52009IP0202


Titolu u referenza

L-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar l-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti (2008/2328(INI))

 ĠU C 137E , 27.5.2010, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html   html   html html   html           html       html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

L-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti

P6_TA(2009)0202

Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar l-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti (2008/2328(INI))

2010/C 137 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Lulju 2008 bl-isem "Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE" (COM(2008)0423),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 77/486/KEE tal- 25 ta' Lulju 1977 dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti [1],

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad- 29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [2],

wara li kkunsidra l-Konkluїjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liїbona tat- 23 u l- 24 ta' Marzu 2000,

wara li kkunsidra l-Konkluїjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat- 13 u l- 14 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tat- 13 ta' Ottubru 2005 dwar l-integrazzjoni ta' immigranti fl-Ewropa permezz tal-iskejjel u l-edukazzjoni multilingwali [3],

wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tas- 27 ta’ Settembru 2007 dwar l-effiċjenza u l-ugwaljanza f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej [4],

wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tas- 16 ta' Jannar 2008 dwar tagħlim għall-adulti: qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem [5],

wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tat- 23 ta’ Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema [6],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal- 25 ta' Frar 2009 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni - Migrazzjoni u mobilità:l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0125/2009),

A. billi l-Kunsill Ewropew tat- 13 u l- 14 ta' Marzu 2008 stieden lill-Istati Membri biex itejbu r-riїultati ta' studenti li ġejjin minn familji migranti,

B. billi s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008 pprovdiet l-okkaїjoni biex jitnieda d-dibattitu dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għas-sistemi edukattivi tal-UE,

C. billi l-migrazzjoni ġewwa l-Unjoni u l-immigrazzjoni fl-Unjoni їdiedu tul l-aħħar għexieren ta' snin, b'mod li biddlet f'ħafna postijiet il-kompoїizzjoni tal-iskejjel,

D. billi d-differenzi kulturali spiss ifixklu l-komprensjoni u d-djalogu bejn l-istudenti u bejn l-istudenti u l-għalliema,

E. billi jeїistu provi ċari li r-riїultati edukattivi tat-tfal migranti huma kunsiderevolment iktar baxxi minn dawk ta' tfal mhux migranti; u billi numru kbir ta' tfal fl-iskejjel li ġejjin minn familji migranti jinsabu f'sitwazzjoni soċjoekonomika prekarja,

F. billi l-fatt li t-talenti tat-tfal migranti ta' spiss ma jiġux skoperti u jibqgħu ma jintuїawx iwassal għal їvantaġġi soċjali, kulturali u ekonomiċi għas-soċjetà kollha kemm hi,

G. billi l-edukazzjoni fl-iskola sa ċertu età hija dritt baїiku u kif ukoll obbligu tat-tfal, irrispettivament mill-kuntest li ġejjin minnu, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u tirrikjedi wkoll l-osservanza tal-liġijiet nazzjonali dwar l-edukazzjoni,

H. billi l-kontenut u l-organizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma kompetenzi nazzjonali u billi huwa fil-livell nazzjonali u reġjonali li jeħtieġ li l-istrateġiji jiġu definiti u implimentati,

I. billi l-migrazzjoni tista' tarrikkixxi lill-iskejjel kulturalment u edukattivament, imma tista’, fin-nuqqas ta’ miїuri xierqa ta’ akkumpanjament, twassal għal diverġenzi gravi,

J. billi l-Istati Membri għandhom jirriformaw is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ nazzjonali tagħhom; billi jeħtieġ li jaħdmu flimkien biex jiїviluppaw l-istrumenti tal-politika meħtieġa biex jiġu ġestiti l-konsegwenzi tal-migrazzjoni,

K. billi d-diversità li qed tiїdied fil-popolazzjoni tal-iskejjel, li ġejja miї-їieda fil-migrazzjoni, hija sfida għall-professjoni tal-għalliema, li ma jirċevux taħriġ dwar kif jitrattaw b’mod adegwat din il-forma ġdida ta’ diversità fil-klassijiet,

1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper imsemmija hawn fuq tat- 3 ta' Lulju 2008;

2. Jemmen li l-Kummissjoni għandha raġun tindirizza l-konsegwenzi, għas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri, mhux biss tal-migrazzjoni ġewwa l-Unjoni iїda wkoll tal-immigrazzjoni lejha;

3. Jenfasizza li l-ħaddiema fl-Unjoni jistgħu jkunu inqas lesti li jaħdmu barra minn pajjiїhom jekk ikun hemm riskju li t-tfal tagħhom ibatu edukattivament, u li edukazzjoni sodisfaċenti għat-tfal migranti hija relatata mal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema;

4. Huwa tal-fehma li huma meħtieġa sforzi akbar fil-livell tal-UE peress li l-Istati Membri kollha qed jaffaċċjaw sfidi simili f'dan ir-rigward; ifakkar li l-perċentwali tat-tfal migranti fl-iskejjel x'aktarx li tiїdied fil-ġejjieni;

5. Ifakkar li t-twaqqif ta' ċentri ta' appoġġ integrati għall-immigranti legali huwa ta' importanza kbira peress li jippermettu lill-immigranti jindirizzaw b'mod effettiv l-ostakoli kollha għall-integrazzjoni (pereїempju kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa, eċċ.) bl-għajnuna ta' professjonist;

6. Jinkoraġġixxi l-iїvilupp fl-Istati Membri ta' mudell ta' sħubija bejn l-iskejjel u l-komunitajiet li jagħmilha possibbli għat-tfal ta' ġenituri li jaħdmu barra mill-pajjiї li jibbenefikaw minn programmi ta’ assistenza, appoġġ u pariri mill-komunità;

7. Jinsisti li t-tfal u l-adulti migranti għandu jkollhom l-opportunità li jitgħallmu l-lingwi tal-pajjiї ospitanti, u għandhom ikunu lesti li jieħdu din l-opportunità, jekk għandhom jintegraw fih b'mod sħiħ;

8. Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jiїguraw edukazzjoni għat-tfal tal-migranti legali, inkluї it-tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiї ospitanti u l-promozzjoni tal-lingwi u l-kulturi nattivi tagħhom;

9. Jemmen li hija ħaġa essenzjali li l-ġenituri, u speċjalment l-ommijiet, tat-tfal migranti għandhom ikunu involuti fil-programmi ta’ tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiї ospitanti, biex jiїguraw li t-tfal ma jiġux separati mis-soċjetà u jgħinuhom jintegraw fl-iskola;

10. Jemmen li l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-multilingwiїmu għandu jkun parti minn kull kurrikulum skolastiku; jinsisti li t-tagħlim tal-lingwi għandu jiġi mħeġġeġ mill-età ta’ qabel l-iskola biex tiġi promossa l-inkluїjoni tal-migranti; jemmen, madankollu, li l-post mogħti lit-tagħlim tal-lingwa materna fil-kurrikulu u l-organizzazzjoni ta' dan għandhom jitħallew speċifikament f'idejn l-Istati Membri;

11. Jitlob li jiġu affrontati d-difficultajiet li jiltaqgħu magħhom it-tfal li jakkumpanjaw lill-ġenituri tagħhom meta dawn imorru fi Stat Membru ieħor fuq xogħol biex jirreġistraw fi skola f'livell li jikkorrispondi ma' dak li kienu qed jistudjaw fih fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom;

12. Jinsisti dwar l-importanza li l-familji u l-membri l-oħra tal-komunità lokali jkunu involuti b'mod dirett peress li l-integrazzjoni soċjali hija r-responsabilità tas-soċjetà kollha mhux biss tal-iskejjel; jenfasizza l-fatt li l-korpi li jagħtu pariri soċjali lill-immigranti għandhom jiġu inkoraġġuti jikkoperaw biex tingħata informazzjoni aħjar dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-kuntest tas-suq tax-xogħol tal-pajjiї ospitanti;

13. Jirrikonoxxi li s-soċjetà ċivili għandha rwol importanti fl-appoġġ li jingħata lill-migranti u li, b'mod parallel mas-sistema edukattiva uffiċjali, din tista' tagħti kontribut vitali f'oqsma bħat-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiї ospitanti;

14. Jenfasizza l-bїonn li jiġu integrati l-migranti u l-kategoriji soċjali bħar-Roma, fis-soċjetà; jenfasizza li l-integrazzjoni trid tkun ibbaїata fuq il-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs fl-edukazzjoni, b'mod li jiġi їgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta' kwalità; jirrifjuta kwalunkwe soluzzjonijiet - sew temporanji u kif ukoll permanenti - li huma bbaїati fuq segregazzjoni u edukazzjoni fqira, jew li jwasslu għalihom;

15. Jenfasizza l-importanza li jiġu їviluppati l-kompetenzi ta’ komunikazzjoni interkulturali tat-tfal, kemm migranti kif ukoll tal-pajjiїi ospitanti, u jemmen li l-abilità li wieħed jikkomunika l-kultura tiegħu stess u li jifhem il-kultura u l-valuri tal-oħrajn tikkostitwixxi element ċentrali tal-kompetenza prinċipali: "kuxjenza u espressjoni kulturali";

16. Jissuġġerixxi li jingħata iktar appoġġ finanzjarju u amministrattiv lill-migranti legali għall-korsijiet tal-lingwi, u li dan jingħata minn persunal imħarreġ li jifhem ukoll il-lingwa ta' art twelid il-migranti;

17. Jinsisti dwar l-importanza li t-tfal migranti jitgħallmu l-lingwa materna tagħhom u l-lingwi tal-pajjiї tar-residenza tagħhom kif ukoll li jitgħallmu jaqraw u jiktbu mill-età ta’ qabel l-iskola;

18. Jirrikonoxxi l-importanza li fil-kurrikuli tal-iskola jiddaħħlu lezzjonijiet mogħtija lill-migranti bil-lingwa nativa tagħhom sabiex ikun їgurat li l-wirt kulturali tagħhom ikun preservat;

19. Jenfasizza l-importanza tal-isport fl-edukazzjoni u fit-taħriġ u l-irwol importanti tiegħu fl-integrazzjoni u l-inkluїjoni soċjali ta' dawk li ġejjin minn kuntesti inqas privileġġati; jirrakkomanda li l-politika soċjali tal-Istati Membri tqis b'mod sħiħ l-irwol ta' integrazzjoni importanti tal-isport għall-popolazzjonijiet migranti;

20. Jenfasizza l-bїonn li l-migranti їgħaїagħ jiġu involuti f’sensiela wiesgħa ta’ attivitajiet extrakurrikulari, peress li dan hu mezz eċċellenti ta’ integrazzjoni soċjali;

21. Jenfasizza li aktar ma t-tfal u ї-їgħaїagħ migranti jkunu integrati kmieni fl-iskejjel, iktar imorru tajjeb l-iskola, fl-edukazzjoni ulterjuri u fis-suq tax-xogħol; jemmen bil-qawwi li l-edukazzjoni bikrija qabel il-primarja ssaħħaħ b’mod konsiderevoli dawn il-prospetti u għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex isaħħu l-parteċipazzjoni tal-migranti fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja;

22. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jevitaw li joħolqu skejjel qishom ghetto jew klassijiet speċjali għat-tfal migranti, u li jippromwovu politika ta’ edukazzjoni inkluїiva li biha t-tfal jintbagħtu fi klassijiet fuq il-baїi tal-livell edukattiv u tal-bїonnijiet individwali;

23. Jikkunsidra li fl-iskejjel fejn imorru t-tfal migranti l-kurrikulu għandu jagħti ħafna iktar kas tal-bїonnijiet tagħhom, u li l-għalliema għandhom jitħarrġu fil-kompetenzi interkulturali sabiex dawn ikunu jistgħu jittrattaw bl-iktar mod effettiv possibbli d-diversità fl-iskola;

24. Jinsisti li l-edukazzjoni tal-adulti għall-migranti tista' tippromwovi l-integrazzjoni kemm tal-migranti adulti u kif ukoll tat-tfal tagħhom u jisħaq għalhekk fuq il-bїonn li jiġi їviluppat bil-qawwi t-tagħlim tul il-ħajja għall-ġenituri migranti;

25. Hu mħasseb dwar il-livell għoli ta’ tluq bikri mill-iskola fost it-tfal migranti u jemmen li għandhom isiru sforzi biex ikun їgurat li t-tfal migranti jispiċċaw il-korsijiet;

26. Jenfasizza li sistema edukattiva ta' kwalità għolja trid tkun miftuħa għal kulħadd;

27. Huwa konvint li l-miїuri biex tittejjeb l-edukazzjoni tat-tfal migranti għandhom benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi;

28. Jemmen li l-edukazzjoni tal-għalliema għandha tkun interdixxiplinari u għandha tippreparahom biex juїaw metodi bbaїati fuq id-diversità, u fuq l-edukazzjoni multikulturali u multilingwi;

29. Hu favur l-iskemi ta’ mobilità li permezz tagħhom jitqabbdu għalliema mill-pajjiї tal-oriġini biex jiġi ffaċilitat il-kuntatt tat-tfal migranti mal-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni tal-pajjiї tal-oriġini tagħhom;

30. Jisħaq li l-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema għandha tkun iffokata fuq il-missjonijiet tal-għalliema;

31. Jenfasizza f’dan il-kuntest partikolari l-importanza tal-mobilità tal-għalliema bħala parti integrali mill-programmi edukattivi tal-għalliema; jikkunsidra li l-għalliema għandu jkollhom l-opportunità li jqattgħu semestru wieħed jew tnejn f'universitajiet ospitanti barra pajjiїhom;

32. Jemmen li l-iskejjel għandhom bїonn għalliema immigranti għax dawn joffru esperjenza importanti lill-kollegi tagħhom, jirrappreїentaw is-suċċess tal-integrazzjoni soċjali u jistgħu jservu ta' mudelli għat-tfal li jkunu f’diffikultà;

33. Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ speċjali għall-għalliema li jindirizza b'mod ċar is-sitwazzjoni speċjali tat-tfal tal-migranti, il-ħtieġa li jiġu integrati b'mod li jirnexxi fis-sistemi tradizzjonali tal-edukazzjoni fl-iskejjel, u l-ħtieġa li jittejbu r-riїultati edukattivi tagħhom;

34. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm servizzi ta' counselling li jgħinu lit-tfal u liї-їgħaїagħ migranti jittrattaw ix-xokk kulturali u jadattaw irwieħhom għas-soċjetà ospitanti;

35. Jipproponi li l-Istati Membri individwali jiїviluppaw programmi edukattivi mmirati biex itejbu l-għarfien tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, bl-enfasi fuq l-ugwaljanza, l-inkluїjoni u l-libertà personali, sabiex ikunu evitati l-ksenofobija u s-segregazzjoni li jistgħu jidhru inevitabbli fir-rigward tal-migranti u li jistgħu jinxterdu b'veloċità allarmanti;

36. Jinsisti li l-persuni migranti u mhux migranti kollha għandu jkollhom l-istess trattament ugwali; jemmen li l-istituzzjonijiet skolastiċi u l-għalliema individwali għandhom jikkunsidrau d-diversità bħala sitwazzjoni normali, jittrattaw kull individwu b'rispett, u jagħtu lill-migranti l-appoġġ li jeħtieġu;

37. Japprezza l-kontribut tal-edukazzjoni mhux formali sabiex il-migranti їgħaїagħ jingħataw kompetenzi ta’ valur li huma kumplimentari għal dawk li jinkisbu fl-iskola u jitlob lill-iskejjel biex jikkoperaw b’mod iktar intensiv ma' min jipprovdi edukazzjoni mhux formali bħall-organizzazzjonijiet taї-їgħaїagħ;

38. Itenni li d-diskriminazzjoni minħabba r-razza jew l-etniċità fil-qasam tal-edukazzjoni hija pprojbita mid-Direttiva 2000/43/KE, u jitlob li d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inkluїi n-nazzjonalità u l-istatus tar-residenza, tkun illegali fil-qasam tal-edukazzjoni;

39. Jirrikonoxxi li d-dispoїizzjonijiet attwali tad-Direttiva 77/486/KEE ma jikkorrispondux mar-realtà soċjali l-ġdida tal-Unjoni; jappoġġja b'mod qawwi l-proċess ta' konsultazzjoni mniedi mill-Kummissjoni;

40. Jenfasizza l-fatt li d-diversità fl-iskejjel għandha tkun promossa u li għandhom jingħataw attenzjoni u appoġġ speċjali lill-gruppi migranti l-iktar vulnerabbli, inkluїi bniet migranti;

41. Jemmen li d-Direttiva 77/486/KEE għandha tiġi emendata u għandha tkopri l-edukazzjoni ta' tfal li huma ċittadini ta' stati mhux membri jew tfal li l-ġenituri tagħhom ma jkunux ċittadini tal-Istati Membri;

42. Jenfasizza l-importanza tal-leġiїlazzjoni eїistenti tal-UE li tiggarantixxi d-drittijiet edukattivi tal-istudenti minn pajjiїi terzi, bħad-Direttivi 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri [7] u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal- 25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiїi terzi li jkunu residenti għat-tul [8]; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq immoniterjar kontinwu tal-miїuri kollha meħuda fl-Istati Membri li għandhom tentenza li jnaqqsu jew ineħħu d-drittijiet miksuba;

43. Jitlob li l-iskejjel bi proporzjon għoli ta' tfal immigranti jkollhom il-persunal u l-faċilitajiet meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi ta' klassijiet eteroġeniċi u jkunu jistgħu jipprovdu tagħlim tajjeb; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iniedu djalogu fost l-Istati Membri fil-qafas tal-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jiїviluppaw aġenda komuni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-edukazzjoni tal-immigranti;

44. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment dwar il-progress li jsir fl-integrazzjoni tat-tfal migranti fis-sistema skolastika tal-Istati Membri;

45. Jikkunsidra li l-bliet il-kbar għandhom jingħataw u għandhom juїaw il-libertà li jikkoordinaw il-politika mfassla biex tippromwovi l-integrazzjoni tat-tfal migranti ma’ politiki u strateġiji dwar l-akkomodazzjoni, il-kura tat-tfal, is-suq tax-xogħol, is-saħħa u l-benessri, oqsma li kollha għandhom impatt muri fuq ir-riїultati akkademiċi tat-tfal migranti u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà b’suċċess;

46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riїoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.

[1] ĠU L 199, 6.8.1977, p. 32.

[2] ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

[3] ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 121.

[4] ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 300.

[5] ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 46.

[6] Testi Adottati, P6_TA(2008)0422.

[7] ĠU L 158, 30.4.2004, p.77.

[8] ĠU L 16, 23.1.2004, p.44.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet