52009BP0026

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Italja, it-terremot tal-Abruzzo Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD)) - ANNESS

Official Journal C 230 E , 26/08/2010 P. 0013 - 0014


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Italja, it-terremot tal-Abruzzo

P7_TA(2009)0026

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD))

2010/C 230 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0445 – C7-0122/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [1], u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal- 11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea [2],

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis- 17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0021/2009),

1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [1], u b' mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal- 11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea [2],

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il "Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milqutin minn diżastri.

(2) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4) L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, fir-rigward ta' diżastru li sar kawża ta' terremot,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 493771159 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet