52009XC0409(01)


Titolu u referenza

Comunicarea Comisiei privind aplicarea normelor referitoare la ajutoarele de stat de către instanțele naționale

  ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali

2009/C 85/01

1. INTRODUZZJONI

1. Fl-2005, il-Kummissjoni adottat road map għal riforma fl-għajnuna mill-Istat, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat [1] ("l-iSAAP"), sabiex ittejjeb l-effettività, it-trasparenza, il-kredibbiltà u l-prevedibbiltà tas-sistema tal-għajnuna mill-Istat taħt it-Trattat tal-KE. Ibbażat fuq il-prinċipju ta’ "inqas għajnuna mill-Istat u iżjed immirata", l-għan ċentrali tal-iSAAP huwa li jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex inaqqsu l-għajnuna ġenerali tagħhom, filwaqt li jidderieġu mill-ġdid ir-riżorsi tal-għajnuna mill-Istat lejn għanijiet ta’ interess komuni orizzontali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għal approċċ strett fir-rigward ta’ għajnuna inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi. L-iSAAP enfasizza l-ħtieġa għal infurzar u sorveljanza mmirati aħjar rigward l-għajnuna mill-Istat li tingħata mill-Istati Membri u saħaq li t-tilwim privat quddiem il-qrati nazzjonali jista’ jwassal għal dan il-għan billi tiġi żgurata aktar dixxiplina fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat [2].

2. Qabel l-adozzjoni tal-iSAAP, il-Kummissjoni kienet diġà indirizzat ir-rwol tal-qrati nazzjonali fl-Avviż dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, ippubblikat fl-1995 [3] ("l-Avviż dwar il-Kooperazzjoni tal-1995"). L-Avviż dwar il-Kooperazzjoni tal-1995 introduċa mekkaniżmi għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali.

3. Fl-2006, il-Kummissjoni kkummissjonat studju dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat fuq livell nazzjonali [4] ("l-Istudju dwar l-Infurzar"). Dan l-istudju kien immirat sabiex iforni analiżi dettaljata dwar l-infurzar privat tal-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri differenti. L-Istudju dwar l-Infurzar ikkonkluda li, fil-perjodu bejn l-1999 u l-2006, it-tilwim dwar l-għajnuna mill-Istat kien żdied b’mod sinifikanti fuq livell tal-Istati Membri [5].

4. Madankollu, l-Istudju dwar l-Infurzar żvela wkoll li numru kbir ta’ proċeduri legali fuq livell ta’ Stat Membru ma kinux immirati sabiex inaqqsu l-effett antikompetittiv tal-miżuri sottostanti għall-għajnuna mill-Istat. Dan ġara minħabba li madwar żewġ terzi tas-sentenzi analizzati kienu jikkonċernaw azzjonijiet li tressqu minn persuni li jħallsu t-taxxa li fittxew ħelsien mill-impożizzjoni ta’ piż (tat-taxxa) [6] allegatament diskriminatorju kif ukoll azzjonijiet imressqa minn benefiċjarji sabiex jisfidaw l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat [7]. In-numru ta’ sfidi legali mmirati sabiex jinfurzaw il-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kien relattivament baxx: l-azzjonijiet minn kompetituri kontra awtorità ta’ Stat Membru għad-danni, l-irkupru u/jew miżuri ta’ inġunzjoni bbażati fuq l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE ammontaw għal 19 % biss tas-sentenzi analizzati, filwaqt li l-azzjonijiet diretti minn kompetituri kontra l-benefiċjarji ammontaw biss għal 6 % tas-sentenzi.

5. Minkejja l-fatt li, kif enfasizzat fl-Istudju dwar l-Infurzar, sal-lum l-infurzar privat ġenwin quddiem il-qrati nazzjonali kellu rwol relattivament limitat fl-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li l-azzjonijiet ta’ infurzar privati jistgħu joffru vantaġġi konsiderevoli għall-politika dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jagħtu lill-partijiet terzi l-opportunità sabiex, direttament fuq livell nazzjonali, jindirizzaw u jirriżolvu ħafna problemi li huma relatati mal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropew (QEĠ), il-qrati nazzjonali jistgħu joffru lir-rikorrenti rimedji effettivi ħafna fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, dan jista’ jikkontribwixxi għal dixxiplina ġenerali aktar b’saħħitha fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat.

6. Għalhekk, l-għan ewlieni ta' dan l-Avviż huwa li jinforma lill-qrati nazzjonali u lil partijiet terzi dwar ir-rimedji disponibbli fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u sabiex ifornihom bi gwida dwar l-applikazzjoni prattika ta’ dawn ir-regoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tiżviluppa l-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali billi tintroduċi strumenti aktar prattiċi li jsostnu lill-ġudikanti nazzjonali fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

7. Dan l-Avviż jieħu post l-Avviż dwar il-Kooperazzjoni tal-1995 u huwa bla preġudizzju għal kwalunkwe interpretazzjoni tat-Trattat applikabbli u d-dispożizzjonijiet regolatorji tal-qrati Komunitarji. Informazzjoni addizzjonali mmirata lejn il-qrati nazzjonali se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

2. RWOL TAL-QRATI NAZZJONALI FL-INFURZAR TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

2.1. Kwistjonijiet Ġenerali

2.1.1. Identifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

8. L-ewwel kwistjoni li l-qrati nazzjonali u r-rikorrenti potenzjali jiffaċċjaw meta japplikaw l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat hija jekk il-miżura kkonċernata tikkostitwixxix fil-fatt għajnuna mill-Istat fit-tifsira tat-Trattat.

9. L-Artikolu 87(1) tat-Trattat ikopri "kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri".

10. Il-QEĠ iddikjarat b’mod espliċitu li, bħalma huwa l-każ għall-Kummissjoni, il-qrati nazzjonali wkoll għandhom is-setgħa li jinterpretaw il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat [8].

11. Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat mhux limitat għas-sussidji [9]. Dan jinkludi wkoll, inter alia, konċessjonijiet ta’ taxxa u investimenti minn fondi pubbliċi magħmula f’ċirkostanzi li fihom l-investitur privat kien jirtira s-sostenn tiegħu [10]. Jekk l-għajnuna ngħatatx direttament jew le mill-Istat jew minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura minnu sabiex jamministraw l-għajnuna huwa immaterjali f’dan ir-rigward [11]. Iżda, sabiex is-sostenn pubbliku jkun jista’ jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat, l-għajnuna teħtieġ tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ("selettività"), bil-maqlub tal-miżuri ġenerali li għalihom l-Artikolu 87(1) tat-Trattat ma japplikax [12]. Barra minn hekk, l-għajnuna trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jrid ikollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri [13].

12. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Komunità [14] u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni ħafna drabi indirizzaw il-kwistjoni dwar jekk ċerti miżuri jikkwalifikawx jew le bħala għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppubblikat gwida dettaljata dwar sensiela ta’ punti kumplessi, bħall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat [15], u tat-test tal-kreditur privat [16], iċ-ċirkostanzi li taħthom il-garanziji tal-Istat għandhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat [17], it-trattament ta’ bejgħ ta’ art pubblika [18], il-privatizzazzjoni u azzjonijiet assimilati mill-Istat [19], għajnuna taħt il-limiti de minimis [20], il-garanzija ta' kreditu għall-esportazzjoni [21], it-tassazzjoni diretta tal-impriżi [22], l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju [23] u għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni [24]. Il-ġurisprudenza, il-gwida tal-Kummissjoni u l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjoni jistgħu jfornu għajnuna siewja lill-qrati nazzjonali u lir-rikorrenti potenzjali rigward l-għajnuna mill-Istat.

13. Fejn hemm dubji dwar il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal opinjoni skont it-Taqsima 3 ta' dan l-Avviż preżenti. Dan huwa bla preġudizzju għall-possibbiltà jew l-obbligu għal qorti nazzjonali sabiex tirreferi l-każ lill-QEĠ għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 tat-Trattat.

2.1.2. Obbligu ta’ waqfien totali

14. Skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-Istati Membri ma jistgħux jimplimentaw miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni ("l-obbligu ta’ waqfien totali"):

"Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkonsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni skont it-termini tal-Artikolu 87, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu 2. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura jkollha deċiżjoni finali [25]."

15. Madankollu, hemm diversi ċirkostanzi li fihom l-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi implimentata b’mod legali mingħajr approvazzjoni mill-Kummissjoni:

(a) Fejn il-miżura tkun koperta b’Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa maħruġ taħt il-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas- 7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali [26] ("ir-Regolament li Jippermetti"). Fejn miżura tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-Istat Membru jinħeles mill-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżura ta’ għajnuna ppjanata u l-obbligu ta’ waqfien totali ma japplikax. Fuq il-bażi tar-Regolament li Jippermetti, il-Kummissjoni oriġinarjament adottat diversi Regolamenti ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa [27], li sadattant uħud minnhom ġew mibdula bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas- 6 ta' Awissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) [28];

(b) Bl-istess mod, l-għajnuna diġà eżistenti [29] mhijiex soġġetta għall-obbligu ta’ waqfien totali. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, għajnuna mogħtija taħt skema li kienet teżisti qabel l-adeżjoni ta’ Stat Membru fl-Unjoni Ewropea jew taħt skema li kienet ġiet approvata qabel mill-Kummissjoni [30].

16. Il-proċedimenti f’qorti nazzjonali dwar materji relatati mal-għajnuna mill-Istat jistgħu xi drabi jirrigwardaw l-applikabbiltà tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jew skema ta’ għajnuna eżistenti jew approvata, jew it-tnejn. Meta l-applikabbilità ta’ Regolament bħal dan jew skema tkun f’riskju, il-qorti nazzjonali tista' biss tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament jew skema ġewx sodisfatti. Ma tistax tivvaluta l-kompatibbilità ta' miżura ta' għajnuna fejn dan mhux il-każ, peress li din il-valutazzjoni hi r-responsabbiltà esklussiva tal-Kummissjoni [31].

17. Jekk il-qorti nazzjonali teħtieġ tiddetermina jekk il-miżura taqax taħt skema approvata ta' għajnuna, hi tista’ biss tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kollha tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni humiex sodisfatti. Fejn il-kwistjonijiet li tqajmu f'livell nazzjonali jirrigwardaw il-validità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-qorti nazzjonali m'għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddikjara l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Komunità bħala invalidi [32]. Fejn tinqala’ l-kwistjoni ta’ validità, il-qorti nazzjonali tista’, jew f’xi każijiet għandha, tirrinvija l-kwistjoni lill-QEĠ għal deċiżjoni preliminari [33]. Ibbażata fuq il-prinċipju taċ-ċertezza legali kif interpretat mill-QEĠ, anke l-possibbiltà li tiġi mistħarrġa l-validità tad-deċiżjoni sottostanti tal-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni preliminari ma tibqax aktar disponibbli meta r-rikorrent seta’, mingħajr dubju, jisfida d-deċiżjoni tal-Kummissjoni quddiem il-qrati tal-Komunità skont l-Artikolu 230 tat-Trattat, imma jkun naqas milli jagħmel dan [34].

18. Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni għal opinjoni taħt it-Taqsima 3 tal-Avviż preżenti jekk din ikollha dubji rigward l-applikabbilità tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jew ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew approvata.

2.1.3. Rwoli rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali

19. L-QEĠ tenniet ripetutament li kemm il-qrati nazzjonali kif ukoll il-Kummissjoni għandhom rwoli essenzjali, iżda distinti, fil-kuntest tal-infurzar tal-għajnuna mill-Istat [35].

20. Ir-rwol ewlieni tal-Kummissjoni huwa li teżamina l-kompatibbilità tal-miżuri għall-għajnuna proposti mas-suq intern, ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE. Din il-valutazzjoni tal-kompatibbilità hija r-responsabbiltà esklużiva tal-Kummissjoni, suġġetta għar-reviżjoni mill-qrati tal-Komunità. Skont il-ġurisprudenza stabbiltà tal-QEĠ, il-qrati nazzjonali m’għandhomx is-setgħa li jiddikjaraw miżura ta’ għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mal-Artikolu 87(2) jew (3) tat-Trattat tal-KE [36].

21. Ir-rwol tal-qorti nazzjonali jiddependi fuq il-miżura ta’ għajnuna li hija f’riskju u jekk din il-miżura tkunx ġiet innotifikata u approvata kif jixraq mill-Kummissjoni:

(a) Il-qrati nazzjonali ħafna drabi jintalbu sabiex jintervjenu f’każijiet fejn awtorità ta’ Stat Membru [37] tkun tat għajnuna mingħajr ma ħarset l-obbligu ta’ waqfien totali. Din is-sitwazzjoni tinħoloq jew għaliex l-għajnuna ma kienet notifikata xejn, jew għaliex l-awtorità implimentatha qabel ma rċeviet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rwol tal-qrati nazzjonali f’każijiet bħal dawn huwa li jipproteġi d-drittijiet tal-individwi affettwati bl-implimentazzjoni tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi [38];

(b) Il-qrati nazzjonali għandhom ukoll rwol importanti fl-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru adottati skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat- 22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE [39] (Ir-Regolament Proċedurali), meta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi ma tkunx kompatibbli mas-suq komuni u tingħaqad mal-Istat Membru kkonċernat sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mhux kompatibbli mingħand il-benefiċjarju. L-involviment tal-qrati nazzjonali f’dawn il-każijiet ħafna drabi jirriżulta minn azzjonijiet imressqa mill-benefiċjarji għar-reviżjoni tal-legalità tat-talba għall-ħlas lura maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali. Iżda, tipi oħra ta’ azzjoni legali jistgħu jkunu possibbli, (bħal azzjonijiet minn awtoritajiet ta’ Stat Membru kontra l-benefiċjarju mmirata lejn implimentazzjoni kompleta ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-irkupru), jiddependi mil-liġi nazzjonali proċedurali.

22. Meta jippreservaw l-interessi tal-individwi, il-qrati nazzjonali għandhom jikkunsidraw ukoll b’mod sħiħ l-effettività u l-effett dirett [40] tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat kif ukoll l-interessi tal-Komunità [41].

23. Ir-rwol tal-qrati nazzjonali f'sitwazzjonijiet bħal dawn huma stabbiliti f’aktar dettall fit-Taqsimiet 2.2 u 2.3.

2.2. Rwol tal-qrati nazzjonali fl-infurzar tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE – Għajnuna illegali mill-Istat

24. Bħal l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, l-obbligu ta’ waqfien totali msemmija fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tagħti lok għad-drittijiet individwali direttament effettivi ta’ partijiet affettwati (bħall-kompetituri tal-benefiċjarju). Dawn il-partijiet affettwati jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom billi jressqu azzjoni legali quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti kontra l-Istat Membru li ta din l-għajnuna. Wieħed mill-aktar rwoli importanti tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hu li jittrattaw dawn l-azzjonijiet legali u għalhekk jipproteġu d-drittijiet tal-kompetitur taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

25. Ir-rwol essenzjali tal-qrati nazzjonali f’dan il-kuntest jiġi wkoll mill-fatt li s-setgħat tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-kompetituri u partijiet terzi oħra kontra għajnuna li tingħata kontra l-liġi huma limitati. L-aktar punt importanti, kif l-QEĠ kkonkludiet fis-sentenzi tagħha "Boussac" [42] u "Tubemeuse" [43], hu li l-Kummissjoni ma tistax tadotta deċiżjoni finali li tordna l-irkupru, sempliċement għaliex l-għajnuna ma ġietx innotifikata skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kompatibbilità, irrispettivament minn jekk l-obbligu ta’ waqfien totali jkunx ġie rispettat jew le [44]. Din il-valutazzjoni tista’ tieħu ħafna ħin u s-setgħat tal-Kummissjoni sabiex joħorġu inġunzjonijiet preliminari ta’ rkupru huma suġġetti għal rekwiżiti legali stretti ħafna [45].

26. Bħala riżultat, l-azzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali joffru mezz importanti ta’ rimedju għall-kompetituri u l-partijiet terzi l-oħra li jkunu ġew affettwati bl-għajnuna mill-Istat li ngħatat kontra l-liġi. Ir-rimedji disponibbli quddiem il-qrati nazzjonali jinkludu:

(a) il-prevenzjoni tal-ħlas tal-għajnuna mogħtija kontra l-liġi;

(b) l-irkupru tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi (minkejja l-kompatibbilità);

(ċ) l-irkupru ta’ mgħaxijiet mill-illegalità;

(d) kumpens għall-kompetituri u partijiet terzi oħra; u

(e) miżuri proviżorji kontra l-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi.

27. Kull wieħed minn dawn ir-rimedji huwa stipulat f’aktar dettall fit-Taqsimiet 2.2.1 sa 2.2.6.

2.2.1. Prevenzjoni tal-ħlas tal-għajnuna mogħtija kontra l-liġi

28. Il-qrati nazzjonali huma obbligati li jipproteġu d-drittijiet ta’ individwi li jkunu ġew affettwati bil-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali. Il-qrati nazzjonali, għalhekk, għandhom jiġbdu l-konsegwenzi legali kollha xierqa, skont il-liġi nazzjonali, fejn ikun seħħ xi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat [46]. Madankollu, l-obbligi tal-qrati nazzjonali mhumiex limitati għall-għajnuna mogħtija kontra l-liġi li tkun ġiet żburżata diġà. Dawn jestendu wkoll għal każijiet fejn il-ħlas kontra l-liġi jkun se jsir dalwaqt. Bħala parti mill-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-qrati nazzjonali għandhom iħarsu d-drittijiet tal-individwi kontra kwalunkwe ksur possibbli ta’ dawk id-drittijiet [47]. Fejn għajnuna mogħtija kontra l-liġi tkun se tiġi żburżata, il-qorti nazzjonali hija, għalhekk, obbligata li tevita dan il-ħlas milli jseħħ.

29. L-obbligu tal-qrati nazzjonali sabiex jevitaw il-ħlas ta’ għajnuna li tkun ingħatat kontra l-liġi jista’ jinħoloq f’varjetà ta’ ambjenti proċedurali, skont it-tipi differenti ta’ azzjoni disponibbli taħt il-liġi nazzjonali. Ħafna drabi, ir-rikorrenti jfittxu li jisfidaw il-validità tal-att nazzjonali li jagħti, kontra l-liġi, l-għajnuna mill-Istat. F’dawn il-każijiet, il-prevenzjoni tal-ħlas kontra l-liġi ħafna drabi tkun il-konsegwenza loġika tas-sejba li l-att dwar l-għoti tal-għajnuna jkun invalidu bħala riżultat ta’ ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat mill-Istat Membru [48].

2.2.2. Rkupru tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi

30. Meta qorti nazzjonali tkun ikkonfrontata b’għajnuna mogħtija kontra l-liġi, din għandha tiġbed il-konsegwenzi legali kollha minn din l-illegalità skont il-liġi nazzjonali. Il-qorti nazzjonali, għaldaqstant, għandha fil-prinċipju tordna l-irkupru sħiħ mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat li ngħatat kontra l-liġi [49]. L-ordni tal-irkupru sħiħ ta' għajnuna mogħtija kontra l-liġi hija parti mill-obbligu tal-qorti nazzjonali li tipproteġi d-drittijiet individwali ta’ min għamel it-talba (eż. Il-kompetitur) taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. L-obbligu ta’ rkupru tal-qorti nazzjonali mhux dipendenti fuq il-kompatibbilità tal-miżura ta’ għajnuna mal-Artikolu 87(2) jew (3) tat-Trattat.

31. Peress li l-qrati nazzjonali għandhom jordnaw l-irkupru sħiħ tal-għajnuna mogħtija kontra l-liġi minkejja l-kompatibbilità tagħha, l-irkupru jista’ jkun aktar mgħaġġel quddiem qorti nazzjonali milli permezz ta’ ilment imressaq quddiem il-Kummissjoni. Fil-fatt, mhux bħal ma tagħmel il-Kummissjoni [50], il-qorti nazzjonali tista’ u għandha tillimita lilha nnifisha sabiex tiddetermina jekk il-miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat u jekk l-obbligu ta’ waqfien totali japplikax għaliha.

32. Madankollu, l-obbligu ta’ rkupru tal-qrati nazzjonali mhuwiex assolut. Skont il-"ġurisprudenza SFEI" [51], jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom l-irkupru tal-għajnuna li ngħatat mill-Istat kontra l-liġi ma jkunx jixraq. L-istandard legali li għandu japplika f’dan il-kuntest għandu jkun simili għal dak applikabbli taħt l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament Proċedurali [52]. Fi kliem ieħor, iċ-ċirkostanzi li ma jostakolawx ordni ta’ rkupru mill-Kummissjoni ma jiġġustifikawx qorti nazzjonali milli ma tordnax l-irkupru sħiħ skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. L-istandard li l-qrati tal-Komunità japplikaw f’dan ir-rigward huwa strett ħafna [53]. B’mod partikolari, il-QEĠ tenniet b’mod konsistenti li, fil-prinċipju, il-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija kontra l-liġi ma jistax iressaq aspettattivi leġittimi kontra ordni ta’ rkupru tal-Kummissjoni [54]. Dan għaliex negozjant diliġenti kien ikun kapaċi jivverifika jekk l-għajnuna li huwa rċieva kinitx notifikata jew le [55].

33. Sabiex ikun ġustifikat li l-qorti nazzjonali ma tordnax l-irkupru skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, fatt speċifiku u konkret għandu għaldaqstant ikun ħoloq aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarju [56]. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ jekk il-Kummissjoni stess tkun tat assigurazzjonijiet preċiżi li l-miżura kkonċernata ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat, jew li din ma tkunx koperta bl-obbligu ta’ waqfien totali [57].

34. Fis-sentenza "CELF" tagħha [58] il-QEĠ iċċarat li l-obbligu tal-qorti nazzjonali sabiex tordna l-irkupru sħiħ tal-għajnuna mogħtija mill-Istat kontra l-liġi jiġi sospiż jekk, sal-mument li l-qorti nazzjonali tkun tat is-sentenza tagħha, il-Kummissjoni tkun iddeċidiet diġà li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni. Peress li l-għan tal-obbligu ta’ waqfien totali huwa li jkun assigurat li għajnuna kompatibbli biss tista’ tiġi implimentata, dan l-għan ma jistax jiġi aktar imfixkel fejn il-Kummissjoni tkun diġà kkonfermat il-kompatibbiltà [59]. Għalhekk, l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jipproteġu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat jibqa’ mhux affettwat meta l-Kummissjoni tkun għadha ma ħadet l-ebda deċiżjoni, irrispettivament minn jekk il-proċedura tal-Kummissjoni tkunx pendenti jew le [60].

35. Filwaqt li wara deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni, il-qorti nazzjonali ma tibqax aktar taħt l-obbligu tal-liġi Komunitarja sabiex tordna rkupru sħiħ, il-QEĠ tagħraf ukoll b’mod espliċitu li l-obbligu ta’ rkupru jista’ jeżisti taħt il-liġi nazzjonali [61]. Madankollu, fejn jeżisti dan l-obbligu ta’ rkupru, dan ikun bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru li jimplimenta mill-ġdid l-għajnuna aktar tard.

36. Ladarba l-qorti nazzjonali tiddeċiedi li l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi tkun ġiet żburżata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din trid tikkwantifika l-għajnuna sabiex tiddetermina l-ammont li jrid jiġi rkuprat. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Komunità dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u l-gwida u l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-qorti f’dan ir-rigward. Jekk il-qorti nazzjonali tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet sabiex tikkalkula l-ammont tal-għajnuna, din tista’ titlob l-appoġġ tal-Kummissjoni, kif stipulat f’aktar dettall fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Avviż.

2.2.3. Rkupru ta’ mgħaxijiet

37. Il-vantaġġ ekonomiku tal-għajnuna mogħtija kontra l-liġi mhuwiex limitat għall-ammont nominali tagħha. Aktar minn hekk, il-benefiċjarju jikseb vantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li, kieku l-għajnuna ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, il-ħlas kien isir (allegatament) aktar tard. Dan kien jobbliga lill-benefiċjarju sabiex jissellef il-fondi rilevanti mis-swieq ta’ kapital, inklużi l-imgħaxijiet b’rati kummerċjali.

38. Dan il-vantaġġ fiż-żmien mhux dovut huwa r-raġuni għaliex, jekk mill-Kummissjoni jiġi ordnat irkupru, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Proċedurali jeżiġi li mhux biss jipprevedi l-irkupru tal-ammont nominali tal-għajnuna, iżda wkoll l-irkupru tal-imgħaxijiet mill-ġurnata li fiha l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-ġurnata meta din tiġi effettivament irkuprata. Ir-rata tal-imgħax applikabbli f’dan il-kuntest hija definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal- 21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu [93] tat-Trattat (′ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni) [62].

39. Fis-sentenza tagħha "CELF", il-QEĠ iċċarat li l-ħtieġa li jiġi rkuprat il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-imgħax mill-illegalità") hija parti mill-obbligu tal-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Dan għaliex l-implimentazzjoni qabel iż-żmien, tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi, mill-inqas tagħmel lill-kompetituri jsofru, skont xi jkunu ċ-ċirkustanzi, qabel il-waqt, f’termini ta’ kompetizzjoni, mill-effetti tal-għajnuna. Għalhekk, il-benefiċjarju jkun kiseb vantaġġ mhux dovut [63].

40. L-obbligu tal-qorti nazzjonali sabiex tordna l-irkupru ta’ imgħax mill-illegalità jista’ jseħħ f’żewġ xenarji differenti:

(a) Il-qorti nazzjonali għandha normalment tordna l-irkupru sħiħ tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Fejn dan ikun il-każ, l-imgħax mill-illegalità jeħtieġ jiżdied mal-ammont oriġinali tal-għajnuna meta jiġi stabbilit l-ammont totali tal-irkupru.

(b) Madankollu, il-qorti nazzjonali trid ukoll tordna l-irkupru tal-imgħax mill-illegalità f’ċirkostanzi li fihom, b’mod eċċezzjonali, ma jkunx hemm obbligu li jiġi ordnat l-irkupru sħiħ. Kif konfermat fis-"CELF", l-obbligu tal-qrati nazzjonali sabiex jordnaw l-irkupru ta’ imgħaxijiet mill-illegalità għalhekk jibqa’ fis-seħħ anke wara deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni [64]. Dan jista’ jkun ta’ importanza kbira għar-rikorrenti potenzjali, peress li joffri wkoll rimedju tajjeb f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddikjarat diġà li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni.

41. Sabiex ikunu konformi mal-obbligu tagħhom ta’ irkupru fir-rigward tal-imgħaxijiet mill-illegalità, il-qrati nazzjonali jeħtieġ jiddeterminaw l-ammont tal-imgħax li jrid jiġi rkuprat. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw f’dan ir-rigward:

(a) Il-punt tat-tluq huwa l-ammont nominali tal-għajnuna [65].

(b) Meta tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax applikabbli u l-metodu ta’ kalkolu, il-qrati nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-fatt li l-irkupru tal-imgħax mill-illegalità mill-qorti nazzjonali jservi l-istess għan bħall-irkupru tal-imgħaxijiet mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali. Aktar minn hekk, it-talbiet għall-irkupru tal-imgħaxijiet mill-illegalità huma talbiet tal-liġi Komunitarja bbażati direttament fuq l-Artikolu 88(3) tat-Trattat [66]. Il-prinċipji tal-ekwivalenza u l-effettività deskritti fit-Taqsima 2.4.1 ta’ dan l-Avviż, għalhekk, japplikaw għal dawn it-talbiet.

(ċ) Sabiex tiżgura l-konsistenza mal-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali u sabiex tkun konformi mar-rekwiżit tal-effettività, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-metodu tal-kalkolu tal-imgħax li jintuża mill-qorti nazzjonali m’għandux ikun inqas strett minn dak previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni [67]. Għaldaqstant, l-imgħax mill-illegalità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta u r-rata tal-imgħax applikabbli m’għandhiex tkun iktar baxxa mir-rata ta’ referenza [68].

(d) Barra minn hekk, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, mill-prinċipju tal-ekwivalenza jsegwi li, fejn il-kalkolu tar-rata tal-imgħax skont il-liġi nazzjonali jkun aktar strett minn dak stabbilt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha tapplika wkoll ir-regoli nazzjonali aktar stretti għat-talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(e) Id-data tal-bidu għall-kalkolu tal-imgħax għandha tkun dejjem il-ġurnata li fiha l-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju. Id-data tat-tmiem tiddependi fuq is-sitwazzjoni fil-mument tas-sentenza nazzjonali. Jekk, kif kien il-każ f’"CELF", il-Kummissjoni tkun approvat diġà l-għajnuna, id-data tat-tmiem tkun id-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Inkella, l-imgħax mill-illegalità għandu jakkumula matul il-perjodu sħiħ tal-illegalità sad-data tal-ħlas lura attwali tal-għajnuna mill-benefiċjarju. Kif ġie kkonfermat f’"CELF", imgħax mill-illegalità għandu wkoll jiġi applikat għall-perjodu bejn l-adozzjoni ta’ deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni u l-annullament sussegwenti ta’ din id-deċiżjoni mill-qrati tal-Komunità [69].

42. F’każ ta’ dubju, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni għas-sostenn tagħha skont it-Taqsima 3 ta’ dan l-Avviż.

2.2.4. Talbiet għal danni

43. Bħala parti mir-rwol tagħhom skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-qrati nazzjonali jistgħu jkunu meħtieġa wkoll jilqgħu talbiet għall-kumpens minħabba d-dannu kkawżat lill-kompetituri tal-benefiċjarju u lil partijiet terzi oħra bl-għajnuna mill-Istat li ngħatat kontra l-liġi [70]. Dawn l-azzjonijiet għad-danni normalment ikunu diretti lejn l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat. Dawn jistgħu jkunu partikolarment importanti għar-rikorrent, peress li, kuntrarju għall-azzjonijiet immirati sempliċement għall-irkupru, azzjoni b’suċċess għad-danni tforni lir-rikorrent b’kumpens finanzjarju dirett għat-telf li jkun ġarrab.

44. Il-QEĠ tenniet ħafna drabi li l-partijiet terzi affettwati jistgħu jressqu dawn l-azzjonijiet għad-danni taħt il-liġi nazzjonali [71]. Dawn l-isfidi jiddependu fuq ir-regoli legali nazzjonali. Għalhekk, il-bażijiet legali li fuqhom ir-rikorrenti kienu jiddependu fl-imgħoddi jvarjaw b’mod sinifikanti fil-Komunità kollha.

45. Minkejja l-possibbiltà li wieħed jitlob għad-danni skont il-liġi nazzjonali, il-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali għandu konsegwenzi diretti u vinkolanti taħt il-liġi Komunitarja. Dan għaliex skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat l-obbligu ta’ waqfien totali huwa regola applikabbli direttament tal-liġi Komunitarja li jorbot fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha [72]. Il-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali jista’, għalhekk, fil-prinċipju jagħti lok għal talbiet għad-danni bbażati futat-Trattatq il-ġurisprudenza "Francovich" [73] u "Brasserie du Pêcheur" [74] tal-QEĠ [75]. Din il-ġurisprudenza tikkonferma li l-Istati Membri huma meħtieġa li jikkumpensaw għat-telf u għad-danni li jkunu ġew ikkawżati lil individwi minħabba l-ksur tal-liġi Komunitarja li għaliha l-Istat huwa responsabbli [76]. Din ir-responsabbiltà teżisti fejn: (i) ir-regola tal-liġi li tkun ġiet miksura tkun intenzjonata sabiex tagħti ċerti drittijiet lill-individwi; (ii) il-ksur ikun serju biżżejjed; u (iii) ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu tal-Istat Membru u d-danni li jkunu sofrew il-partijiet milquta [77].

46. L-ewwel rekwiżit (l-obbligu tal-liġi Komunitarja mmirat sabiex jipproteġi drittijiet individwali) jintlaħaq fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Il-QEĠ mhux biss ikkonfermat bosta drabi l-eżistenza tad-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, iżda ċċarat ukoll li l-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet individwali huwa rwol ġenwin tal-qrati nazzjonali [78].

47. Ir-rekwiżit ta’ ksur serju biżżejjed tal-liġi Komunitarja ġeneralment jintlaħaq ukoll fir-rigward tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Meta tiddetermina jekk ksur tal-liġi Komunitarja jkunx serju biżżejjed jew le, il-QEĠ tagħmel enfasi kbira fuq l-ammont ta’ diskrezzjoni li jgawdu l-awtoritajiet ikkonċernati [79]. Fejn l-awtorità kkonċernata ma jkollha l-ebda diskrezzjoni, il-ksur tal-liġi Komunitarja jista’ jkun biżżejjed sabiex din tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur serju biżżejjed [80]. Madankollu, rigward l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-awtoritajiet tal-Istat Membru m’għandhom l-ebda diskrezzjoni li ma jinnotifikawx il-miżuri tal-għajnuna mill-Istat. Fil-prinċipju, dawn għandhom l-obbligu assolut li jinnotifikaw dawn il-miżuri kollha qabel l-implimentazzjoni tagħhom. Għalkemm il-QEĠ xi kultant tikkunsidra l-iskużabilità tal-ksur rilevanti tal-liġi Komunitarja [81], fil-preżenza tal-għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru normalment ma jistgħux jargumentaw li ma kinux konxji mill-obbligu ta’ waqfien totali. Dan għaliex jeżistu ġurisprudenza kif ukoll gwida sostanzjali tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 87(1) u 88(3) tat-Trattat. F’każ ta’ dubju, l-Istati Membri jistgħu dejjem jinnotifikaw il-miżura lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ ċertezza legali [82].

48. It-tielet rekwiżit li l-ksur tal-liġi Komumitarja jrid ikun ikkawża dannu finanzjarju attwali u ċert lir-rikorrent jista’ jintlaħaq b’diversi modi.

49. Ir-rikorrent ħafna drabi jargumenta li l-għajnuna kienet responsabbli direttament għal telf ta’ qligħ. Meta tkun ikkonfrontata b’tali talba, il-qorti nazzjonali għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) Minħabba r-rekwiżiti tal-ekwivalenza u l-effettività tal-liġi Komunitarja [83], ir-regoli nazzjonali ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà ta’ Stat Membru għat-telf ta’ qligħ [84]. Skont il-liġi Komunitarja, dannu jista’ jeżisti irrispettivament jekk il-ksur ikunx il-kawża ta' telf ta' attiv min-naħa tar-rikorrent jew jekk ma ħalliex lir-rikorrent itejjeb il-pożizzjoni tal-attiv tiegħu. Jekk il-liġi nazzjonali jkollha din l-esklużjoni, il-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ tapplika din id-dispożizzjoni fir-rigward ta’ talbiet għad-danni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(b) Li jiġi stabbilit l-ammont attwali tal-qligħ mitluf ikun ferm eħfef meta l-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi tkun ippermettiet li l-benefiċjarju jirbaħ kuntratt jew opportunità speċifika ta’ negozju fuq ir-rikorrent. Il-qorti nazzjonali mbagħad tkun tista’ tikkalkula d-dħul li r-rikorrent x’aktarx kien jiġġenera taħt dan il-kuntratt. F’każijiet fejn il-kuntratt ikun twettaq diġà mill-benefiċjarju, il-qorti nazzjonali tikkunsidra wkoll il-qligħ attwali ġġenerat.

(ċ) Ikunu meħtieġa valutazzjonijiet aktar ikkumplikati tad-dannu meta l-għajnuna sempliċement twassal għal telf ġenerali ta’ sehem mis-suq. Mod wieħed possibbli ta’ kif jistgħu jiġu ttrattati każijiet bħal dawn jista’ ikun billi tiġi pparagunata s-sitwazzjoni attwali tad-dħul tar-rikorrent (ibbażata fuq il-kont tal-qligħ u t-telf) mas-sitwazzjoni ipotetika tad-dħul li kieku l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi ma ngħatatx.

(d) Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn id-dannu li jkun sofra r-rikorrent jaqbeż il-qligħ mitluf. Dan jista’, pereżempju, ikun il-każ meta, bħala konsegwenza tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi, ir-rikorrent jitlef in-negozju tiegħu (pereżempju minħabba falliment).

50. Il-possibbiltà li jintalbu d-danni hija, fil-prinċipju, indipendenti minn kwalunkwe investigazzjoni parallela tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-istess miżura għall-għajnuna. Investigazzjoni li tkun għadha għaddejja ma teħlisx lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha li tissalvagwardja d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat [85]. Minħabba li r-rikorrent jista’ juri li hu sofra t-telf minħabba l-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna, u, b’mod aktar speċifiku, minħabba l-vantaġġ illegali taż-żmien għall-benefiċjarju, it-talbiet għad-danni li jirnexxu lanqas ma jiġu eliminati meta l-Kummissjoni tkun approvat diġà l-għajnuna sal-mument li l-qorti nazzjonali tkun iddeċidiet dwar dan [86].

51. Ir-regoli proċedurali nazzjonali xi kultant jippermettu lill-qorti nazzjonali tistrieħ fuq valutazzjonijiet raġonevoli sabiex jiġi ddeterminat l-ammont attwali tad-danni li jrid jingħata lir-rikorrent. Fejn dan ikun il-każ, u sakemm jitħares il-prinċipju tal-effettività [87], l-użu ta’ dawn il-valutazzjonijiet ikun possibbli wkoll fir-rigward ta’ talbiet għad-danni li jiriżultaw skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Din tista’ tkun għodda utli għall-qrati nazzjonali li jkollhom diffikultajiet fil-kalkolu tad-danni.

52. Il-prerekwiżiti legali tat-talbiet għad-danni skont il-liġi Komunitarja u l-kwistjonijet tal-kalkolu tad-danni jistgħu wkoll jiffurmaw il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna mill-Kummissjoni skont it-Taqsima 3 tal-Avviż preżenti.

2.2.5. Talbiet għad-danni kontra l-benefiċjarju

53. Ir-rikorrenti potenzjali huma intitolati li jressqu t-talbiet għad-danni kontra l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi li fihom ir-rikorrent jippreferi jitlob għad-danni direttament mingħand il-benefiċjarju.

54. Fis-sentenza "SFEI", il-QEĠ indirizzat b’mod espliċitu l-kwistjoni dwar jekk, skont il-liġi Komunitarja, jistgħux jitressqu azzjonijiet diretti għad-danni kontra l-benefiċjarju. Ġie konkluż li, minħabba li l-Artikolu 88(3) tat-Trattat ma jimponi l-ebda obbligi diretti fuq il-benefiċjarju, m’hemmx bażi ta’ liġi Komunitarja biżżejjed għal dawn it-talbiet [88].

55. Madankollu, dan ma jippreġudika bl-ebda mod il-possibbiltà ta’ azzjoni għad-danni b’suċċess kontra l-benefiċjarju fuq il-bażi ta’ liġi nazzjonali sostantiva. F’dan il-kuntest, il-QEĠ irreferiet b’mod speċifiku għall-possibbiltà li r-rikorrenti potenzjali jistrieħu fuq ir-regoli nazzjonali li jirregolaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali [89].

2.2.6. Miżuri Intermedjarji

56. L-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiġbdu l-konsegwenzi legali neċessarji mill-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali mhuwiex limitat għas-sentenzi finali tagħhom. Bħala parti mir-rwol tagħhom skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-qrati nazzjonali huma meħtieġa wkoll li jieħdu miżuri provviżorji meta jkun xieraq sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-individwi [90] u l-effettività tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

57. Is-setgħa tal-qrati nazzjonali li jadottaw miżuri provviżorji tista’ tkun ta’ importanza kbira għall-partijiet interessati meta tkun meħtieġa deċiżjoni provviżorja ta’ malajr. Minħabba l-kapaċità tagħhom li jaġixxu malajr kontra l-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi, il-viċinanza tagħhom kif ukoll il-varjetà ta’ miżuri disponibbli lilhom, il-qrati nazzjonali huma f’pożizzjoni tajba sabiex jieħdu miżuri provviżorji meta l-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi tkun tħallset diġà jew tkun se titħallas.

58. L-iktar każijiet ċari huma dawk fejn l-għajnuna mogħtija kontra l-liġi tkun għadha ma ġietx żburżata, iżda jkun hemm ir-riskju li dawn il-ħlasijiet isiru matul il-kors tal-proċedimenti tal-qorti nazzjonali. F’dawn il-każijiet, l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tevita li jinkiser l-Artikolu 88(3) tat-Trattat [91] jista’ jeħtieġ li din toħroġ ordni provviżorja li twaqqaf l-iżburżar kontra l-liġi sakemm jissolva l-mertu tal-każ.

59. Fejn ikun sar diġà ħlas kontra l-liġi, ir-rwol tal-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat normalment jeħtieġ li dawn jordnaw l-irkupru sħiħ (inklużi l-imgħaxijiet mill-illegalità). Minħabba l-prinċipju tal-effettività [92], il-qorti nazzjonali tista’ ma tipposponix dan billi ttawwal il-proċeduri mingħajr ġustifikazzjoni. Fil-fatt, dan id-dewmien mhux biss jaffettwa d-drittijiet individwali li jipproteġi l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, iżda jżid ukoll direttament id-dannu kompetittiv li jiġi mill-illegalità tal-għajnuna.

60. Madankollu, minkejja dan l-obbligu ġenerali, jista’ għaldaqstant ikun hemm ċirkostanzi li fihom is-sentenza finali għall-qorti nazzjonali tiġi mdewma. F’dawn il-każijiet, l-obbligu biex jitħarsu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat jitlob lill-qorti nazzjonali tuża l-miżuri provviżorji disponibbli kollha tagħha skont il-qafas proċedurali nazzjonali applikabbli biex almenu ttemm l-effetti antikompetittivi tal-għajnuna fuq bażi proviżorja ("l-irkupru provviżorju") [93]. L-applikazzjoni ta’ regoli proċedurali nazzjonali f’dan il-kuntest hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ ekwivalenza u effettività [94].

61. Fejn, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Komunità’ u l-prattika tal-Kummissjoni, l-imħallef nazzjonali wasal għal konvinzjoni prima facie raġonevoli li l-miżura in kwistjoni tinvolvi għajnuna mill-Istat kontra l-liġi, ir-rimedju l-aktar espedjenti jkun, fl-opinjoni tal-Kummissjoni u suġġett għal-liġi nazzjonali proċedurali, li jordna li l-għajnuna kontra l-liġi u l-imgħax mill-illegalità jitpoġġew f'kont blukkat sakemm il-mertu tal-kwistjoni jiġi riżolt. Fl-aħħar sentenza tagħha, il-qorti nazzjonali għandha mbagħad jew tordna li l-fondi fil-kont ibblukkat jintbagħtu lura lill-awtorità li tat l-għajnuna mill-Istat, jekk l-illegalità tiġi kkonfermata, jew tordna li l-fondi jiġu rilaxxati lill-benefiċjarju.

62. L-irkupru provviżorju jista’ jkun ukoll strument effettiv ħafna f’każijiet fejn il-proċedimenti tal-qorti nazzjonali jkunu għaddejjin parallelment ma' investigazzjoni mill-Kummissjoni [95]. Investigazzjoni tal-Kummissjoni li tkun għadha għaddejja ma teżentax lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha li tipproteġi d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat [96]. Il-qorti nazzjonali, għalhekk, ma tistax sempliċement tissospendi l-proċeduri tagħha sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha u sadattant tħalli d-drittijiet tar-rikorrent skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat mhux protetti. Fejn il-qorti nazzjonali tkun tixtieq li tistenna l-eżitu tal-valutazzjoni tal-kompatibbilità mill-Kummissjoni qabel ma tadotta ordni ta’ rkupru finali u irriversibbli, din għandha għaldaqstant tadotta miżuri provviżorji xierqa. Għal darba oħra, l-ordni li l-fondi jitpoġġew f’kont blukkat tidher li hija rimedju xieraq. F'każijiet fejn:

(a) il-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli, il-qorti nazzjonali tista’ tordna li l-fondi fil-kont blukkat imorru lura għand l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat (l-għajnuna u l-imgħax mill-illegalità).

(b) il-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli, din tista’ teħles lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha tal-liġi Komunitarja sabiex tordna l-irkupru sħiħ [97]. Il-qorti għalhekk, skont il-liġi nazzjonali [98], tista’ tordna l-ammont attwali tal-għajnuna sabiex jiġi rilaxxat lill-benefiċjarju. Madankollu, kif deskritt fit-Taqsima 2.2.3, il-qorti nazzjonali tibqa’ taħt l-obbligu tal-liġi Komunitarja sabiex tordna l-irkupru tal-imgħax mill-illegalità [99]. Dan l-imgħax mill-illegalità għandu għaldaqstant jitħallas lill-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat.

2.3. Rwol tal-qrati nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet negattivi tal-Kummissjoni li jordnaw l-irkupru

63. Il-qrati nazzjonali jistgħu jiffaċċjaw ukoll kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun ordnat diġà li jsir l-irkupru. Għalkemm ħafna mill-każijiet ikunu azzjonijiet għall-annullament ta’ ordni ta’ rkupru nazzjonali, partijiet terzi wkoll jistgħu jitolbu kumpens mill-awtoritajiet nazzjonali talli naqsu milli jimplimentaw deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni.

2.3.1. Sfida tal-validità ta’ ordni ta’ rkupru nazzjonali

64. Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet ta’ rkupru mingħajr dewmien. L-irkupru jsir skont il-proċeduri disponibbli taħt il-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu t-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-irkupru. Meta regola ta’ proċedura nazzjonali ma tippermettix l-irkupru immedjat u/jew effettiv, il-qorti nazzjonali għandha tħalli din id-dispożizzjoni mhux applikata [100].

65. Il-validità tal-ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jimplimentaw deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni xi kultant tiġi sfidata quddiem qorti nazzjonali. Ir-regoli li jikkontrollaw dawn l-azzjonijiet huma stipulati fid-dettall fl-Avviż tal-2007 dwar l-Irkupru mill-Kummissjoni [101], li l-prinċipji ewlenin tiegħu qed jidhru fil-qosor f'din it-Taqsima.

66. B’mod partikolari, l-azzjonijiet ta’ qorti nazzjonali ma jistgħux jisfidaw il-validità tad-deċiżjoni sottostanti tal-Kummissjoni meta r-rikorrent seta’ sfida din id-deċiżjoni direttament quddiem il-qrati tal-Komunità [102]. Dan ifisser ukoll li, fejn sfida skont l-Artikolu 230 tat-Trattat tkun possibbli, il-qorti nazzjonali ma tistax tissospendi t-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru għal raġunijiet marbuta mal-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni [103].

67. Fejn mhux ċar li r-rikorrent jista’ jressaq azzjoni għal annullament taħt l-Artikolu 230 tat-Trattat (per eżempju fejn il-miżura kienet skema ta' għajnuna b’kopertura wiesgħa li għaliha r-rikorrent forsi ma jkunx jista’ juri interess individwali), il-qorti nazzjonali għandha, fil-prinċipju, toffri protezzjoni legali. Iżda, anke f’dawk iċ-ċirkostanzi, l-imħallef nazzjonali għandu jitlob deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat fejn l-azzjoni legali tikkonċerna l-validità u l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni [104].

68. Li tingħata deċiżjoni provviżorja f’dawn iċ-ċirkostanzi huwa suġġett għal rekwiżiti legali stretti ħafna li huma definiti fil-ġurisprudenza "Zuckerfabrik" [105] u "Atlanta" [106]: qorti nazzjonali tista’ tissospendi biss ordnijiet ta’ rkupru taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-qorti jkollha dubji serji dwar il-validità tal-att tal-Komunità. Jekk il-validità tal-att ikkontestat ma ma tkunx tressqet diġà quddiem il-QEĠ, hija stess għandha tirreferi l-kwistjoni lill-QEĠ; (ii) irid ikun hemm urġenza fis-sens li d-deċiżjoni provviżorja tkun neċessarja sabiex jiġi evitat li l-parti li qed tfittex provvediment provviżorju ssofri dannu serju u irrimedjabbli; u (iii) il-qorti għandha tikkunsidra b'mod xieraq l-interess tal-Komunità. Fil-valutazzjoni tagħha ta’ dawk il-kundizzjonijiet kollha, il-qorti nazzjonali għandha tirrispetta kwalunkwe deċiżjoni mill-qrati tal-Komunità dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew dwar l-applikazzjoni għal deċiżjoni provviżorja fuq livell ta’ Komunità [107].

2.3.2. Danni għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru

69. Bħall-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali, in-nuqqas mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru sabiex ikunu konformi ma’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Proċedurali jista’ jwassal għal talbiet għad-danni skont il-ġurisprudenza "Francovich" u "Brasserie du Pêcheur" [108]. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, it-trattament ta’ dawn it-talbiet għad-danni jirrifletti l-prinċipji fir-rigward tal-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali [109]. Dan għaliex, (i) l-obbligu ta’ rkupru ta’ Stat Membru huwa mmirat sabiex jipproteġi l-istess drittijiet individwali bħall-obbligu ta’ waqfien totali, u (ii) id-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-Kummissjoni ma jħallu lill-awtoritajiet nazzjonali l-ebda diskrezzjoni; il-ksur ta’ obbligu ta’ rkupru għandu għalhekk, fil-prinċipju, jitqies bħala serju biżżejjed. Għaldaqstant, is-suċċess ta’ talba għad-danni għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni għal darb’oħra jiddependi fuq jekk ir-rikorrent jistgħax juri li hu sofra telf direttament bħala riżultat tal-irkupru mdewwem [110].

2.4. Regoli proċedurali u l-locus standi quddiem il-qrati nazzjonali

2.4.1. Prinċipji ġenerali

70. Il-qrati nazzjonali huma obbligati jinfurzaw l-obbligu ta’ waqfien totali u jipproteġu d-drittijiet tal-individwi kontra għajnuna mill-Istat li tingħata kontra l-liġi. Fil-prinċipju, ir-regoli proċedurali nazzjonali japplikaw għal dawn il-proċedimenti [111]. Madankollu, ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali f’dawn iċ-ċirkostanzi tiddependi minn żewġ kundizzjonijiet importanti:

(a) ir-regoli proċedurali nazzjonali li japplikaw għal talbiet skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat ma jistgħux ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw it-talbiet li jsiru taħt il-liġi domestika (il-prinċipju tal-ekwivalenza) [112]; u

(b) ir-regoli proċedurali nazzjonali ma jistgħux jirrendu diffiċli żżejjed jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti bil-liġi tal-Komunità (il-prinċipju tal-effettività) [113].

71. Minħabba s-supremazija tal-liġi tal-Komunità, il-qrati nazzjonali għandhom iħallu r-regoli proċedurali nazzjonali mhux applikati jekk kieku jsir mod ieħor, jiġu miksura l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 70 [114].

2.4.2. Locus standi

72. Skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-prinċipju tal-effettività għandu impatt dirett fuq il-pożizzjoni tar-rikorrenti possibbli quddiem il-qrati nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-liġi tal-Komunità teħtieġ li r-regoli nazzjonali dwar il-locus standi ma jimminawx id-dritt għal protezzjoni ġuridika effettiva [115]. Ir-regoli nazzjonali, għalhekk, ma jistgħux jillimitaw il-locus standi għall-kompetituri tal-benefiċjarju biss [116]. Il-partijiet terzi li ma jiġux affettwati bid-distorsjoni għall-kompetizzjoni li tirriżulta mill-miżura ta’ għajnuna jista’ jkollhom ukoll interess legali biżżejjed ta’ natura differenti (kif diġà ġie rikonoxxut f’każijiet ta’ tassazzjoni) sabiex iressqu proċedimenti quddiem il-qorti nazzjonali [117].

2.4.3. Kwistjonijiet ta' locus standi f’każijiet ta' tassazzjoni

73. Il-ġurisprudenza msemmija fil-paragrafu 72 hija partikolarment rilevanti għall-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ eżenzjonijiet mit-taxxi u responsabbiltajiet finanzjarji oħra. F’dawn il-każijiet, jista' jiġri li persuni li ma jibbenefikawx mill-istess eżenzjoni jisfidaw il-piż fiskali tagħhom stess fuq il-bażi tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat [118].

74. Madankollu, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Komunità, partijiet terzi li jħallsu t-taxxa jistgħu jistrieħu biss fuq l-obbligu ta’ waqfien totali meta l-ħlas tat-taxxa tagħhom ikun jifforma parti integrali minn miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ngħatat kontra l-liġi [119]. Dan huwa l-każ fejn, skont ir-regoli nazzjonali rilevanti, id-dħul fiskali jkun riżervat esklużivament għall-finanzjament tal-għajnuna mill-Istat li ngħatat kontra l-liġi u jkollu impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat [120].

75. Jekk eżenzjonijiet ingħataw mit-taxxi ġenerali, dawn il-kriterji mhumiex ġeneralment sodisfatti. Impriża li hi responsabbli għall-ħlas ta’ dawn it-taxxi għalhekk ma tistax tiddikjara b’mod ġenerali li l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ ħaddieħor hija kontra l-liġi taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat [121]. Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li jekk l-eżenzjoni minn taxxa illegali tiġi estiża għar-rikorrent dan ma jkunx ta’ rimedju xieraq għall-ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Din il-miżura ma teliminax l-effetti antikompetittivi tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi, iżda għall-kuntrarju, isaħħaħhom [122].

2.4.4. Ġbir tal-evidenza

76. Il-prinċipju tal-effettività jista’ jinfluwenza wkoll il-proċess tal-ġbir tal-evidenza. Pereżempju, meta l-piż tal-prova rigward talba partikolari jagħmilha impossibbli jew diffiċli ħafna għar-rikorrent sabiex jissostanzja t-talba tiegħu (pereżempju fejn dan ma jkollux l-evidenza dokumentata meħtieġa), il-qorti nazzjonali tkun meħtieġa tuża l-mezzi kollha disponibbli skont il-liġi proċedurali nazzjonali sabiex tagħti aċċess lir-rikorrent għal din l-evidenza. Dan jista’ jinkludi, fejn previst bil-liġi nazzjonali, l-obbligu li l-qorti nazzjonali tordna lill-konvenut jew lil parti terza sabiex jagħmlu d-dokumenti meħtieġa disponibbli għar-rikorrent [123].

3. SOSTENN TAL-KUMMISSJONI LILL-QRATI NAZZJONALI

77. Skont l-Artikolu 10 tat-Trattat, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri għandhom obbligu reċiproku ta’ kooperazzjoni leali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat tal-KE. L-Artikolu 10 tat-Trattat jimplika għalhekk li l-Kummissjoni għandha tassisti qrati nazzjonali meta japplikaw l-liġi tal-Komunità [124]. Bl-istess mod, il-qrati nazzjonali jistgħu jkunu obbligati sabiex jgħinu lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha [125].

78. Meta wieħed jikkunsidra r-rwol tal-qrati nazzjonali fl-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija impenjata li tgħin lill-qrati nazzjonali fejn dawn tal-aħħar isibu tali għajnuna meħtieġa meta jiġu biex jiddeċiedu dwar każ pendenti. Filwaqt li l-Avviż ta’ Kooperazzjoni tal-1995 diġà offra lill-qrati nazzjonali l-possibbiltà li jitolbu l-għajnuna lill-Kummissjoni, din il-possibbiltà ma ntużatx regolarment mill-qrati nazzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk tixtieq li tagħmel attentat ieħor sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-qrati nazzjonali billi tforni mekkaniżmi ta' sostenn aktar prattiċi u faċli biex tużahom. Filwaqt li tagħmel dan, hija tispira ruħha mill-Avviż dwar il-Kooperazzjoni għall-Antitrust [126].

79. Is-sostenn tal-Kummissjoni lill-qrati nazzjonali jista’ jkun ta’ żewġ forom differenti:

(a) Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni sabiex tittrasmettilha l-informazzjoni rilevanti li għandha fil-pussess tagħha (ara t-Taqsima 3.1).

(b) Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni għal opinjoni rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara t-Taqsima 3.2).

80. Fejn tkun ta’ sostenn għall-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-obbligu tagħha tal-kunfidenzjalità professjonali u tissalvagwardja l-funzjonalità u l-indipendenza tagħha stess [127]. Fit-twettiq tal-obbligu tagħha skont l-Artikolu 10 tat-Trattat lejn il-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni għaldaqstant hija impenjata li tibqa’ newtrali u oġġettiva. Peress li s-sostenn tal-Kummissjoni lill-qrati nazzjonali huwa parti mill-obbligu tagħha li tiddefendi l-interess pubbliku, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda intenzjoni li taqdi l-interessi privati tal-partijiet involuti fil-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk ma tisma’ lill-ebda parti involuta fil-proċedimenti nazzjonali rigward l-għajnuna tagħha lill-qorti nazzjonali.

81. Is-sostenn offrut lill-qrati nazzjonali taħt dan l-Avviż huwa volontarju u bla ħsara għall-possibbiltà jew l-obbligu [128] għall-qorti nazzjonali li titlob lill-QEĠ għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tal-liġi tal-Komunità skont l-Artikolu 234 tat-Trattat.

3.1. Trasmissjoni tal-informazzjoni lill-qrati nazzjonali

82. L-obbligu tal-Kummissjoni li tgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jinkludi l-obbligu li din tittrasmetti lill-qrati nazzjonali l-informazzjoni rilevanti fil-pussess tagħha [129].

83. Qorti nazzjonali tista’, inter alia, titlob lill-Kummissjoni għal dawn it-tipi ta’ informazzjoni:

(a) Informazzjoni dwar proċedura pendenti tal-Kummissjoni; din tista’, inter alia, tinkludi informazzjoni dwar jekk proċedura dwar miżura partikolari ta’ għajnuna tkunx pendenti quddiem il-Kummissjoni, jekk ċerta miżura ta’ għajnuna tkunx ġiet notifikata kif jixraq skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk il-Kummissjoni tkunx bdiet investigazzjoni formali, u jekk il-Kummissjoni tkunx diġà ħadet deċiżjoni [130]. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara meta din x’aktarx tkun se tiġi adottata.

(b) Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tittrasmettilhom dokumenti li din ikollha fil-pussess tagħha. Dan jista’ jinkludi kopji ta’ deċiżjonijiet eżistenti tal-Kummissjoni sakemm dawn id-deċiżjonijiet ma jkunux ġew ippubblikati diġà fuq il-websajt tal-Kummissjoni, dejta fattwali, statistiċi, studji tas-suq u analiżi ekonomika.

84. Sabiex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali tkun effiċjenti, it-talbiet għal informazzjoni se jkunu proċessati malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni se tipprova tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni mitluba fi żmien xahar mid-data tat-talba. Fejn il-Kummissjoni jkollha bżonn tistaqsi lill-qorti nazzjonali għal aktar kjarifiki, dan il-perjodu ta’ xahar jibda mill-mument meta din tirċievi l-kjarifika. Meta l-Kummissjoni jkollha tikkonsulta partijiet terzi li jkunu affettwati direttament bit-trasmissjoni tal-informazzjoni, il-perjodu ta’ xahar jibda mill-konklużjoni ta’ din il-konsultazzjoni. Dan jista’, pereżempju, ikun il-każ għal ċerti tipi ta’ informazzjoni mressqa minn persuna privata [131], jew meta l-informazzjoni mressqa minn Stat Membru tkun mitluba minn qorti fi Stat Membru differenti.

85. Meta tittrasmetti l-informazzjoni lill-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni teħtieġ twettaq il-garanziji mogħtija lil persuni fiżiċi u legali skont l-Artikolu 287 tat-Trattat [132]. L-Artikolu 287 tat-Trattat jipprojbixxi li membri, uffiċjali u impjegati oħra tal-Kummissjoni jiżvelaw informazzjoni li tkun koperta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità professjonali. Dan jista’ jinkludi informazzjoni kunfidenzjali u sigrieti tan-negozju.

86. L-Artikoli 10 u 287 tat-Trattat ma jwasslux għall-projbizzjoni assoluta li l-Kummissjoni tittrasmetti lill-qrati nazzjonali informazzjoni koperta bil-kunfidenzjalità professjonali. Kif ikkonfermat mill-qrati tal-Komunità, l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali jeħtieġ li l-Kummissjoni tforni lill-qorti nazzjonali bi kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tkun teħtieġ [133]. Dan jinkludi wkoll informazzjoni koperta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità professjonali.

87. Meta din tkun beħsiebha tforni informazzjoni koperta mill-kunfidenzjalità professjonali lil qorti nazzjonali, il-Kummissjoni għalhekk għandha tfakkar lill-qorti dwar l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 287 tat-Trattat. Din titlob lill-qorti nazzjonali jekk tistax tiggarantixxi l-protezzjoni ta’ din l-informazzjoni kunfidenzjali u dawn is-sigrieti tan-negozju. Meta l-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ toffri tali garanzija, il-Kummissjoni ma tittrasmettix l-informazzjoni kkonċernata [134]. Fejn, mill-banda l-oħra, il-qorti nazzjonali tkun offriet tali garanzija, il-Kummissjoni tittrasmetti l-informazzjoni meħtieġa.

88. Jeżistu xenarji oħra li fihom il-Kummissjoni tista’ tiġi pprojbita milli tiżvela ċerta informazzjoni lil qorti nazzjonali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta milli tittrasmetti l-informazzjoni lil qorti nazzjonali meta din it-trasmissjoni tkun se tinterferixxi mat-tħaddim u l-indipendenza tal-Komunitajiet. Dan huwa l-każ meta l-iżvelar jista’ jhedded it-twettiq tal-kompiti fdati lill-Kummissjoni [135] (pereżempju informazzjoni dwar il-proċess intern tad-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni).

3.2. Opinjonijiet dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

89. Meta tiġi biex tapplika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal każ li jkun pendenti quddiemha, il-qorti nazzjonali għandha tirrispetta kwalunkwe regoli rilevanti tal-Komunità fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll il-ġurisprudenza eżistenti tal-qrati tal-Komunità. Barra minn hekk, qorti nazzjonali tista’ tfittex gwida fir-rigward tal-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u l-avviżi u l-linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat maħruġa mill-Kummissjoni. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi li fihom din l-għodda ma toffriex lill-qorti nazzjonali gwida biżżejjed dwar il-kwistjonijiet involuti. Fid-dawl tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 10 tat-Trattat u meta wieħed jikkunsidra r-rwol importanti u kumpless li l-qrati nazzjonali għandhom fl-infurzar tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għalhekk tagħti lill-qrati nazzjonali l-opportunità sabiex dawn jitolbu l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat [136].

90. Dawn l-opinjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu, fil-prinċipju, jkopru l-kwistjonijiet ekonomiċi, fattwali jew legali kollha li jirriżultaw fil-kuntest ta’ proċedimenti nazzjonali [137]. Kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tal-liġi Komunitarja jistgħu ovvjament iwasslu wkoll lill-qrati nazzjonali sabiex titlob deċiżjoni preliminari tal-QEĠ taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat. Fejn ma jkun hemm l-ebda rimedju ġudizzjarju ieħor kontra d-deċiżjoni tal-qorti taħt il-liġi nazzjonali, l-użu ta’ din il-proċedura ta’ referenza preliminari hi, fil-prinċipju, mandatarja [138].

91. Suġġetti possibbli li dwarhom il-Kummissjoni tista’ tagħti opinjoni jinkludu, inter alia:

(a) Jekk ċerta miżura tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat u, jekk ikun hekk, kif għandu jiġu kkalkulat l-ammont eżatt tal-għajnuna. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jkunu relatati ma’ kull kriterju taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat (jiġifieri l-eżistenza ta’ vantaġġ, mogħti minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, distorsjoni possibbli għall-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri).

(b) Jekk ċerta miżura għall-għajnuna tissodisfax xi rekwiżit partikolari tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa sabiex l-ebda notifika individwali ma tkun meħtieġa u l-obbligu ta’ waqfien totali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat ma japplikax.

(ċ) Jekk ċerta miżura għall-għajnuna taqax taħt skema speċifika ta’ għajnuna li tkun ġiet notifikata u approvata mill-Kummissjoni jew inkella din tikkwalifikax bħala għajnuna eżistenti. F’dawk il-każijiet ukoll l-obbligu ta’ waqfien totali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat ma japplikax.

(d) Jekk jeżistux ċirkostanzi eċċezzjonali (kif imsemmi fis-sentenza "SFEI" [139] li jistgħu jimpedixxu lill-qorti nazzjonali milli tordna l-irkupru sħiħ skont il-liġi tal-Komunità.

(e) Meta l-qorti nazzjonali tkun meħtieġa tordna l-irkupru ta’ imgħaxijiet, din tista’ titlob lill-Kummissjoni għall-għajnuna dwar il-kalkolu tal-imgħax u r-rata tal-imgħax applikabbli.

(f) Il-prerekwiżiti legali għat-talbiet għad-danni skont il-liġi tal-Komunità u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kalkolu tad-dannu li jkun sar.

92. Kif intqal fil-paragrafu 20, il-valutazzjoni tal-kompatibbilità ta’ miżura ta’ għajnuna mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(2) u 87(3) tat-Trattat taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni. Il-qrati nazzjonali mhumiex kompetenti li jagħmlu valutazzjoni tal-kompatibbilità ta’ miżura ta’ għajnuna. Filwaqt li l-Kummissjoni ma tistax, għalhekk, tforni opinjonijiet dwar il-kompatibbilità, dan ma jipprojbix lill-qorti nazzjonali milli titlob informazzjoni proċedurali dwar jekk il-Kummissjoni tkunx diġà qed tagħmel valutazzjoni dwar il-kompatibbilità ta’ ċerta miżura għall-għajnuna (jew tkunx beħsiebha tagħmel hekk) u, jekk ikun hekk, meta x’aktarx li tiġi adottata d-deċiżjoni tagħha [140].

93. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni tillimita ruħha sabiex tforni lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni fattwali jew bil-kjarifika ekonomika jew legali mitluba, mingħajr ma toqgħod tikkunsidra l-merti tal-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. Barra minn hekk, kontra l-interpretazzjoni awtoritattiva tal-liġi tal-Komunità mill-qrati tal-Komunità, l-opinjoni tal-Kummissjoni ma torbotx legalment lill-qorti nazzjonali.

94. Fl-interess li l-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali tkun effettiva kemm jista’ jkun, talbiet għal opinjonijiet mill-Kummissjoni se jiġu pproċessati malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni se tipprova tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni mitluba fi żmien erba′ xhur mid-data tat-talba. Fejn il-Kummissjoni jkollha bżonn titlob lill-qorti nazzjonali għal aktar kjarifiki dwar it-talba tagħha, dan il-perjodu ta’ erba’ xhur jibda jgħodd mill-mument meta l-Kummissjoni tirċievi l-kjarifika.

95. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota, madankollu, li l-obbligu ġenerali tal-qrati nazzjonali li jipproteġu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat japplika wkoll matul il-perjodu li fih il-Kummissjoni tipprepara l-opinjoni mitluba. Dan għaliex, kif stipulat fil-paragrafu 62, l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jipproteġu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat japplika irrispettivament minn jekk id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tkunx għadha mistennija jew le [141].

96. Kif indikat diġà fil-paragrafu 80, il-Kummissjoni ma tismax lill-partijiet qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha lill-qorti nazzjonali. L-introduzzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni fil-proċediment nazzjonali tiddependi mir-regoli proċedurali nazzjonali rilevanti, li jridu jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità.

3.3. Kwistjonijiet prattiċi

97. Sabiex tikkontribwixxi ulterjorment għal kooperazzjoni u komunikazzjoni aktar effettiva bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi punt ta’ kuntatt uniku, li lilu l-qrati nazzjonali jistgħu jindirizzaw it-talbiet kollha tagħhom għal sostenn skont it-Taqsimiet 3.1 u 3.2, kif ukoll kwalunkwe mistoqsijiet miktuba jew orali oħra li jistgħu jinqalgħu fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum rigward il-politika dwar l-għajnuna mill-Istat.

Kummissjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

B-1049 Brussel

Belġju

Telefon 0032 2 29 76271

Fax 0032 2 29 98330

Email ec-amicus-state-aid@ec.europa.eu

98. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju rigward il-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali skont dan l-Avviż fir-Rapport annwali tagħha dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni. Tagħmel ukoll l-opinjonijiet u l-osservazzjonijiet tagħha disponibbli fuq il-websajt tagħha.

4. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

99. Dan l-Avviż inħareġ sabiex jgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ma jorbotx lill-qrati nazzjonali jew jaffettwa l-indipendenza tagħhom. Barra minn dan, l-Avviż ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri u tal-persuni fiżiċi jew legali taħt il-liġi Komunitarja.

100. Dan l-Avviż jieħu post l-Avviż dwar il-Kooperazzjoni tal-1995.

101. Il-Kummissjoni beħsiebha terġa′ teżamina dan l-Avviż ħames snin wara l-adozzjoni tiegħu.

[1] Pjan ta’ Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat. Għajnuna mill-Istat li hija inqas fl-ammont u mmirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-Għajnuna mill-Istat 2005-2009 (COM(2005) 107 finali.

[2] SAAP, paragrafi 55 u 56.

[3] ĠU C 312, 23.11.1995, p. 8.

[4] Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/studies_reports/studies_reforms.cfm. L-istudju kopra biss l-UE-15.

[5] Żieda totali minn 116-il kawża għal 357 kawża.

[6] 51 % tas-sentenzi kollha.

[7] 12 % tas-sentenzi kollha.

[8] Il-Kawża 78/76, Steinike & Weinlig, [1997] Ġabra 595, paragrafu 14; il-Kawża C-39/94, SFEI et, [1996] Ġabra I-3547, paragrafu 49; Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, [1991] Ġabra I-5505, paragrafu 10; u l-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, [2006] Ġabra I-9957, paragrafu 39.

[9] Każ C-308/01, GIL Insurance and Others, [2004] Ġabra I-4777, paragrafu 69; Każ C-387/92, Banco Exterior de España v Ayuntamiento de Valencia, [1994] Ġabra I-877, paragrafu 13; Każ C-295/97, Piaggio, [1999] Ġabra I-3735, paragrafu 34; Każ C-39/94, SFEI, ċitat aktar ′l fuq fin-nota numru 8 f’qiegħ il-paġna paragrafu 58; Każ C-237/04, Enirisorse [2006] ECR I-2843, paragrafu 42; u Każ C-66/02, Italy v Commission [2005] Ġabra I-10901, paragrafu 77.

[10] Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja v Il-Kummissjoni, [1994] Ġabra I-4103, paragrafu 28: "Għajnuna mill-Istat hija mogħtija kull meta Stat Membru jagħmel disponibbli lil intrapriża fondi li fil-kors normali tal-affarijiet ma jkunux ipprovduti minn investitur privat li japplika kriterji kummerċjali normali u li jwarrab konsiderazzjonijiet oħra ta’ natura soċjali, politika u filantropika".

[11] Kawża 290/83, Il-Kummissjoni v Franza, [1985] Ġabra 439, paragrafu 14; u l-kawża C-482/99 Franza v Kummissjoni [2002] Ġabra I-4397, paragrafi 36 u 42.

[12] Analiżi ċara ta’ din id-distinzjoni tinsab fl-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-Kawżi Magħquda C-72/91 u C-73/91, Sloman Neptun v Bodo Ziesemer, [1993] Ġabra I-887.

[13] Ara, inter alia, Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05 Air Liquide Industries Belgium, [2006] Ġabra I-5293, paragrafi 33 sa 36; Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio de Firenze et, [2006] Ġabra I-289, paragrafi 139 sa 141; u Kawża C-310/99, L-Italja v Il-Kummissjoni, [2002] Ġabra I-2289, paragrafi 84 sa 86.

[14] Eżempju tajjeb huwa l-Kawża Altman tal-QEĠ, Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, [2003] Ġabra I-7747.

[15] Dwar it-test tal-investitur privat in ġenerali, ara Kawża C-142/87, Belgium v Commission (Tubemeuse) [1990] Ġabra I-959; Kawża C-342/89, l-Italja vs il-Kummissjoni (Alfa Romeo), [1991] Ġabra I-1603, paragrafi 19 u 20. Dwar ir-raġunijiet dettaljati tagħha, ara l-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, Westdeutsche Landesbank Girozentrale v Commission, [2003] Ġabra II-435, paragrafi 245 et seq. Ara wkoll il-Bullettin KE 9-1984, riprodotti fil-"Competition law in the European Communities", Volum IIA, u Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE lil impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura, (ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3). Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruporti, ara l-linji gwida tal-Komunita’ dwar il-finanzjament tal-ajruporti u għajnuna start-up lil linji tal-ajru li jitliqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, paragrafi 42 sa 52, p. 1).

[16] Kawża C-342/96, Spanja v Il-Kummissjoni, [1999] Ġabra I-2459, paragrafu 34; u l-Kawża C-256/97, DM Transport , [1999] Ġabra I-3913, paragrafu 25.

[17] Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea għal għajnuna mill-Istat f'forma ta' garanziji, (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

[18] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna mill-Istat dwar bejgħ ta’ artijiet u bini ta’ awtoritajiet pubbliċi (ĠU C 209, tal-10.7.1997, p. 3).

[19] Rapport XXIII dwar Politika tal-Kompetizzjoni, paragrafi 401 sa 402 u Kawża C-278/92, Spanja v. Il-Kummissjoni, [1994] Ġabra I-4103.

[20] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal- 15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 tal- 24 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u r-Regolament li jemenda (KE) Nru 1860/2004 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal- 20 ta' Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-settur ta’ produzzjoni agrikolu (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).

[21] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu [93(1)] tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli [92] u [93] tat-Trattat għall-assikurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni f’terminu ta’ żmien qasir (ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4), kif emendata l-aħħar bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri li temenda l-komunikazzjoni skont l-Artikolu [93(1)] tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli [92] u [93] tat-Trattat għall-assikurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni f’terminu ta’ żmien qasir (ĠU C 325, 22.12.2005, p. 22).

[22] Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna tal-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).

[23] Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi ta’ daqs żgħir u medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

[24] Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u żvilupp u innovazzjoni (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).

[25] L-Obbligu ta’ Waqfien Totali huwa mtenni fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat- 22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [93] tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1) ("ir-Regolament Proċedurali"). Fir-rigward taż-żmien eżatt tal-għotja tal-għajnuna, ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal- 15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5) fil-preambolu 10.

[26] ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

[27] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat- 12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna għat-taħriġ (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat- 12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat- 12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal- 24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna għall-investiment nazzjonali u reġjonali (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29). Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa dwar l-SMEs, it-taħriġ u x-xogħol kien ġie estiż sat- 30 ta’ Ġunju 2008 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ applikazzjoni (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85). Regolamenti speċifiċi ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa japplikaw fis-setturi tas-sajd u l-agrikoltura. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat- 22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ ta’ prodotti tas-sajd (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal- 15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).

[28] ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3. Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħ li daħal fis-seħħ fid- 29 ta’ Awissu 2008. Ir-regoli li jirregolaw it-transizzjoni għar-reġim il-ġdid jinsabu fl-Artikolu 44 tiegħu.

[29] Ara l-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat- 22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

[30] Dan ma japplikax meta l-iskema nnifisha tipprevedi rekwiżit ta’ notifika individwali għal ċerti tipi ta' għajnuna. Dwar il-kunċett ta’ għajnuna ġja eżistenti, ara wkoll Kawża C-44/93 Namur-Les assurances du crédit v Office national du ducroire and Belgian State [1994] Ġabra I-3829, paragrafi 28 sa 34.

[31] Ara paragrafu 20.

[32] Ara Kawża C-119/05 Lucchini [2007] Ġabra I-6199, paragrafu 53.

[33] Il-Kawża T-330/94, Salt Union v Il-Kummissjoni, [1996] Ġabra II-1475, paragrafu 39.

[34] Il-Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf v Il-Ġermanja, [1994] Ġabra I-833, paragrafi 17, 25 u 26; Ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-346/03 u C-529/03, Atzeniet , [2006] Ġabra I-1875, paragrafu 31; u l-Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni v Franza, ("Scott"), [2006] Ġabra I-10071, paragrafu 59.

[35] Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 37; Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, [2003] Ġabra I-12249, paragrafu 74; u l-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 41.

[36] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, [2008] Ġabra I-469, paragrafu 38; Kawża C-17/91, Lornoy et v L-Istat tal-Belġju, [1992] Ġabra I-6523, paragrafu 30; u l-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 14.

[37] Dan jinkludi l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

[38] Il-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 38 u 44; il-Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 35 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 75; u l-Kawża C-295/97, Piaggio, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 31.

[39] ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

[40] Il-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 11 u 12; u l-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 39 u 40.

[41] Il-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 48.

[42] Il-Kawża C-301/87, Franza v Il-Kummissjoni, ("Boussac"), [1990] Ġabra I-307.

[43] Il-Kawża C-142/87, Il-Belġju v Il-Kummissjoni, ("Tubemeuse"), [1990] Ġabra I-959.

[44] Il-Kawża C-301/87, Franza v Il-Kummissjoni, ("Boussac"), imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 42 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 17 sa 23; Kawża C-142/87, Il-Belġju v Il-Kummissjoni, ("Tubemeuse"), imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 43 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 15 sa 19; Il-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 14; u l-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 38.

[45] Cf. l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Proċedurali, li jesiġi li ma jkun hemm ebda dubju dwar il-karattru tal-għajnuna tal-miżura kkonċernata, li hemm urġenza għall-azzjoni u li hemm riskju serju ta’ dannu sostanzjali u irrimedjabbli għall-kompetitur.

[46] Il-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 12; Il-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 40; Il-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 47; u l-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 41.

[47] Ara r-referenzi msemmija fin-nota 38 ta’ qiegħ il-paġna.

[48] Dwar l-invalidità tal-att dwar l-għoti ta’ għajnuna f’każijiet fejn l-Istat Membru jkun kiser l-Artikolu 88(3) KE, ara l-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 12; ara wkoll, bħala eżempju, il-Qorti Federali tal-Ġustizzja tal-Ġermanja ("Bundesgerichtshof"), is-sentenza tal- 4 ta’ April 2003, V ZR 314/02, VIZ 2003, 340, u s-sentenza tal- 20 ta’ Jannar 2004, XI ZR 53/03, NVwZ 2004, 636.

[49] Il-Kawża C-71/04, Xunta de Galicia, [2005] Ġabra I-7419, paragrafu 49; Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 40 u 68; u l-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 12.

[50] Li trid twettaq analiżi tal-kompatibbiltà qabel ma tordna l-irkupru, ara r-referenzi msemmija fin-nota 45 ta’ qiegħ il-paġna.

[51] Il-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 70 u 71, li tirreferi għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs f’din il-kawża, paragrafi 73 sa 75; ara wkoll il-Kawża 223/85, RSV vs Il-Kummissjoni, [1987] Ġabra p. 4617, paragrafu 17; u l-Kawża C-5/89, Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, [1990] Ġabra I-3437, paragrafu 16.

[52] Dwar l-istandard applikat f’dan ir-rigward, ara l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 75.

[53] L-Artikolu 14 jipprovdi biss għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ rkupru tal-Kummissjoni meta l-irkupru jmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità. L-uniku każ li fih Stat Membru jista’ jonqos milli jimplimenta deċiżjoni għal irkupru mill-Kummissjoni huwa fejn dan l-irkupru jkun oġġettivament impossibbli, ara l-Kawża C-177/06, Il-Kummissjoni v Spanja, [2007] Ġabra I-7689, paragrafu 46. Ara wkoll il-paragrafu 17 tal-Avviż mill-Kummissjoni dwar implimentazzjoni effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri jirkupraw għajnuna inkompatibbli u li kienet ingħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).

[54] Il-Kawża C-5/89, Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 51 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 14; Kawża C-169/95, Spanja v Il-Kummissjoni, [1997] Ġabra I-135, paragrafu 51; u l-Kawża C-148/04, Unicredito Italiano, [2005] Ġabra I-11137, paragrafu 104.

[55] Kawża C-5/89, Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 51 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 14; Kawża C-24/95, Alcan Deutschland, [1997] Ġabra I-1591, paragrafu 25; u l-Kawżi Magħquda C-346/03 u C-529/03, Atzeni et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 34 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 64.

[56] Cf. l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 73; u l-Kawża 223/85, RSV v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 51 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 17.

[57] Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 v Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-5479, paragrafu 147;

[58] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 45, 46 u 55; u Kawża C-384/07, Wienstrom, sentenza tal- 11 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ippubblikata, paragrafu 28.

[59] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 49.

[60] Is-sentenza tikkonferma b’mod espliċitu l-obbligu ta’ rkupru impost mill-QEĠ fil-ġurisprudenza preċedenti tagħha, cf. il-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 41.

[61] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 53 u 55.

[62] ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1. Rigward il-metodu sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont, ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) ("Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rati ta’ Referenza").

[63] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 50 sa 52 u 55.

[64] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 52 u 55.

[65] Ara il-paragrafu 36. Taxxi mħallsa fuq l-ammont nominali tal-għajnuna jistgħu jitnaqqsu għar-raġunijiet tal-irkupru, ara Kawża T-459/93 Siemens v il-Kummissjoni [1995] Ġabra II-1675, paragrafu 83.

[66] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 52 u 55.

[67] Ara l-Kapitolu V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

[68] Ara n-nota 62 ta’ qiegħ il-paġna.

[69] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 69.

[70] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 53 u 55; Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 56; u Kawża C-334/07 P, il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen, sentenza tal- 11 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ippubblikata, paragrafu 54.

[71] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 53 u 55; Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 56; u l-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 75.

[72] Kawża 6/64, Costa v E.N.E.L., [1964] Ġabra 1141; Kawża 120/73, Lorenz GmbH v Bundesrepublik Deutschland et, [1973] Ġabra 1471, paragrafu 8; u l-Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 11.

[73] Il-Kawżi Magħquda C-6/90 u C-9/90, Francovich u Bonifaci v L-Italja, [1991] Ġabra I-5357.

[74] Il-Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, [1996] Ġabra I-1029.

[75] Il-fatt li l-ksur tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Istat Membru direttament fuq il-bażi tal-liġi Komunitarja ġie kkonfermat fil-Kawża C-173/03 Traghetti del Mediterraneo v l-Italja, [2006] Ġabra I-5177, paragrafu 41.

[76] Il-Kawżi Magħquda C-6/90 u C-9/90, Francovich u Bonifaci v L-Italja, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 73 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 31 sa 37; u l-Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 75 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 31.

[77] Ara Kawża C-173/03, Traghetti del Mediterraneo v l-Italja, imsemmija aktar ′l fuq fin-nota 75 f’qiegħ il-paġna, paragrafu 45.

[78] Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 12 sa 14; Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 35 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 53; u l-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 38.

[79] Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 74 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 55.

[80] Kawża C-278/05, Robins et, [2007] Ġabra I-1053, paragrafu 71; Kawża C-424/97, Haim, [2000] Ġabra I-5123, paragrafu 38; u l-Kawża C-5/94, Hedley Lomas, [1996] Ġabra I-2553, paragrafu 28.

[81] Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 74 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 56.

[82] Għalkemm il-ksur tal-Artikolu 88(3) KE, għalhekk, għandu ġeneralment jitqies bħal serju biżżejjed, jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jostakolaw talba għad-danni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-rekwiżit ta’ ksur serju biżżejjed jista’ ma jintlaħaqx. Ara l-paragrafi 32 u 33.

[83] Ara t-Taqsima 2.4.1.

[84] Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 75 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 87 u 90.

[85] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 44.

[86] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 53 u 55.

[87] Ara t-Taqsima 2.4.1.

[88] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 72 sa 74.

[89] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 75. F’sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt ta’ liġijiet, il-liġi applikabbli hija determinata bir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).

[90] Kawża C-354/90, Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 12; Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 52; u l-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 46.

[91] Ara t-Taqsima 2.2.1.

[92] Ara t-Taqsima 2.4.1.

[93] Ara wkoll il-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 52; u l-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 46.

[94] Ara t-Taqsima 2.4.1.

[95] Ara Taqsima 2.3.1 għal gwida dwar mizuri provviżorji f’każijiet ta’ rkupru.

[96] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 44.

[97] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 46 u 55.

[98] Ara il-paragrafu 35.

[99] Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 36 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 52 u 55.

[100] Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni v Franza, ("Scott"), imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 34 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 49 sa 53.

[101] Avviż mill-Kummissjoni - Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli u li ngħatat kontra l-liġi, ċċitata fin-nota 53 ta’ qiegħ il-paġna aktar ’il fuq, paragrafi 55 sa 59.

[102] Ara r-referenzi msemmija fin-nota 35 ta’ qiegħ il-paġna.

[103] Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni v Franza, ("Scott"), imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 34 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 59 u 60.

[104] Ara Kawża C-119/05 Lucchini ċitat aktar ′l fuq fin-nota 33 f’qiegħ il-paġna, paragrafu 53.

[105] Il-Kawżi Magħquda C-143/88 u C-92/89, Zuckerfabrik Süderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest v Hauptzollamt Itzehoe and Hauptzollamt Paderborn, [1991] Ġabra I-415, paragrafu 33.

[106] Il-Kawża C-465/93, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft et v Bundesamt für Ernährung und Forstwirtschaft, [1995] Ġabra I-3761, paragrafu 51.

[107] Għal aktar gwida, c.f. l-Avviż ta’ Rkupru tal-2007, paragrafu 59.

[108] Ara r-referenzi msemmija fin-nota 77 ta’ qiegħ il-paġna.

[109] Ara t-Taqsima 2.2.4.

[110] Ara l-paragrafi 48 sa 51.

[111] Il-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 45; u l-Kawża C-526/04, Laboratoires Boiron, [2006] Ġabra I-7529, paragrafu 51.

[112] Il-Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 45; il-Kawżi Magħquda C-392/04 u C-422/04, i-21 Germany, [2006] Ġabra I-8559, paragrafu 57; u l-Kawża 33/76, Rewe, [1976] Ġabra 1989, paragrafu 5.

[113] Kawża C-368/04, Transalpine Ölleitung in Österreich, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 45; Kawża C-174/02, Streekgewest, [2005] Ġabra I-85, paragrafu 18; u l-Kawża 33/76, Rewe, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 112 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 5.

[114] Kawża 106/77, Amministrazione delle finanze dello Stato v Simmenthal, [1978] Ġabra 629, paragrafi 21 u 24.

[115] Kawża C-174/02, Streekgewest, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 113 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 18.

[116] Kawża C-174/02, Streekgewest, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 113 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 14 sa 21.

[117] Kawża C-174/02, Streekgewest, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 113 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 19.

[118] Ara l-Istatistiċi fil-paragrafu 3. L-impożizzjoni ta’ piż ta’ tassazzjoni fuq setturi jew produtturi speċifiċi tista’ ukoll issarraf f’għajnuna mill-Istat favur kumpanniji oħra, ara Kawża C-487/06 P British Aggregates Association v il-Kummissjoni, sentenza tat- 22 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ppubblikata, paragrafi 81 sa 86.

[119] Kawża C-174/02, Streekgewest, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 113 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 19.

[120] Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 13 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 46; Il-Kawżi Magħquda C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04, Casino France et, [2005] Ġabra I-9481, paragrafu 40; u l-Kawża C-174/02, Streekgewest, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 113 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 26.

[121] Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 13 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 48; u l-Kawżi Magħquda C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04, Casino France et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 120 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 43 u 44.

[122] Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 13 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 45.

[123] Il-Kawża C-526/04, Laboratoires Boiron, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 111 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 55 u 57.

[124] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 50; Digriet tat- 13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, [1990] Ġabra I-3365, paragrafi 16 sa 22; u l-Kawża C-234/89, Delimitis v Henninger Bräu, [1991] Ġabra I-935, paragrafu 53.

[125] Kawża C-94/00, Roquette Frères, [2002] Ġabra I-9011, paragrafu 31.

[126] L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 54), paragrafi 15 sa 30.

[127] Digriet tas- 6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, [1990] Ġabra I-4405, paragrafi 10 u 11; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, [1996] Ġabra II-921, paragrafu 93.

[128] Bbażata fuq l-Artikolu 234 KE, qorti nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha mhix soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja ulterjuri hi taħt obbligu li tibda referenza preliminarja lill-QEĠ f’ċerti ċirkostanzi.

[129] Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 50; Digriet tat- 13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 124 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 17 sa 22; Kawża C-234/89, Delimitis v Henninger Bräu, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 124 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 53; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 64 u 65.

[130] Meta tirċievi din l-informazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ ssaqsi għal aġġornamenti regolari dwar l-istat ta' fatt.

[131] Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 91.

[132] Kawża C-234/89, Delimitis v Henninger Bräu, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 124 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 53; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 90.

[133] Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 64; u Digriet tat- 13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, imsemmija aktar ’il fuq fin-nota 124 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 16 sa 22.

[134] Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 93; u Digriet tas- 6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 10 u 11.

[135] Digriet tas- 6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm., Zwartveld et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 11; Kawża C-275/00, First u Franex, [2002] Ġabra I-10943, paragrafu 49; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 127 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 93.

[136] Ara l-Kawża C-39/94, SFEI et, imsemmija aktar ′il fuq fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 50.

[137] Madankollu, jekk jogħġbok innota l-paragrafu 92.

[138] Fejn l-interpretazzjoni tal-liġi tal-KE tista’ tiġi dedotta b'mod ċar minn każistika eżistenti jew fejn ma tħallix ambitu għal dubju raġonevoli, qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma hemm l-ebda rimedju ġudizzjarju skont il-liġi nazzjonali mhix meħtieġa li tirreferi l-kawża għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm hi libera li tagħmel dan. Ara Kawża 283/81 Cilfit and others [1982] Ġabra 3415, paragrafi 14 sa 20, u Kawżi Magħquda C-428/06 sa C-434/06 Unión General de Trabajadores de la Rioja [2008] Ġabra I-0000, sentenza tal- 11 ta’ Settembru 2008, għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 42 u 43.

[139] Ara r-referenzi msemmija fin-nota 51 ta’ qiegħ il-paġna.

[140] Ara l-paragrafu 83.

[141] Dan jista’ jinkludi miżuri provviżorji kif imfisser fit-Taqsima 2.2.6.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet