52011PC0336


Titolu u referenza

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

/* KUMM/2011/0336 finali - COD 2011/0147 */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf fl-2006 bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] bil-għan ewlieni li juri solidarjetà mal-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala konsegwenza tal-bidliet fil-mudelli tal-kummerċ dinji u jipprovdilhom l-assistenza. Billi jikkofinanzja l-miżuri tal-politika tas-suq tax-xogħol attiv, l-EGF kellu jiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema f'oqsma, setturi, territorji jew reġjuni tas-suq tax-xogħol li jġarrbu xokk minn tfixkil serju fl-ekonomija. Il-kundizzjoni għall-eliġibbiltà għas-sostenn mill-FEG kienet is-somma ta' mill-inqas 1 000 sensja tul perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża u l-fornituri u l-produtturi aktar ’l isfel fil-katina tal-attivitajiet inkella tul perjodu ta' disa' xhur f'settur ekonomiku definit bħala Diviżjoni tar-Reviżjoni 2 tan-NACE f'reġjun wieħed, jew fi tnejn qrib xulxin, stabbiliti fil-livell NUTS II. Il-kontribuzzjoni massima mill-FEG kienet stabbilita fil-livell ta' 50% tal-kostijiet totali tal-miżuri għal suq tax-xogħol attiv u l-perjodu tal-implimentazzjoni tal-miżuri sostnuti mill-FEG ma jistax jaqbeż it-12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

Fid-dawl tal-iskala u tar-ritmu mgħaġġel li bih żviluppat il-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-2008, il-Kummissjoni, fil-Pjan Ewropew tagħha ta' Rkupru Ekonomiku[2], ħasbet li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-għan ta' din ir-reviżjoni, li wassal għaliha r-Regolament (KE) Nru 546/2009[3], kien li jiġi estiż l-ambitu tal-FEG bħala parti mir-reazzjoni tal-Ewropa għall-kriżi u tbiddlu fi strument bikri ta' intervent aktar effettiv f'konformità mal-prinċipji fundamentali ta' solidarjetà u ġustizzja soċjali. L-emendi inkludew bidliet permanenti fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, bħalma hu t-tnaqqis minn 1 000 għal 500 fil-għadd ta' sensji meħtieġa biex tkun tista' ssir applikazzjoni għal sostenn mill-FEG u estensjoni minn 12 għal 24 xahar għall-perjodu fejn jiġu implimentati l-miżuri sostnuti mill-FEG. Kienet ġiet introdotta deroga temporanja sabiex (1) tkabbar l-ambitu tal-FEG biex ikopri s-sostenn favur dawk il-ħaddiema li jingħataw is-sensja b'effett dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika (il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) u (2) biex iżżid il-livell ta' kofinanzjar mill-FEG minn 50 sa 65% (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006). Id-deroga temporanja tiskadi fit-30 ta' Diċembru 2011 u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 hemm stipulata l-possibbiltà li din tiġi riveduta.

Bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-30 ta' April 2009 (i.e. qabel ma kienet teżisti d-deroga marbuta mal-kriżi), il-Kummissjoni kienet irċeviet 15-il applikazzjoni, hekk li indirizzat l-għajnuna lil 18 430 ħaddiem u t-total sħiħ tal-kontribut mitlub mill-FEG kien ta' EUR 78 776 367.

Mill-1 ta' Mejju 2009, jiġifieri minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 li jirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-għadd ta' applikazzjonijiet —kif jidher hawn taħt — żdied b'mod sinifikanti.

Applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG imressqa fil-kuntest tad-deroga temporanja marbuta mal-kriżi

 Sena || Għadd ta' applikazzjonijiet || Għadd ta’ ħaddiema fil-mira || It-total tal-kontributi mitluba mill-FEG (EUR)

2009 || 22 || 19 381 || 99 396 898

2010 || 24 || 25 083 || 115 353 865

Total || 46 || 44 464 || 214 750 763

Applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG imressqa fil-kuntest tal-kriterju tar-rabta mal-kummerċ

 Sena || Għadd ta' applikazzjonijiet || Għadd ta’ ħaddiema fil-mira || It-total tal-kontributi mitluba mill-FEG (EUR)

2009 || 4 || 6 569 || 25 990 290

2010 || 6 || 3 074 || 17 126 749

Total || 10 || 9 643 || 43 117 039

Wara konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni, l-Istati Membri indikaw li mingħajr deroga temporanja kien se jkun impossibbli li titressaq il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet marbuta mal-kriżi, hekk li 45 000 ħaddiem li batew il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika kienu se jibqgħu mingħajr għajnuna mill-FEG. Barra minn dan, ir-rata akbar ta' 65 % ta' kofinanzjament, b'mod globali, naqqset il-piż tal-iffinanzjar tal-miżuri sostnuti mill-FEG għall-Istati Membri applikanti b'madwar EUR 60 miljun għall-applikazzjonijiet kollha mressqa bejn l-1 ta' Mejju 2009 u l-31 ta' Diċembru 2010[4].

Id-deċiżjoni dwar l-iskadenza tad-deroga temporanja marbuta mal-kriżi kienet ittieħdet fl-2009. Dak iż-żmien, l-aktar Tbassiriet Ekonomiċi tal-Kummissjoni[5] riċenti li kien hemm disponibbli (tal-Ħarifa 2008), għall-Unjoni Ewropea (UE) kollha kemm hi, kienu jindikaw irkupru gradwali minn nofs l-2009 bl-istennija ta' tkabbir ta' 0,2 % tal-PGD fl-2009 u ta' 1,1 % fl-2010. Kien imbassar li fl-2009 kien se jkun hemm tnaqqis ta' 0,5% fl-impjiegi u li fl-2010 dawn kellhom jiżdiedu b'0,1%. Ir-rata tal-qgħad kienet mistennija tilħaq is-7,8% u t-8,1% tal-forza tax-xogħol fl-2009 u fl-2010, rispettivament. B'paragun ma' dawn it-tbassiriet, is-sitwazzjoni fl-2009 irriżultat waħda pjuttost agħar. Il-PGD fl-UE niżel b'4,2 % filwaqt li l-impjiegi naqsu b'1,9 % u r-rata tal-qgħad laħqet it-8,9 %. Minkejja l-fatt li t-tkabbir tal-PGD fl-2010 hu previst li jkun ogħla milli mistenni, fil-livell ta' xi 1,8 %, l-impjiegi komplew jonqsu b'0,6 % filwaqt li r-rata tal-qgħad laħqet ir-rekord għoli ta' 9,6 %.

Barra minn hekk, l-aktar tbassir riċenti tat-Tbassiriet Ekonomiċi tal-Kummissjoni (tar-Rebbiegħa 2011) jindika li l-prospetti għal irkupru ekonomiku u speċjalment għal wieħed fis-suq tax-xogħol fl-2011 u l-2012 huma agħar minn dawk mistennija b'mod ġenerali fir-Rebbiegħa tal-2008. Dan hu partikolarment minnu fejn jidħol il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u r-rata tal-qgħad. Għall-2011, it-tbassir tal-Ħarifa jipprevedi żieda żgħira fl-impjiegi ta' 0,4 % kif ukoll rata stabbli f'dak li hu qgħad ta' 9,5 %. Għall-2012, l-istess tbassir jipprevedi li t-tkabbir fl-impjiegi se jibqa' wieħed imrażżan, 0.7%, u li r-rata tal-qgħad se tibqa' fil-livell ta' 9,1%. Dan jirrifletti l-fatt li l-irkupru fl-impjiegi normalment jiġi wara dak tal-PGD. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol relattivament dgħajfin[6], minkejja t-titjib gradwali fil-prospetti tat-tkabbir tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), juru li apparti l-effett tal-irtirar tal-miżuri ta' politika meħudin b'reazzjoni għall-kriżi biex jittaffa l-effett tagħha fuq il-qgħad, l-aġġustament strutturali b'effett tal-kriżi għadu għaddej fis-setturi u l-intrapriżi hekk li għandu jkun mistenni li għal ċertu żmien se jkun hemm iktar sensji kawża tal-għeluq ta' xi intrapriżi. Għaldaqstant, titjib aktar sostanzjali fil-qagħda tal-impjiegi jista' jixref biss mill-2013 ’il quddiem.

Din l-istampa ta' rkupru pjuttost mingħajr impjiegi hija kkonfermata mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi[7]. Sabiex ikun evitat ir-riskju li jerġa' jkun hemm tkabbir mingħajr biżżejjed ħolqien dinamiku ta' impjiegi, jidher li hu essenzjali li jiġi indirizzat il-qgħad u li wieħed jipprevjeni l-esklużjoni fit-tul mis-suq tax-xogħol. Biex il-fatturi ewlenin li jwasslu għat-tkabbir jerġgħu jissaħħu, hemm bżonn ta' riallokazzjoni tax-xogħol u tal-kapital fis-setturi u l-intrapriżi kif ukoll ta' inċentivi finanzjarji aħjar b'mod li ngħaddu mill-qgħad għax-xogħol.

Kif stqarret il-Kummissjoni, il-kriżi wasslet għal telf kbir fl-attività ekonomika, għal żieda sostanzjali fil-qgħad, għal waqgħa kbira fil-produttività, u għal finanzi pubbliċi tassew dgħajfa. Dan hu kuntest partikolarment diffiċli biex l-Istati Membri jipprovdu għajnuna mfassla b'mod u manjiera li tilħaq lil għadd kbir ta' ħaddiema li tilfu xogħolhom fl-istess żmien kawża tal-kriżi. Estensjoni tar-rata akbar ta' kofinanzjament mill-FEG ta' 65 % tippermetti li jitnaqqas xi ftit mill-piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri.

L-impatt tal-kriżi fuq il-kumpaniji li jagħlqu, li mistenni li se jibqa', flimkien mal-ħtieġa għal konsolidament fiskali fl-Istati Membri, jiġġustifika l-estensjoni tad-deroga marbuta mal-kriżi fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Għaldaqstant, hu ssuġġerit li d-deroga temporanja marbuta mal-kriżi, li tiskadi fit-30 ta' Diċembru 2011, tkun estiża sal-31 ta' Diċembru 2013, jiġifieri sa tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Dan għandu jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG għall-benefiċċju tal-ħaddiema li għadhom qed jitilfu xogħolhom kawża tal-kriżi finanzjarja u ekononomika u biex dawn jibbenefikaw minn rata ta' kofinanzjament mill-FEG ta' 65 %.

· Il-kuntest ġenerali

Minn meta ġiet introdotta d-deroga tempranja marbuta mal-kriżi, kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG kif ukoll żieda fl-għadd ta' Stati Membri li applikaw għall-għajnuna mill-FEG. Dan jindika li r-rwol tal-FEG bħala strument ta' intervent waqt kriżi f'każ ta' sensji fuq skala kbira, kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, qed jiġi aċċettat tassew.

Il-Parlament Ewropew appella għall-estensjoni tad-deroga marbuta mal-kriżi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010[8] dwar l-iffinanzjar u l-funzjonament tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Il-Parlament Ewropew qies li 'il-perjodu tal-validità tad-deroga inserit fl-2009 bil-għan li jiġu megħjuna l-ħaddiema li jitilfu xogħolhom minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja għandu jiġi estiż sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali u li r-rata ta’ kofinanzjament għandha, għaldaqstant, tinżamm fil-livell ta' 65 %, u dan minħabba li l-kawżi prinċipali li fuqhom tistrieħ l-approvazzjoni ta' dawn għadhom għal kollox eżistenti.'

· Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-Fond Soċjali Ewropew[9] (FSE) ġie stabbilit biex jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Komunità fejn tidħol il-koeżjoni ekonomika u soċjali permezz tat-titjib fl-opportunitajiet tal-impjiegi u x-xogħol, filwaqt li jippromwovi livell ogħli ta’ impjegar kif ukoll aktar impjiegi u li huma wkoll aħjar. Huwa jappoġġja l-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi kif ukoll il-politika tal-Istati Membri li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb stat ta' xogħol għal kulħadd u kwalità u produttività fix-xogħol, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, inkluż l-aċċess għax-xogħol lin-nies żvantaġġati, u jitnaqqsu d-diskrepanzi bejn l-impjiegi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Id-differenza prinċipali fil-FEG hija li l-FSE jikkonsisti fi programmi multiannwali li jsostnu miri strateġiċi li jifirxu fit-tul – notevolment l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u r-ristrutturar, b’attivitajiet bħalma huma t-tagħlim tul il-ħajja. Il-FEG, min-naħa l-oħra, jipprovdi għajnuna individwali ta' darba, li tkun ristretta għal żmien partikulari, immirata direttament għall-ħaddiema milquta mis-sensji riżultat tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Biex tkun promossa l-għajnuna effettiva li tingħata lil ħaddiema li jispiċċaw qiegħda, it-tul tal-miżuri ta' sostenn mill-FEG u l-għażla tal-istrument jistrieħu fuq valutazzjoni ta' jekk is-sensji humiex kawża ta' possibbiltà ta' tnaqqis temporanju fl-attività tal-intrapriża u l-fornituri rilevanti, jew fis-settur ekonomiku, inkella minħabba fatturi strutturali permanenti.

· Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-UE

Il-FEG jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandhom jippermettu lill-Unjoni toħroġ iktar b’saħħitha mill-kriżi, u tressaq l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Fil-Komunikazzjoni[10] Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Kummissjoni tara rwol ċar għall-FEG fil-kuntest tal-inizjattiva ewlenija 'Politika industrijali fl-era tal-globalizzazzjoni', partikolarment fid-dawl għar-ridistribuzzjoni tal-ħiliet għas-setturi u s-swieq emerġenti li qed jaraw tkabbir sinifikanti.

Billi jimmira lejn ir-riintegrazzjoni fix-xogħol u f'qasir żmien tal-ħaddiema li jkunu tilfu xogħolhom kawża tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-FEG jikkontribwixxi għal-linji gwida li ġejjin[11] dwar il-politiki tax-xogħol tal-Istati Membri:

– Linja gwida 7: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, it-tnaqqis tal-qgħad strutturali u l-promozzjoni tal-kwalità tax-xogħol;

– Linja gwida 8: L-iżvilupp ta' forza tax-xogħol b’ħiliet li jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja;

– Linja gwida 10: Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.

Finalment, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda – L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa[12], il-Kummissjoni enfasizzat in-neċessità li l-UE twitti t-triq għall-irkupru b'mod li jissaħħaħ il-kapital uman u l-impjegabbiltà billi jiġu aġġornati l-ħiliet, kif ukoll billi tkun assigurata l-provvista tal-ħiliet u d-domanda tas-suq tax-xogħol. Il-miżuri għall-attivazzjoni, għat-taħriġ mill-ġdid u għall-aġġornament tal-ħiliet kienu identifikati bħala l-mezzi biex jiżdiedu l-impjiegi u r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-kofinanzjament tal-attivitajiet biex jiġu aġġornati l-ħiliet huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-FEG.

· L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali

Din il-Proposta ma għandha l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

· Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem

Lill-Istati Membri, il-Kummissjoni kkonsultathom darbtejn: l-ewwel permezz ta' kwestjonarju fis-26 ta' Awwissu 2010 u t-tieni, f'laqgħa li saret f'Porto fid-29 u t-30 ta' Settembru 2010. L-għan ewlieni ta' dawn il-konsultazzjoniiet kien li jinġabru l-opinjonijiet dwar l-effettività tal-emendi marbuta mal-kriżi introdotti fl-2009 permezz tal-Artikolu 1.1a u l-Artikolu 10(1) fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jiskadu fit-30 ta' Diċembru 2011 u dwar il-bżonn li dawn jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2013.

Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif ġew ikkunsidrati

Dwar il-possibbiltà li kien hemm biex jitressqu l-applikazzjonijiet għas-sensji marbuta direttament mal-kriżi finanzjarja u ekonomika (l-Artikolu 1.1a tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) il-konsultazzjoni indikat li dan kien tabilħaqq ippermetta lill-Istati Membri biex jitolbu l-għajnuna mill-FEG għall-ħaddiema li tilfu xogħolhom kawża tal-kriżi u biex tingħatalhom assistenza mill-FEG għar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri indikat li dawn il-ħaddiema ma setgħux jibbenefikaw mill-għajnuna tal-FEG abbażi tal-kriterji tal-globalizzazzjoni marbuta mal-kummerċ. Il-konsultazzjoni kompliet tindika li ġeneralment inħass eħfef li tinġabar l-evidenza u li tiġi stabbilita rabta ippruvata bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika, milli b'rabta mal-tibdil fil-mudelli tal-kummerċ dinji kawża tal-globalizzazzjoni.

Dwar il-bżonn li d-deroga tiġi estiża sa tmiem l-2013, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li wieġbu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkun possibbli li jibqgħu jitressqu iktar applikazzjonijiet għas-sensji marbuta mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. L-argumenti favur din l-estensjoni inkludew kummenti dwar l-esperjenza pożittiva bl-impatt tal-għajnuna li waslet mill-FEG fuq il-kapaċità tal-ħaddiema biex jirriintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol f'sitwazzjoni fejn l-effetti tal-kriżi ekonomika kellhom jibqgħu jinħassu wara l-2011; fejn dan spiċċa affettwa lill-Istati Membri fi żminijiet differenti u fejn l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi kienu għadhom b'saħħithom. Barra minn hekk, inġibdet l-attenzjoni li estensjoni ta' sentejn oħra ma kellhiex tikkomprometti s-snin lil hinn mill-2013.

Rigward il-possibbiltà għall-applikanti biex jibbenefikaw minn rata ta' kofinanzjament ta' 65 % (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006), il-konsultazzjoni indikat li r-rata miżjuda ta' kofinanzjament kienet iffaċilitat id-deċiżjoni li titressaq applikazzjoni għall-għajnuna mill-FEG għal għadd ta' raġunijiet. Il-15 % aktar ippermettew li lill-ħaddiema kkonċernati jingħatalhom l-ekwivalenti f'għajnuna addizzjonali Id-diskrepanza bejn ir-rata tal-FSE u dik tal-FEG kienet tnaqqset għall-Istati Membri li setgħu jiksbu rati ogħla mill-FSE u mingħajr dan it-tnaqqis ma setgħu jressqu ebda applikazzjoni għall-FEG. Il-kofinanzjament nazzjonali baqa' problema, iżda minħabba li issa l-livell kien ta' 35 % — mhux ta' 50 % — il-problema naqset fil-gravità tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sabu li r-rata ta' 65 % waqt il-kriżi kienet waħda xierqa u esprimew ruħhom favur estensjoni ta' din ir-rata ogħla ta' intervent sa tmiem l-2013.

Ir-riżultat ta' dawn il-konsultazzjonijiet huwa rifless fl-emendi proposti għar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

· Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Ma kien hemm bżonn ta' ebda għarfien espert estern.

· Il-valutazzjoni tal-impatt

Għal din il-proposta ma kien hemm bżonn ta' ebda valutazzjoni tal-impatt.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Sabiex tkun estiża d-deroga temporanja ta' għajnuna għall-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, id-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-paragrafu 1a tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 hija sostitwita b'dik tal-31 ta' Diċembru 2013. Din l-emenda testendi wkoll, awtomatikament, ir-rata akbar ta' kofinanzjament ta' 65 % sal-istess ġurnata, kif stipulat fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

· Bażi legali

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175.

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika minħabba li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE.

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu għal kollox mill-Istati Membri. Jistgħu jinkisbu biss billi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

L-azzjoni fil-livell tal-UE se twassal għal kisba aħjar tal-objettivi ta' solidarjetà stabbiliti fil-proposta għar-raġunijiet li ġejjin.

L-adattabbiltà tal-FEG, strument finanzjarju disponibbli fil-livell tal-UE, għall-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' bħalissa, tista' tirnexxi biss permezz ta' inizjattiva leġiżlattiva meħuda fil-livell tal-UE.

Meta għamlet il-proposta, il-Kummissjoni straħet fuq il-ħtiġijiet li jixirfu mill-valutazzjoni ta' bħalissa tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri u fuq it-tbassir ekonomiku tal-perjodu 2012-13. Dawn ivarjaw b'mod sinifikanti mill-valutazzjoni u t-tbassir disponibbli fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009, meta l-emendi temporanji marbuta mal-kriżi kienu ġew introdotti fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Din il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba r-raġunijiet li ġejjin.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-emendi proposti għar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ma jmorrux lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex ikun aġġustat il-funzjonament tal-FEG għat-tbassiriet attwali fejn tidħol il-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-impatt tagħha fuq l-impjiegi u fuq id-defiċits tal-Istati Membri billi (1) iħallu l-possibbiltà li jitressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG għall-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika li għadha għaddejja u (2) jipprovdu għal rata ta' kofinanzjament ta' 65 % minflok ta' 50 %.

Id-deroga marbuta mal-kriżi tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li japplikaw għall-għajnuna mill-FEG għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-kriżi fil-każijiet fejn tista' tkun stabbilita rabta ċara u ppruvata bejn dawn is-sensji u l-kriżi. Huwa ovvju li din il-possibbiltà ma tintużax kemm-il darba ma jkunx hemm każijiet simili.

Il-proposta ma timponix xi piż amministrattiv addizzjonali fuq l-Istati Membri b'paragun mar-rekwiżiti imposti mid-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

· Għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja:

Regolament huwa l-istrument legali xieraq biex jiġi emendat ir-regolament eżistenti.

4.           IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

L-Artikolu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006[13] dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda jipprevedi li l-FEG ma jistax jaqbeż ammont minimu annwali ta' EUR 500 miljun.

Abbażi tat-talbiet għall-għajnuna mill-FEG fil-passat[14], l-estensjoni proposta tad-deroga marbuta mal-kriżi fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 mhix mistennija taqbeż l-ammont massimu annwali. It-talbiet laħqu l-EUR 51,8 miljun fl-2007 u l-EUR 20,6 miljun fl-2008. Fl-2009, l-ammont totali ta' għajnuna li ntalbet mill-FEG laħaq il-EUR 131,7 miljun, li minnhom 75 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kriżi filwaqt li 25 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kummerċ. Fl-2010, l-ammont totali ta' għajnuna li ntalbet mill-FEG laħaq il-EUR 132,5 miljun, li minnhom 87 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kriżi filwaqt li 13 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kummerċ.

2011/0147 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li għaddew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[16],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006[17] stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem il-'FEG') biex jippermetti lill-Unjoni issostni u turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fil-mudelli tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni.

(2) Bħala parti mir-reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009[18] emenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 billi jipprovdi, b'mod partikolari, għal deroga temporanja mmirata biex twessa' l-ambitu tiegħu sabiex ikopri s-sensji kawża tal-kriżi kif ukoll żieda temporanja fir-rata ta' finanzjament mill-FEG.

(3) Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni, huwa f'loku li din id-deroga tiġi estiża qabel l-iskadenza tagħha fit-30 ta' Diċembru 2011.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 għandu għalhekk ikun emendat bl-istess mod.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Din id-deroga għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha mressqa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Bażi għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu(i) ta’ mmaniġġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportaġġ

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ terzi fil-finanzjament

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li Jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

1.2. Il-qasam(l-oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[19]

L-Attività ABB: Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif inkluż fil-Pjan tal-Immaniġġjar tad-DĠ EMPL 2010

1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[20]

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni indirizzata lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku(strateġiċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta(inizjattiva)

Il-proposta taqa' taħt l-inizjattiva ewlenija 'Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni' li tagħmel parti mill-Istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i)

Objettiv speċifiku Nru 1: Li tinżamm il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-bidliet fil-mudelli tal-kummerċ dinji u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika .

Objettiv speċifiku Nru 2: Jiżdied l-għarfien tal-FEG, bħala espressjoni ta' solidarjetà, fost il-pubbliku ġenerali

Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati: Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennijin

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta se tippermetti lill-Unjoni Ewropea tkompli tagħti s-sostenn tagħha permezz tal-FEG b'rata ta' kofinanzjament ta' 65 % għal miżuri għal suq tax-xogħol attiv għall-ħaddiema li tilfu xogħolhom kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Barra minn dan, din ir-rata ta' kofinanzjament se jibbenefikaw minnha wkoll il-ħaddiema li tilfu xogħolhom kawża tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ.

1.4.4. Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

- L-għadd ta' applikazzjonijiet imressqa għall-għajnuna mill-FEG

- L-għadd ta' ħaddiema li tilfu xogħolhom fil-mira tal-għajnuna mill-FEG

- L-għadd ta' ħaddiema riintegrati fid-dinja tax-xogħol riżultat tal-miżuri sostnuti mill-FEG

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fuq medda ta’ żmien qasir jew twil

Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika , fl-2009 kien emendat ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 u pprovda għal deroga temporanja marbuta mal-kriżi. Din id-deroga tiskadi fit-30 ta' Diċembru 2011. Madankollu, l-iktar tbassiriet ekonomiċi riċenti jipprevedu li l-effetti tal-kriżi, u b'mod partikolari l-impatt negattiv tagħha fuq ir-ritmu tal-ħolqien tal-impjiegi fir-ristrutturar u fuq ir-rata tal-qgħad, se jkomplu għaddejjin tal-inqas sa tmiem l-2012. Din il-proposta għandha tippermetti lill-FEG biex jintervjeni fl-għajnuna lill-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali sal-31 ta' Diċembru 2013 b'rata ta' intervent ta' 65 %.

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-involviment tal-UE permezz tal-FEG jagħmilha possibbli li jiġu kkumplimentati l-mezzi nazzjonali disponibbli għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. L-esperjenza miksuba sa issa mill-FEG tidher li tindika li l-involviment tal-UE jagħmilha possibbli li tkun ipprovduta għajnuna aktar speċifika għal perjodu itwal, fejn ħafna drabi jkunu involuti miżuri li ma kinux ikunu pprovduti mingħajr involviment mill-UE.

1.5.3. Għarfien miksub minn esperjenzi simili fil-passat

Ara l-esperjenza mir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 stabbilita fil-Memorandum ta' spjega.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti relevanti oħrajn

Il-FEG huwa koerenti u joffri sinerġija mal-Fond Soċjali Ewropew.

1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

– X Proposta/inizjattiva temporanja

– X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

¨ Proposta/inizjattiva temporanja

– Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[21]

¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  entitatjiet stabbiliti mill-Komunitajiet[22]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

X Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk tindika iktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportaġġ

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwalitattiv u kwantitattiv dwar l-attivitajiet li saru taħt dan ir-Regolament fis-sena ta’ qabel. Dan ir-rapport fih, fost l-oħrajn, l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ matul is-sena kkonċernata.

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, qabel tmiem l-2011 il-Kummissjoni — f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri — trid tagħmel evalwazzjoni f’nofs il-perjodu tal-effettività u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba bil-FEG. Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni trid twettaq, bl-assistenza ta’ esperti esterni, valutazzjoni ex-post biex tkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskj(i)i identifikat(i)

Ir-riskji huma dawk marbuta mal-ġestjoni konġunta tal-Fondi Komunitarji.

2.2.2. Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-miżuri biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stipulati fl-Artikolu 18 (1) d u fl-Artikolu 18 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni........................................…...…] || AD/AMD ([23]) || Minn pajjiżi tal-EFTA[24] || mill-pajjiżi kandidati[25] || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju.

1.1 || 04.0501 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 04.010414 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva 40.0243 Riserva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni || AMD || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura…..................................................] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju.

mhux applikabbli || mhux applikabbli || […] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru ||

DĠ: EMPL || || || Sena 2012[26] || Sena 2013 || TOTAL

Ÿ Approprazzjonijiet operazzjonali PM || || ||

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || || ||

Ħlasijiet || (2) || || ||

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[27] || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || || ||

Ħlasijiet || =2+2a +3 || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || ||

Ħlasijiet || (5) || || ||

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA EMPL tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || ||

Jekk aktar minn intestatura waħda hija milquta mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || ||

Ħlasijiet || (5) || || ||

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva "

Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

|| || || Sena 2012 || Sena 2013 || TOTAL

DĠ: EMPL ||

Ÿ Riżorsi umani || Ebda impatt || Ebda impatt ||

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || || ||

TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || ||

Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

|| || || Sena N[28] || Sena N+1 || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || || ||

Ħlasijiet || || ||

3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL ||

||

Tip ta’ riżultat[29] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[30] || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru°1 || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru°2 || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sinteżi

– X  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn isfel:

Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

|| Sena 2012 [31] || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

Riżorsi umani || || || ||

Infiq amministrattiv ieħor || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

’Il barra mill-INTESTATURA 5[32] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

Riżorsi umani || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || ||

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || ||

TOTAL || || || || || ||

3.2.3.2.  Stima tal-bżonn ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

– X  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn isfel:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa figura deċimali waħda)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

xx 01 01 01 (Fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || ||

xx 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || ||

xx 01 05 01 (Riċerka indiretta) || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || ||

XX 01 04 yy [33] || - fil-Kwartieri Ġenerali[34] || ||

- fid-delegazzjonijiet || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || ||

Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || ||

TOTAL || || || || ||

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu koperti mill-membri tal-persunal mid-DĠ li jkunu diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali ta’ ġestjoni li tista’ tingħata lid-DĠ skont il-proċedura annwali ta’allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit.

Deskrizzjoni ta’ kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji ||

Persunal estern ||

3.2.4. Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ser tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Mhux applikabbli

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[35].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Mhux applikabbli

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn terzi

– X Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 figuri deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp li jikkofinanzja || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati || || || || || ||

3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul

– X  Il-proposta/ l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju.

Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li jinsab għaddej || ||

Sena 2012 || Sena 2013 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) ||

Artikolu............... || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja(i) baġitarja(i) tal-infiq affettwata(i).

Mhux applikabbli

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Mhux applikabbli

[1]               ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82

[2]               COM(2008)800, 26.11.2008

[3]               ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26

[4]               Esklużi l-applikazzjonijiet li ġew irtirati jew irrifjutati

[5]               http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/forecasts_en.htm

[6]               Ibid.

[7]               COM(2011)11, 12.1.2011

[8]               Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2010/2072/INI)

[9]               Regolament (KE) Nru 1081/2006, ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12

[10]             COM(2010)2020, 3.3.2010

[11]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46

[12]             COM(2008) 868, 16.12.2008

[13]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[14]             Esklużi l-applikazzjonijiet li ġew irtirati jew irrifjutati

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU C , , p. .

[17]             ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82

[18]             ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26

[19]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività).

[20]             Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[22]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[23]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[24]             EFTA: European Free Trade Association (Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles).

[25]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[26]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[27]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[28]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[29]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[30]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)…”

[31]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[32]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[33]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (linji “BA” preċedenti).

[34]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[35]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet