52009DC0403


Titolu u referenza

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-iġjene (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 {SEC(2009) 1079}

/* KUMM/2009/0403 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.7.2009

KUMM(2009) 403 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-iġjene (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 {SEC(2009) 1079}

WERREJ

1. SOMMARJU EŻEKUTTIV 3

2. SFOND 4

3. L-ESPERJENZA MIKSUBA MILL-1 TA' JANNAR 2006 5

3.1. L-esperjenza ġenerali 5

3.2. L-ambitu 5

3.3. Id-definizzjonijiet 6

3.4. Il-produzzjoni primarja 6

3.5. L-HACCP 6

3.6. Il-proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' approvazzjoni 7

3.7. L-immarkar tas-saħħa u ta' identifikazzjoni 8

3.8. Il-Gwidi ta' prattika tajba 8

3.9. Il-flessibbiltà 9

3.10. L-importazzjonijiet 9

3.11. Il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali 9

3.12. Il-kriterji mikrobijoloġiċi 10

3.13. It-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-wiċċ 11

3.14. L-Informazzjoni dwar il-Katina Alimentari (FCI - Food Chain Information) 11

3.15. It-tbiċċir ta' emerġenza 12

4. KONKLUŻJONIJIET 12

1. SOMMARJU EŻEKUTTIV

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004[1], l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004[2] u l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004[3] jinkludu r-rekwiżit legali biex il-Kummissjoni tissottometti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2009, rapport li jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom, liema rappport, jekk xieraq, għandu jkun akkumpanjat bi proposti rilevanti. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jirrikjedi li l-Kummisjoni tikkunsidra jekk huwiex mixtieq jew prattiku li r-rekwiżiti tal-Punt ta' Kontroll Kritiku tal-Analiżi ta' Riskju (HACCP - Hazard Analysis Critical Control Point) ikunu estiżi għall-operaturi fil-kummerċ tal-ikel fil-qasam primarju tal-produzzjoni.

Dan ir-rapport segwa proċess konsultattiv eżawrjenti. Ir-rapport huwa bbażat fuq it-tagħrif li l-Kummissjoni rċeviet mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, rappreżentanti tal-operaturi fil-kummerċ tal-ikel u organizzazzjonijiet tal-konsumatur fuq livell Ewropew, u l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni.

Dan ir-rapport jimmira li jippreżenta l-esperjenza miksuba b'mod fattwali, inkluż id-diffikultajiet li l-partijiet interessati ltaqgħu magħhom fl-2006, fl-2007 u fl-2008 matul l-implimentazzjoni tal-pakkett.

Ir-rapport jikkonkludi li l-Istati Membri b'mod ġenerali ħadu l-passi amministrattivi u ta' kontroll neċessarji biex jiżguraw konformità iżda li għad fadal lok għal titjib fir-rigward tal-implimentazzjoni. Il-konklużjonijiet huma appoġġjati mis-sejbiet tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni. Il-partijiet interessati li kienu kkonsultati jikkunsidraw li l-prinċipji u r-rekwiżiti introdotti mill-pakkett dwar l-iġjene kellhom impatt pożittiv. Dan jindika wkoll il-pożizzjoni ċara tal-Istati Membri u l-partijiet privati interessati biex għalissa r-rekwiżiti tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP ma jkunux estiżi għall-operaturi fil-kummerċ tal-ikel li joperaw fil-produzzjoni primarja.

Id-diffikultatjiet ewlenin identifikati huma relatati ma' ċerti eżenzjonijiet mill-ambitu tar-Regolamenti dwar l-iġjene, ċerti definizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti u l-proċedura biex dawn id-definizzjonijiet jkunu adottati, ċerti aspetti prattiċi dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti fil-maniġġ ta' ikel li ġej mill-annimali u l-immarkar ta' dan l-ikel, ir-reġim tal-importazzjoni għal ċertu ikel, l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-HACCP f'ċerti negozji tal-ikel u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali f'ċerti setturi.

Dan ir-rapport ma jissuġġerixxi l-ebda soluzzjoni ddettaljata għad-diffikultajiet elenkati u mhuwiex, għalhekk, akkumpanjat minn proposti. Madankollu, minħabba d-diffikultajiet identifikati, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-bżonn għal proposti biex il-pakkett dwar l-iġjene tal-ikel ikun imtejjeb.

Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn dokument ta' ħidma tal-persunal (SWD) li jinkludi l-annessi msemmija f'dan ir-rapport. L-Anness I tad-dokument li jakkumpanja dan ir-rapport jistipula t-taqsir u t-termini tekniċi użati f'dan ir-rapport.

2. SFOND

Fid-29 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-"pakkett dwar l-iġjene tal-ikel". Dan jinkludi tliet Atti bażiċi, Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u 853/2004 indirizzati lill-operaturi fil-kummerċ tal-ikel (FBO - food business operators) u Regolament (KE) Nru 854/2004, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar kontrolli uffiċjali, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti (AK)[4]. L-Atti bażiċi huma speċifikati aktar fi tliet Regolamenti tal-Kummissjoni li jistipulaw il-miżuri implimentattivi (ara l-SWD - Anness III). Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ppubblikaw dokumenti ta' gwida (ara l-SWD – Anness IV).

Dawn ir-Regolamenti l-ġodda bidlu l-approċċ għall-politika tal-iġjene tal-ikel. L-għan ċar ta' dan il-pakkett kien li jissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iġjene tal-ikel (ara l-SWD - Anness V), jagħmilha aktar koerenti billi jissepara d-dixxiplini differenti (saħħa pubblika, saħħa tal-annimali u kontrolli uffiċjali) u jiffoka fuq l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-FBO minflok iżomm rekwiżiti ddettaljati ħafna. Ir-Regolamenti jipprovdu diversi possibilitajiet biex ir-rekwiżiti tekniċi tal-pakkett dwar l-iġjene tal-ikel ikunu adattati skont in-natura tal-kummerċ tal-ikel ikkonċernat.

Minħabba n-natura innovattiva tiegħu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni tissottometti rapport wara tliet snin biss ta' implimentazzjoni (ara l-SWD – Anness VI). Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti l-ġodda u jikkunsidra jekk huwiex mixtieq jew prattiku li l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-HACCP ikunu estiżi għal-livell tal-produzzjoni primarja.

Matul il-kumpilazzjoni tar-rapport, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet prinċipali interessati bilateralment jew b'mod kollettiv (ara l-SWD - Anness VII)

L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jippreżenta l-esperjanza miksuba fl-2006, fl-2007 u fl-2008 mill-implimentazzjoni tal-pakket tal-iġjene mill-AK u mill-organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati b'mod fattwali, u li jidentifika d-diffikultajiet li ħarġu minn din l-implimentazzjoni.

3. L-ESPERJENZA MIKSUBA MILL-1 TA' JANNAR 2006

3.1. L-esperjenza ġenerali

L-esperjenza ġenerali mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-iġjene tista' titiqies pożittiva. L-Istati Membri, b'mod ġenerali, huma sodifatti bl-istruttura u l-prinċipji tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene. Dawn huma bic-ċar kontra l-prinċipju li l-leġiżlazzjoni tirrikjedi xi eżaminar mill-ġdid. Għall-ħafna mill-Istati Membri għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel valutazzjoni bbilanċjata u dettaljata tal-esperjenzi li huma ħabbtu wiċċhom magħhom matul l-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-iġjene.

Il-missjonijiet ta' spezzjoni tal-FVO kkonfermaw din is-sejba, billi b'mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-pakkett dwar l-iġjene ma wasslitx għal diffikultajiet kbar għall-FBO jew għall-AK. Il-problemi identifikati matul il-missjonijiet kienu, sa ċertu punt, aktar importanti fi stabbilimenti żgħar.

L-Istati Membri jqisu t-twaqqif ta' dokumenti ta' gwida, fejn xieraq, intiżi biex jgħinu l-FBO u l-AK fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-iġjene, bħala pożittivi.

3.2. L-ambitu

L-Istati Membri, huma, f'ċerti każijiet, mitluba jistipulaw f'liġijiet nazzjonali regoli speċifiċi biex ikopru ċerti attivitajiet esklużi mill-ambitu tal-pakkett dwar l-iġjene

L-Istati Membri nnutaw diffikultatjiet fir-rigward tal-provvista lokali ta' kwantitajiet żgħar ta' ikel meta r-regoli jkunu applikati għal kummerċ transkonfinali fi Stat Membru ta' destinazzjoni li għandu approċċ differenti għal dawn l-attivitajiet. Xi Stati Membri identifikaw diffikultajiet fir-rigward tal-kwistjoni ta' "intrapriżi" li huma kkaratterizzati minn ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu ammont ta' organizzazzjoni, u l-applikazzjoni tagħha għal persuni privati li f'ċerti sitwazzjonijiet joperaw fil-maniġġ, fil-preparazzjoni jew fis-servizz tal-ikel.

In-nuqqas ta' applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut ikkawżat xi diffikultajiet ukoll. Għall-maġġoranza tal-Istati Membri, hemm inkonsistenza fir-rigward ta' mħażen imkessħa b'attivitajiet simili li huma suġġetti għal regoli u reġimi ta' approvazzjoni differenti, skont jekk il-maħżen imkessaħ jaqax fid-definizzjoni ta' bejjiegħ bl-imnut jew le. Bl-istess mod, l-interpretazzjoni tat-termini "marġinali, lokalizzat u ristrett" fir-rigward tal-eżenzjoni mill-approvazzjoni ta' stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut kienet ukoll għajn ta' diffikultajiet.

Diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati, għal raġunijiet ta' kompetittività, urew tħassib dwar l-esklużjoni tal-bejjiegħa bl-imnut, b'xi wħud jitolbu estensjoni totali tal-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-bejjiegħa bl-imnut, u oħrajn jitolbu għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward ta' ċerti attivitajiet li jsiru fil-livell tal-bejgħ bl-imnut (pereżempju kkapuljar, tqattigħ) bil-għan li jkunu applikati l-istess regoli għall-istess attivitajiet madwar il-Komunità.

3.3. Id-definizzjonijiet

Il-kunċett ta' 'prodott kompost' tibqa' diffiċli biex tkun implimentata u tagħti lok għal inċertezzi kemm għall-FBO kif ukoll għall-AK.

Id-definizzjoni ta' bejjiegħ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 hija kkunsidrata sors kontinwu ta' diffikultajiet billi jidher li mhix addattata totalment għall-għan tal-pakkett dwar l-iġjene (ara wkoll punt 3.2).

L-Istati Membri u diversi partijiet privati interessati wrew tħassib dwar definizzjonijiet oħrajn (pereżempju djar ta' abitazzjoni, lagomorfi, invertebrati, demm, kisi ta' protezzjoni). Dawn urew ukoll tħassib dwar il-proċedura għat-twaqqif jew l-emenda ta' dawn id-definizzjonijiet.

3.4. Il-produzzjoni primarja

Ir-regoli kurrenti dwar l-iġjene tal-ikel għall-produzzjoni primarja huma b'mod ġenerali kkunsidrati xierqa u adegwati għall-protezzjoni tal-prodotti primarji mill-kontaminazzjoni. Madankollu, ċerti Stati Membri jikkunsidraw li huwa prematur li wieħed jikkunsidra l-impatt tal-pakkett dwar l-iġjene fuq il-produzzjoni primarja. Xi Stati Membri oħrajn irrappurtaw diffikultajiet fir-rigward tan-natura vaga ta' ċerti għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u n-nuqqas ta' gwida ċara għall-produtturi primarji. Il-gwidi dwar prattika tajba, fejn disponibbli, urew li huma għodod kruċjali li jipprovdu għajnuna lill-produtturi primarji biex jonorow l-obbligi tagħhom (ara punti 3.5. u 3.8.).

Ir-reġistrar tal-fatti kien sors ta' diffikultà, f'livelli differenti, f'xi Stati Membri.

3.5. L-HACCP

( B'mod ġenerali, l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-HACCP mhijiex fid-dubju, billi din hija kkunsidrata rilevanti biex l-FBO jilħaq l-għanijiet tiegħu dwar is-sikurezza tal-ikel u li dawn ikunu flessibbli biżżejjed biex ikunu adattati anke għan-negozji ż-żgħar tal-ikel.

Ħafna min-negozji industrijali tal-ikel għandhom proċeduri bbażati fuq l-HACCP fis-seħħ. Id-dewmien fl-implimentazzjoni kien innutat fil-biċċeriji ż-żgħar l-antiki li kienu jibbenefikaw minn arranġament tranżitorju.

Madankollu, f'ħafna mill-Istati Membri, id-diffikultajiet b'dawn il-proċeduri kienu identifikati f'negozji żgħar tal-ikel u b'mod partikolari, fi stabbilimenti mikro u żgħar tal-ikel u tal-bejgħ bl-imnut. Id-dispożizzjoni dwar sistemi ġeneriċi mill-konsulenti barranin kienet irrappurtata f'xi każijiet li ma tirriflettix il-realtà tal-istabbiliment u li timponi aktar dokumentazzjoni u reġistrar tal-fatti milli huwa neċessarju. Għaldaqstant, dawn jidhru li mhumiex effiċjenti u li jiswew wisq għan-negozji ż-żgħar. F'xi Stati Membri, l-AK taffew il-kwistjoni, jew billi għamlu valutazzjoni tar-riskji għal ċerti tipi ta' attivitajiet jew billi pparteċipaw fil-ħolqien ta' materjal simplifikat u prattiku għan-negozji ż-żgħar. F'xi Stati Membri oħrajn, is-setturi tal-ikel kienu inkoraġġuti jiżviluppaw gwidi ta' prattika tajba li wrew li huma għodod utli ħafna.

Ir-reġistrazzjoni tal-fatti kienet kultant ikkunsidrata piż amministrattiv min-negozji ż-żgħar tal-ikel. L-Istati Membri ħadu passi biex jissimplifikaw dan l-istadju u jimminimizzaw id-dokumentazzjoni li trid tinżamm.

Xi organizzazzjonijiet privati interessati allegaw li hemm differenza bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-HACCP mill-AK. Xi organizzazzjonijiet indikaw tendenza li l-AK għandhom aspettativi kbar tan-negozji ż-żgħar u li jesaġeraw ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni f'xi każijiet. Oħrajn indikaw li d-daqs u n-natura tal-kummerċ kienu kkunsidrati u li l-maġġoranza tal-AK jużaw flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

Kienu indentifikati xi diffikultajiet ukoll matul il-missjonijiet ta' spezzjonar tal-FVO dwar il-kapaċità tal-AK fil-valutazzjoni adegwata tal-proċeduri HACCP. Kien irreġistrat xi progress mill-ewwel spezzjoni fl-2006 iżda fadal lok għal titijib.

( L-Istati Membri u l-partijiet privati interessati jikkunsidraw li l-estensjoni tar-rekwiżiti bbażati fuq l-HACCP għall-FBO li joperaw fil-produzzjoni primarja mhijiex prattika. Il-gwidi dwar prattika tajba huma ġeneralmenti ikkunsidrati għodod aħjar u aktar prattiċi għall-produtturi primarji mill-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

3.6. Il-proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' approvazzjoni

( B'mod ġenerali ma kienu nnutati l-ebda diffikultajiet fir-rigward tar-reġistrazzjoni tan-negozji tal-ikel. Sistemi speċifiċi jew bażijiet ta' dejta eżistenti kienu użati fir-reġistrazzjoi tan-negozji tal-ikel (pereżempju produtturi primarji). Saru sforzi biex l-informazzjoni li n-negozji huma rikjesti jipprovdu lill-AK tkun armonizzata u minimizzata biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Madankollu, huwa kultant diffiċli li wieħed jiżgura li l-FBOs kollha jonoraw l-obbligi tagħhom, pereżempju FBO li ma jikkuntattjawx lill-awtoritajiet tagħhom qabel jiftħu negozju tal-ikel, aġenti tal-ikel u kummerċjanti fuq l-internet li diffiċli jintlaħqu. Problemi oħrajn joriġinaw mill-bżonn li persuni privati li kultant joperaw fil-maniġġ, preparazzjoni jew servizz tal-ikel ikunu rreġistrati.

L-AK ma tapplika l-ebda miżata għall-ipproċessar tar-reġistrazzjoni.

( Il-provvista ta' tagħrif dwar l-approvazzjoni lill-AK ma kkawżat l-ebda problemi partikolari. Madankollu, kienu identifikati xi diffikultajiet fir-rigward tat-tip ta' stabbilimenti li jeħtieġu approvazzjoni, b'mod partikolari għal dawk li joperaw f'attivitajiet ġenerali, bħall-ħżin imkessaħ (ara punt 3.2.) u stabbilimenti tal-ippakkjar mill-ġdid.

L-approvazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti ta' kapaċità żgħira kienet imressqa minn xi Stati Membri. Is-soluzzjonijiet jinstabu permezz ta' dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà li jinsabu fil-pakkett dwar l-iġjene. Madanakollu, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu promossi fuq livell nazzjonali, li seta' wassal għal diffikultatjiet f'xi Stati Membri (ara punt 3.9.).

Żewġ Stati Membri indikaw li n-negozju kollu tal-ikel kellu jkun approvat fit-territorju tagħhom.

( Filwaqt li l-aċċess mis-sit tal-Kummissjoni għal kull sit nazzjonali li jinkludi listi ta' stabbilimenti tal-ikel approvati issa huwa possibbli, ċerti Stati Membri ma użawx l-ispeċifikazzjonijiet miftiehma biex jarmonizzaw u jikkodifikaw il-preżentazzjoni ta' dawn il-listi biex ifasslu jew jaġġornaw il-listi tagħhom. Il-manutenzjoni tal-ħoloq attivi għas-siti nazzjonali trid tkun imtejba wkoll.

3.7. L-immarkar tas-saħħa u ta' identifikazzjoni

Il-prinċipji ta' mmarkar tas-saħħa u ta' identifikazzjoni ma kinux is-sors ta' diffikultajiet. Madankollu, kienu rrappurtati diffikultajiet fir-rigward ta' ċerti aspetti prattiċi, pereżempju sitwazzjonijiet fejn għandu jkun applikat immarkar għal prodotti mkebba/ippakkjati għall-konsum u fejn l-ikel ikun ippakkjat mill-ġdid. F'dawn il-każijiet, xi Stati Membri huma tal-opinjoni li l-immarkar irid jilħaq ir-rekwiżiti tal-għanijiet tal-kontrolli uffiċjali u l-għanijiet ta' traċċabbiltà.

3.8. Il-Gwidi ta' prattika tajba[5]

( L-Istati Membri ippromovew bis-sħiħ l-iżvilupp ta' gwidi nazzjonali. Il-parteċipazzjoni tal-AK hija differenti minn Stat Membru għall-ieħor, iżda b'mod ġenerali, il-linji gwida għall-iżvlupp ta' dawn il-gwidi, il-pariri prattiċi u l-gwida kienu mogħtija mill-AK lis-setturi tal-ikel. L-AK huma involuti fil-proċess ta' valutazzjoni ta' dawn il-gwidi u xi kultant jappoġġgjaw finanzjarjament il-firxa tagħhom.

Ħafna mill-organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati esprimew attitudni pożittiva għall-gwidi nazzjonali ta' prattika tajba u għall-inkoraġġiment mogħti mill-AK. L-ebda ċifra dwar il-firxa tal-użu tagħhom ma tista' tingħata.

L-użu tal-gwidi huwa kkunsidrat b'mod differenti mill-AK meta jkunu qed isiru kontrolli uffiċjali. Xi Stati Membri żviluppaw sistema ta' premijiet għall-FBOs li japplikaw gwidi validati li jkun jixirqilhom, li jirriżultaw fi tnaqqis tal-frekwenza tal-kontroll u tal-livell ta' miżati applikati mill-AK għall-kontrolli uffiċjali. F'xi Stati Membri oħrajn, l-ispezzjonar huwa dipendenti fuq l-applikazzjoni ġusta tal-gwidi meta jkun allegat li dawn kienu applikati. Xi Stati Membri oħrajn ma jitolbux lill-FBOs jagħtu prova tal-adegwatezza tal-miżuri ta' kontroll tagħhom jekk isegwu l-gwida. Il-gwidi jistgħu joffru wkoll gwida utli għall-AK u jindikaw l-aħjar prattika meta t-termini 'fejn xieraq', 'fejn hemm bżonn', 'adegwat' u 'biżżejjed' huma użati fil-leġiżlazzjoni.

( Ħames gwidi Komunitarji ġew żviluppati u qegħdin ikunu evalwati. Żewġ gwidi oħrajn qegħdin ikunu żviluppati u se jkunu mibgħuta għall-evalwazzjoni meta jkunu lesti. Madankollu, madwar nofs l-organizzazzjonijiet fuq il-livell tal-UE kienu qed jikkunsidraw, jew kienu qed jikkonsultaw il-membri tagħhom, dwar jekk għandhomx jiżviluppaw abbozzi ta' dokumenti u jsegwu l-proċedura għal rikonoxximent. In-nofs l-ieħor tal-organizzazzjonijiet indikaw li ma kellhom l-ebda pjan biex jiżviluppaw gwidi Komunitarji.

3.9. Il-flessibbiltà

Sabiex tkun protetta d-diversità tal-ikel u biex il-konsumaturi u l-bżonnijiet tal-produtturi fuq skala żgħira ikunu indirizzati, fil-leġiżlazzjoni ġew inklużi dispożizzjonijiet għal flessibbiltà. Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-Istati Membri qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex isibu soluzzjonijiet adegwati bbażati fuq is-sitwazzjonijiet lokali u dwar livelli xierqa ta' iġjene f'dawn in-negozji, mingħajr kompromessi għall-għan tas-sikurezza tal-ikel.

L-Istati Membri u l-partijiet privati interessati indikaw li b'mod ġenerali kienu sodisfatti ħafna bil-flessibbiltà pprovduta mill-pakkett dwar l-iġjene, li huwa kkunsidrat imfassal b'mod xieraq biex jindirizza problemi lokali. Madankollu, skont ftit notifiki tal-miżuri nazzjonali rċevuti sa issa u l-kritiki minn ċerti negozji tal-ikel (ara punt 3.6.), l-Istati Membri ma ħadux vantaġġ mill-possibilitatjiet kollha ta' flesibbiltà offruti mil-leġiżlazzjoni.

3.10. L-importazzjonijiet

( L-Istati Membri kkunsidraw li huwa neċessarju li r-regoli tal-importazzjoni jkunu armonizzati aktar għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali għal liema r-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula rekwiżiti speċifiċi (pereżempju saqajn taż-żrinġijiet, bebbux, grass ipproċessat tal-annimali). Huma ħabbtu wiċċhom ma' problemi anke fl-elenkar u l-kontroll ta' biċċiet tal-baħar ta' pajjiżi terzi li r-responsabbiltà ta' ispezzjonar tagħhom kienet delegata lil pajjiż jew Stat Membru għajr l-istat li l-biċċa tal-baħar ittajjar il-bandiera tiegħu.

L-esperjenza turi li hemm bżonn ta' kjarifika tas-sitwazzjonijiet fejn ir-regoli tal-importazzjoni nazzjonali japplikaw fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji armonizzati.

( Il-kriżi reċenti minħabba l-importazzjoni ta' prodotti komposti impurtati kkonfermat il-bżonn għal kontroll aħjar ta' dawn il-prodotti. Dan jista' jirrikjedi l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni aktar iddettaljata u kontrolli mal-importazzjoni (pereżempju r-rwol tal-importaturi, ċertifikat speċifiku tas-saħħa).

( L-esperjenza wriet ukolll li l-proċedura attwali ta' elenkar għall-istabbilimenti ta' pajjiżi terzi fiha xi diffikultajiet (pereżempju l-perjodu ta' elenkar). Bl-iżvilupp ta' għodod ġodda Komunitarji tal-IT, dawn il-proċeduri jistgħu jkunu reviżjonati.

3.11. Il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali

( Diversi Stati Membri żviluppaw għodod speċifiċi ta' kontroll, inkluż lista ta' kontroll u proċeduri standard ta' operat. Huma investew ukoll fit-taħriġ billi l-attivitajiet ta' kontroll jinvolvu bidla importanti tal-kunċett għall-ispetturi. L-Istati Membri esprimew sodisfazzjon mal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva ta' taħriġ, "Taħriġ aħjar għal ikel aktar sikur", li kkumplimentat l-attivitajiet ta' taħriġ tagħhom u li offriet taħriġ speċifiku dwar aspetti importanti tal-pakkett dwar l-iġjene (perezempju l-HACCP).

Madankollu, id-diffikultajiet ikomplu f'diversi Stati Membri fir-rigward ta' kontrolli kif muri mill-missjonijiet ta' spezzjonar tal-FVO. Anke jekk sar progress sinifikanti mill-2006 'l hawn, għad fadal lok għal titjib.

( Għalkemm mid-dħul fis-seħħ tal-pakkett dwar l-iġjene f'Jannar 2006 kienu inkorporati elementi ta' mmodernizzar, diversi Stati Membri u organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati jikkunsidraw li l-ispezzjoni tal-laħam għandha tkun reviżjonata. Din il-pożizzjoni hija bbażata fuq problemi ta' riżorsi umani li ċerti Stati Membri jiltaqgħu magħhom fl-appuntar tal-veterinarji uffiċjali (VU) għall-biċċerija u miż-żieda fl-importanza tal-perikli għas-saħħa pubblika li mhux faċli wieħed jidentifika permezz ta' spezzjoni konvenzjonali tal-laħam. Inġibdet l-attenzjoni li r-rwol tal-uffiċjali awżiljarji għandu jkun imtejjeb, it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-FBO li jamministraw il-biċċeriji u l-AK għandu jkun kkjarifikat u li aktar xogħol ta' spezzjonar għandu jkun delegat lill-persunal tal-biċċeriji.

Diversi Stati Membri u organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati jikkunsidraw li l-persunal tal-biċċeriji għadhom jingħataw aktar responsabbiltà għal biċċeriji li joqtlu speċji għajr tjur tal-irziezet u lagomorfi.

( Il-missjonijiet tal-FVO wrew li f'xi Stati Membri l-ittestjar għat- Trichinella mhuwiex implimentat b'mod xieraq. Barra minn hekk, jeżistu diffikultatjiet fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-laboratorji fil-biċċeriji f'xi Stati Membri. Madankollu, Stat Membru allega li kien qed juża biss laboratorji akkreditati.

Id-Danimarka kienet rikonoxxuta bħala reġjun fejn ir-riskju għat- Trichinella huwa żgħir u li jista' jidderoga mir-reġim tal-ittestjar għall-majjal lokali. Kienu rċevuti talbiet min żewġ Stati Membri oħrajn ukoll. Din id-deroga hija bħalissa limitata għall-Istati Membri tal-UE u tista' tkun ikkunsidrata l-estensjoni għal pajjiżi terzi. Żewġ Stati Membri esprimew l-interess li jirrikonoxxu stabbilimenti bħala ħielsa mit- Trichinella .

( Diversi prattiċi ta' frodi kienu identifikati mill-2006 fi mħażen imkessħa f'numru ta' Stati Membri. Kif diskuss fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-prodotti tal-annimali, ħafna mill-Istati Membri ħassew il-bżonn li jsaħħu l-istrumenti ta' kontroll li huma fil-kontroll tagħhom.

( Diffikultajiet speċifiċi oħrajn irriżultaw mill-użu, f'xi Stati Membri għal raġunijiet tal-benesseri tal-annimali, ta' metodi kimiċi mhux validati bis-sħiħ minflok analiżi ta' rutina permezz ta' bijoanaliżi bl-użu ta' ġrieden. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA -European Food Safety Authority) mistennija tagħti opinjoni xjentifika dwar il-limiti attwali għall-bijotossini marini u l-metodi ta' idenfikazzjoni tagħhom sa Diċembru 2009.

3.12. Il-kriterji mikrobijoloġiċi

Skont rapporti tal-FVO, jidher li l-proċeduri tal-operaturi fil-kummerċ tal-ikel żguraw biss fi ftit drabi, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, li l-kriterji ta' iġjene tal-proċess u l-kriterji tas-sikurezza tal-ikel kienu milħuqa jew tal-anqas ikkunsidrati. Barra minn hekk, dan kien spiss mhux indirizzat minn superviżjoni uffiċjali tal-AK. Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet fl-2007/2008, għad hemm xi Stati Membri fejn dan ir-Regolament mhuwiex implimentat b'mod sodisfaċenti.

Minn perspettiva tal-Istati Membri, id-diffikultà prinċipali tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-kriterju tal- Listeria monocytogenes għal ikel lest għall-konsum li kapaċi jkun ambjent tajjeb biex dan il-patoġenu jikber.

3.13. It-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-wiċċ

L-użu ta' sustanzi biex titneħħa l-kontaminazzjoni tal-wiċċ mill-ikel li joriġina mill-annimali huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-proċedura tal-Komitoloġija. Skont l-opinjonijiet tal-EFSA, saret proposta lill-Kummissjoni fl-2008 bħala sforz biex ikun awtorizzat l-użu ta' erba' sustanzi biex titneħħa l-kontaminazzjoni tal-wiċċ mill-karkassi tat-tjur tal-irziezet. Il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati indikaw in-nuqqas ta' qbil tagħhom għal din l-awtorizzazzjoni, anke jekk b'kundizzjonijiet stretti.

Il-possibilità tal-użu ta' metodi oħrajn tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni, inkluż stim, ilma sħun jew trattamenti oħrajn, qed tkun diskussa mal-Istati Membri.

3.14. L-Informazzjoni dwar il-Katina Alimentari (FCI - Food Chain Information)

Saru dispożizzjonijiet sabiex l-FCI ikun inkluż sal-aħħar tal-perjodu tranżitorju (31.12.2009). Żewġ Stati Membri indikaw li ma għamlux użu minn dawn id-dispożizzjonijiet.

( L-FCI kellu jkun implimentat fl-1 ta' Jannar 2006 fis-settur tat-tjur tal-irziezet. L-ebda diffikultajiet kbar ma kienu rrappurtati mill-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet simili fil-leġiżlazzjoni preċedenti.

( L-FCI huwa mandatorju fis-settur tal-majjali mill-1 ta' Jannar 2008 u fis-setturi taċ-ċanga vitella u tal-laħam taż-żiemel mill-1 ta' Jannar 2009. Ftit diffikultajiet kienu identifikati fis-settur tal-majjali (ara hawn taħt). Rapporti dwar iċ-ċanga vitella u l-laħam taż-żiemel għandhom mhumiex disponibbli.

( L-FCI se jkun disponibbli għal speċi oħrajn (nagħaġ, mogħoż u bovini adulti) sal-1 ta' Jannar 2010. Xi Stati Membri antiċipaw diffikultajiet, b'mod partikolari, b'annimali identifikati b'mod individwali.

Id-dewmien għall-provvista tal-FCI qabel il-wasla tal-annimali kien ikkunsidrat bħala diffiċli biex ikun hemm konformità fil-każijiet kollha fis-settur tal-majjali. Diffikultajiet simili kienu mistennija fil-futur għal setturi oħrajn tal-annimali. L-Istati Membri u ċerti organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati privati huma favur flessibbiltà akbar f'dan ir-rigward.

Billi r-responsabbiltà għall-organizzar tal-FBI u l-arranġamenti prattiċi (pereżempju dokumenti, mezz ta' skambju ta' informazzjoni) kien f'idejn l-Istati Membri, kienu nnutati xi diffikultajiet fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali u diffikultajiet oħrajn mistennija mal-importazzjonijiet. L-ewwel pass għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni rikjesta mill-Istai Membri differenti huwa operattiv fil-livell tal-Kummissjoni. Madankollu, xi Stati Membri indikaw li jista' jkun xieraq li wieħed jiżviluppa formula speċifika għall-kummerċ intra-Komunitarju u possibbilment għall-importazzjonijiet fuq il-livell ta' UE.

L-esperjenza wriet ukoll li hemm bżonn ta' kjarifikazzjoni dwar il-relazzjoni bejn l-FCI u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali fin-negozju tal-animali.

3.15. It-tbiċċir ta' emerġenza

L-Istati Membri ma rrappurtaw l-ebda diffikultajiet partikolari dwar regoli prattiċi għat-tbiċċir ta' emerġenza, iżda wrew tħassib dwar l-immarkar speċjali jew il-limitazzjoni tal-bejgħ ta' dan il-laħam. Xi Stati Membri saħqu l-bżonn li l-immarkar speċjali jkun estiż għal ċerti prodotti derivati minn dan il-laħam ukoll Stati Membri oħrajn ikkunsidraw li ma hemm l-ebda raġuni marbuta mas-sikurezza tal-ikel li tiġġustifika restrizzjoni fit-tqegħid fis-suq ta' dan il-laħam jekk dan ikun identifikat bħala tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni qabel u wara t-tbiċċir.

4. KONKLUŻJONIJIET

L-Istati Membri u l-operaturi fil-kummerċ tal-ikel indikaw li huma b'mod ġenerali sodisfatti bir-Regolamenti dwar l-iġjene u li huma għamlu progress tajjeb fl-aġġustament tagħhom għalihom. Hemm appoġġ qawwi għall-prinċipji mdaħħla mir-Regolamenti. L-Istati Membri jikkunsidraw li l-leġiżlazzjoni tirrikjedi aġġustamenti żgħar iżda mhux tfassil mill-ġdid.

Skont l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet privati interessati, l-applikazzjoni tal-pakket dwar l-iġjene ma wasslitx għal diffikultatjiet kbar b'mod ġenerali għall-operaturi fil-kummerċ tal-ikel u l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, l-ispezzjonijiet li saru mill-Uffiċju Alimentari u Veterinarju mill-bidu tal-2006 'l hawn irrivelaw li hemm bżonn ta' titjib ulterjuri f'numru ta' Stati Membri minħabba problemi kontinwi ta' kontroll u ta' standards dwar l-iġjene fil-produzzjoni. Bħala l-ewwel pass, hemm bżonn ta' infurzar aħjar mill-partijiet kollha interessati, l-FBO u l-AK, biex ikunu indirizzati l-kwistjonijet l-aktar pendenti identifikati fir-rapport.

Skont dan, il-Kummissjoni se tikkunsidra kif dawn id-diffikultajiet jistgħu jkunu indirizzati. Fis-sottomissjoni ta' dawn il-proposti il-Kummissjoni se tagħti każ sewwa li l-benefiċċji ta' simplifikazzjoni akkwistati minn dan il-qafas leġiżlattiv ġdid ikunu miżmuma, kemm jista' jkun.

[1] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1019/2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7).

[2] ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1020/2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8).

[3] ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1021/2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 15).

[4] Ara l-figura fil-qafas legali kurrenti fl-SWD – Anness II.

[5] Ara ħarsa ġenerali dwar gwidi ta' prattika tajba fl-SWD – Anness VIII.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet