Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-konvenzjoni dwar l-irkupru internazzjonali ta’ manteniment għat-tfal u ta' forom oħrajn ta' manteniment tal-familja
/* KUMM/2009/0373 finali - CNS 2009/0100 */
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |
Brussel 28.7.2009
KUMM(2009) 373 finali
2009/0100 (CNS)
PROPOSTA GĦAL
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
DWAR IL-KONKLUŻJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-KONVENZJONI DWAR L-IRKUPRU INTERNAZZJONALI TA’ MANTENIMENT GĦAT-TFAL U TA' FOROM OĦRAJN TA' MANTENIMENT TAL-FAMILJA
PROPOSTA GĦAL
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
DWAR IL-KONKLUŻJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-KONVENZJONI DWAR L-IRKUPRU INTERNAZZJONALI TA’ MANTENIMENT GĦAT-TFAL U TA' FOROM OĦRAJN TA' MANTENIMENT TAL-FAMILJA
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
1. OBJETTIV
Żewġ strumenti internazzjonali ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007 taħt il-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata, jiġifieri l-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja u l-Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi tal-Manteniment.
Il-Protokoll huwa mfassal biex joffri aktar ċertezza legali u prevedibbiltà lill-kredituri u debituri tal-manteniment. Fit-23 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea[1].
L-objettiv tal-Konvenzjoni huwa li tiżgura l-irkupru internazzjonali effettiv tas-sostenn tat-tfal u ta' forom oħrajn ta' manteniment tal-familja. Peress li l-maġġoranza l-kbira tat-talbiet għal manteniment jinvolvu t-tfal, il-Konvenzjoni hija qabelxejn miżura biex tipproteġi lit-tfal. Din il-proposta tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni mill-Komunità Ewropea.
2. ŻVILUPP TA' żONA ġUDIZZJARJA KOMUNI FI ħDAN IL-KOMUNITÀ
Il-Komunità Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li toħloq żona ġudizzjarja awtentika bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji.
Fit-18 ta' Diċembru 2008 l-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment[2]. Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni min-naħa tal-Komunità għandha tirfed ir-regoli eżistenti tal-Komunità dwar l-għarfien u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-manteniment u l-koperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet ċentrali, billi toħloq sett armonizzat ta' regoli fi ħdan il-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi li se jsiru Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni.
3. IL-KONVENZJONI TAL-2007 DWAR L-IRKUPRU INTERNAZZJONALI TA’ MANTENIMENT GħAT-TFAL U FOROM OħRAJN TA' MANTENIMENT TAL-FAMILJA
IL-KUMMISSJONI EWROPEA NNEGOZJAT IL-KONVENZJONI FUQ IL-BAżI TAD-DIRETTIVI TAN-NEGOZJATI MOGħTIJA MILL-KUNSILL. IL-KONVENZJONI LI RRIżULTAT HIJA KONFORMI MA' DAWN ID-DIRETTIVI TAN-NEGOZJATI.
L-objettiv tal-Konvenzjoni - li tiżgura l-irkupru effettiv tal-manteniment tal-familja - huwa mfittex li jintlaħaq permezz ta' taħlita ta' mezzi li jinkludu (1) sistema komprensiva ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Kontraenti fl-ipproċessar tar-rikorsi internazzjonali, (2) rekwiżit li l-Istati Kontraenti jagħmlu disponibbli rikorsi għall-istabbiliment u l-modifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' manteniment, (3) dispożizzjonijiet li jiżguraw aċċess effettiv għal proċeduri ta' manteniment li jaqsmu l-fruntieri, (4) sistema għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta' manteniment meħuda fi Stati Kontraenti, (5) proċeduri mħaffin u ssimplifikati għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni u (6) rekwiżit ta' miżuri effettivi għal eżekuzzjoni fil-pront.
Il-Konvenzjoni tkopri bosta materji prattiċi li jistgħu jaffettwaw il-mod kif talbiet internazzjonali jiġu ttrattati — ngħidu aħna, rekwiżiti lingwistiċi, formoli standardizzati u tpartit ta' tagħrif dwar il-liġijiet nazzjonali. Tinkuraġġixxi wkoll l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni sabiex jinqatgħu l-ispejjeż u d-dewmien.
Il-Konvenzjoni kollha tapplika fuq bażi mandatarja għall-każijiet ta' sostenn tat-tfal. Il-Kapitoli kollha japplikaw ukoll għar-rikorsi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ manteniment tal-konjuġi meta jkunu magħmulin b'rabta ma' talba għal manteniment tat-tfal. Talbiet oħrajn għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sostenn tas-sħab fiż-żwieġ jaqgħu fl-ambitu obbligatorju tal-Konvenzjoni, iżda ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u III, li jistabbilixxu s-sistema ta' koperazzjoni amministrattiva permezz ta’ Awtoritajiet Ċentrali u li wkoll fihom dispożizzjonijiet għall-assistenza f'każijiet ta' manteniment tat-tfal. Stat Kontraenti jista' jiddikjara li japplika l-Konvenzjoni jew parti minnha għal kwalunkwe obbligi oħrajn ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ta' familja, nisel, żwieġ jew affinità.
Il-Konvenzjoni tinkludi l-possibbiltà li Organizzazzjonijiet ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjunali jsiru parti minnha (Artikolu 59).
L-Artikolu 51(4) jipprovdi għal klawżola ta' “skonnessjoni” li tiddikjara li l-Konvenzjoni ma taffettwax l-applikazzjoni tal-istrumenti ta' Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjunali li tkun Parti għal din il-Konvenzjoni, li jkunu adottati wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni, dwar materji rregolati minn din il-Konvenzjoni, sakemm tali strumenti ma jkunux jaffettwaw, fir-relazzjoni ta' Stat Membru ta' Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjunali ma' Stati Kontraenti oħrajn, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. F'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjunali, il-Konvenzjoni m'għandhiex taffettwa r-regoli tal-Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Ekonomika Reġjunali, kemm jekk tkun adottata qabel il-konklużjoni tal-Konvenzjoni, kif ukoll jekk tkun adottata wara.
L-Artikolu 62 jinkludi possibbiltà li jsiru riservi u l-Artikolu 63 fih il-possibbiltà li jsiru dikjarazzjonijiet fir-rigward ta' ċerti Artikoli.
4. PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI
Skont il-ġurisprudenza[3] tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Komunità għandha l-kompetenza esterna esklużiva fl-oqsma koperti mir-Regolament (KE) Nru 4/2009. Dan ir-Regolament ikopri l-oqsma kollha inklużi fil-Konvenzjoni. Fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija hawn fuq, kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' rikonoxximent u eżekuzzjoni jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li bl-istess mod il-koperazzjoni amministrattiva kif ukoll ir-regoli dwar l-għajnuna legali jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunita minħabba li dawn ir-regoli tal-Konvenzjoni jaffettwaw ukoll lir-regoli Komunitarji.
Kieku ma kien hemm l-ebda regola dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-Komunità, kienu japplikaw ir-regoli tal-Konvenzjoni. Ir-regoli Komunitarji dwar il-materji koperti mill-Konvenzjoni, inkluża l-koperazzjoni amministrattiva, huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 4/2009 u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Konvenzjoni fost l-Istati Membri taffettwa lil dawn ir-regoli Komunitarji. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 fil-Komunita, inklużi r-regoli dwar il-koperazzjoni amministrattiva, hija ggarantita minn klawżola ta' skonessjoni (l-Artikolu 51(4) tal-Konvenzjoni). Tali klawżola ma teskludix l-impatt potenzjali tal-Konvenzjoni fuq il-liġi Komunitarja. Għall-kuntrarju, l-inklużjoni ta' klawżola ta' deroga fil-ftehim tista' tindika li r-regoli Komunitarji huma affettwati (ara l-Opinjoni 1/03 QEĠ). Wieħed għandu jinnota wkoll li l-objettiv tal-Konvenzjoni fit-totalità tagħha huwa li tiżgura rkupru effettiv tal-manteniment; ir-regoli dwar il-koperazzjoni amministrattiva jeżistu biss għall-fini li jinkisbu u jiġu eżegwiti d-deċiżjonijiet ta' manteniment. Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-koperazzjoni amministrattiva stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 4/2009 jistgħu japplikaw għal deċiżjonijiet mogħtija f'pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Komunità għandha tikkonkludi l-Konvenzjoni waħidha.
L-Artikolu 62(1) jippermetti lill-Istati Kontraenti jagħmlu, mhux aktar tard minn meta jseħħu r-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, waħda jew iktar mir-riservi li jipprovdu għalihom l-Artikoli 2(2), 20(2), 30(8), 44(3) u 55(3).
Qed jiġi propost li ma jsiru l-ebda riservi. Il-Konvenzjoni għandha tapplika bħala tali, u m'hemm l-ebda raġuni biex wieħed jirrestrinġi l-ambitu skont l-Artikolu 2(2) jew ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni skont l-Artikoli 20(2) u 30(8). Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri għandhom jaqblu li jikkomunikaw ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra bl-Ingliż u bil-Franċiż minbarra bl-ilsien uffiċjali tal-Istat Membru rikjest. B'konsegwenza ta' dan, m'għandha ssir l-ebda riserva tat-tip li jipprovdi għalih l-Artikolu 44(3). Bħalissa, m'hemm l-ebda ħtieġa ta' riflessjoni fuq ir-riserva skont l-Artikolu 55(3).
L-Artikolu 63(1) jipprovdi għall-possibbiltà li jsiru dikjarazzjonijiet, li hi msemmija fl-Artikoli 2(3), 11(1)(g), 16(1), 24(1), 30(7), 44(1) u (2), 59(3) u 61(1). Id-dikjarazzjonijiet kollha għandhom isiru mill-Komunità ladarba huwa propost li hija biss il-Komunità li se tkun parti fil-Konvenzjoni.
L-Artikolu 59(3) jippermetti lill-Komunità Ewropea tagħmel dikjarazzjoni, fil-ħin tal-firma, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni, li hija teżerċita l-kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha li huma rregolati mill-Konvenzjoni u li l-Istati Membri li ttrasferew il-kompetenza lilha se jkunu marbutin bil-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li tali dikjarazzjoni għandha ssir.
L-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għandha tkun uniformi fil-Komunita kollha kemm hi. Dwar kwistjonijiet ewlenin, bħall-ambitu tal-applikazzjoni, dan ir-rekwiżit għandu jiġi rrispettat mingħajr eċċezzjoni. Skont l-Artikolu 2(3) kwalunkwe Stat Kontraenti jista' jiddikjara li se jwessa' l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kollha kemm hi jew ta' biċċa minnha għal kwalunkwe obbligu ta' manteniment li jirriżulta minn relazzjoni familjari, nisel, żwieġ jew affinità, inklużi b'mod partikulari l-obbligi lejn persuni vulnerabbli. Kwalunkwe dikjarazzjoni bħal din se twassal għal obbligi bejn żewġ Stati Kontraenti biss sakemm id-dikjarazzjonijiet tagħhom ikunu jkopru l-istess obbligi ta' manteniment u l-istess partijiet tal-Konvenzjoni.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-ambitu tal-Konvenzjoni kollha kemm hi għandu jiġi estiż għall-obbligi kollha ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni familjari, nisel, żwieġ jew affinità, li jkun ifisser li l-ambitu jkun l-istess bħall-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu ambitu wiesa' ta' applikazzjoni bil-għan li jiggarantixxi trattament ugwali għall-kredituri kollha ta’ manteniment. Bl-istess mod, il-fatt li t-talbiet għall-manteniment li ma jinvolvux tfal jew konjuġi huma rari jsostni l-loġika li wieħed juża l-istess regoli għat-talbiet kollha għal manteniment. Dan huwa wkoll argument favur it-twessigħ tal-ambitu tal-Konvenzjoni. Barra minn hekk, xi Stati Membri jirrikonoxxu u jeżegwixxu deċiżjonijiet relatati mal-obbligi tal-manteniment fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta' Ottubru 1973 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet Relatati ma' Obbligi ta' Manteniment mingħajr riservi permessi mill-Artikolu 26 ta' dik il-Konvenzjoni. Kieku l-ambitu kellu ma jitwessgħax kif propost, ikun ifisser li dawk l-Istati Membri jagħmlu passi lura fir-relazzjonijiet tagħhom ma' ċerti stati terzi.
Huwa ċar li l-Komunità m'għandhiex tagħmel dikjarazzjonijiet relatati mal-użu ta' test tal-mezzi li jkun imsejjes fuq it-tfal skont l-Artikolu 16(1). Huwa evidenti wkoll li m'għandhomx isiru dikjarazzjonijiet dwar proċedura alternattiva skont l-Artikolu 24(1) minħabba li matul in-negozjati l-Komunità kienet favur il-proċedura aktar effettiva dwar rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni li jipprovdi għaliha l-Artikolu 23. Barra minn hekk, is-sottomissjoni ta' rikorsi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament ta' manteniment m'għandhiex tkun ristretta skont l-Artikolu 30(7).
Dikjarazzjoni fir-rigward ta' sistemi legali mhux unifikati li jipprovdi għaliha l-Artikolu 61(1) mhix neċessarja minħabba li l-Konvenzjoni għandha tapplika f'kull Stat Membru u f'kull unità territorjali. L-Artikolu 61(3) jiddikjara wkoll li jekk ma ssir l-ebda dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61, il-Konvenzjoni għandha tiġi estiża għall-unitajiet territorjali kollha ta' dak l-Istat.
F'ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi u serji għal applikazzjoni differenzjata tal-Konvenzjoni, l-Istati Membri jistgħu jindikaw jekk ikunux jixtiequ japplikaw id-dikjarazzjonijiet pożittivi inklużi fil-Konvenzjoni.
Skont l-Artikolu 11(1)(g) Stat Kontraenti jista' permezz ta' dikjarazzjoni jispeċifika, għal kwalunkwe rikors ħlief għal rikors għar-rikonoxximent, jew għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni dwar manteniment skont l-Artikolu 10(1)(a) u 2(a), kwalunkwe tagħrif jew dokumenti addizzjonali mitluba mill-Awtorità Ċentrali tiegħu sabiex tipproċessa r-rikors, jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi tiegħu biex iwettqu l-proċeduri meħtieġa. Il-Kummissjoni mhix se toġġezzjona jekk xi Stat Membru jkun jixtieq juża l-possibbiltà li jipprovdi għaliha dan l-Artikolu minħabba li f'ċerti każi jista' jkun meħtieġ tagħrif addizzjonali fl-interess tal-applikazzjoni effiċjenti tal-Konvenzjoni.
Skont l-Artikolu 44(1) kwalunkwe rikors u d-dokumenti relatati għandhom ikunu fl-ilsien oriġinali, u magħhom għandu jkun hemm traduzzjoni fi lsien uffiċjali tal-Istat rikjest jew fi lsien ieħor li l-Istat rikjest ikun indika, permezz ta' dikjarazzjoni, li jaċċetta, ħlief jekk l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat tkun tgħaddi mingħajr traduzzjoni. Qed jiġi propost li l-Istati Membri jitħallew jaċċettaw traduzzjonijiet anki f'ilsna li mhumiex l-ilsien uffiċjali tagħhom minħabba li dan jagħmilha aktar faċli biex tiġi applikata l-Konvenzjoni.
Skont l-Artikolu 44(2) Stat Kontraenti li jkollu aktar minn ilsien uffiċjali wieħed u li ma jkunx jista', minħabba l-liġi interna, jaċċetta dokumenti f'wieħed minn dawk l-ilsna għat-territorju kollu tiegħu għandu, permezz ta' dikjarazzjoni, jispeċifika l-ilsien li bih tali dokumenti jew it-traduzzjonijiet tagħhom għandhom isiru sabiex jiġu sottomessi fil-partijiet speċifiċi tat-territorju tiegħu. Qed jiġi propost li din il-possibbilta titħalla għall-Istati Membri fejn diversi ilsna huma uffiċjali biss f'parti mit-territorju (bħall-Belġju).
L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jużaw il-possibbiltajiet skont l-Artikoli 11(1)(g), 44(1) jew 44(2) għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaw ukoll il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tagħhom filwaqt li jagħtu raġunijiet oġġettivi u serji. Jekk xi Stat Membru aktar tard ikun jixtieq jimmodifika jew jirtira dikjarazzjoni li tagħmel referenza għalih, għandu jikkomunika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li mbagħad tinnotifika lid-depożitarju.
Ġaladarba qed jiġi propost li l-Kummissjoni biss għandha tkun parti għall-Konvenzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar il-ħatra tal-Awtorita Ċentrali jew Awtoritajiet Ċentrali msemmijin fl-Artikolu 4 flimkien ma' kwalunkwe tagħrif rigward liġijiet, proċeduri u servizzi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 57. Il-Kummissjoni tikkomunika dan it-tagħrif lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja meta tiġi konkluża l-Konvenzjoni.
Qed jiġi propost li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tagħrif kollu lill-Kummissjoni sat-18 ta' Settembru 2010, li huwa wkoll l-għeluq taż-żmien biex jingħadda lill-Kummissjoni tagħrif dwar dettalji tal-kuntatt u dwar l-ilsna skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.
2009/0100 (CNS)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c) flimkien mal-Artikoli 300(2) u 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[4],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],
Billi:
(1) Il-Komunità qiegħda taħdem biex toħloq żona ġudizzjarja komuni bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet.
(2) Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni") tikkostitwixxi bażi tajba għal sistema dinjija ta' koperazzjoni u għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni f'materji ta' obbligi ta' manteniment, filwaqt li tipprovdi għal assistenza legali tista' tgħid b'xejn f'każijiet ta' sostenn għat-tfal u proċedura mħaffa għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni.
(3) Materji rregolati mill-Konvenzjoni huma indirizzati wkoll fir-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. Il-Komunita kisbet il-kompetenza esklużiva fuq il-materji kollha rregolati mill-Konvenzjoni u għaldaqstant għandha tikkonkludi l-Konvenzjoni waħedha. L-Istati Membri se jkunu marbuta bil-Konvenzjoni b'riżultat tal-konklużjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. L-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni jippermetti lill-Komunità tiffirma, taċċetta, tapprova u taċċedi għal din il-Konvenzjoni.
(4) M'għandhom isiru l-ebda riservi għall-Konvenzjoni. Id-dikjarazzjonijiet neċessarji kollha għandhom isiru mill-Komunità, u l-istess għandu jkun il-każ bi kwalunkwe modifikazzjonijiet jew irtirar ta' dawn id-dikjarazzjonijiet aktar tard.
(5) Permezz ta’ dikjarazzjoni, l-ambitu tal-Konvenzjoni għandu jiġi estiż sabiex il-Konvenzjoni kollha kemm hi tkun tapplika għall-obbligi kollha ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni familjari, nisel, żwieġ jew affinità, sabiex jiġi ggarantit l-irkupru effettiv tal-manteniment fir-rigward ta' kwalunkwe Partijiet Kontraenti safejn id-dikjarazzjonijiet tagħhom ikunu jkopru l-istess obbligi ta' manteniment u partijiet tal-Konvenzjoni.
(6) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sat-18 ta' Settembru 2010, jekk ikunu jixtiequ li d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11(1)(g), 44(1) u 44(2) tal-Konvenzjoni jsiru, u jinnotifikaw il-kontenut ta' kwalunkwe tali dikjarazzjoni, li għandu jkun imsejjes fuq raġunijiet oġġettivi u serji. Jekk xi Stat Membru sussegwentement ikun jixtieq li dikjarazzjoni tiġi mmodifikata jew irtirata, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tinnotifika lid-depożitarju.
(7) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni, sat-18 ta' Settembru 2010, dwar l-Awtorita Ċentrali jew l-Awtoritajiet Ċentrali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dan it-tagħrif lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata meta jiġi ddepożitat l-istrument tar-ratifika jew tal-adeżjoni, kif mitlub mill-Konvenzjoni. Jekk l-Awtorità Ċentrali maħtura tinbidel, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan it-tagħrif lill-Kummissjoni, li mbagħad tgħaddih lill-Uffiċċju Permanenti.
(8) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sat-18 ta' Settembru 2010, it-tagħrif li jikkonċerna l-liġijiet, il-proċeduri u s-servizzi msemmijin fl-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tforni lill-Uffiċċju Permanenti b'dan it-tagħrif sal-konklużjoni tal-Konvenzjoni min-naħa tal-Komunità.
(9) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.]
(10) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja hija b'dan approvata f'isem il-Komunità.
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija/mogħtijin is-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw, għan-nom tal-Komunità Ewropea, l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni.
It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Meta tkun qed tikkonkludi l-Konvenzjoni, il-Komunità għandha tagħmel id-dikjarazzjonijiet li jipprovdi għalihom l-Anness 1 ta' din id-deċiżjoni.
Dikjarazzjonijiet dwar l-Artikoli 11(1)(g) u 44(1) tal-Konvenzjoni għandhom jirreferu għal dawk l-Istati Membri li sat-18 ta' Settembru 2010 jkunu għarrfu lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jsiru tali dikjarazzjonijiet, u bil-kontenut ta' tali dikjarazzjonijiet.
Id-dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 44(2) tal-Konvenzjoni tirreferi għall-Belġju, li sat-18 ta' Settembru 2010 għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni li trid issir.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sat-18 ta' Settembru 2010, dwar l-Awtorita Ċentrali jew l-Awtoritajiet Ċentrali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dan it-tagħrif lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata meta jiġi ddepożitat l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni.
L-Istati Membri għandhom, sat-18 ta' Settembru 2010, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif li jikkonċerna l-liġijiet, il-proċeduri u s-servizzi msemmijin fl-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni se tgħaddi dan it-tagħrif lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata sa meta jiġi ddepożitat l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni.
Magħmula fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
…
ANNESS 1
Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru mill-Komunità meta tiġi konkluża l-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja ("il-Konvenzjoni") skont l-Artikolu 63 ta' dik il-Konvenzjoni
I. Dikjarazzjoni skont l-Artikolu 59(3) rigward il-kompetenza tal-Komunità Ewropea fuq materji rregolati mill-Konvenzjoni
1. Il-Komunità Ewropea tiddikjara, skont l-Artikolu 59(3) tal-Konvenzjoni, li teżerċita kompetenza fuq il-materji kollha rregolati mill-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja ("il-Konvenzjoni"). L-Istati Membri tagħha mhux se jiffirmaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni, jew jidħlu jagħmlu parti minnha, imma se jkunu marbutin bis-saħħa tal-konklużjoni tagħha mill-Komunità Ewropea.
2. Il-Membri attwali tal-Komunità Ewropea huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq.
3. Madanakollu, din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarka, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, li hu anness mat-Trattati.
4. Din id-dikjarazzjoni mhix applikabbli għal territorji tal-Istati Membri fejn it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma japplikax u hi bla ħsara għal dawk l-atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati taħt il-Konvenzjoni mill-Istati Membri kkonċernati f'isem u fl-interessi ta' dawk it-territorji.
II. Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw ċerti dispożizzjonijiet u materji
5. Il-Komunità Ewropea tiddikjara, skont l-Artikolu 2(3) tal-Konvenzjoni, li tapplika l-Konvenzjoni kollha kemm hi għal obbligi ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni familjari, nisel, żwieġ jew affinità.
6. Il-Komunità Ewropea tiddikjara, skont l-Artikolu 11(1)(g) tal-Konvenzjoni, li f' [speċifika l-Istat Membru/l-Istati Membri] rikors li mhux rikors skont l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a) għandha tkun tinkludi [speċifika t-tagħrif jew id-dokumenti mitluba].
7. Il-Komunità Ewropea tiddikjara, skont l-Artikolu 44(1) tal-Konvenzjoni, li [speċifika l-Istat Membru/l-Istati Membri] jaċċetta/taċċetta rikorsi u dokumenti relatati tradotti għall- [speċifika l-ilsien/l-ilsna].
8. Il-Komunità Ewropea tiddikjara, skont l-Artikolu 44(2) tal-Konvenzjoni, li fil-Belġju d-dokumenti għandhom isiru bil- [speċifika l-ilsna] għas-sottomissjoni lil [speċifika l-partijiet tat-territorju].
ANNESS 2
KONVENZJONI DWAR L-IRKUPRU INTERNAZZJONALI TA' MANTENIMENT GħAT-TFAL U FOROM OħRA TA' MANTENIMENT TAL-FAMILJA
L-Istati firmatarji tal-Konvenzjoni preżenti,
Filwaqt li jixtiequ jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati għall-irkupru internazzjonali ta' manteniment għat-tfal u forom oħra ta' manteniment tal-familja,
Konxji mill-ħtieġa għal proċeduri li jagħtu riżultati u li jkunu aċċessibbli, immedjati, effiċjenti, ekonomikament effiċjenti, reattivi u ġusti,
Filwaqt li jixtiequ li jibnu fuq l-aħjar karatteristiċi tal-Konvenzjonijiet tal-Aja u strumenti internazzjonali oħra diġà eżistenti, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti l-Irkupru ta’ Manteniment barra mill-pajjiż tal-20 ta' Ġunju 1956,
Filwaqt li jfittxu li jieħdu vantaġġ mit-titjib fit-teknoloġiji u li joħolqu sistema flessibbli li tista' tkompli tevolvi hekk kif il-bżonniijiet jinbidlu u titjib ulterjuri fit-teknoloġija joħloq opportunitajiet ġodda,
Filwaqt li jfakkru illi, skont l-Artikoli 3 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989,
– fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni ewlenija,
– it-tfal kollha għandhom dritt għal-livell ta' ħajja adegwat għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tagħhom,
– il-ġenitur(i) jew persuni oħrajn responsabbli għat-tifel/tifla għandhom ir-responsabbiltà ewlenija li jiżguraw, fl-ambitu tal-ħiliet u l-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom, il-kundizzjonjiet tal-ħajja neċessarji għall-iżvilupp tagħhom, u
– L-Istati Partijiet għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha xierqa, inklużi l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, sabiex jiggarantixxu l-irkupru tal-manteniment għat-tifel/tifla mill-ġenitur(i) jew persuni oħrajn responsabbli, b'mod partikolari meta dawn il-persuni jgħixu fi Stat differenti minn dak tat-tifel/tifla,
Iddeċidew li jikkonkludu din il-Konvenzjoni u qablu dwar id-dispożizzjonjiet li ġejjin –
KAPITOLU I – GĦAN, AMBITU U DEFINIZZJONJIET
Artikolu 1 Għan
L-għan tal-Konvenzjoni preżenti huwa li tiżgura l-irkupru internazzjonali effetiv ta' manteniment għat-tfal u forom oħrajn ta' manteniment tal-familja, b'mod partikolari billi –
a) tistabbilixxi sistema sħiħa ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Kontraenti;
b) tipprovdi għall-possibbiltà ta' rikorsi għall-għoti ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment;
c) tipprovdi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment; u
d) teżiġi miżuri effettivi għall-eżekuzzjoni immedjata ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment.
Artikolu 2 Ambitu
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika –
a) għal obbligi ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ġenitur-wild fil-konfront ta' persuna li hija taħt il-21 sena;
b) għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għall-manteniment tal-konjuġi meta r-rikors ibbażat fuq it-talba skont it-termini tas-subparagrafu a); u
c) Bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli II u III, għall-manteniment tal-konjuġi.
2. Skont l-Artikolu 62, kwalunkwe Stat Kontraenti jista' jirriżerva d-dritt illi jillimita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni taħt is-subparagrafu 1 a), fil-konfront ta' persuni li ma għalqux it-18-il sena. Stat Kontraenti li jagħmel din ir-riżerva ma jkunx intitolat li jinvoka l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal persuni tal-età eskluża b'din ir-riżerva.
3. Skont l-Artikolu 63, kwalunkwe Stat Kontraenti jista' jiddikjara li se jestendi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kollha jew ta' parti minnha għal kwalunkwe obbligu ta' manteniment li jirriżulta minn relazzjoni tal-familja, ta' ġenitur, ta' żwieġ jew ta' affinità, inklużi b'mod partikolari obbligi fil-konfront ta' persuni vulnerabbli. Tali dikjarazzjoni għandha tagħti lok għal obbligi bejn iż-żewġ Stati Kontraenti biss safejn id-dikjarazzjonijiet tagħhom ikopru l-istess obbligi ta' manteniment u l-istess partijiet tal-Konvenzjoni.
4. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għandhom japplikaw għall-ulied indipendentement mill-istat maritali tal-ġenituri.
Artikolu 3 Definizzjonjiet
Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni
a) "kreditur" ifisser individwu li hu dovut lilu jew li allegatament hu dovut lilu il-manteniment;
b) "debitur" ifisser individwu li għandu jagħti jew allegatament għandu jagħti manteniment;
c) "għajnuna legali" tfisser l-assistenza neċessarja sabiex ir-rikorrenti jkunu jistgħu jsiru jafu u jasserixxu d-drittijiet tagħhom u sabiex ikun żgurat li r-rikorsi jiġu ttrattati b'mod sħiħ u effettiv fl-Istat li ssirlu t-talba. Il-mezzi sabiex tiġi provduta din l-assistenza jistgħu jinkludu, skond il-ħtieġa, pariri legali, għajnuna biex jinġieb il-każ quddiem awtorità, rappreżentanza legali u eżenzjoni mill-ispejjeż tal-proċedimenti;
d) "ftehim bil-miktub" ifisser ftehim irreġistrat fi kwalunkwe mezz, bit-tagħrif li jkun miġbur fih ikun aċċessibbli b'mod li jista' jerġa' jiġi kkonsultat aktar 'il quddiem;
e) "arranġament ta' manteniment" ifisser ftehim bil-miktub li jirrigwarda ħlas ta' manteniment illi –
i) ġie formalment abbozzat jew irreġistrat bħala strument awtentiku minn awtortità kompetenti; jew
ii) ġie awtentikat minn, jew konkluż, irreġistrat jew ippreżentat ma' awtorità kompetenti,
u li jista' jiġi soġġett għal reviżjoni u modifika minn awtorità kompetenti;
f) "persuna vulnerabbli" tfisser persuna li, minħabba xi difett jew insuffiċjenza tal-fakultajiet personali tagħha, ma tkunx tista' ssostni lilha nnifisha.
KAPITOLU II – KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 4 Nomina tal-Awtoritajiet Ċentrali
1. Stat Kontraenti għandu jinnomina Awtorità Ċentrali sabiex jaqdi dmirijiet li huma imposti mill-Konvenzjoni fuq din l-awtorità.
2. L-Istati Federali, Stati b'iktar minn sistema legali waħda jew Stati b'unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu liberi li jinnominaw iktar minn Awtorità Ċentrali waħda u għandhom jispeċifikaw il-portata tal-funzjonijiet territorjali jew personali tagħhom. Meta Stat jinnomina aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, huwa għandu jinnomina Awtorità Ċentrali li lilha tista' tiġi indirizzata kull komunikazzjoni biex tiġi trażmessa lill-Awtorità Ċentrali xierqa fi ħdan dak l-Istat.
3. In-nomina tal-Awtorità Ċentrali jew tal-Awtoritajiet Ċentrali, id-dettalji ta' kuntatt tagħhom, u fejn hu xieraq il-portata tal-funzjonijiet tagħhom kif speċifikata fil-paragrafu 2, għandhom jiġu kkomunikati minn Stat Kontraenti lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-mument meta l-istrument ta' ratifika jew adeżjoni jiġi ddepożitat jew meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61. L-Istati Kontraenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-Bureau Permanenti, bi kwalunkwe tibdil.
Artikolu 5 Funzjonijiet Ġenerali tal-Awtoritajiet Ċentrali
L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom –
a) jikkoperaw ma' xulxin u jippromwovu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni;
b) ifittxu, sa fejn ikun possibbli, soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jqumu fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni.
Artikolu 6 Funzjonijiet Speċifiċi tal-Awtoritajiet Ċentrali
1. L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jipprovdu għajnuna fir-rigward tar-rikorsi taħt il-Kapitolu III. B'mod partikolari huma għandhom –
a) jittrażmettu u jirċievu dawn ir-rikorsi;
b) jibdew jew jiffaċilitaw l-istitwir ta' proċedimenti fir-rigward ta' dawn ir-rikorsi.
2. Fil-konfront ta' dawn ir-rikorsi huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa –
a) meta ċ-ċirkustanzi hekk jeħtieġu, biex jipprovdu jew jiffaċilitaw l-għoti ta' assistenza legali;
b) sabiex jgħinu biex jinstab id-debitur jew il-kreditur;
c) sabiex jgħinu biex jinġabar it-tagħrif relevanti rigward id-dħul u, jekk meħtieġ, dwar ċirkustanzi finanzjarji oħra tad-debitur jew tal-kreditur, inkluż fejn qegħdin il-beni;
d) sabiex jinkoraġġixxu soluzzjonijiet bonarji bl-iskop li jsir ħlas volontarju tal-manteniment, fejn hu xieraq permezz tal-medjazzjoni, konċiljazzjoni jew proċessi simili;
e) sabiex jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni kontinwata ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment, inklużi l-arretrati;
f) sabiex jiffaċilitaw il-ġbir u t-trasferiment bla telf ta' żmien tal-ħlasijiet tal-manteniment;
g) sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta' provi dokumentarji jew provi oħrajn;
h) sabiex jipprovdu għajnuna biex jiġi stabbilit it-tnissil, fejn meħtieġ, għall-irkupru tal-manteniment;
i) sabiex jibdew jew jiffaċilitaw l-istitwir ta' proċedimenti sabiex jinkisbu l-miżuri provviżorji neċessarji li jkunu territorjali fin-natura tagħhom u li l-iskop tagħhom ikun li jiġi garantit ir-riżultat ta' rikors għall-manteniment pendenti;
j) sabiex jiffaċilitaw in-notifika ta' dokumenti.
3. Il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali taħt dan l-Artikolu jistgħu, sa fejn hu permess taħt il-liġi tal-Istat tagħha, jiġu mwettqa minn entitajiet pubbliċi, jew entitajiet oħrajn soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat. In-nomina ta' dawn l-entitajiet pubbliċi jew entitajiet oħrajn, kif ukoll id-dettalji tagħhom u l-limitu tal-funzjonijiet tagħhom, għandhom jiġu trażmessi mill-Istat Kontraenti lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. L-Istati Kontraenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-Bureau Permanenti, bi kwalunkwe tibdil.
4. Xejn f'dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 7 ma għandu jiġi interpretat bħala li jimponi obbligu fuq l-Awtorità Ċentrali sabiex teżerċita setgħat li jistgħu jiġu eżerċitati biss minn awtoritajiet ġudizzjarji skont il-liġi tal-Istat li ssirlu t-talba.
Artikolu 7 Talbiet għal miżuri speċifiċi
1. Awtorità Ċentrali tista' tagħmel talba mmotivata lil Awtorità Ċentrali oħra sabiex tieħu miżuri speċifiċi xierqa taħt l-Artikolu 6(2) b), c), g), h), i) u j) meta ma hemm l-ebda rikors skont l-Artikolu 10 pendenti. L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tieħu dawk il-miżuri li huma xierqa jekk tkun sodisfatta li huma meħtieġa sabiex jgħinu rikorrent potenzjali sabiex jippreżenta rikors taħt l-Artikolu 10 jew sabiex jiġi deċiż jekk tali rikors għandux jiġi ppreżentat.
2. Awtorità Ċentrali tista' wkoll tieħu miżuri speċifiċi fuq talba ta' Awtorità Ċentrali oħra fir-rigward ta' każ li jkollu element internazzjonali li jikkonċerna l-irkupru ta' manteniment li jkun pendenti fl-Istat li jkun qed jagħmel it-talba.
Artikolu 8 L-ispejjeż tal-Awtorità Ċentrali
1. Kull Awtorità Ċentrali għandha tbati l-ispejjeż tagħha fl-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.
2. L-Awtoritajiet Ċentrali ma jistgħux jimponu xi spiża fuq rikorrent għas-servizz li jipprovdu taħt il-Konvenzjoni ħlief għal spejjeż eċċezzjonali li jirriżultaw minn talba għal miżura speċifika taħt l-Artikolu 7.
3. L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba ma tistax tirkupra l-ispejjeż tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 2 mingħajr il-kunsens minn qabel tar-rikorrent għall-provvista ta' dawk is-servizzi għal dik l-ispiża.
KAPITOLU III – RIKORSI PERMEZZ TAL-AWTORITAJIET ĊENTRALI
Artikolu 9 Rikorsi Permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali
Rikors taħt dan il-Kapitolu għandu jsir permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Kontraenti li fih joqgħod ir-rikorrent lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, ir-residenza teskludi s-sempliċi preżenza.
Artikolu 10 Rikorsi disponibbli
1. Il-kategoriji ta' rikorsi li ġejjin se jkunu disponibbli għal kreditur fl-Istat li jagħmel it-talba biex jirkupra l-manteniment taħt din il-Konvenzjoni –
a) rikonoxximent jew rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjoni;
b) ta' deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fl-Istat li ssirlu t-talba;
c) għoti ta' deċiżjoni fl-Istat li ssirlu t-talba meta ma hemmx deċiżjoni diġà eżistenti, inkluż meta jkun meħtieġ li jiġi stabbilit it-tnissil;
d) l-għoti ta' deċiżjoni fl-Istat li saritlu t-talba meta r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mhumiex possibbli, jew meta tiġi miċħuda minħabba n-nuqqas ta' bażi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 20, jew għal raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 22 b) jew e);
e) modifika ta' deċiżjoni li saret fl-Istat li saritlu t-talba;
f) modifika ta' deċiżjoni li saret fi Stat minbarra dak li saritlu t-talba;
2. Il-kategoriji ta' rikorsi li ġejjin se jkunu disponibbli għad-debitur fl-Istat li jagħmel it-talba li kontra tiegħu jkun hemm deċiżjoni dwar il-manteniment eżistenti –
a) rikonoxximent ta' deċiżjoni, jew proċedura ekwivalenti li twassal għas-sospensjoni, jew għar-restrizzjoni tal-eżekuzzjoni, ta' deċiżjoni li ngħatat qabel fl-Istat li saritlu t-talba;
b) modifika ta' deċiżjoni magħmula fl-Istat li saritlu t-talba;
c) modifika ta' deċiżjoni li saret fi Stat minbarra dak li ssirlu t-talba;
3. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet xort’oħra fil-Konvenzjoni, ir-rikorsi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu determinati skont il-liġi tal-Istat li saritlu t-talba, u r-rikorsi msemmijin fil-paragrafu 1 c) sa f) u 2 b) u c) għandhom ikunu suġġetti għar-regoli ġuriżdizzjonali applikabbli fl-Istat li jirċievi t-talba.
Artikolu 11 Kontenut tar-rikors
1. Ir-rikorsi kollha skont l-Artikolu 10 għandhom jinkludu bħala minimu –
a) dikjarazzjoni dwar in-natura tar-rikors jew rikorsi;
b) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz u d-data tat-twelid tar-rikorrent;
c) l-isem u, jekk ikun magħruf, l-indirizz u d-data tat-twelid tal-intimat;
d) l-isem u d-data tat-twelid ta' kwalunkwe persuna li għaliha qed jintalab il-manteniment;
e) ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-rikors;
f) f'rikors magħmul mill-kreditur, l-informazzjoni li tirrigwarda l-ħlas tal-manteniment għandha tintbagħat jew tiġi trażmessa elettronikament;
g) ħlief f'rikors skont l-Artikolu 10(1) a) u (2) a), kwalunkwe informazzjoni jew dokument speċifikati permezz ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63 mill-Istat li saritlu t-talba;
h) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna jew l-unità mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba, li hi responsabbli għall-ipproċessar tar-rikors.
2. Kif xieraq, u sa fejn hu magħruf, ir-rikors għandu wkoll b'mod partikolari jinkludi –
a) iċ-ċirkustanzi finanzjarji tal-kreditur;
b) iċ-ċirkustanzi finanzjarji tad-debitur, inklużi l-isem u l-indirizz ta' min iħaddem lid-debitur u n-natura tal-beni tad-debitur u fejn jinsabu;
c) kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tgħin biex jinsab l-intimat.
3. Ir-rikors għandu jkollu miegħu kull informazzjoni jew dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa inkluża d-dokumentazzjoni li tikkonċerna d-dritt tar-rikorrent għal għajnuna legali b'xejn. Fil-każ ta' rikorsi taħt l-Artikolu 10(1) a) u (2) a), ir-rikors għandu jkollu miegħu biss id-dokumenti elenkati fl-Artikolu 25.
4. Rikors taħt l-Artikolu 10 jista' jiġi magħmul fil-forma rakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
Artikolu 12 Trażmissjoni, irċevuta u pproċessar tar-rikorsi u l-kawżi permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali.
1. L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandu jassisti lir-rikorrent sabiex jiżgura li r-rikors jkollu miegħu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li hija taf li huma meħtieġa biex jitqies ir-rikors.
2. L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandha, meta tkun sodisfatta li r-rikors jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni, tittrażmetti r-rikors f'isem u bil-kunsens tar-rikorrent lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li saritlu t-talba. Ir-rikors għandu jkollu miegħu il-formola ta' trażmissjoni li tinsab fl-Anness 1. L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandha, meta mitluba mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba, tipprovdi kopja sħiħa ċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini, ta' kwalunkwe dokument speċifikat fl-Artikoli 16(3), 25(1) a), b) u d) u (3) b) u 30(3).
3. L-Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba għandha, fi żmien sitt ġimgħat mid-data minn meta tirċievi r-rikors, tagħti konferma tar-riċevuta fil-forma stabbilita fl-Anness 2, u għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba x'inhuma l-passi inizjali li ttieħdu jew li se jittieħdu sabiex jiġi ttrattat ir-rikors, u tista' titlob għal dokumenti u informazzjoni ulterjuri meħtieġa. Fi żmien l-istess perjodu ta' sitt ġimgħat, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-persuna jew unità responsabbli sabiex twieġeb mistoqsijiet dwar fejn ikun wasal ir-rikors.
4. Fi żmien tliet xhur mill-konferma tar-riċevuta, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba dwar l-istat tar-rikors.
5. Kemm l-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba kif ukoll dik li ssirilha t-talba għandhom iżommu lil xulxin informati dwar.
a) il-persuna jew l-unità responsabbli għal każ partikolari;
b) il-progress tal-każ,
u għandhom jipprovdu tweġibiet tempestivi għall-mistoqsijiet.
6. L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jipproċessaw il-każ malajr kemm jista' jkun safejn dan ikun possibbli għal apprezzament xieraq tal-kwistjonijiet involuti.
7. L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jużaw il-mezzi ta' komunikazzjoni l-aktar rapidi u effiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom.
8. Awtorità Ċentrali li ssirilha talba tista' biss tirrifjuta li tipproċessa rikors meta jkun jidher ċar li r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni mhumiex sodisfatti. F'dan il-każ, l-Awtorità Ċentrali għandha minnufih tinforma lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba dwar ir-raġunijiet tar-rifjut.
9. L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba ma tistax tiċħad rikors unikament fuq il-bażi li jinħtieġu dokumenti u informazzjoni addizzjonali. Madanakollu, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba tista' titlob lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba sabiex tipprovdilha dawn id-dokumenti jew informazzjoni addizzjonali. Jekk l-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba ma tagħmilx dan tagħha fi żmien tliet xhur jew fi żmien itwal speċifikat mill-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba, l-Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba tista' tiddeċiedi li ma tipproċessax ir-rikors. F'dan il-każ, hi għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali li qed tagħmel it-talba dwar din id-deċiżjoni.
Artikolu 13 Mezzi ta' komunikazzjoni
Kwalunkwe rikors magħmul permezz tal-Awtoritjiet Ċentrali tal-Istati Kontraenti skont dan il-Kapitolu, u kull dokument jew informazzjoni annessa miegħu jew fornita mill-Awtorità Ċentrali, ma jistgħux jiġu kkontestati mill-intimat unikament fuq il-bażi tat-tip jew tal-mezzi ta' komunikazzjoni użata bejn l-Awtoritajiet Ċentrali kkonċernati.
Artikolu 14 Aċċess effettiv għall-proċeduri
1. L-Istat li saritlu t-talba għandu jipprovdi lir-rikorrenti b'aċċess effettiv għall-proċeduri, inklużi proċeduri ta' u tal-appell, li ġejjin minn rikorsi magħmula taħt dan il-Kapitolu.
2. Sabiex jipprovdi dan l-aċċess effettiv, l-Istat li ssirlu t-talba għandu jipprovdi għajnuna legali b'xejn skont l-Artikoli 14 sa 17 sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 3.
3. L-Istat li ssirlu t-talba mhuwiex obbligat li jipprovdi din l-għajnuna legali b'xejn jekk u sa fejn il-proċeduri ta' dak l-Istat jippermettu lir-rikorrent li jagħmel il-kawża mingħajr ħtieġa ta' din l-għajnuna, u l-Awtorità Ċentrali tipprovdi dawk is-servizzi li jkunu meħtieġa mingħajr ħlas.
4. Id-dritt għall-għajnuna legali b'xejn m'ghandhomx ikunu anqas minn dawk disponibbli f'kawżi domestiċi ekwivalenti.
5. L-ebda sigurtà, bond jew depożitu, ikunu deskritti kif ikunu, ma tista' tiġi imposta sabiex jiġi ggarantit l-ħlas tal-ispejjeż fil-proċedimenti taħt il-Konvenzjoni.
Artikolu 15 Għajnuna legali b'xejn għal rikorsi għall-manteniment tat-tfal
1. L-Istat li ssirlu t-talba għandu jipprovdi għajnuna legali b'xejn fir-rigward tar-rikorsi kollha magħmula minn kreditur taħt dan il-Kapitolu li jirrigwardjaw l-obbligi tal-manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ġenitur-wild fil-konfront ta' persuna taħt l-età ta' 21 sena.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-Istat li ssirlu t-talba jista', fir-rigward ta' rikorsi minbarra dawk taħt l-Artiklolu 10(1) a) u b) u l-każijiet koperti mill-Artikolu 20(4), jirrifjuta l-għajnuna legali b'xejn jekk jikkonsidra li r-rikors jew l-appell huma manifestament infondati fil-mertu.
Artikolu 16 Dikjarazzjoni biex jiġi permess l-użu ta' test ibbażat fuq ir-riżorsi tal-wild
1. Minkejja l-Artikolu 15(1), Stat jista' jiddikjara, skont l-Artikolu 63, illi se jipprovdi għajnuna legali b'xejn fir-rigward ta' rikorsi minbarra dawk taħt l-Artiklolu 10(1) a) u b) u l-każijiet koperti mill-Artikolu 20(4), suġġett għal test ibbażat fuq valutazzjoni tar-riżorsi tal-wild.
2. Stat għandu, fil-mument li jagħmel din id-dikjarazzjoni, jipprovdi l-informazzjoni lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat rigward il-mod kif se ssir l-evalwazzjoni tar-riżorsi tal-wild, inklużi l-kriterji finanzjarji li jinħtieġu sabiex jiġi sodisfatt it-test.
3. Rikors imsemmi fil-paragrafu 1, indirizzat lil Stat li għamel id-dikjarazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu, għandha tinkludi attestazzjoni formali mir-rikorrent li tiddikjara li r-riżorsi tal-wild jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. L-Istat li ssirlu t-talba jista' biss jitlob għal aktar provi tar-riżorsi tal-wild jekk ikollu raġunjiet fondati li jemmen li l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent mhijiex preċiża.
4. Jekk l-għajnuna legali l-aktar favorevoli prevista mil-liġi tal-Istat li ssirlu t-talba fir-rigward ta' rikorsi taħt dan il-Kapitolu li jirrigwardaw l-obbligi ta' manteniment li joħorġu minn relazzjoni ta' ġenitur-wild fil-konfront ta' wild tkun iktar favorevoli minn dak previst taħt il-paragrafi 1 sa 3, għandha tiġi pprovduta l-għajnuna legali l-aktar favorevoli.
L-Artikolu 17 Rikorsi li ma jikkwalifikawx taħt l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16
Fil-każ tar-rikorsi kollha taħt din il-Konvenzjoni barra dawk taħt l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 –
a) l-għoti ta' għajnuna legali b'xejn tista' tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-mezzi u tal-merti;
b) rikorrent, li fl-Istat tal-oriġini bbenefika minn għajnuna legali b'xejn, għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċedimenti għal rikonoxximent jew eżekuzzjoni, għal minn tal-anqas fl-istess miżura, il-benefiċċju ta' għajnuna legali b'xejn kif previst mil-liġi tal-Istat indirizzat taħt l-istess ċirkostanzi.
KAPITOLU IV – RESTRIZZJONJIET FUQ BIDU TA' PROĊEDIMENTI
Artikolu 18 Limitu fuq il-proċedimenti
1. Meta deċiżjoni tingħata fi Stat Kontraenti fejn il-kreditur ikun abitwalment residenti, il-proċedimenti sabiex issir modifika fid-deċiżjoni jew sabiex tingħata deċiżjoni ġdida ma jistgħux jitressqu mid-debitur fi kwalunkwe Stat Kontraenti ieħor sakemm il-kreditur jibqa' residenti abitwalment fl-Istat fejn ingħatat id-deċiżjoni.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika –
a) fejn, salv f'kontestazzjonijiet li jirrigwardaw l-obbligi tal-manteniment tal-ulied, ikun hemm ftehim bil-miktub bejn il-partijiet dwar il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
b) Meta l-kreditur jissoġġetta ruħu għall-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Kontraenti ieħor kemm jekk espressament kif ukoll billi jiddefendi ruħu fuq il-merti tal-kawża mingħajr ma jeċċepixxi l-inkompetenza ġuriżdizzjonali mal-ewwel opportunità li jkollu;
c) meta l-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini ma tistax, jew tirrifjuta li, teżerċita l-ġuriżdizzjoni sabiex timmodifika d-deċiżjoni jew tagħti deċiżjoni ġdida; jew
d) fejn id-deċiżjoni mogħtija fl-Istat tal-oriġini ma tistax tiġi rikonoxxuta jew ddikjarata eżegwibbli fi Stat Kontraenti fejn huma previsti proċedimenti biex tiġi modifikata deċiżjoni jew biex tingħata deċiżjoni ġdida.
KAPITOLU V – RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI
Artikolu 19 Ambitu tal-Kapitolu
1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għal deċiżjoni mogħtija minn awtorità ġudizzjarji jew amministrattiva fir-rigward ta' obbligu ta' manteniment. It-terminu deċiżjoni jinkludi wkoll arranġament jew ftehim konkluż qabel jew approvat minn awtorità bħal din. Deċiżjoni tista' tinkludi aġġustament awtomatiku permezz ta' indiċjar u obbligu ta' ħlas ta' arretrati, ħlas retroattiv ta' manteniment jew ta' interessi jew determinazzjoni tal-ispejjeż.
2. Jekk deċiżjoni ma tirrigwardax biss obbligu ta' manteniment, l-effett ta' dan il-Kapitolu huwa limitat għal dawk il-partijiet tad-deċiżjoni li jikkonċernaw obbligi ta' manteniment.
3. Għall-fini tal-paragrafu 1, awtorità amministrattiva tfisser entità pubblika li d-deċiżjonjiet tagħha, taħt il-liġi tal-Istat fejn ġiet stabbilita –
a) jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew stħarriġ minn awtorità ġudizzjarja; u
b) jkollhom saħħa u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja dwar l-istess kwistjoni.
4. Dan il-Kapitolu japplika wkoll għal ftehimiet ta' manteniment skont l-Artikolu 30.
5. Id-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal talba ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni magħmula direttament lil awtorità kompetenti tal-Istat indirizzata b'konformità mal-Artikolu 37.
Artikolu 20 Il-bażijiet għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
1. Deċiżjoni mogħtija fi Stat Kontraenti ("l-Istat tal-oriġini") għandha tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stati Kontraenti oħrajn jekk –
a) l-intimat kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti;
b) l-intimat issoġġetta ruħu għall-ġuriżdizzjoni kemm jekk espressament kif ukoll billi ddefenda ruħu fuq il-merti tal-kawża mingħajr eċċepixxa l-inkompetenza ġuriżdizzjonali mal-ewwel opportunità li kellu;
c) il-kreditur kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti ;
d) il-wild li għalih ġie ordnat il-manteniment kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti, sakemm l-intimat kien għex mal-wild f'dak l-Istat jew irrisjeda f'dak l-Istat u pprovda manteniment għall-wild hemmhekk;
e) salv f'kontestazzjonijiet li jirrigwardaw l-obbligi tal-manteniment fil-konfront tal-ulied, kien hemm ftehim bil-miktub bejn il-partijiet rigward il-ġuriżdizzjoni; jew
f) id-deċiżjoni kienet mogħtija mill-awtorità li teżerċita ġuriżdizzjoni fuq il-kwistjoni tal-istat personali jew ir-responsabbiltà tal-ġenituri, sakemm dik il-ġuriżdizzjoni kienet ibbażata biss fuq iċ-ċittadinanza ta' waħda mill-partijiet.
2. Stat Kontraenti jista' jagħmel riżerva, skont l-Artikolu 62, fir-rigward tal-paragrafu 1 c), e) jew f).
3. Stat Kontraenti li jagħmel riżerva taħt il-paragrafu 2 għandu jirrikonoxxi u jeżegwixxi deċiżjoni jekk il-liġi tiegħu, f'ċirkostanzi fattwali simili, tikkonferixxi jew setgħet tikkonferixxi ġuriżdizzjoni lill-awtoritajiet tiegħu biex jagħti deċiżjoni bħal din.
4. Jekk rikonoxximent ta' deċiżjoni mhux possibbli minħabba riżerva taħt il-paragrafu 2, u jekk id-debitur ikun abitwalment residenti fih, Stat Kontraenti, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jagħmel deċiżjoni għall-benefiċċju tal-kreditur. Is-sentenza preċedenti m'għandhiex tapplika għal talbiet diretti għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 19(5) jew għal talbiet għal manteniment imsemmija fl-Artikolu 2(1) b).
5. Deċiżjoni favur wild taħt l-età ta' 18-il sena li ma tistax tiġi rikonoxxuta biss bis-saħħa ta' riżerva fir-rigward tal-paragrafu 1 c), e) jew f) għandha tiġi aċċettata bħala li tistabbilixxi l-eliġibilità għall-manteniment ta' dak il-wild fl-Istat indirizzat.
6. Deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk ikollha effett fl-Istat tal-oriġini, u għandha tkun eżegwibbli biss jekk hi eżegwibbli fl-Istat tal-oriġini.
Artikolu 21 Separabbiltà u rikonoxximnt u eżegwibbiltà parzjali
1. Jekk l-Istat indirizzat ma jkunx jista' jirrikonoxxi jew jeżegwixxi d-deċiżjoni fit-totalità tagħha, huwa għandu jirrikonoxxi jew jeżegwixxi dawk il-partijiet minnha li jistgħu jiġu rikonoxxuti jew eżegwiti separatament.
2. Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni parzjali ta' deċiżjoni jistgħu dejjem jintalbu.
Artikolu 22 Raġunijiet għal rifjut tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jistgħu jiġu miċħuda jekk –
a) ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-politika pubbliku (“ordre public”) tal-Istat indirizzat;
b) id-deċiżjoni inkisbet bi frodi b'konnessjoni ma' kwistjoni ta' proċedura;
c) hemm pendenti quddiem awtorità tal-Istat indirizzat proċedimenti bejn l-istess partijiet u bl-istess għan u dawk il-proċedimenti kienu l-ewwel li ġew istitwiti;
d) id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma' deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet u li għandha l-istess għan, jew fl-Istat indirizzat jew fi Stat ieħor, sakemm din l-aħħar deċiżjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħha fl-Istat indirizzat;
e) f'każ fejn l-intimat qatt ma deher u lanqas ma kien irrappreżentat fi proċedimenti fl-Istat tal-oriġini –
i) meta l-liġi tal-Istat tal-oriġini tipprovdi għal avviż ta' proċedimenti u l-intimat ma kellux avviż tal-proċedimenti xieraq u l-opportunità li jinstema'; jew
ii) meta l-liġi tal-Istat tal-oriġini ma tipprovdix għal avviż ta' proċedimenti, l-intimat ma kellux avviż tad-deċiżjoni xieraq u opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq punti ta' fatt u ta' dritt; jew
f) id-deċiżjoni ġiet mogħtija bi ksur tal-Artikolu 18.
Artikolu 23 Proċedura dwar rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, il-proċeduri għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat indirizzat.
2. Meta rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni sar permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali skont il-Kapitolu III, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha minnufih jew –
a) tittrażmetti r-rikors lill-awtorità kompetenti li għandha mingħajr dewmien tiddikjara d-deċiżjoni eżegwibbli jew tirreġistra d-deċiżjoni għall-eżekuzzjoni; jew
b) jekk tkun hi l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni hi nnifisha.
3. Meta t-talba tkun magħmula direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat indirizzat skont l-aArtikolu 19(5), dik l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tiddikjara li d-deċiżjoni hija eżegwibbli jew tirreġistra d-deċiżjoni għall-eżekuzzjoni.
4. Dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni tista' tiġi rrifjutata biss għar-raġuni imsemmi fl-Artikolu 22 a). F'dan l-istadju la r-rikorrent u lanqas l-intimat ma jkollhom id-dritt jagħmlu sottomissjonijiet.
5. Ir-rikorrent u l-intimat għandhom jiġu nnotifikati minnufih bid-dikjarazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, magħmula taħt il-paragrafi 2 u 3, jew biċ-ċaħda tagħhom skont il-paragrafu 4, u jistgħu jikkonstestawha jew jappellawha fuq punti ta' fatt u ta' dritt.
6. Kontestazzjoni jew appell għandhom jiġi ppreżentati fi żmien 30 jum min-notifika taħt il-paragrafu 5. Jekk il-parti li qed tikkontesta ma tkunx residenti fl-Istat Kontraenti fejn saret jew ġiet miċħuda d-dikjarazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, il-kontestazzjoni jew l-appell għandhom jiġu ppreżentati fi żmien 60 jum min-notifika.
7. Kontestazzjonijew appell jistgħu jkunu bbażati biss fuq –
a) ir-raġunijiet sabiex jiġu miċħuda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 22;
b) il-bażijiet għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 20;
c) l-awtentiċità jew l-integrità ta' kwalunkwe dokument trażmess skont l-Artikolu 25 (1) a), b) jew d) jew (3) b).
8. Kontestazzjoni jew appell minn intimat jistgħu wkoll ikunu bbażati fuq il-pagament ta' debitu safejn ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni jirrigwardaw pagamenti li kienu dovuti fil-passat.
9. Ir-rikorrent u l-intimat għandhom jiġu nnotifikati minnufih bid-deċiżjoni dwar il-kontestazzjoni jew l-appell.
10. Jekk il-liġi tal-Istat indirizzat tippermetti appell ulterjuri, dan m'għandux ikollu l-effett illi jwaqqaf l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.
11. L-awtorità kompetenti għandha taġixxi mingħajr dewmien meta tiġi biex tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, inkluż kwalunkwe appell.
Artikolu 24 Proċedura alternattiva dwar rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
1. Bla ħsara għall-Artikolu 23(2) sa (11), Stat jista' jiddikjara, skont l-Artikolu 63, illi se japplika l-proċedura għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Meta rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jkun sar permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali skont il-Kapitolu III, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha minnufih jew –
a) tirreferi r-rikors lill-awtorità kompetenti li għandha tiddeċiedi dwar ir-rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni; jew
b) jekk tkun hi l-awtorità kompetenti, tieħu d-deċiżjoni hi nnifisha.
3. Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni għandhom jingħatw mill-awtorità kompetenti wara li l-intimat jkun ġie debitament u prontament innotifikat dwar il-proċedimenti u ż-żewġ partijiet ikunu ġew mogħtija opportunità xierqa li jinstemgħu
4. L-awtorità kompetenti tirrevedi r-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni stipulati fl-Artikolu 22 a), c) u d) ex officio . Hi tista' tirrevedi kwalunkwe raġunijiet elenkati fl-Artikoli 20, 22 u 23(7) c) jekk ikunu mqajma mill-intimat jew jekk ikun hemm tħassib dwar dawk ir-raġunijiet li jirriżultaw minn eżami prima facie tad-dokumenti ppreżentati skont l-Artikolu 25.
5. Ir-rifjut tar-rikonoxximent jew l-infurzar jistgħu wkoll ikunu bbażati fuq il-pagament tad-debitu safejn ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ikun jirrigwarda pagament li kienu dovuti fil-passat.
6. Jekk il-liġi tal-Istat indirizzat tippermetti appell, dan m'għandux ikollu l-effett illi jwaqqaf l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.
7. L-awtorità kompetenti għandha taġixxi mingħajr dewmien meta tiġi biex tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, inkluż fl-appell.
Artikolu 25 Dokumenti
1. Rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 24 għandu jkollu anness miegħu dan li ġej –
a) test sħiħ tad-deċiżjoni;
b) dokument li jgħid illi d-deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat tal-oriġini u, fil-każ ta' deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva, dokument li jgħid li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3) huma sodisfatti sakemm dak l-Istat ma jispeċifikax, skont l-Artikolu 57, li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi tiegħu dejjem jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti;
c) jekk l-intimat ma deherx u ma kienx irrappreżentat fil-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini, dokument jew dokumenti li jikkonfermaw, kif xieraq, jew li l-intimat kien notifikat b'mod xieraq bil-proċedimenti u kellu opportunità li jinstema', jew li l-intimat kien notifikat b'mod xieraq tad-deċiżjoni u kellu l-opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq bażi ta' fatt u ta' dritt;
d) fejn meħtieġ, dokument li juri l-ammont ta' arretrati u d-data meta ġie kkalkulat tali ammont;
e) fejn meħtieġ, fil-każ ta' deċiżjoni li tipprovdi aġġustament awtomatiku permezz ta' indiċizzazzjoni, dokument illi jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex isiru l-kalkoli xierqa;
f) fejn meħtieġ, dokumentazzjoni li turi safejn l-intimat rċieva għajnuna legali gratwita fl-Istat tal-oriġini.
2. Fuq kontestazzjoni jew appell taħt l-Artikolu 23(7) c) jew fuq talba mill-awtorità kompetenti fl-Istat indirizzat, għandha tiġi pprovduta minnufih kopja sħiħa tad-dokument ikkonċernat, iċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini
a) mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat jagħmel it-talba, meta r-rikors jkun sar skont il-Kapitolu III;
b) mir-rikorrent, meta t-talba tkun saret direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat.
3. Stat Kontraenti jista' jispeċifika skont l-Artikolu 57 –
a) li kopja sħiħa tad-deċiżjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini għandha tkun annessa mar-rikors;
b) iċ-ċirkostanzi li fihom jaċċetta, minflok kopja sħiħa tad-deċiżjoni, sunt jew estratt tad-deċiżjoni mħejji mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-oriġini, li jista' jkun fil-forma rrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat; jew
c) li ma jeħtieġx dokument li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3) ġew sodisfatti.
Artikolu 26 Proċedura dwar rikors għar-rikonoxximent
Dan il-Kapitolu għandu japplika mutatis mutandis għal rikors għar-rikonoxximent ta' deċiżjoni, salv illi r-rekwiżit ta' eżegwibbiltà huwa sostwit bir-rekwiżit li d-deċiżjoni jkollha effett fl-Istat tal-oriġini.
Artikolu 27 Aċċertamenti ta' fatt
Kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat għandha tkun marbuta bl-aċċertamenti ta' fatt li fuqhom l-awtorità tal-Istat tal-oriġini bbażat il-ġuriżdizzjoni tagħha.
Artikolu 28 L-ebda stħarriġ tal-merti
M'għandu jkun hemm l-ebda stħarriġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat tal-merti ta' deċiżjoni.
Artikolu 29 L-ebda ħtieġa talpreżenza fiżika tal-wild jew tar-rikorrent
Il-preżenza fiżika tal-wild jew tar-rikorrent m'għandhom ikunu meħtieġa fl-ebda proċedimenti fl-Istat indirizzat taħt dan il-Kapitolu.
Artikolu 30 Arranġamenti dwar manteniment
1. Arranġament dwar manteniment magħmul fl-Istat Kontraenti għandu jkun rikonoxxut u infurzat bħala deċiżjoni taħt dan il-Kapitolu sakemm ikun eżegwibbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini.
2. Għall-fini tal-Artikolu 10(1) a) u b) u (2) a), it-terminu "deċiżjoni" jinkludi arranġament dwar manteniment.
3. Rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament dwar manteniment għandu jkollu anness miegħu dan li ġej –
a) test sħiħ tal-arranġament ta' manteniment; u
b) dokument li jiddikjara li l-arranġament ta' manteniment partikolari huwa infurzabbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini.
4. Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament ta' manteniment jistgħu jiġu miċħuda jekk –
a) ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ikunu manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-Istat indirizzat;
b) l-arranġament ta' manteniment sar permezz ta' frodi jew falsifikazzjoni;
c) l-arranġament ta' manteniment huwa inkompatibbli mad-deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet u li għandu l-istess għan, jew fl-Istat indirizzat jew fi Stat ieħor, sakemm din l-aħħar deċiżjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fl-Istat indirizzat;
5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23(7) u 25(1) u (3), għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament ta' manteniment salv illi –
a) dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 23(2) u (3) tista' tiġi miċħuda biss għar-raġuni stipulata fil-paragrafu 4 a);
b) kontestazzjoni jew appell kif imsemmijin fl-Artikolu 23(6) jistgħu jkunu biss bbażati fuq li ġej –
i) ir-raġunijiet sabiex jiġu miċħuda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni msemmija fil-paragrafu 4;
ii) l-awtentiċità jew l-integrità ta' kwalunkwe dokument trażmess skont il-paragrafu 3;
c) f'dak li jirrigwarda l-proċedura taħt l-Artikolu 24(4), l-awtorità kompetenti tista' tistħarreġ ex officio r-raġuni għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni stipulati fil-paragrafu 4 a) ta' dan l-Artikolu. Tista tistħarreġ ir-raġunijiet kollha elenkati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-awtentiċità jew l-integrità ta' kwalunkwe dokument trażmess skont il-paragrafu 3 jekk jitqajmu mill-intimat jew jekk tħassib dwar dawk ir-raġunijiet jirriżulta minn eżami prima facie ta' dawk id-dokumenti.
6. Il-proċedimenti għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament ta' manteniment għandhom jiġu sospiżi jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-ftehim pendenti quddiem awtorità kompetenti ta' Stat Kontraenti.
7. Stat jista' jiddikjara, skont l-Artikolu 63, illi r-rikorsi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' arranġament ta' manteniment għandhom isiru biss permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali.
8. Stat Kontraenti jista', skont l-Artikolu 62, jirriżerva d-dritt li ma jirrikonoxxix u ma jinfurzax arranġament ta' manteniment.
Artikolu 31 Deċiżjonijiet li ġejjin mill-effett ikkombinat ta' ordni provviżorju u ordni konfermatorju
Meta deċiżjoni tkun ġejja mill-effett ikkombinat ta' ordni provviżorju li sar fi Stat wieħed u ordni minn awtorità fi Stat ieħor ("l-Istat li jikkonferma") li jikkonferma l-ordni provviżorju –
a) kull wieħed minn dawk l-Istati għandu jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu li hu l-Istat tal-oriġini;
b) ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22 e) jiġu sodisfatti jekk l-intimat ingħata notifika xierqa dwar il-proċedimenti fl-Istat li jikkonferma u l-possibbiltà sabiex li jopponi l-konferma tal-ordni provviżorju;
c) ir-rekwiżit tal-Artikolu 20(6) li deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat tal-oriġini jiġi sodisfatt jekk id-deċiżjoni kkun infurzabbli fl-Istat li jikkonferma; u
d) L-Artikolu 18 ma għandux jipprevjeni l-bidu ta' proċedimenti għall-modifika tad-deċiżjoni f'wieħed mill-Istati.
KAPITOLU VI – EŻEKUZZJONI MILL-ISTAT INDIRIZZAT
Artikolu 32 Eżekuzzjoni taħt il-liġi interna
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, l-eżekuzzjoni għandu jsir skont il-liġi tal-Istat indirizzat.
2. L-Eżekuzzjoni għandu jkun bla dewmien.
3. Fil-każ tar-rikorsi li jsiru permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali, meta deċiżjoni tkun ġiet iddikjarata infurzabbli jew irreġistrata għall-eżekuzzjoni taħt il-Kapitolu V, l-eżekuzzjoni għandha jseħħ mingħajr il-ħtieġa ta' azzjoni ulterjuri mir-rikorrent.
4. Għandu jingħata effett lir-regoli applikabbli fl-Istat tal-oriġini tad-deċiżjoni li tirrigwarda t-tul tal-obbligu tal-manteniment.
5. Kull limitazzjoni fuq il-perjodu li fih jistgħu jiġu infurzati arretrati għandha tiġi ddeterminata jew mil-liġi tal-Istat tal-oriġini tad-deċiżjoni jew mil-liġi tal-Istat indirizzat, liema minnhom tipprovdi għall-itwal perjodu ta' limitazzjoni.
Artikolu 33 Non-diskriminazzjoni
L-Istat indirizzat għandu għallinqas jipprovdi l-istess gamma ta' metodi ta' eżekuzzjoni għal każijiet taħt il-Konvenzjoni li hemm disponibbli f'każijiet domestiċi.
Artikolu 34 Miżuri ta' Eżekuzzjoni
1. L-Istati Kontraenti għandhom jagħmlu disponibbli miżuri effettivi fil-liġi interna sabiex jiġu infurzati deċiżjonijiet taħt din il-Konvenzjoni.
2. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu –
a) żamma tal-paga;
b) sekwestru fuq kontijiet tal-bank u fuq sorsi oħrajn;
c) tnaqqis minn pagamenti mis-sigurtà soċjali;
d) rahan jew bejgħ obbligatorju tal-propjetà;
e) żamma ta' rifużjonijiet tat-taxxa;
f) żamma jew sekwestru ta' benefiċċji tal-pensjoni;
g) irrappurtar lill-uffiċji ta' kreditu;
h) ċaħda, sospensjoni jew revoka ta' liċenzji varji (pereżempju, liċenzjitas-sewqan);
i) l-użu ta' medjazzjoni, konċiljazzjoni jew proċessi simili biex ikun hemm eżekuzzjoni volontarja.
Artikolu 35 Trasferiment ta' fondi
1. L-Istati Kontraenti huma mħeġġa li jippromwovu, inkluż permezz ta' ftehimiet internazzjonali, l-użu tal-metodi l-aktar ekonomikament effettivi u effiċjenti disponibbli sabiex jiġu ttrasferiti l-fondi pagabbli bħala manteniment.
2. Stat Kontraenti, li l-liġi tiegħu tirrestrinġi t-trasferiment ta' fondi, għandu jagħti l-ogħla prijorità lit-trasferiment ta' fondi pagabbli taħt din il-Konvenzjoni.
KAPITOLU VII – ENTITAJIET PUBBLIĊI
Artikolu 36 Entitajiet pubbliċi bħala rikorrenti
1. Għall-finijiet tar-rikorsi għal rikonoxximent u eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 10(1) a) u b) u tal-każijiet koperti mill-Artikolu 20(4), "kreditur" tinkludi entità pubblika li taġixxi f'isem individwu li huwa dovut manteniment jew wieħed li hu dovut rifużjoni għal benefiċċji provduti minflok manteniment.
2. Id-dritt ta' enitità pubblika li taġixxi f'isem individwu li jkun dovut manteniment jew li tfittex ir-rifużjoni ta' benefiċċji provduti lill-kreditur minflok manteniment għandu jkun irregolat mil-liġi li għaliha hija soġġetta l-entità.
3. Entità pubblika tista' titlob ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' –
a) deċiżjoni mogħtija kontra debitur fir-rigward ta' rikors ta' entità pubblika li jitlob il-ħlas ta' benefiċċji provduti minflok manteniment.
b) deċiżjoni mogħtija fil-konfront ta' kreditur u debitur safejn tirrigwarda benefiċċji provduti lill-kreditur minflok manteniment.
4. L-entità pubblika li titlob ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandha, jekk mitluba, tipprovdi kwalunkwe dokument neċessarju sabiex tistabbilixxi d-dritt tagjħha taħt il-paragrafu 2 u li ġew provduti benefiċċji lill-kreditur.
KAPITOLU VIII – DISPOŻIZZJONJIET ĠENERALI
Artikolu 37 Talbiet diretti lil awtoritajiet kompetenti
1. Il-Konvenzjoni ma għandhiex teskludi l-possibilità li wieħed jirrikorri għal dawk il-proċeduri li jistgħu jkunu disponibbli fil-liġi interna ta' Stat Kontraenti li jippermettu li persuna (rikorrent) tressaq kwistjoni direttament quddiem awtorità kompetenti ta' dak l-Istat fi kwistjoni rregolata mill-Konvenzjoni inkluż, bla ħsara għall-Artikolu 18, għall-fini li tiġi stabbilita jew modifikata deċiżjoni dwar manteniment.
2. L-Artikoli 14(5) u 17 b) u d-dispożizzjonjiet tal-Kapitoli V, VI, VII u ta' dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 40(2), 42, 43(3), 44(3), 45 u 55, għandhom japplikaw fil-rigwrd ta' talba għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni magħmula direttament lil awtorità kompetenti fl-Istat Kontraenti.
3. Għall-fini ta' paragrafu 2, l-Artikolu 2(1) a) għandu japplika għal deċiżjoni li tikkonċedi manteniment lil persuna vulnerabbli ta' età ogħla minn dik speċifikata f'dak is-subparagrafu fejn din id-deċiżjoni ngħatat qabel ma l-persuna laħqet dik l-età u kienet tipprovdi għal manteniment wara dik l-età minħabba d-diżabilità.
Artikolu 38 Protezzjoni tad-dejta personali
Dejta personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tintuża biss għar-raġunijiet li nġabret jew ġiet trażmessa.
Artikolu 39 Kunfidenzjalità
Kwalunkwe awtorità li tipproċessa l-informazzjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tagħha skont il-liġi tal-Istat tagħha.
Artikolu 40 Nuqqas ta' żvelar tal-informazzjoni
1. Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miħbura jew trażmessa skont din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk tista' tippreġudika s-saħħa, is-sigurtà jew il-libertà ta' persuna.
2. Deċiżjoni f'dan is-sens magħmula minn Awtorità Ċentrali waħda għandha tiġi kkunsidrata minn Awtorità Ċentrali oħra, b'mod partikolari f'każijiet ta' vjolenza fil-familja.
3. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi l-ġbir u t-trażmissjoni ta' informazzjoni minn u bejn l-awtoritajiet safejn huwa meħtieġ sabiex jitwettqu l-obbligi taħt il-Konvenzjoni.
Artikolu 41 Eżenzjoni mill-legalizzazzjoni
Ma tista tintalab l-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili fil-kuntest ta' din il-Konvenzjoni.
Artikolu 42 Prokura
L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba tista' biss titlob prokura mir-rikorrent jekk taġixxi f'ismu jew f'isimha fil-proċedimenti ġudizzjarji jew quddiem awtoritajiet oħra, jew sabiex taħtar rappreżentant biex jaġixxi f'dan is-sens.
Artikolu 43 Irkupru ta' spejjeż
1. L-irkupru ta' kwalunkwe spejjeż li jsiru fl-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni ma għandhomx jieħdu preċedenza fuq l-irkupru tal-manteniment.
2. Stat jista' jirkupra l-ispejjeż mill-parti li titlef il-kawża.
3. Għall-finijiet ta' rikors taħt l-Artikolu 10(1) b) sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż minn parti li tkun tilfet il-kawża skont il-paragrafu 2, it-terminu "kreditur" fl-Artikolu 10(1) għandu jinkludi Stat.
4. Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għall-Artikolu 8.
Artikolu 44 Rekwiżiti tal-lingwa
1. Kull rikors u d-dokumenti relatati għandhom ikunu fil-lingwa oriġinali, u għandhom ikollhom anness magħhom traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba jew f'lingwa oħra li tkun ġiet indikata bħala aċċettabbli mill-Istat li ssirlu t-talba, b'dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63, sakemm l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat ma teżentax mill-ħtieġa għal traduzzjoni.
2. Stat Kontraenti li għandu iktar minn lingwa uffiċjali waħda u ma jistax, għal raġunijiet ta' liġi interna, jaċċetta għat-territorju tiegħu kollu dokumenti f'waħda minn dawk il-lingwi, għandu, b'dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63, jispeċifika l-lingwa li bihom tali dokumenti jew it-traduzzjonijiet tagħhom għandhom jitħejjew sabiex jiġu ppreżentati fil-partijiet speċifiċi tat-territorju tiegħu.
3. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Awtoritajiet Ċentrali, kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn tali Awtoritajiet għandha tkun fil-lingwa uffiċjali tal-Istat li sssirlu t-talba jew bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Madanakollu, Stat Kontraenti jista', billi jagħmlu riżerva skont l-Artikolu 62, joġġezzjona għall-użu tal-Ingliż jew il-Franċiż.
Artikolu 45 Mezzi u spiża għat-traduzzjoni
1. Fil-każ ta' rikorsi taħt il-Kapitolu III, l-Awtoritajiet Ċentrali jistgħu jaqblu f'każ individwali jew ġeneralment li t-traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba tista' tkun magħmula fl-Istat li ssirlu t-talba mil-lingwa oriġinali jew minn kwalunkwe lingwa oħra miftiehma. Jekk ma hemmx ebda ftehim u mhux possibbli għall-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 44(1) u (2), ir-rikors u d-dokumenti rrelatati jistgħu jiġu trażmessi flimkien mat-traduzzjoni għall-Ingliż jew għall-Franċiż għat-traduzzjoni ulterjuri f'lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba.
2. L-ispiża għat-traduzzjoni li rirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tinġarr mill-Istat li jagħmel it-talba sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati konċernati.
3. Minkejja l-Artikolu 8, l-Awtorità Ċentrali li tagħmel t-talba tista' titlob ħlas minn rikorrent għall-ispejjeż tat-traduzzjoni ta' rikors u dokumenti rrelatati, ħlief safejn dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu koperti mis-sistema tal-għajnuna legali tagħha.
Artikolu 46 Sistemi legali mhux unifikati – interpretazzjoni
1. Fir-rigward ta' Stat fejn huma applikabbli, f'unitajiet territorjali differenti, żewġ sistemi legali jew aktar jew iktar minn sensiela waħda ta' regoli tal-liġi fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni kkunsidrata f'din il-Konvenzjoni –
a) kwalunkwe referenza għal-liġi jew proċedura ta' Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal-liġi jew il-proċedura fis-seħħ fl-unità territorjali relevanti;
b) kwalunkwe referenza għal deċiżjoni stabbilita, rikonoxxuta, rikonoxxuta u infurzata, infurzata jew modifikata f'dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal deċiżjoni stabbilita, rrikonoxxuta, rrikonoxxuta u infurzata, infurzata jew modifikata fl-unità territorjali relevanti;
c) kwalunkwe referenza għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta' dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-unità territorjali relevanti;
d) kwalunkwe referenza għal awtoritajiet kompetenti, entitajiet pubbliċi, u għal entitajiet oħra ta' dak l-Istat, minbarra l-Awtoritajiet Ċentrali, għandha tiġi kkunsidrats li tirreferi, fejn xieraq, għal dawk awtorizzati li jaġixxu fl-unità territorjali relevanti;
e) kwalunkwe referenza għal residenza jew residenza abitwali f'dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal residenza jew residenza abitwali fl-unità territorjali relevanti;
f) kwalunkwe referenza għal fejn huma l-beni f'dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal fejn huma l-beni fl-unità territorjali relevanti;
g) kwalunkwe referenza għal ftehim ta' reċiproċità fis-seħħ fi Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal ftehim ta' reċiproċità fis-seħħ fl-unità territorjali relevanti;
h) kwalunkwe referenza għal għajnuna legali b'xejn f'dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal għajnuna legali b'xejn fl-unità territorjali relevanti;
i) kwalunkwe referenza għal arranġament ta' manteniment fi Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għal ftehim ta' manteniment fl-unità territorjali relevanti;
j) kwalunkwe referenza għal irkupru ta' spejjeż minn Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn xieraq, għall-irkupru ta' spejjeż mill-unità territorjali relevanti;
2. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika
Artikolu 47 Sistemi legali mhux unifikati – regoli sostanttivi
1. Stat Kontraenti b'żewġ unitajiet territorjali jew aktar fejn japplikaw sistemi legali differenti mhuwiex marbut li japplika din il-Konvenzjoni għal sitwazzjonjiet li jinvolvu biss dawn l-unitajiet territorjali differenti.
2. Awtorità kompetenti f'unità territorjali ta' Stat Kontraenti b'żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom japplikaw sistemi legali differenti mhumiex marbuta li jirrikonoxxu jew jinfurzaw deċiżjoni minn Stat Kontraenti ieħor unikament minħabba l-fatt li d-deċiżjoni ġiet rrikonoxxuta jew infurzata f'unità territorjali oħra tal-istess Stat Kontraenti taħt din il-Konvenzjoni.
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika.
Artikolu 48 Koordinazzjoni ma' Konvenzjonijiet preċedenti tal-Aja dwar il-Manteniment
Fir-relazzjonjiet bejn l-Istati Kontraenti, din il-Konvenzjoni tissostitwixxi, bla ħsara għall-Artikolu 56(2) tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta' Ottubru 1973 dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' April 1958 dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment lejn it-tfal safejn l-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom bejn dawn l-Istati jikkoinċidi mal-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.
Artikolu 49 Koordinazzjoni mal-Konvenzjoni ta' New York tal-1956
Fir-relazzjonjiet bejn l-Istati Kontraenti, din il-Konvenzjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Irkupru tal-Manteniment Barra mill-Pajjiż tal-20 ta' Ġunju 1956, sa fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tagħha bejn tali Stati jikkoinċidi mal-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.
Artikolu 50 Relazzjoni bejn il-Konvenzjonijiet tal-Aja preċedenti dwar in-notifika ta' dokumenti u t-teħid ta' provi
Din il-Konvenzjoni ma taffettwax il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta' Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extra-ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali u l-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta' Marzu 1970 dwar it-teħid ta’ provi barra mill-pajjiż f’materji ċivili jew kummerċjali.
Artikolu 51 Koordinazzjoni tal-istrumenti u ftehimiet supplimentari
1. Din il-Konvenzjoni ma taffettwa l-ebda strument internazzjonali konkluż qabel din il-Konvenzjoni li tiegħu l-Istati Kontraenti huma Partijiet u li fih dispożizzjonjiet dwar kwistjonjiet irregolati minn din il-Konvenzjoni.
2. Kwalunkwe Stat Kontraenti jista' jikkonkludi ftehimiet ma' Stat Kontraenti wieħed jew aktar, li jkun fihom dispożizzjonjiet dwar kwistjonijiet irregolati minn din il-Konvenzjoni, bl-għan li titjieb l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni bejniethom, sakemm dawn il-ftehimiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u mal-iskop tal-Konvenzjoni u ma jaffettwawx, fir-relazzjoni ta' bejn tali Stati u Stati Kontraenti oħrajn, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet tal-Konvenzjoni. L-Istati li kkonkludew tali ftehim għandhom jitrażmettu kopja lid-depożitarju tal-Konvenzjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal ftehimiet ta' reċiproċità u liġijiet uniformi bbażati fuq rabtiet speċjali bejn l-Istati kkonċernati.
4. Din il-Konvenzjoni ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-istrumenti ta' Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika li hija Parti ta' din il-Konvenzjoni, adottati wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni, dwar kwistjonjiet irregolati mill-Konvenzjoni sakemm tali strumenti ma jaffetwawx, fir-relazzjoni tal-Istati Membri tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika ma' Stati Kontraenti oħrajn, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. F'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonjiet bejn l-Istati Membri tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika, il-Konvenzjoni ma għandhiex taffettwa r-regoli tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika, kemm jekk adottati qabel jew wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni.
Artikolu 52 L-iktar regola effettiva
1. Din il-Konvenzjoni ma għandhiex ittellef l-aplikazzjoni ta' ftehim, arranġament jew strument intgernazzjonali fis-seħħ bejn l-Istat li jagħmel it-talba u l-Istat li ssirlu t-talba, jew ta' ftehim ta' reċiproċita fis-seħħ fl-Istat li ssirlu t-talba li jipprovdi għal –
a) Bażijiet aktar wiesgħa għar-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment, bla ħsara għall-Artikolu 22 f) tal-Konvenzjoni;
b) proċeduri simplifikati, aktar mħaffa dwar rikors għar-rikonoxximent jew għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-manteniment;
c) għajnuna legali aktar favorevoli minn dik provduta taħt l-Artikoli 14 sas-17: jew
d) proċeduri li jippermettu lir-rikorrent minn Stat li jagħmel it-talba li jagħmel talba direttament lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba.
2. Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni tal-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat li ssirlu t-talba li jipprovdi għal regoli aktar effettivi kif imsemmi fil-paragrafu 1 a) sa c). Madanakollu, għal dak li jirrigwarda proċeduri aktar mħaffa u simplifikati msemmija fil-paragrafu 1 b), dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni mogħtija lill-partijiet taħt l-Artikolu 23 u 24, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-partijiet li għandhom ikunu debitament notifikati dwar il-proċedimenti u għandhom jingħataw opportunità adegwata li jinstemgħu u fir-rigward tal-effetti ta' kwalunkwe kontestazzjoni jew appell.
Artikolu 53 Interpretazzjoni uniformi
Fl-interpretazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, għandu jkun ikkunsidrat il-karattru internazzjonali tagħha u l-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-applikazzjoni uniformi tagħha.
Artikolu 54 Reviżjoni tal-operazzjoni prattika tal-Konvenzjoni
1. Is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat għandu f'intervalli regolari jsejjaħ Kummissjoni Speċjali bl-iskop illi tirrevedi l-operazzjoni prattika tal-Konvenzjoni u sabiex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' prattiki tajbin taħt il-Konvenzjoni.
2. Għall-fini ta' din ir-reviżjoni, l-Istati Kontraenti għandhom jikkoperaw mal-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-ġbir tal-informazzjoni, inklużi statistika u każistika, dwar l-operazzjoi prattika tal-Konvenzjoni.
Artikolu 55 Emendi tal-formoli
1. Il-formoli annessi ma' din il-Konvenzjoni jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni ta' Kummissjoni Speċjali msejħa mis-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat li għaliha l-Istati Kontraenti kollha u l-Membri kollha għandhom jiġu mistiedna. Avviż tal-proposta ta' emenda tal-formoli għandha tiġi inkluża fl-aġenda tal-laqgħa.
2. L-emendi adottati mill-Istati Kontraenti preżenti fil-Kummissjoni Speċjali għandhom jiġu fis-seħħ għall-Istati Kontraenti kollha fl-ewwel jum tas-seba' xahar kalendarju wara d-data tal-komunikazzjoni tagħhom mid-depożitarju lill-Istati Kontraenti kollha.
3. Waqt il-perjodu stipulat fil-paragrafu 2 kwalunkwe Stat Kontraenti jista' permezz ta' notifika bil-miktub lid-depożitarju, jagħmel riżerva, skont l-Artikolu 62, fir-rigward tal-emenda. L-Istat li jkun qed jagħmel tali riżerva għandu, sakemm ir-riżerva tiġi irtirata, jiġi ttrattat bħala Stat li mhux Parti fil-Konvenzjoni preżenti fir-rigward ta' dik l-emenda.
Artikolu 56 Dispożizzjonjiet tranżitorji
1. Il-Konvenzjoni għandha tapplika f'kull każ fejn –
a) talba skont l-Artikolu 7 jew rikors skont il-Kapitolu III tiġi riċevuta mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ bejn l-Istat li jagħmel it-talba u l-Istat li ssirlu t-talba.
b) talba diretta għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tiġi riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ bejn l-Istat tal-oriġini u l-Istat indirizzat.
2. Fir-rigward tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonjiet bejn l-Istati Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni li huma wkoll Partijiet jew tal-Konvenzjonijiet tal-Aja dwar l-Manteniment imsemmija fl-Artikolu 48, jekk il-kundizzjonjiet tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni taħt din il-Konvenzjoni jipprevjenu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fl-Istat tal-oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni għal dak l-Istat, li kieku kienet tkun rikonoxxuta u infurzata skont il-Konvenzjoni li kienet fis-seħħ meta d-deċiżjoni ngħatat, il-kundizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni għandhom japplikaw.
3. L-Istat indirizzat ma għandux ikun obbligat taħt din il-Konvenzjoni li jinforza deċiżjoni jew ftehim ta' manteniment, fir-rigward ta' ħlasijiet li ġew dovuti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni bejn l-Istat tal-Oriġini u l-Istat indirizzat, minbarra l-obbligi ta' manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ta' ġenitur-wild fil-konfront ta' persuna taħt l-età ta' 21 sena.
Artikolu 57 Għoti ta' informazzjoni dwar liġijiet, proċeduri u servizzi
1. Sakemm l-istrument tar-ratifika jew l-adeżjoni ta' Stat Kontraenti jiġi ddepożitat jew sakemm dikjarazzjoni tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 61 tal-Konvenzjoni, Stat Kontraenti għandu jipprovdi lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat b' –
a) deskrizzjoni tal-liġijiet u l-proċeduri tiegħu dwar l-obbligi ta' manteniment;
b) deskrizzjoni tal-miżuri li se jieħu sabiex jissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 6;
c) deskrizzjoni dwar kif se jipprovdi lir-rikorrenti b'aċċess effettiv għall-proċeduri, kif mitlub taħt l-Artikolu 14;
d) deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri ta' eżekuzzjoni, inklużi kwalunkwe restrizzjonjiet fuq l-eżekuzzjoni, b'mod partikolari regoli dwar il-protezzjoni tad-debitur u t-termini ta' preskrizzjoni;
e) kwalunkwe speċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) b) u (3).
2. L-Istati Kontraenti jistgħu, fl-adempjiment tal-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1, jutilizzaw formola dwar il-profil tal-pajjiż irrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
3. L-Informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-Istati Kontraenti.
KAPITOLU IX – DISPOŻIZZJONJIET FINALI
Artikolu 58 Firma, ratifika u adeżjoni
1. Il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firma mill-Istati li kienu Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fiż-żmien tal-Wieħed u Għoxrin Sessjoni tagħha u mill-Istati l-oħra li ħadu sehem f'dik is-Sessjoni.
2. Għandha tiġi rratifikata, aċċettata jew approvata u l-istrumenti tar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Renju tal-Olanda, id-depożitarju tal-Konvenzjoni.
3. Kwalunkwe Stat ieħor jew Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika oħra jistgħu jaderixxu għall-Konvenzjoni wara tkun daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 60(1).
4. L-istrument ta' adeżjoni għandu jiġi ddepożitat mad-depożitarju.
5. Din l-adeżjoni għandu jkollha effett biss fir-rigward tar-relazzjonjiet bejn l-Istat aderenti u dawk l-Istati Kontraenti li ma jkunux qajmu oġġezzjoni għall-adeeżjoni tiegħu fit-12-il xahar ta' wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65. Tali oġġezzjoni tista' tiġi wkoll imqajma mill-Istati fil-mument meta jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni wara l-adeżjoni. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju.
Artikolu 59 Organizzazzjonijiet Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika
1. Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika li hija stabbilita unikament minn Stati sovrani u li għandha l-kompetenza fuq xi kwistjoni jew kull kwistjoni rregolata minn din il-Konvenzjoni tista' bl-istess mod tiffirma, taċċetta, tapprova jew taderixxi ma' din il-Konvenzjoni. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika għandha f'dak il-każ id-drittijiet u l-obbligi ta' Stat Kontraenti, safejn l-Organizzazzjoni jkollha kompetenza fuq il-kwistjonjiet irregolati mill-Konvenzjoni.
2. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika għandha, fil-mument tal-firma, aċċettazzjoni, appovazzjoni jew adeżjoni, tinnotifika lid-depożitarju bil-miktub dwar il-kwistjonjiet irregolati minn din il-Konvenzjoni li fir-rigward tagħhom ġiet trasferita kompetenza lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha. L-Organizzazzjoni għandha minnufih tinnotifika lid-depożitarju bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet rigward il-kompetenza tagħha kif speċifikat fl-avviż l-aktar riċenti maħruġ taħt dan il-paragrafu.
3. Fil-mument tal-firma, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika tista' tiddikjara skont l-Artikolu 63 illi hija teżerċita kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha rregolati minn din il-Konvenzjoni u li l-Istati Membri li ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika, fir-rigward tal-kwistjoni kkonċernata, se jkunu marbuta b'din il-Konvenzjoni permezz tal-firma, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tal-Organizzazzjoni.
4. Għall-finijiet tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, kwalunkwe strument iddepożitat mill-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika ma għandux ikun ikkunsidrat sakemm l-Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika tagħmel id-dikjarazzjoni skont il-paragrafu 3.
5. Kwalunkwe referenza għal "Stat Kontraenti" jew "Stat" f'din il-Konvenzjoni għandha tapplika bl-istess mod għal Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika li hija Parti minnha, fejn xieraq. F'każ li tiġi magħmula dikjarazzjoni minn Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika skont il-paragrafu 3, kwalunkwe referenza għal "Stat Kontraenti" jew "Stat" f'din il-Konvenzjoni għandha tapplika bl-istess mod għall-Istati Membri relevanti tal-Organizzazzjoni, fejn xieraq.
Artikolu 60 Dħul fis-seħħ
1. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara d-depozitu tat-tieni strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 58.
2. Wara dab il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ –
a) għal kull Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika msemmija fl-Artikolu 59(1) li sussegwentement jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara d-depożitu tal-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni;
b) għal kull Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika msemmija fl-Artikolu 58(3) fil-jum wara t-tmiem tal-perjodu li matulu jistgħu jitqajmu oġġezzjonjiet skont l-Artikolu 58(5);
c) għal unità territorjali li għaliha ġiet estiża l-Konvenzjoni skont l-Artikolu 61, fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara n-notifika msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 61 Dikjarazzjonjiet fir-rigward ta' sistemi legali mhux unifikati
1. Jekk Stat ikollu iktar minn żewġ unitajiet territorjali li għalihom ikunu applikabbli sistemi legali differenti fir-rigward ta' kwistjonjiet ittrattati f'din il-Konvenzjoni, jista' fil-mument tal-firma, tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni, jiddikjara skont l-Artikolu 63 li din il-Konvenzjoni għandha tiġi estiża għall-unitajiet territorjali kollha tiegħu jew għal unità waħda jew iktar minnhom biss u jista' jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jippreżenta dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe mument.
2. Kull dikjarazzjoni ta' dan it-tip għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju u għandha tiddikjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom tapplika l-Konvenzjoni.
3. Jekk Stat ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni taħt dan l-Artikolu, il-Konvenzjoni għandha testendi għall-unitajiet territorjali kollha ta' dak l-Istat.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta' Integrazjoni Ekonomika.
Artikolu 62 Riżervi
1. Kwalunkwe Stat Kontraenti jista', mhux aktar tard mill-mument tar-ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jew fil-mument li jagħmel i-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61, jagħmel riżerva waħda jew aktar previsti fl-Artikoli 2(2), 20(2), 30(8), 44(3) u 55(3). L-ebda riżerva oħra m'hija permessa.
2. Kwalunkwe Stat fi kwalunkwe mument jista' jirtira r-riżerva li jkun għamel. L-irtirar għandu jiġi nnotifikat lid-depożitarju.
3. Ir-riżerva tieqaf milli jkollhas effett fl-ewwel jum tat-tielet xahar kalendarju wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
4. Riservi taħt dan l-Artikolu ma għandu jkollhom l-ebda effett reċiproku bl-eċċezzjoni tar-riserva prevista fl-Artikolu 2(2).
Artikolu 63 Dikjarazzjonjiet
1. Id-dikjarazzjonjiet imsemmijin fl-Artikoli 2(3), 11(1) g), 16(1), 24(1), 30(7), 44(1) u (2), 59(3) u 61(1), jistgħu jsiru mal-firma, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew fi kwalunkwe żmien wara, u jistgħu jiġu modifikati jew irtirati fi kwalunkwe mument.
2. Dikjarazzjonjiet, modifiki u rtirar għandhom jiġu nnotifikati lid-depożitarju.
3. Dikjarazzjoni magħmula fil-mument tal-firma, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandha tidħol fis-seħħ simultanjament mad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni għall-Istat ikkonċernat.
4. Dikjarazzjoni magħmula sussegwentement, u kwalunkwe modifika jew irtirar ta' dikjarazzjoni, għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-iskadenza ta' tliet xhur wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika.
Artikolu 64 Denunzja
1. Stat Kontraenti tal-Konvenzjoni jista jiddenunzjaha permezz ta' notifika bil-miktub indirizzata lid-depożitarju. Id-denunzja tista' tkun limitata għal ċerti unitajiet territorjali ta' Stat li jkollu aktar minn unità waħda u li għalih tapplika l-Konvenzjoni.
2. Id-denunzja tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-iskadenza ta' 12-il xahar wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika. Meta fin-notifika jiġi speċifikat perjodu itwal sabiex tidħol fis-seħħ id-denunzja, din għandha tidħol fis-seħħ mal-iskadenza ta' dan it-terminu itwal wara d-data li fiha d-depożitarju jkun irċieva n-notifika.
Artikolu 65 Notifika
Id-depożitarju għandu jinnotifika lill-Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, u Stati u Organizzazzjonijiet Reġjonali ta' Integrazzjoni Ekonomika oħrajn li ffirmaw, irratifikaw, approvaw jew aderew skont l-Artikoli 58 u 59 b'dan li ġej–
a) il-firem, ir-ratifiki, l-aċċettazzjonjiet u l-approvazzjonjiet imsemmija fl-Artikoli 58 u 59;
b) l-adeżjonjiet u l-oġġezzjonjiet imqajma għall-adeżjonjiet imsemmija fl-Artikoli 58(3) u (5) u 59;
c) id-data li fiha l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 60;
d) id-dikjarazzjonjiet imsemmija fl-Artikoli 2(3), 11(1) g), 16(1), 24(1), 30(7), 44(1) u (2), 59(3) u 61(1);
e) il-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 51(2);
f) ir-riżervi msemmijin fl-Artikoli 2(2), 20(2), 30(8), 44(3) u 55(3), u l-irtirar imsemmi fl-Artikolu 62(2);
g) id-denunzji msemmijin fl-Artikolu 64;
B'xhieda ta' dan l-hawn taħt iffirmati, kif debitament awtorizzati li jagħmlu dan, iffirmaw din il-Konvenzjoni.
Magħmula fl-Aja, fit-23 ta' Novembru 2007, bil-lingwa Ingliza u dik Franċiża, biż-żewġ testi li huma awtentiċi bl-istess mod, f'kopja unika li għandha tkun depożitata fl-arkivji tal-Gvern tar-Renju tal-Olanda, u li tagħha għandha tintbagħat kopja ċċertifikata, permezz tal-kanali diplomatiċi, lil kull wieħed mill-Istati Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fid-data tal-Wieħed u Għoxrin Sessjoni tagħha u lil kull wieħed mill-Istati l-oħrajn li pparteċipaw f'dik is-Sessjoni.
ANNESS 1
Formola ta' trażmissjoni taħt l-Artikolu 12(2)
AVVIŻ DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI
Dejta personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tiġi użata biss għar-raġunijiet li ġiet miġbura jew trażmessa. Kwalunkwe awtorità li tipproċessa din id-dejta għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tagħha, skont il-liġi tal-Istat fejn tkun.
Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miġbura jew trażmessa skont din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk tista' tippreġudika s-saħħa, is-sigurtà jew il-libertà ta' persuna skont l-Artikolu 40.
( L-Awtorità Ċentrali ħadet deċiżjoni li ma tiżvelax id-dejta skont l-Artikolu 40.
1. Awtorità Ċentrali li għamlet it-talba a. Indirizz b. Numru tat-telefon c. Numru tal-Faks d. E-mail e. Numru ta' referenza | 2. Persuna ta' kuntatt fl-Istat li għamel it-talba a. Address (jekk differenti) b. Numru tat-telefon (jekk differenti) b. Numru tal-faks (jekk differenti) d. E-mail (jekk differenti) e. Lingwa/lingwi |
3. Awtorità Ċentrali li qed issirilha t-talba
Indirizz
4. Dettalji tar-rikorrent
a. Kunjom/Kunjomijiet:
b. Isem/Ismijiet:
c Data tat-twelid: (jj/xx/ssss)
jew
a. Isem tal-entità pubblika:
5. Dettalji tal-persuna/persuni li għalihom qed jintalab jew lil min huwa pagabbli l-manteniment
a. ( Il-persuna hija l-istess waħda bħar-rikorrent imsemmi fil-punt 4
b. i. Kunjom/Kunjomijiet:
Isem/Ismijiet:
Data tat-twelid: (jj/xx/ssss)
ii. Kunjom/Kunjomijiet:
Isem/Ismijiet:
Data tat-twelid: (jj/xx/ssss)
iii. Kunjom/Kunjomijiet:
Isem/Ismijiet:
Data tat-twelid: (jj/xx/ssss)
6. Dettalji tad-debitur[6].
a. ( Il-persuna hija l-istess waħda bħar-rikorrent imsemmi fil-punt 4
b. Kunjom/Kunjomijiet:
c. Isem/Ismijiet:
d. Data tat-twelid: (jj/xx/ssss)
7. Din il-formola ta' trażmissjoni tirrigwarda u għandha anness magħha rikors taħt:
( l-Artikolu 10(1) a)
( l-Artikolu 10(1) b)
( l-Artikolu 10(1) c)
( l-Artikolu 10(1) d)
( l-Artikolu 10(1) e)
( l-Artikolu 10(1) f)
( l-Artikolu 10(2) a)
( l-Artikolu 10(2) b)
( l-Artikolu 10(2) c )
8. Id-dokumenti li ġejjin huma annessi mar-rikors:
a. Għall-fini ta' rikors taħt l-Artikolu 10(1) a) u:
Skont l-Artikolu 25:
( Test sħiħ tad-deċiżjoni (Artikolu 25(1) a) )
( Sunt jew estratt tad-deċiżjoni magħmul mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-oriġini (Artikolu 25(3) b) ) (jekk applikabbli)
( Dokument li jgħid illi d-deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat tal-oriġini u, fil-każ ta' deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva, dokument li jgħid li r-rekwiżiti fl-Artikolu 19(3) huma sodisfatti sakemm dak l-Istat ma speċifikax, skont l-Artikolu 57, li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi tiegħu dejjem jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti (Artikolu 25(1) b) ) jew jekk l-Artikolu 25(3) c) huwa applikabbli
( Jekk l-intimat ma jidhirx u ma kienx rappreżentat fil-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini, dokument jew dokumenti li jikkonfermaw, skont il-każ, jew li l-intimat kien debitament notifikat bil-proċedimenti u kellu opportunità li jinstema', jew li l-intimat kien debitament notifikat bid-deċiżjoni u kellu l-opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq bażi ta' fatt u ta' dritt (Artikolu 25(1) c) )
( Fejn meħtieġ, dokument li juri l-ammont ta' l-arretrati u d-data meta ġie kkalkulat tali ammont (Artikolu 25(1) d) )
( Fejn meħtieġ, fil-każ ta' deċiżjoni li tipprovdi għal aġġustament awtomatiku permezz ta' indiċizzazzjoni, dokument illi jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex isiru l-kalkoli xierqa (Artikolu 25(1) e) )
( Fejn meħtieġ, dokumentazzjoni li turi safejn l-intimat irċieva għajnuna legali b'xejn fl-Istat tal-oriġini (Artikolu 25(1) f) )
Skont l-Artikolu 30(3):
( Test sħiħ tal-arranġament ta' manteniment (Artikolu 30(3) a) )
( Dokument li jiddikjara li l-arranġament ta' manteniment partikolari huwa infurzabbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini (Artikolu 30(3) b) )
( Kwalunkwe dokument ieħor li jkun anness mar-rikors (pereżempju, jekk meħtieġ, dokument għall-finijiet tal-Artikolu 36(4)):
b. Għall-finijiet ta' rikors taħt l-Artikolu 10(1) b) , c) , d) , e) , f) u (2) a), b) jew c) , id-dokumenti ta' sostenn li ġejjin (eskluża l-formola ta' trażmissjoni u r-rikors innifsu) skont l-Artikolu 11(3):
( Artikolu 10(1) b)
( Artikolu 10(1) c)
( Artikolu 10(1) d)
( Artikolu 10(1) e)
( Artikolu 10(1) f)
( Artikolu 10(2) a)
( Artikolu 10(2) b)
( Artikolu 10(2) c)
Isem:_______________________________ (f'ittri majjuskoli) Data:
Rappreżentant awtorizzat tal-Awtorità Ċentrali (jj/xx/ssss)
ANNESS 2
Formola ta' konferma tar-riċevuta taħt l-Artikolu 12(3)
AVVIŻ DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI
Dejta personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tiġi użata biss għar-raġunijiet li ġiet miġbura jew trażmessa. Kwalunkwe awtorità li tipproċessa din id-dejta għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tagħha, skont il-liġi tal-Istat fejn tkun.
Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miġbura jew trażmessa skont din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel dan tista' tippreġudika s-saħħa, is-sigurtà jew il-libertà ta' persuna skont l-Artikolu 40.
( L-Awtorità Ċentrali ħadet deċiżjoni li ma tiżvelax id-dejta skont l-Artikolu 40.
9. Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba a. Indirizz b. Numru tat-telefon c. Numru tal-Faks d. E-mail e. Numru ta' referenza | 10. Persuna ta' kuntat fl-Istat li saritlu t-talba a. Indirizz (jekk differenti) b. Numru tat-telefon (jekk differenti) b. Numru tal-faks (jekk differenti) d. E-mail (jekk differenti) e. Lingwa jew lingwi |
11. Awtorità Ċentrali li qed tagħmel it-talba
_________________________________________________
Persuna ta' kuntatt_________________________________________________
Indirizz
_________________________________________________
12. L-Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba tikkonferma r-riċevuta fil-___________(jj/xx/ssss) tal-formola ta' trażmissjoni mill-Awtorità Ċentrali li qed tagħmel it-talba (numru ta' referenza ____________; datata___________(jj/xx/ssss)) li tikkonċerna r-rikors li jidher hawn taħt:
( l-Artikolu 10(1) a)
( l-Artikolu 10(1) b)
( l-Artikolu 10(1) c)
( l-Artikolu 10(1) d)
( l-Artikolu 10(1) e)
( l-Artikolu 10(1) f)
( l-Artikolu 10(2) a)
( l-Artikolu 10(2) b)
( l-Artikolu 10(2) c)
Kunjom/Kunjomijiet tar-rikorrent: _______________________________
Kunjom/Kunjomijiet tal-persuna/persuni li għaliha/għalihom qed jintalab jew huwa pagabbli l-manteniment: _______________________________
_______________________________
_______________________________
Kunjom/Kunjomijiet tad-debitur: _______________________________
13. Passi inizjali li għandhom jittieħdu mill-Awtorità Ċentrali saritilha t-talba:
( Il-fajl huwa komplut u qed jiġi kkunsidrat
( Ara r-rapport dwar l-istatus tar-rikors hawn anness
( Se jsegwi r-rapport dwar l-istatus tar-rikors
( Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni u / jew id-dokumentazzjoni addizzjonali li ġejjin:_____________________________________________________________________________________________________________________________________
( L-Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba tirrifjuta li tipproċessa dan ir-rikors għaliex ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni manifestament mhumiex sodisfatti (Artikolu 12(8)).. Ir-raġunijiet:
( huma mniżżlin fid-dokument anness
( se jiġu mniżżlin f'dokument li għandu jsegwi
L-Awtorità Ċentrali li saritilha t-talba titlob lill-Awtorità Ċentrali li qed tagħmel it-talba sabiex tinformaha bi kwalunkwe bidla fl-istatus tar-rikors.
Isem:_______________________________ (f'ittri majjuskoli) Data: _____________
Rappreżentant awtorizzat tal-Awtorità Ċentrali (jj/xx/ssss)
[1] COM (2009)81
[2] ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, adottata fil-15 ta' Diċembru 2005, kienet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt. L-oqsma kollha koperti mill-Konvenzjoni huma koperti wkoll mir-Regolament, li jkompli jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u f'ċerti materji jmur aktar 'il quddiem milli marret il-Konvenzjoni. Għalhekk, il-valutazzjoni ta' qabel tal-impatt tqieset bħala mhux biżżejjed biex tagħti gwida għas-sostenn tal-adozzjoni ta' din il-proposta.
[3] Opinjoni 1/03 tas-7 ta' Frar 2006 tal-Qorti dwar il-kompetenza tal-Komunità li tikkonkludi l-Konvenzjoni l-ġdida ta' Lugano dwar il-Ġuriżdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijiet fi Kwistjonjiet Ċivili u Kummerċjali.
[4] ĠU C , , p.
[5] ĠU C , , p. .
[6] Skont l-artikolu 3 tal-Konvenzjoni "debitur" jfisser individwu li għandu jagħti jew li allegatament għandu jagħti manteniment".
| Fuq |