ta’ komunità professjonali b’saħħitha tas-saħħa pubblika fil-livell Ewropew li tiskambja għarfien u esperjenzi. Dan għandu impatti sinifikanti fuq il-ħidma li ssir mill-professjonisti tas-saħħa pubblika madwar l-UE, u jikseb ċerta reżonanza globali, għalkemm modesta, li hija importanti għar-rikonoxximent ġenerali tagħha. L-isforzi modesti, għalkemm ta’ min ifaħħarhom, attwali fuq il-ġbir u l-iskambji tad-dejta bejn l-Istati Membri ma kinux iseħħu mingħajr l-appoġġ tal-Programm tas-Saħħa.

L-appoġġ mill-Programm tas-Saħħa għamilha possibbli li jiġu żviluppati attivitajiet, pereżempju fuq id-determinanti tas-saħħa u d-dejta tas-saħħa paragunabbli, fi Stati Membri ġodda, fejn is-sitwazzjoni ekonomika u r-restrizzjonijiet tal-baġit ma kinux jippermettu li dawn isiru prijorità.

Il-Programm tas-Saħħa attwali ppromwova kwistjonijiet importanti fil-livell tal-UE u fuq l-aġendi politiċi nazzjonali, bħal linji gwida dwar mard rari u l-iskrinjar għall-kanċer, u influwenza t-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali.

Fil-livell tal-ġestjoni, kien hemm titjib sinifikanti fit-twettiq tal-Programm wara l-ewwel ċiklu ta’ ħames snin, l-aktar minħabba l-inkarigu tal-ġestjoni mgħoddi lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi . Il-proċedura għall-għażla tal-azzjoni li trid tiġi ffinanzjata ġiet ristretta sabiex jiġi żgurat li jintgħażlu għall-finanzjament l-applikanti ġusti. Il-mekkaniżmi finanzjarji ġodda ġeneralment ġew milqugħa b’mod pożittiv u ntużaw kollha.

Madankollu, il-partijiet interessati kif ukoll il-membri tal-kumitat tal-programm jaħsbu li l-objettivi huma wiesgħa wisq tant li kultant mhumiex ċari u li hemm wisq prijoritajiet fil-pjanijiet ta’ ħidma annwali. L-evalwazzjonijiet irrakkomandaw li jiġu rfinuti l-objettivi tal-Programm tas-Saħħa sabiex ikunu aktar tanġibbli u ffukati fuq ċerti kwistjonijiet tas-saħħa pubblika, speċjalment dawk li huma diffiċli għall-Istati Membri li jilħquhom individwalment.

L-evalwazzjonijiet irrakkomandaw ukoll li jitnaqqas in-numru ta’ oqsma prijoritarji fil-pjanijiet ta’ ħidma annwali u li dawn jiġu bbażati fuq il-ħtiġijiet u l-valur miżjud tal-UE tagħhom.

L-istudji tal-każijiet juru rabta ċara bejn l-objettivi tal-Programm tas-Saħħa u l-proġetti ffinanzjati minn naħa waħda u kif dawn il-proġetti jistgħu jikkontribwixxu għall-kisbiet tal-objettivi tal-Programm min-naħa l-oħra. Madankollu, il-valutazzjoni tal-kisba tal-objettivi hija ostakolata min-nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ċari.

Ġie rrakkomandat ukoll li jkun hemm definizzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ċari sabiex jiġu ffaċilitati s-segwitu u l-evalwazzjoni tal-kisbiet u sabiex il-progress ikun jista’ jitkejjel f’termini tar-realizzazzjoni tal-objettivi. U, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Programm tas-Saħħa, ġie rrakkomandat li jiġi żviluppat pjan għal miri fit-tul li jridu jinkisbu mill-Programm. Flimkien ma’ għodod oħra ta’ implimentazzjoni tal-politika, setgħu mbagħad jiġu stabbiliti azzjonijiet prijoritarji xierqa, jintgħażlu mekkaniżmi ta’ finanzjament u tiġi żgurata firxa xierqa fost l-objettivi u l-prijoritajiet.

It-tixrid tar-riżultati tal-Programm tas-Saħħa hu meqjus bħala qasam ieħor fejn hemm lok għat-titjib u hu marbut direttament mal-loġika sottostanti: ir-riżultati tal-azzjoni ffinanzjata li timmira lejn it-tfassil tal-politika tas-saħħa fil-livell tal-UE, kif ukoll fil-livelli nazzjonali jew reġjonali, mhumiex rikonoxxuti biżżejjed mill-partijiet interessati nazzjonali u dawk li jfasslu l-politika. Madankollu, huwa essenzjali li tiġi żgurata s-sostenibbilità tar-riżultati u li jsir monitoraġġ tal-impatt tal-azzjoni taħt il-Programm.

Għalhekk iż-żewġ evalwazzjonijiet jirrakkomandaw li jsir aktar sforz fit-tixrid tar-riżultati miksuba permezz ta’ kanali differenti.

Sommarju tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri:

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma konformi mas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet mogħtija fil-qosor hawn fuq, u enfasizzaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

* Kull programm suċċessur għandu jingħata objettivi tal-programm immirati aħjar li jikkonformaw mal-mezzi baġitarji tiegħu.

* Il-loġika tal-intervent sottostanti għandha tiġi ddikjarata b’mod espliċitu, hekk li tistabbilixxi objettivi SMART fil-livell tal-politika u tal-programm, u turi r-rabtiet bejniethom u tiddefinixxi indikaturi għall-kejl tar-realizzazzjoni tagħhom.

* Eżerċizzju ta' ppjanar sabiex tinkiseb dehra ġenerali tal-proġetti mwettqa u r-riżultati tagħhom biex jiġu identifikati koinċidenzi eżistenti u xi lakuni li għad hemm fil-portafoll tiegħu.

* In-numru ta’ "oqsma ta’ azzjonijiet" annwali għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti u jiffukaw fuq prijoritajiet strateġiċi.

* Il-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti billi:

- ġġib l-objettivi tal-proġetti konformi mal-objettivi tal-programm u l-"prijoritajiet annwali" mogħtija direzzjoni ġdida rakkomandati hawn fuq;

- Il-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja għandhom jistabbilixxu mhux biss liema attivitajiet għandhom jitwettqu, iżda wkoll ir-riżultati mixtieqa ta’ dawk l-attivitajiet, il-gruppi fil-mira u kif ir-riżultati se jintużaw b’mod sostenibbli wara li jitlesta l-proġett;

- tistabbilixxi miri kwantifikati u indikaturi tal-prestazzjoni fejn dan huwa possibbli sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi;

- tevalwa proġetti ex post għat-titjib tad-disinn tal-proġetti li jmiss (u programmi suċċessuri putattivi) billi tapplika t-"tagħlimiet mill-passat".

* Il-Kummissjoni għandha tisfrutta bis-sħiħ il-mekkaniżmi finanzjarji tal-Programm tas-Saħħa eżistenti (2008-2013) għan-netwerks (jiġifieri l-għotjiet operattivi) minħabba li dawn huma adatti aktar għal tali attivitajiet u kuntratti ta’ servizzi biex jitwettqu attivitajiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika. Madankollu, dan jirrikjedi definizzjoni aktar rigoruża tat-Termini ta’ Referenza milli għas-sejħa għal proposti.

* Il-Qorti tirrakkomanda wkoll li "għall-perjodu wara l-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw mill-ġdid l-ambitu tal-attivitajiet tas-saħħa tal-UE u l-approċċ tal-finanzjament tal-UE f'dan il-qasam. Dan għandu jsir filwaqt li nżommu f'moħħna l-mezzi baġitarji disponibbli u l-eżistenza ta' mekkaniżmi oħra ta' kooperazzjoni (bħalma hu l-metodu miftuħ ta' kooperazzjoni) bħala mod ta' kif niffaċilitaw il-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fost il-partijiet interessati madwar l-Ewropa".

6.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra rilevanti

Il-Programm għandu jippromwovi s-sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b'rabta ma’ programmi u azzjonijiet relatati tal-Unjoni. Għandu jsir użu xieraq ta’ fondi u programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari:

* il-programmi ta’ qafas attwali u tal-futur tal-Unjoni għar-riċerka u r-riżultati tagħhom,

* il-Fondi Strutturali,

* il-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni

* il-Fond ta' Solidarjetà Ewropew,

* l-Istrateġija Ewropea għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol,

* il-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni,

* il-Programm ta' Qafas ta' Qafas għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (LIFE)

* il-programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2014-2020)

* il-programm tal-Ġustizzja (2014-2020),

* il-Programm tal-Istatistika tal-Unjoni fl-attivitajiet rispettivi tiegħu,

* il-Programm Konġunt għall-Assistenza fil-Ħajja d-Dar (AAL).

* il-Programm tal-Ewropa għall-Edukazzjoni.

6.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

ý Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat

– ý  Proposta/inizjattiva b’effett mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

– ý  L-impatt finanzjarju bejn l-2014 u l-2023 f'pagamenti ta' approprjazzjoni biss

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-YYYY sal-YYYY,

– segwita minn tħaddim sħiħ.

6.7. Mod(i) ta’ ġestjoni previsti[21]

ý Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

ý Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ý  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[22]

– ¨  korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni mogħtija r-responsabbiltà tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

ý Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

Kummenti

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC): Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-Aġenziji Eżekuttivi li jridu jingħataw ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità[23], il-Kummissjoni inkarigat[24] l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-tieni programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa għal bejn l-2008 u l-2013. Għall-implimentazzjoni tal-Programm "Is-Saħħa għat-Tkabbir 2014-2020", il-Kummissjoni tista' għalhekk tiddeċiedi li tafda aġenzija eżekuttiva wkoll.

Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali:

Maħsuba biex tiżviluppa kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b’mod partikolari l-WHO, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, bil-għan li timplimenta l-Programm permezz tal-massimizzazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet relatati mas-saħħa fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet u r-rwoli partikolari tal-organizzazzjonijiet differenti.

7. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 7.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat fuq bażi annwali sabiex issir valutazzjoni tal-progress lejn ir-realizzazzjoni tal-objettivi speċifiċi tiegħu kontra r-riżultati tiegħu u l-indikaturi tal-impatt kif ukoll jippermetti li jsir kull aġġustament tal-prijoritajiet politiċi u ta’ finanzjament.

Il-Programm għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post. Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se jkollha l-għan li tkejjel il-progress fis-sodisfazzjoni tal-objettivi tal-Programm, tiddetermina jekk ir-riżorsi tiegħu intużawx b’mod effiċjenti u tivvaluta l-valur miżjud Ewropew tiegħu.

L-evalwazzjoni ex post tal-programm attwali (2008 – 2013), li hi prevista qabel it-tmiem tal-2015, sejra tipprovdi wkoll elementi utli għall-implimentazzjoni tal-programm 2014 – 2020.

Fil-programmi ta' ħidma annwali se tkun inkluża informazzjoni speċifika dwar l-ammont ta' nefqa marbuta mal-klima, ikkalkulata skont il-metodoloġija abbażi tal-indikazzjonijiet Rio, kif speċifikat fil-Komunikazzjoni MFF ta' Ġunju 2011, kif ukoll fl-evalwazzjonijiet fil-livelli kollha u fir-rapporti annwali, ta' nofs it-terminu u dawk ex-post.

7.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 7.2.1. Riskji identifikati

L-implimentazzjoni tal-baġit tiffoka fuq l-attribuzzjoni ta’ għotjiet u kuntratti ta’ servizzi.

Il-kuntratti ta’ servizzi sejrin jiġu konklużi fl-oqsma bħal studji, ġbir ta’ dejta, kuntratti ta’ evalwazzjoni, taħriġ, kampanji tal-informazzjoni, servizzi tal-IT u tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-faċilitajiet eċċ. Il-kuntratturi huma l-aktar istituti tas-saħħa, laboratorji, ditti tal-konsulenza u kumpaniji privati oħra li ħafna minnhom huma SMEs. Il-baġit annwali medju għall-kuntratti huwa stmat madwar EUR 14-il miljun għal bejn wieħed u ieħor 30 kuntratt fis-sena.

L-għotjiet sejrin jingħataw l-aktar għal attivitajiet ta’ sostenn lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, aġenziji nazzjonali, universitajiet, eċċ. Il-perjodu ta’ twettiq tal-proġetti ssussidjati normalment huwa bejn sena u tliet snin. Il-baġit annwali medju għall-għotjiet huwa stmat madwar EUR 37-il miljun għal bejn wieħed u ieħor 50 għotja fis-sena.

Ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

* Ir-riskju ta’ kwalità dgħajfa tal-proġetti magħżula u implimentazzjoni teknika dgħajfa tal-proġett, li jnaqqas l-impatt tal-programmi; dovut għal proċeduri ta' selezzjoni mhux adegwati, nuqqas ta' għarfien espert jew sorveljanza insuffiċjenti;

* Ir-riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (il-kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien mal-possibbiltajiet limitati biex jiġu kontrollati l-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) kif ukoll għall-akkwist (kultant numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jinvolvi possibbiltajiet insuffiċjenti għall-ipparagunar tal-offerti tal-prezzijiet);

* Riskju ta' reputazzjoni għall-Kummissjoni, kemm-il darba jixirfu każijiet ta' frodi jew attivitajiet kriminali, tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll interni tal-partijiet terzi minħabba n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull wieħed jopera s-sistema ta’ kontroll proprja, ħafna drabi pjuttost żgħar fid-daqs.

7.2.2. Metodi ta’ kontroll previsti

Il-baġit għandu jkun implimentat minn ġestjoni diretta ċentralizzat, għalkemm il-partijiet tal-impenji tal-implimentazzjoni tal-programm jistgħu jiġu delegati lill-aġenzija eżekuttiva eżistenti EAHC. Din l-aġenzija stabbilixxiet is-sistema ta’ kontroll interna proprja, hija mmonitorjata minn DĠ SANCO, u vverifikata mill-awditur intern tal-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri.

Kemm DĠ SANCO kif ukoll l-EAHC stabbilew proċeduri interni li għandhom l-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni huma f’konformità sħiħa mar-regolament finanzjarju u jinkludu kunsiderazzjonijiet tal-kostbenefiċċju. F’dan il-qafas, SANCO jkompli jesplora l-possibbiltajiet biex itejjeb il-ġestjoni u jżid is-simplifikazzjoni. Il-karatteristiċi ewlenin tal-qafas ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:

Il-karatteristiċi tal-proċess tal-għażla tal-proġetti: kull sejħa għal proposti/offerti hija bbażata fuq il-Programm ta’ Ħidma annwali adottat mill-Kummissjoni. F’kull sejħa, jiġu ppubblikati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti biex jintgħażlu l-proposti/offerti. Fid-dawl ta' dawn il-kriterji, il-kumitat ta’ evalwazzjoni, possibbilment megħjun minn esperti esterni, jevalwa kull proposta/offerta u josserva l-prinċipji ta’ indipendenza, trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs u nondiskriminazzjoni. Fil-Kummissjoni ssir konsultazzjoni bejn is-servizzi dwar il-proposti magħżula sabiex jiġi evitat finanzjament doppju.

L-istrateġija tal-Komunikazzjoni Esterna: Id-DĠ SANCO għandu strateġija ta’ komunikazzjoni żviluppata sew li tfittex li tiżgura l-fehim sħiħa tal-kuntratturi/benefiċjarji tar-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali. Qegħdin jintużaw il-mezzi li ġejjin : Il-websajt tal-Programm Europa, "il-mistoqsijiet frekwenti", il-help desk, noti estensivi ta' gwida kif ukoll laqgħat ta' informazzjoni mal-benefiċjarji/il-kuntratturi.

* Kontrolli qabel u matul l-implimentazzjoni tal-proġetti:

- Kemm id-DĠ SANCO kif ukoll l-EAHC, jużaw il-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja mudell u l-kuntratti ta’ servizzi rakkomandati mill-Kummissjoni. Dawn jipprovdu għal numru ta’ dispożizzjonijiet ta’ kontroll bħal ċertifikati ta’ verifika, garanziji finanzjarji, verifiki fuq il-post kif ukoll spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jikkontrollaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż sejrin jiġu ssimplifikati, pereżempju, bl-użu ta’ ammonti b'rata fissa f’numru limitat ta’ kategoriji tal-ispejjeż. Dawn għandhom jgħinu wkoll jikkonċentraw aħjar il-verifiki u l-kontrolli. Il-ftehimiet ta’ sħubija huma mistennija jtejbu r-relazzjonijiet tax-xogħol mal-benefiċjarji u jsaħħu l-fehim tar-regoli tal-eliġibbiltà.

- Il-persunal kollu jiffirma l-kodiċi ta’ imġiba amministrattiva tajba. Il-personal li huwa involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja/kuntratti jiffirma wkoll dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persunal jitħarreġ regolarment u juża netwerks għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

- L-implimentazzjoni teknika ta' proġett tiġi ċċekkjata f'intervalli regolari fl-uffiċċju abbażi ta' rapporti ta' progress tekniċi tal-kuntrattur, u dan apparti li huma previsti abbażi tal-każijiet individwali laqgħat tal-kuntratturi u żjarat fuq il-post.

- Il-proċeduri finanzjarji kemm ta’ SANCO kif ukoll tal-EAHC huma appoġġati mill-għodod tal-IT tal-Kummissjoni u għandhom livell għoli ta’ segregazzjoni tad-doveri: it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha relatati mal-kuntratti/ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja huma vverifikati minn żewġ persuni indipendenti qabel jiġu ffirmati mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli għall-attività. Il-bidu u l-verifika operazzjonali jitwettqu minn membri differenti tal-personal tal-oqsma politiċi. Il-pagamenti jsiru abbażi ta’ numru ta’ dokumenti ta’ appoġġ definiti minn qabel bħal rapporti tekniċi kif ukoll tal-pretensjonijiet u l-fatturi tal-ispejjeż ivverifikati. Għal kampjun ta' tranżazzjonijiet, iċ-ċellola finanzjarja ċentrali tagħmel verifika mill-uffiċċju fit-tieni livell, abbażi tal-każijiet individwali, u kontroll finanzjarju ex-ante u fuq il-post jistgħu jsiru qabel il-pagament finali.

* Kontrolli fl-aħħar tal-proġett:

Kemm id-DĠ SANCO kif ukoll l-EAHC għandhom timijiet tal-verifika ċentralizzati li jivverifikaw fuq il-post l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet tal-ispejjeż. L-għan ta’ dawn il-kontrolli huwa li jiġu evitati, skoperti u korretti l-iżbalji materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bil-għan li jinkiseb impatt għoli ta’ kontroll, l-għażla tal-kuntratturi li jridu jiġu vverifikati tipprevedi li (a) ssir kumbinazzzjoni tal-għażla bbażata fuq ir-riskju ma’ teħid aleatorju ta’ kampjuni, u li (b) tingħata attenzjoni lill-aspetti operattivi kull meta dan ikun possibbli matul verifika fuq il-post.

* Kosti u benefiċċji tal-kontrolli:

Il-miżuri tal-ġestjoni u l-kontroll tal-programm huma mfassla abbażi tal-esperjenza tal-imgħoddi: fit-tliet snin li għaddew, is-sistema interna ta' kontroll stabbilita żgurat rata ta' żball residwali medja ta' inqas minn 2 % kif ukoll konformità mal-proċeduri dwar l-għoti u l-akkwisti stabbiliti fir-regolament finanzjarju. Dawn huma ż-żewġ "objettivi ta' kontroll" ewlenin kemm tal-programm preċedenti tas-saħħa pubblika u kemm ta' dak ġdid.

Minħabba li l-karatteristiċi tal-programm il-ġdid mhumiex daqshekk differenti minn tal-programm preċedenti, ir-riskji marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm huma meqjusa li jibqgħu relattivament stabbli. Għaldaqstant, huwa ppjanat li l-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll stabbiliti jitkomplew; madankollu, aktar simplifikazzjonijiet li jistgħu jiġru taħt ir-regolament finanzjarju se jsiru kemm jista' jkun malajr u sal-ogħla livell possibbli.

L-ispejjeż totali ta' ġestjoni inklużi fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja (il-parti 3.2.3) jammontaw għal EUR 45,4 miljun tal-EUR 446,0 miljun ta' fondi ġestiti mill-2014 sal-2020; dan iwassal għal proporzjon bejn "l-ispejjeż ta' ġestjoni u l-fondi ġestiti" ta' madwar 10,2 %, li għandu jitqies fil-kuntest ta' qasam ta' politika li mhux orjentat lejn l-infiq daqs politiki oħrajn tal-UE.

Grazzi għall-kumbinazzjoni ta' għotjiet u akkwisti, il-kontrolli ex-ante u ex-post abbażi tar-riskju kif ukoll il-kontrolli mill-uffiċċju u l-verifiki fuq il-post, l-"objettivi ta' kontroll" se jkunu realizzati f'livell ta' spiża raġonevoli. Il-benefiċċji li tinkiseb rata ta' żball residwali medja ta' inqas minn 2 % u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju huma stmati bħala importanti biżżejjed biex jiġġustifikaw il-miżuri magħżula ta' ġestjoni u kontroll.

7.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Apparti l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi regolatorji kollha ta' kontroll, id-DĠ SANCO se jfassal strateġija kontra l-frodi f'konformità mal-istrateġija ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex fost l-oħrajn ikun żgurat li l-kontrolli interni u esterni marbuta mal-kontrolli huma allinjati għalkollox mal-CAFS u li l-approċċ tagħha tal-ġestjoni tar-riskji ta' frodi huwa mmirat li jidentifika l-oqsma ta' riskju ta' frodi u reazzjonijiet adegwati. Fejn neċessarju, se jitwaqqfu gruppi ta' netwerking u għodod adegwati tat-TI dedikati għall-analiżi tal-każijiet ta' frodi marbuta mal-programm tas-saħħa pubblika, partikolarment serje ta' miżuri bħalma huma:

- deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fil-post;

- matul il-fażi ta’ evalwazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, il-proponenti u l-offerenti jiġu kontrollati skont il-kriterji ta’ esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija;

- ir-regoli li jikkontrollaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż sejrin jiġu ssimplifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;

- taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati mal-frodi u l-irregolaritajiet jingħata lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

8. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 8.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

· Intestaturi tal-baġit tal-infiq eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit:

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru || Diff./mhux diff [25] || minn pajjiżi tal-EFTA[26] || minn pajjiżi kandidati[27] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3: sikurezza u ċittadinanza || 17 03 06 Azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

3: sikurezza u ċittadinanza || 17 01 04 Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-Saħħa – infiq fuq ġestjoni amministrattiva || Mhux diff. || IVA || IVA || LE || LE

Ebda intestatura tal-baġit ġdida mitluba.

8.2. Stima tal-impatt fuq l-infiq 8.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

EUR miljun (sa 3 punti deċimali) fil-prezzijiet attwali

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 3 || Sikurezza u ċittadinanza

DĠ: SANCO || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL

Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || ||

17 03 06 || Impenji || (1) || 54.465 || 56.281 || 57.188 || 58.096 || 59.004 || 60.819 || 59.004 || || 404.857

Pagamenti || (2) || 5.000 || 16.000 || 32.000 || 49.000 || 54.000 || 57.000 || 57.000 || 134.857 || 404.857

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[28] ||

17 01 04 || || (3) || 5.535 || 5.719 || 5.812 || 5.904 || 5.996 || 6.181 || 5.996 || || 41.143

Approprjazzjonijiet TOTALI għal DĠ SANCO || Impenji || =1+1a +3 || 60.000 || 62.000 || 63.000 || 64.000 || 65.000 || 67.000 || 65.000 || || 446.000

Pagamenti || =2+2a +3 || 10.535 || 21.719 || 37.812 || 54.904 || 59.996 || 63.181 || 62.996 || 134.857 || 446.000

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 54.465 || 56.281 || 57.188 || 58.096 || 59.004 || 60.819 || 59.004 || || 404.857

Pagamenti || (5) || 5.000 || 16.000 || 32.000 || 49.000 || 54.000 || 57.000 || 57.000 || 134.857 || 404.857

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 5.535 || 5.719 || 5.812 || 5.904 || 5.996 || 6.181 || 5.996 || || 41.143

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA 3 Sikurezza u ċittadinanza || Impenji || =4+ 6 || 60.000 || 62.000 || 63.000 || 64.000 || 65.000 || 67.000 || 65.000 || || 446.000

Pagamenti || =5+ 6 || 10.535 || 21.719 || 37.812 || 54.904 || 59.996 || 63.181 || 62.996 || 134.857 || 446.000

Il-Kummissjoni tista' tipprevedi li testernalizza l-implimentazzjoni tal-programm Is-Saħħa għat-Tkabbir lil aġenzija eżekuttiva. L-ammonti u r-rendikont tal-ispejjeż previsti jistgħu jiġu aġġustati skont il-grad ta' esternalizzazzjoni li finalment issir.

.

EUR miljun (sa 3 punti deċimali) fil-prezzijiet attwali

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Infiq amministrattiv "

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: SANCO ||

Ÿ Riżorsi umani SANCO (17 01 01) || 1.088 || 1.110 || 1.132 || 1.155 || 1.178 || 1.202 || 1.226 || 8.091

DĠ: SANCO ||

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor (17 01 02 11) || 2.125 || 2.168 || 2.211 || 2.255 || 2.300 || 2.346 || 2.300 || 15.705

TOTAL DĠ SANCO || Approprjazzjonijiet || 3.213 || 3.278 || 3.343 || 3.410 || 3.478 || 3.548 || 3.526 || 23.796

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURA 5 tal-MFF || (Total ta' impenji = Total ta' pagamenti) || 3.213 || 3.278 || 3.343 || 3.410 || 3.478 || 3.548 || 3.526 || 23.796

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 63.213 || 65.278 || 66.343 || 67.410 || 68.478 || 70.548 || 68.526 || 469.796

Pagamenti || 13.748 || 24.997 || 41.155 || 58.314 || 63.475 || 66.729 || 66.522 || 334.939

8.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

– Approprjazzjonijiet ta' impenji f'EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) fil-prezzijiet attwali

Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ riżultat || || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru totali ta’ riżultati || Spiża Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 || 3 || 26.143 || 7 || 27.015 || 11 || 27.450 || 11 || 27.886 || 11 || 28.322 || 11 || 29.193 || 11 || 28.322 || 65 || 194.331

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 || 2 || 11.982 || 4 || 12.382 || 6 || 12.581 || 6 || 12.871 || 6 || 12.981 || 6 || 13.380 || 6 || 12.981 || 36 || 89.069

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 || 2 || 11.438 || 5 || 11.819 || 8 || 12.010 || 8 || 12.200 || 8 || 12.391 || 8 || 12.772 || 8 || 12.391 || 47 || 85.020

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4 || 1 || 4.902 || 3 || 5.065 || 5 || 5.147 || 5 || 5.229 || 5 || 5.310 || 5 || 5.474 || 5 || 5.310 || 29 || 36.437

SPIŻA TOTALI || 9 || 54.174 || 19 || 55.980 || 30 || 56.882 || 30 || 57.785 || 30 || 58.688 || 30 || 60.494 || 30 || 58.688 || 178 || 404.857

Ir-riżultati mistennija fl-2021 u l-2022: objettiv 1: 12; l-objettiv 2: 6; l-objettiv 3: 9; objettiv 4: 6 jiġifieri 32 għall-programm kollu. B'kollox, hu mistenni total indikattiv ta' 210 riżultat.

Ir-riżultati jikkonsistu fi:

l-objettiv speċifiku 1: in-numru ta' għodod u mekkaniżmi żviluppati;

l-objettiv speċifiku 2: in-numru ta' Netwerks ta' Referenza Ewropej li jiffunzjonaw u n-numru ta' linji gwida żviluppati;

l-objettiv speċifiku 3: numru ta' prattiki ta' eċċelelnza għal miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi identifikati u mifruxa;

l-objettiv speċifiku 4: in-numru ta' approċċi komuni (lejn it-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali) li ġew żviluppati.

Id-disaggregazzjoni fis-sena hija medja u purament indikattiva għaliex hija d-disaggregazzjoni għall-pakkett totali li hija aktar sinifikanti għall-programm. Tabilħaqq, jista’ jkun li f’sena waħda jsiru aktar sforzi fuq objettiv speċifiku wieħed minn ieħor. L-orjentazzjonijiet għall-infiq annwali għandhom jingħataw fi programmazzjoni strateġika multiannwali. Id-deċiżjoni finali tittieħed meta jiġi ppreparat il-programm ta’ ħidma annwali.

8.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 8.2.3.1. Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi , kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa 3 punti deċimali) fil-prezzijiet tal-2011

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-MFF

Riżorsi umani (BL 17 01 01) || 1.026 || 1.026 || 1.026 || 1.026 || 1.026 || 1.026 || 1.026 || 7.182

Infiq amministrattiv ieħor (BL 17 01 02 11) || 2.025 || 2.025 || 2.025 || 2.025 || 2.025 || 2.025 || 2.025 || 14.175

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-MFF || 3.051 || 3.051 || 3.051 || 3.051 || 3.051 || 3.051 || 3.051 || 21.357

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-MFF

Nefqa amministrattiva f'sostenn lill-programm (BL 17 01 04) || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 37.240

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-MFF || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 5.320 || 37.240

TOTAL || 8.371 || 8.371 || 8.371 || 8.371 || 8.371 || 8.371 || 8.371 || 58.597

8.2.3.2. Stima tal-ħtieġa ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Numru ta' postijiet f'FTEs

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

· Pożizzjonijiet għall-Pjan ta’ Stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) SANCO

17 01 01 01 – fil-kwartieri ġenerali u fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri (AD &AST) || 5.7 || 5.7 || 5.7 || 5.7 || 5.7 || 5.7 || 5.7

2.375 || 2.375 || 2.375 || 2.375 || 2.375 || 2.375 || 2.375

Total ta’ postijiet għall-pjan ta’ stabbiliment SANCO || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075

TOTAL || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075 || 8.075

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-personal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew skjerati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien jekk neċessarju ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ inkarigat mill-estjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-ristrezzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || F’SANCO: Elaborazzjoni tal-programm, il-programm ta’ ħidma multiannwali, il-programmi ta’ ħidma annwali, is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm, l-evalwazzjoni, il-verifiki, eċċ. Koordinazzjoni mal-aġenzija eżekuttiva jekk eventwalment tiġi deċiża l-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-Programm

8.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

– ý  Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 kif propost mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) 500.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni ta’ strumenti ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[29].

8.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

– ý Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

8.3. Stima tal-impatt fuq l-infiq

– ý  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

[1]               COM(2011) 500 Final.

[2]               COM(2010) 2020 Final.

[3]               Sors: meħud mill-bażi tad-dejta onlajn tal-Eurostat f'Lulju 2011 'General expenditure by function - health compared to total’. 2009: 14.63%; http://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=gov_a_exp&lang=en .

[4]               IMF 2011 u Joumard et al., 2010, jiġifieri ż-żieda fl-infiq tas-saħħa pubblika fuq il-PDG li taqbeż dak dovut għat-tixjiħ tal-popolazzjoni (din iż-żieda fl-ispiża eċċessiva hija stmata għal medja ta’ madwar 1 % għall-OECD).

[5]               Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011

[6]               ĠU C , , p. .

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, COM(2010) 2020 finali

[9]               ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1-12

[10]             ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3-13

[11]             Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 212009 tal-5.3.2009, "Il-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-Unjoni Ewropea (2003-2007): mod effettiv biex itejjeb is-saħħa?"

[12]             Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ġie stabbilit bir-Regolament (KE) 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[13]             Il-Kumitati Xjentifiċi ġew stabbiliti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE, referenza tal-ĠU

[14]             ĠU L, ,p.

[15]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[16]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[17]             COM(2010) 546 final

[18]             ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

[19]             ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

[20]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[22]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[23]             ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

[24]             Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta' Settembru 2008.

[25]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[26]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles .

[27]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[28]             Għajnuna u nfiq tekniku u/jew amministrattiv għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (intestaturi "BA" ta’ qabel), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[29]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet