[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.7.2008 KUMM(2008) 402 finali 2008/0154 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (pr eżentata mill-Kummissjoni){SEG(2008) 2121}{SEG(2008) 2122} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta 1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta L-Iskema Komunitarja għall-Ġestjoni u l-Verifika Ambjentali (minn issa 'l quddiem EMAS), oriġinarjament ġiet stabbilita fl-1993[1], u ġiet riveduta fl-2001 bir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)[2], li huwa fis-seħħ bħalissa. L-għan tal-proposta huwa li l-iskema tissaħħaħ billi tittejbilha l-effiċjenza u ssir aktar attraenti għall-organizzazzjonijiet, bil-għan li: - jiżdied l-għadd ta’ organizzazzjonijiet li japplikaw l-iskema[3] - l-EMAS tiġi rikonoxxuta bħal punt ta’ riferiment għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali, - l-organizzazzjonijiet li japplikaw sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali jkunu jistgħu jaġġornaw is-sistema tagħhom għall-EMAS - jinħoloq impatt li jmur lil hinn mill-organizzazzjonijiet irreġistrati ma’ l-EMAS billi dawn l-organizzazzjonijiet jkunu obbligati jqisu kunsiderazzjonijiet ambjentali meta jkunu qegħdin jagħżlu l-fornituri tal-prodotti u l-fornituri tas-servizzi tagħhom. It-tibdiliet proposti jiffokaw fuq is-sustanza b’attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta’ l-organizzazzjonijiet iż-żgħar (SMEs u awtoritajiet żgħar pubbliċi), l-istrutturi istituzzjonali u r-rabtiet ma’ strumenti oħra ta' politika Komunitarji. 120 1.2. Il-kuntest ġenerali L-Artikolu 15 tar-Regolament EMAS jesiġi li l-Kummissjoni tirrevedi l-iskema EMAS fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tagħha u li tipproponi emendi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’dan il-kuntest matul l-2005 twettaq studju ta’ evalwazzjoni fuq skala kbira ta’ l-iskema EMAS. Dan l-istudju ta’ evalwazzjoni, flimkien mal-kontribut minn diversi partijiet interessati fl-iskema, identifika l-punti pożittivi u d-dgħufijiet ta’ l-iskema u ppropona possibbiltajiet biex tittejjeb l-effikaċja tar-Regolament. 130 1.3. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS). 140 1.4. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni Ir-reviżjoni ta’ l-EMAS hija parti mill-pakkett ta’ miżuri li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli, li għandha tiġi adottata f’Ġunju/Lulju 2008. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan li jbiddel b’mod sostanzjali l-imġiba tal-konsumaturi u tal-produtturi, u jippromwovi prodotti aħjar, produzzjoni aktar effiċjenti u nadifa u xejriet ta’ konsum aktar intelliġenti. Flimkien mar-reviżjoni ta' l-EMAS se tinkorpora reviżjoni tar-Regolament dwar l-Ekotikketti u Komunikazzjoni dwar Kuntratti Pubbliċi ekoloġiċi. 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt 2.1. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom djalogu kontinwu mar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u mal-partijiet differenti li huma interessati fil-proċess ta' l-EMAS, bil-għan li jsegwu l-implimentazzjoni prattika ta' l-iskema. Il-korpi ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema ta’ l-EMAS (Korpi Kompetenti, Korpi ta’ Akkreditazzjoni) organizzaw għall-partijiet interessati għadd ta’ laqgħat u seminars dwar il-ġejjieni ta’ l-iskema u ħejjew rakkomandazzjonijiet biex din tiġi riveduta. L-Istati Membri, irrappreżentati fil-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 14 tar-Regolament EMAS, ġew ikkonsultati f’kull stadju tal-proċess ta’ reviżjoni u pprovdew kontribut għax-xogħol ta’ reviżjoni[4]. Il-Kummissjoni organizzat erba’ laqgħat tal-gruppi ta' ħidma[5], u eżerċizzju ta' reviżjoni[6] flimkien ma' esperti magħżula ta' l-EMAS (verifikaturi ta’ l-EMAS, konsulenti, Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Korpi Kompetenti). Il-Kummissjoni żaret diversi Stati Membri biex tiġbor il-fehmiet tagħhom dwar ir-reviżjoni tar-Regolament, u kien hawnhekk li l-Istati Membri u partijiet interessati oħra ressqu l-ideat tagħhom għall-ġejjieni ta' l-iskema. Sar studju ta’ evalwazzjoni fuq skala kbira dwar l-EMAS u l-Ekotikketta, f’isem id-DĠ Ambjent, minn konsorzju ta’ konsulenti (l-istudju 'EVER’). Dan eżamina kif l-organizzazzjonijiet Ewropej iħarsu lejn il-ħsieb wara l-EMAS, il-fatturi ta' suċċess u l-benefiċċji ta' l-iskema, u pprovda rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' l-iskema ta' l-EMAS. Is-sejbiet tressqu, ġew diskussi u mtejba matul żewġ eżerċizzji ta' ħidma li saru f'Settembru 2005, li involvew esperti, istituzzjonijiet, kumpaniji, entitajiet involuti u NGOs. Il-proġett REMAS, proġett ta' tliet snin iffinanzjat mill-Fond Ambjentali LIFE ta’ l-UE, u li twettaq mill-Aġenzija Ambjentali tar-Renju Unit, l-Aġenzija Skoċċiża għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, l-Istitut tar-Renju Unit għall-Ġestjoni u l-Valutazzjoni Ambjentali u l-Aġenzija Irlandiża għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, ġie konkluż f’Mejju 2006. Dan il-proġett iddetermina, permezz ta’ analiżi statistiċi dettaljati, l-influwenza ta’ tipi differenti ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali fuq l-attivitajiet fuq il-post ta’ ġestjoni ambjentali, u l-impatt sussegwenti tagħhom fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni u r-rendiment fil-konfront ta’ l-aqwa tekniki disponibbli. 212 Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu L-istudju EVER wera li l-EMAS jitqies bħala mezz biex it-tħassib ambjentali jiġi integrat fis-sistema ta' valuri kollettivi ta' l-organizzazzjoni u sabiex tittejjeb l-immaġni korporattiva. L-EMAS ma titqiesx biss bħala sistema biex jitnaqqsu l-ispejjeż għar-rimi ta’ l-iskart, il-konsum ta’ l-enerġija eċċ.; titqies ukoll bħala sinjal ta’ azzjoni favur l-ambjent. It-titjib ambjentali, immaġni mtejba u tnaqqis fl-ispejjeż jitqiesu bil-wisq bħala l-aktar benefiċċji importanti mill-adozzjoni ta’ l-EMAS. Minkejja li kważi nofs ir-rispondenti fl-istudju EVER indikaw li l-ispejjeż finanzjarji ta’ l-EMAS kienu ogħla mill-benefiċċji, aktar minn żewġ terzi tar-rispondenti jqisu li l-EMAS hija suċċess meta jitqabblu l-benefiċċji u l-ispejjeż finanzjarji u dawk mhux finanzjarji. Il-proġett REMAS wera li l-adozzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali akkreditata u ċċertifikata ttejjeb l-attivitajiet ta’ ġestjoni ambjentali fuq is-sit u li jeżistu provi li l-ġestjoni ambjentali kumplessiva hija aħjar bl-EMAS milli b’sistemi oħra[7]. Min-naħa l-oħra, l-istudji werew li l-EMAS għadha ma laħqitx il-potenzjal kollu tagħha f'dak huwa marbut mat-tixrid. Ir-rispondenti ta' l-istudju EVER qiesu li l-ispejjeż ta’ l-EMAS, l-impenn baxx fuq il-livell ta’ ġestjoni u l-piż amministrattiv/burokrazija huma l-aktar ostakli kbar għall-adozzjoni ta’ l-EMAS. Ukoll jekk ir-reġistrazzjonijiet ta’ l-EMAS jibqgħu jiżdiedu regolarment (attwalment huma aktar minn 5,000 l-organizzazzjoni irreġistrati fil-Komunità) dan xorta jirrappreżenta biss proporzjon żgħir ħafna ta’ l-għadd ta’ organizzazzjonijiet li potenzjalment jistgħu jużaw l-iskema. Dawn il-konklużjonijiet ġew appoġġati mill-maġġoranza tal-partijiet interessati li ġew ikkonsultati u tqiesu meta s-servizzi tal-Kummissjoni analizzaw l-għażliet identifikati għar-reviżjoni ta’ l-iskema, u ħadu deċiżjoni dwar id-direzzjoni proposta għall-ġejjieni u dwar it-tibdiliet li huma meħtieġa għar-Regolament attwali ta' l-EMAS. 213 Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mit-22/12/2006 sas-26/02/2007. Il-Kummissjoni rċeviet 214 risposta(/i). 230 2.2. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ta’ impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma u kkunsidrat tliet għażliet ewlenin: - li jitkompla l-approċċ attwali; - li l-iskema titneħħa gradwalment, u - li r-Regolament jiġi emendat sostanzjalment. L-għażla li jinżamm l-approċċ attwali tagħti ċerta stabilità. It-tibdiliet li tqiesu setgħu jkunu biss ta' xejra amministrattiva / istituzzjonali, biex l-iskema eżistenti taħdem aħjar. Din l-għażla, madankollu, ittejjeb biss bi ftit il-“punti dgħajfa” ta’ l-iskema u ma tipprovdix opportunità għal emendi sostanzjali. L-impatt globali tagħha jibqa’ baxx, u dan jhedded il-kredibbiltà tagħha. Il-viżibilità ta’ l-iskema ma tiżdiedx u x’aktarx li jkompli jikber it-tqassim żbilanċjat bejn l-Istati Membri. Bl-għażla li l-iskema titneħħa bil-mod il-mod, jinħelsu riżorsi finanzjarji u umani. Din l-għażla madankollu, jkollha impatti ambjentali u ekonomiċi negattivi. Il-Komunità b’hekk titlef strument volontarju fit-taħlita ta’ politika tagħha. L-analiżi ta’ nofs il-mandat tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju[8] vvalutat l-istrumenti volontarji bħala strumenti li għandhom potenzjal kbir iżda li għadhom mhux kompletament żviluppati u appella biex il-Kummissjoni tirrevedi dawn l-iskemi sabiex tippromwovi l-adozzjoni tagħhom u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fil-ġestjoni tagħhom. L-għażla li r-Regolament jiġi emendat sostanzjalment ittejjeb il-viżibilità, l-impatt u l-profil politiku ta’ l-iskema ta’ l-EMAS, u dan iwassal għal adozzjoni ferm aktar mifruxa ta’ l-iskema. Din tippermetti li l-Komunità twassal benefiċċji ambjentali aħjar u aktar iffokati, kemm direttament kif ukoll indirettament. Ittejjeb ukoll il-qagħda ekonomika u tnaqqas il-piż amministrattiv tal-ġestjoni ambjentali fl-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem. Xi wħud mit-tibdiliet issuġġeriti jesiġu ċertu investiment bil-quddiem u wkoll li jingħataw ċerti inċentivi lill-organizzazzjonijiet ta’ l-EMAS. Anke jekk mhuwiex possibbli li wieħed ibassar iż-żieda preċiża fl-adozzjoni ta’ l-iskema peress li d-dejta kwantitattiva dwar l-ispejjeż u l-impatt tal-miżuri differenti mhijiex disponibbli, u wkoll peress li l-għadd ta’ għażliet huma marbuta jew huma bbażati fis-suq, l-għan huwa li 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-għadd ta’ organizzazzjonijiet jew siti rreġistrati jkun jammonta għall-għadd ta’ organizzazzjonijiet jew siti li bħalissa huma ċċertifikati bl-istandard ISO 14001:2004 dwar is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali (35,000). Bħala għan intermedju, 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-għan huwa li l-għadd ta’ siti ta’ l-EMAS irreġistrati jilħaq il-medja tat-tliet Stati Membri li fl-2007 kollhom l-ogħla għadd ta’ siti rreġistrati għal kull miljun ċittadin, u dan jirriżulta għal total previst ta’ 23,000 sit ta’ l-EMAS irreġistrat[9]. 3. Elementi ġuridiċi tal-proposta 305 3.1. Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-għan huwa li l-iskema ta’ l-EMAS tiġi riveduta, kif meħtieġ bl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-EMAS, sabiex jitħeġġeġ bl-aħjar mod it-titjib kontinwu fir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjonijiet kollha. Sabiex jinkiseb dan l-għan, ir-reviżjoni tar-Regolament EMAS huwa maħsub biex ittejjeb sostanzjalment il-profil politiku u b’hekk l-għadd ta’ organizzazzjonijiet li japplikaw l-iskema. It-tibdiliet fundamentali proposti jiffokaw fuq is-sustanza b’attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta’ l-organizzazzjonijiet iż-żgħar (SMEs u awtoritajiet pubbliċi żgħar), l-istrutturi istituzzjonali u r-rabtiet ma’ strumenti oħra ta' politika Komunitarji, partikolarment mal-Kuntratti Pubbliċi Ekoloġiċi. 310 3.2. Bażi ġuridika Ir-Regolament huwa motivat minn konsiderazzjonijiet ambjentali politiċi kif stipulat fl-Artikolu 175 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li diġà kien il-bażi ġuridika tar-Regolament (KE) Nru 761/2001. 320 3.3. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità L-adozzjoni ta’ l-iskema fuq il-livell Komunitarju hija meħtieġa sabiex tinħoloq skema unika u kredibbli u sabiex jiġi evitat l-istabbiliment ta’ skemi nazzjonali differenti. Din il-Proposta ma tbiddilx il-qagħda attwali fir-rigward tas-suq intern u tkompli tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà billi tħalli l-implimentazzjoni teknika tar-Regolament f’idejn l-Istati Membri permezz tal-ħidmiet tal-Korpi Kompetenti u tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni. L-effikjaċja ta’ l-iskema biex tikkontribwixxi għal rendiment ambjentali aħjar min-naħa ta’ l-organizzazzjonijiet b’hekk hija żgurata filwaqt li l-miżuri li jistgħu jitwettqu fuq il-livell nazzjonali jitħallew f’idejn l-Istati Membri. 3.4. L-għażla ta’ l-istrumenti 341 L-istrument propost huwa regolament għaliex dan huwa l-uniku mezz adegwat biex jiġi ggarantit livell suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-verifika u l-akkreditazzjoni, li jikkostitwixxu l-elementi essenzjali ta’ l-iskema. 4. L-implikazzjonijiet għall-baġit 401 Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità huwa limitat f’termini globali. Ir-riżorsi Finanzjarji Annwali mitluba mill-baġit Komunitarju huma stmati għal madwar 1.5 M€ fis-sena, li jkopru b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza għal setturi speċifiċi, evalwazzjonijiet reċiproċi mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti u tagħrif u Komunikazzjoni. Sa l-2013, dawn l-ispejjeż se jkunu koperti mill-Istrument Finanzjarju LIFE+[10]. 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 510 5.1. Simplifikazzjoni 511 Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni billi tfassal mill-ġdid it-test tar-Regolament attwali u tintegra elementi ta’ linji gwida differenti. Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi ta’ l-organizzazzjonijiet billi, fost affarijiet oħra: - tistimula tnaqqis ulterjuri tal-piż regolatorju u amministrattiv billi tintroduċi elementi li joħolqu sinerġiji ma’, u li jippermettu, rabtiet operattivi aktar mill-qrib bejn l-EMAS u leġiżlazzjoni u strumenti oħra ta’ l-UE, biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS permezz ta’ flessibbiltà regolatorja, inklużi kemm l-eżenzjoni mir-regolament (sostituzzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi mingħajr tibdil fil-leġiżlazzjoni ambjentali nnifisiha) jew id-deregolazzjoni (tibdiliet fil-leġiżlazzjoni nnifisha). - tintroduċi r-reġistrazzjoni ta’ gruppi ta’ organizzazzjonijiet u l-possibbiltà għal reġistrazzjoni korporattiva minbarra r-reġistrazzjoni eżistenti għal organizzazzjonijiet individwali, u b’hekk jinħoloq effett ta’ ffrankar fl-ispejjeż u l-parteċipazzjoni ssir aktar attraenti. - tistieden lill-Istati Membri biex jiċċaraw ir-rabtiet u l-komplementarijiet ma’ skemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali sabiex ir-reġistrazzjoni jew il-parteċipazzjoni fi skemi nazzjonali ta’ ġestjoni ambjentali jkunu jistgħu jitqiesu meta organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni fl-EMAS u vice versa. B’hekk, il-proposta tilħaq il-miri ta' l-inizjattiva għal-Leġiżlazzjoni Aħjar, żviluppati fil-kuntest ta' l-istrateġija mġedda ta' Liżbona, li għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb il-leġiżlazzjoni eżistenti, li tfassal il-leġiżlazzjoni b’mod aħjar u ssaħħaħ ir-rispett u l-effikaċja tar-regoli filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi. Il-proposta hija inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, bir-referenza 2006/ENV/053 u twassal l-impenn li ttieħed fil-Programm Kontinwu tal-Kummissjoni[11]. 520 5.2. Revoka ta’ liġijiet eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se jwassal biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni eżistenti. 5.3. Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni 531 Din il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni. 560 5.4. Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 570 5.5. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta L-iskema operattiva ta’ l-EMAS u r-rekwiżiti ġenerali għall-parteċipazzjoni essenzjalment jibqgħu ma jinbidlux minn kif inhuma fir-Regolament attwali: l-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem fl-EMAS bil-kundizzjoni li jiżviluppaw politika ambjentali, iwettqu reviżjoni ambjentali, jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni ambjentali, iwettqu verifika ambjentali interna u jiżviluppaw dikjarazzjoni ambjentali. Ladarba din id-dikjarazzjoni ambjentali diġi vverifikata u vvalidata minn verifikatur ambjentali indipendenti, l-organizzazjoni tkun tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni ma’ Korp Kompetenti. Sabiex iżżomm ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni trid tirrapporta regolarment rigward it-titjib fir-rediment ambjentali tagħha u tagħti provi li tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent. L-emendi ewlenin huma maħsuba: - biex jiżguraw li l-EMAS tkun skema ta’ ġestjoni ambjentali ta’ kwalità għolja li tiggarantixxi lill-partijiet interessati esterni u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar li l-organizzazzjonijiet ta’ l-EMAS jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti kollha u li jtejbu kontinwament ir-rendimenti ambjentali tagħhom u - biex itejbu l-attraenza ta’ l-iskema għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, partikolarment għall-organizzazzjonijiet żgħar (SMEs u awtoritajiet pubbliċi żgħar), billi l-organizzazzjonijiet parteċipanti jitnaqqsilhom il-piż amministrattiv u tiżdied il-viżibbiltà tal-parteċipazzjoni fl-EMAS. Dawn emendi huma: - Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali. L-EMAS tibqa’ msejsa fuq is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali hekk kif inhi inkorporata fl-istandard ISO 14001, u tiġi kkomplementata bl-elementi li ġejjin: - Mekkaniżmu ta’ konformità msaħħaħ. L-organizzazzjoni EMAS trid turi li hija konformi mal-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli qabel l-ewwel reġistrazzjoni. Id-djalogu bejn l-organizzazzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar huwa mħeġġeġ. Ir-rwol tal-verifikaturi biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tikkonforma huwa msaħħaħ. Id-definizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità hija ċċarata u l-proċeduri tal-korpi kompetenti għar-reġistrazzjoni u t-tħassir mir-reġistru għal nuqqasijiet ta’ konformità huma armonizzati. - Rappurtar ambjentali msaħħaħ. Rappurtar dwar ir-rendiment ambjentali permezz ta’ l-użu ta’ l-indikaturi ta’ rendiment ewlenin huwa obbligatorju għall-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS. Dawn l-indikaturi huma definiti għall-oqsma ambjentali li ġejjin: effiċjenza enerġetika, effiċjenza fl-użu tal-materjali u r-riżorsi, skart, emissjonijiet u użu tal-bijodiversità/art. - Gwida dwar l-aqwa prassi fil-ġestjoni ambjentali. Sabiex tappoġġa implimentazzjoni aktar armonizzata ta’ l-aqwa prassi fil-ġestjoni ambjentali, il-Kummissjoni tibda’ l-proċess ta’ żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza. Dawn id-dokumenti jkopru setturi speċifiċi u jiffokaw fuq aspetti ambjentali diretti ta’ operazzjonijiet ta’ produzzjoni kif ukoll aspetti indiretti, eż. id-disinn tal-prodotti, l-impatt ambjentali ta’ attivitajiet qabel u wara l-proċess ta’ żvilupp.L-użu tad-dokumenti ta’ referenza huwa volontarju, iżda l-organizzazzjonijiet EMAS huma mħeġġa jużawhom biex jistabbilixxu s-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni ambjentali u biex jiddefinixxu l-miri ambjentali tagħhom. Il-verifikaturi huma meħtieġa jirreferu għad-dokumenti bħala l-punt ta’ riferiment għal sistema ta’ ġestjoni effettiva. - Ir-regoli u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni u l-verifika huma armonizzati u ddefiniti bil-għan li tiġi indirizzata l-implimentazzjoni żbilanċjata fi Stati Membri individwali li thedded il-kredibbiltà ta’ l-iskema. Ir-Regolament (KE)N xxxx/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [.......data] li jistipula r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-swieq marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, jorganizza l-akkreditazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak Ewropew. Jenfasizza n-natura ta’ l-awtorità pubblika sabiex tkun l-aħħar livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet pubbliċi, u jipproponi l-qafas għar-rikonoxximent tas-sistema eżistenti ta’ Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni (EA) sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-sistema rigoruża ta’ evalwazzjoni inter pares. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas globali li jikkompleta l-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward ta’ l-akkreditazzjoni. Din il-proposta għal regolament rivedut ta’ l-EMAS tikkomplementa dawn ir-regoli sa fejn huwa meħtieġ, filwaqt li tqis id-dettalji ta’ l-iskema volontarja ta’ l-EMAS u fejn huwa xieraq, tistabbilixxi regoli aktar speċifiċi. - L-ambitu ġeografiku. Il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità huwa permess. Organizzazzjoni minn barra l-Komunità tista’ tirreġistra f’wieħed mill-Istati Membri u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha trid tiġi vverifikata u vvalidata minn verifikatur akkreditat fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun se tapplika għar-reġistrazzjoni. - Miżuri għat-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi u l-ħolqien ta' inċentivi : - Is-simplifikazzjoni tal-proċedura għar-reġistrazzjonijiet fi gruppi. - It-tnaqqis tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni għal-organizzazzjonijiet żgħar (SMEs u awtoritajiet pubbliċi żgħar)[12]. - L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri huma obbligati jidentifikaw oqsma li fihom jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-organizzazzjonijiet irreġistrati ta’ l-EMAS, fir-rigward tar-regolazzjoni ambjentali, eż tiġdid inqas frekwenti tal-permess ambjentali, eċċ. Se jiġi stabbilit proċess ta’ konsultazzjonijiet regolari fl-Istati Membri bejn il-Korpi Kompetenti ta’ l-EMAS u l-awtoritajiet regolatorji. Il-Kummissjoni torganizza skambji ta’ informazzjoni dwar din il-kwistjoni. - L-awtoritajiet nazzjonali jridu jikkunsidraw u, fejn xieraq u bla ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tat-Trattat, jintroduċu inċentivi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet irreġistrati ta’ l-EMAS, bħall-aċċess għall-finanzjament jew l-inċentivi fiskali fil-kuntest ta’ l-iskemi li jappoġġaw ir-rendiment ambjentali ta’ l-industrija. - Ir-regoli għall-użu tal-logo ta’ l-EMAS huma simplifikati u r-restrizzjonijiet eżistenti huma mneħħija. - Attivitajiet ta’ promozzjoni għall-EMAS, fosthom il-premju EMAS u kampanji informattivi fuq il-livell Komunitarju u dak nazzjonali. 2008/0154 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 (1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[13], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[15], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 251 tat-Trattat[16], Billi: (1) L-Artikolu 2 tat-Trattat jipprovdi li l-Komunità, fost kompiti oħra, għandha tippromwovi t-tkabbir sostenibbli madwar il-Komunità. (2) Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi is-Sitt Programm ta' Azzjoni ta’ Ambjent tal-Komunità[17] tidentifika t-titjib tal-kollaborazzjoni u l-ħidma flimkien ma’ l-impriżi bħala approċċ strateġiku sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali. L-impenji volontarji huma parti essenzjali minnu. L-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni uża’ fl-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u l-iżvilupp ta’ inizjattivi sabiex jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jippublikaw rapporti rigorużi vverifikati b’mod independenti dwar ir-rendiment ta’ l-iżvilupp sostenibbli jitqies bħala meħtieġ f’dan il-kuntest. (3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kunsill tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta’ nofs il-mandat tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità[18] tirrikonoxxi li teżisti l-ħtieġa biex jittejjeb it-tħaddim ta’ strumenti volontarji li ġew iddiżinjati għall-industrija u li dawn l-għodod għandhom potenzjal kbir iżda għadhom ma ġewx żviluppati kompletament. Tappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi dawk l-istrumenti sabiex tippromwovi l-parteċipazzjoni fihom u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-ġestjoni tagħhom. (4) L-għan ta’ l-EMAS huwa l-promozzjoni ta’ titjib kontinwu fir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjonijiet permezz ta’ l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali mill-organizzazzjonijiet, l-evalwazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tar-rendiment ta’ sistemi bħal dawn, il-forniment ta’ l-informazzjoni dwar ir-rendiment ambjentali u permezz ta’ djalogu miftuħ mal-pubbliku u mal-partijiet interessati u bl-involviment attiv ta’ l-impjegati fl-organizzazzjoni u taħriġ xieraq. (5) Bil-għan li jiġi promoss approċċ koerenti bejn l-istrumenti leġiżlattivi żviluppati fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ titqies fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni jew kif din tista’ tintuża bħala għodda fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni. Sabiex l-EMAS issir aktar attraenti għall-organizzazzjonijiet, għandhom iqisu r-reġistrazzjoni fl-EMAS fil-politiki tagħhom tal-kuntratti pubbliċi, u fejn xieraq, jirreferu għall-EMAS jew sistemi ta’ ġestjoni ambjentali ekwivalenti bħala kundizzjonijiet ta’ rendiment inklużi fil-kuntratt ta’ xogħlijiet u forniment ta’ servizzi. (6) L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)[19] jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-EMAS fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tagħha u li tipproponi emendi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 wera kemm kien effettiv fil-promozzjoni ta' titjib tar-rendiment ambjentali ta' l-organizzazzjonijiet u l-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament għandha tintuża biex tittejjeb il-kapaċità ta' l-EMAS biex iwassal għal titjib fir-rendiment ambjentali kumplessiv ta' l-organizzazzjonijiet. (8) L-organizzazzjonijiet għandhom jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fl-EMAS fuq bażi volontarja u jistgħu jakkwistaw valur miżjud f'termini tal-kontroll regolatorju, tat-tfaddil fl-infiq u ta’ l-immaġni pubblika. (9) L-EMAS għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet kollha, ġewwa u barra l-Komunità, li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt ambjentali. L-EMAS għandha tipprovdi mezz biex ikunu jistgħu jiġġestixxu dak l-impatt u jtejbu r-rendiment ambjentali kumplessiv tagħhom. (10) L-Organizzazzjonijiet, partikolarment organizzazzjonijiet żgħar, għandhom jiġu mħeġġa biex jieħdu sehem fl-EMAS. Il-parteċipazzjoni tagħhom għandha titmexxa ‘l quddiem billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-tagħrif, għall-fondi eżistenti ta' appoġġ u għall-istituzzjonijiet pubbliċi u billi jiġu stabbiliti u promossi miżuri ta' assistenża teknika. (11) L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali u li jkunu jridu jaqilbu għall-EMAS għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bl-aktar mod ħafif possibbli. Għandhom jitqiesu rabtiet ma’ skemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali. (12) L-organizzazzjonijiet b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw is-siti kollha jew għadd minnhom taħt reġistrazzjoni waħda. (13) Il-mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-konformità ta’ organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent għandu jissaħħaħ sabiex tittejjeb il-kredibbiltà ta’ l-EMAS u, b’mod partikolari, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv ta’ l-organizzazzjonijiet irreġistrati permezz tad-deregolazzjoni jew eżenzjoni mir-regolamenti. (14) Il-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ l-EMAS għandu jinkludi l-involviment ta’ l-impjegati u tal-ħaddiema ta’ l-organizzazzjoni peress li dan iżid is-sodisfazzjon li jieħdu minn xogħlhom, kif ukoll l-għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali li jistgħu jeżistu wkoll ġewwa u barra mill-ambjent tax-xogħol. (15) Il-logo ta’ l-EMAS għandu jservi ta’ għodda attraenti ta’ komunikazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet, li trawwem il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar l-EMAS. Ir-regoli għall-użu tal-logo ta’ l-EMAS għandhom jiġu ssimplifikati bl-użu ta’ logo wieħed u r-restrizzjonijiet eżistenti għandhom jitneħħew għaliex m’għandux ikun hemm konfużjoni mat-tikketti ambjentali fuq il-prodotti. (16) L-ispejjeż u t-tariffi għar-reġistrazzjoni fl-EMAS għandhom ikunu raġjonevoli u proporzjonati mad-daqs ta’ l-organizzazzjoni u x-xogħol li jkollu jsir mill-Korpi Kompetenti. Bla ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fit-Trattat, għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandhom jitqiesu l-eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffi. (17) L-organizzazzjonijiet għandhom jipproduċu u jippubblikaw dikjarazzjonijiet ambjentali regolari u wkoll rapporti dwar ir-rendiment ambjentali li jipprovdu lill-pubbliku u partijiet interessati oħra bl-informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli fir-rigward ta’ l-ambjent u r-rendiment ambjentali tagħhom. (18) Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà ta’ l-informazzjoni, ir-rappurtar dwar il-progress fir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjonijiet għandu jkun fuq il-bażi ta’ indikaturi ġeneriċi ta’ rendimenti li jiffokaw fuq oqsma ambjentali ewlenin. Dan għandu jgħin lill-organizzazzjonijiet biex iqabblu r-rendiment tagħhom matul perjodi differenti ta' rappurtar. (19) Dokumenti ta’ referenza li jinkludu l-aqwa prassi fil-ġestjoni ambjentali u l-indikaturi tal-ġestjoni ambjentali għal setturi speċifiċi għandhom jiġu żviluppati permezz ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawk id-dokumenti jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffokaw aktar fuq l-aspetti ambjentali l-aktar importanti f’settur partikolari. (20) Ir-Regolament (KE) nru xxxx/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [.......data] li jistipula r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-swieq marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, jorganizza l-akkreditazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak Ewropew u jistabbilixxi l-qafas kumplessiv għall-akkreditazzjoni. Dan ir-regolament jikkomplementa dawn ir-regoli sa fejn huwa meħtieġ, filwaqt li jqis id-dettalji speċifiċi ta’ l-EMAS, partikolarment il-ħtieġa li tiġi żgurata kredibbiltà qawwija lejn il-partijiet interessati, Partikolarment l-Istati Membri u, fejn huwa xieraq, jistabbilixxi regoli aktar speċifiċi.Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw u jtejbu regolarment il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali billi tipprovdi għal sistema ta' akkreditazzjoni indipendenti u newtrali, ta' taħriġ u ta’ sorveljanza xierqa ta' l-attivitajiet tagħhom u b’hekk tiggarantixxi t-trasparenza u l-kredibbiltà ta’ l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS. (21) Attivitajiet ta’ promozzjoni u ta’ appoġġ għandhom jitwettqu kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. (22) Bla ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fit-Trattat, l-Istati Membri għandhom jagħtu inċentiv lill-organizzazzjonijiet irreġistrati, bħall-aċċess għall-finanzjament jew l-inċentivi fiskali fil-kuntest ta’ l-iskemi li jappoġġaw ir-rendiment ambjentali ta’ l-industrija. (23) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri speċifiċi mmirati lejn parteċipazzjoni akbar fl-EMAS mill-organizzazzjonijiet, partikolarment l-organizzazzjonijiet iż-żgħar. (24) Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproduċi dokumenti ta’ referenza settorjali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. (25) Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut, jekk xieraq, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba wara ċertu perjodu ta’ ħidma. (26) Dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 li għalhekk għandu jiġi revokat. (27) Minħabba li l-elementi utli fir-Rakkomandazzjoni 2001/680/KE tas-7 ta' Settembru dwar gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġar ta’ l-ambjent u verifika ambjentali [il-ġestjoni u l-verifika ambjentali][20] u fir-Rakkomandazzjoni (KE) Nru°2003/532/KE ta' l-10 ta' Lulju 2003 dwar gwida għall-għażla u l-użu ta indikaturi tar-rendiment ambjentali fl-EMAS[21] huma inklużi f'dan ir-Regolament, dawn l-atti ma għandhomx jintużaw aktar għaliex ġew sostitwiti b'dan ir-Regolament. (28) Minħabba li l-mira ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li tinħoloq skema unika kredibbli u li jiġi evitat l-istabbiliment ta’ skemi nazzjonali differenti, ma tistax tinkiseb bl-aħjar mod mill-Istati Membri u tista' għalhekk, għal raġunijiet ta’ skala u effetti, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. (29) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[22]. (30) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi proċeduri għall-evalwazzjoni inter pares tal-Korpi Kompetenti, biex tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali, biex tirrikonoxxi sistemi ta’ ġestjoni ambjentali eżistenti, jew partijiet minnhom, għall-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu emendati l-Annessi I sa VIII. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. (31) Peress li huwa meħtieġ perjodu ta’ żmien sabiex jiġi żgurat li l-qafas għall-funzjonament xieraq ta’ dan ir-Regolament ikun ġie stabbilit, l-Istati Membri għandhom ikollhom perjodu ta’ sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jemendaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skond id-dispożizjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. F’dawn is-sitt xhur, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti għandhom jitħallew ikomplu japplikaw il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 761/2001. ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Id-dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 1 Suġġett B’dan hija stabbilita skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali li tippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet stabbiliti ġewwa jew barra l-Komunità. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin: 1. "politika ambjentali" tfisser l-għanjiet u l-prinċipji ta' azzjoni kumplessivi kollha ta' organizzazzjoni fir-rigward ta’ l-ambjent inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, rilevanti għall-ambjent u wkoll impenn għal titjib kontinwu tar-rendiment ambjentali; 2. “rendiment ambjentali” tfisser ir-riżultati miksuba minn organizzazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ aspetti ambjentali. 3. “konformità ġuridika” tfisser implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, fosthom il-kundizzjonijiet għall-permessi, marbuta ma’ l-ambjent. 4. "aspett ambjentali" tfisser element ta’ l-attivitajiet, tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent; 5. “aspett ambjentali sinifikanti” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista' jkollu impatt ambjentali sinifikanti; 6. “aspett ambjentali dirett” tfisser aspett li huwa assoċjat ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi ta’ l-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom l-organizzazzjoni għandha l-kontroll dirett tal-ġestjoni; 7. “aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista’ jirriżulta mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi u li jista’ jiġi influwenzat sa livell raġjonevoli mill-organizzazzjoni 8. "impatt ambjentali" tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent, sewwa jekk ta' ħsara kif ukoll jekk ta' ġid, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta' organizzazzjoni; 9. "programm ambjentali" tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, responsabbiltajiet u mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-għanijiet, il-miri u l-iskadenzi biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ambjentali, 10. "għan ambjentali" tfisser għan ambjentali kumplessiv, li jirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha, u li tiġi kkwantifikata meta dan ikun prattikabbli; 11. "mira ambjentali" tfisser rekwiżit dettaljat u kwantifikat tar-rendiment, li jirriżulta mill-politika ambjentali u l-għanijiet ambjentali, applikabbli għall-organizzazzjoni jew partijiet minnha, u li li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet; 12. "sistema ta’ ġestjoni ambjentali" tfisser il-parti mis-sistema kumplessiva ta’ ġestjoni li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta’ ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prattiċi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali; 13. “l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser l-aktar sistema effettiva ta’ ġestjoni li tista’ tiġi implimentata minn organizzazzjonijiet f’settur rilevanti u li tista’ tirriżulta fl-aqwa rendiment ambjentali f’kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi partikolari; 14. "verifika ambjentali interna" tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tar-rendiment ta’ l-organizzazzjoni tas-sistema u tal-proċessi ta’ ġestjoni maħsuba biex iħarsu l-ambjent; 15. "awditur" tfisser individwu jew grupp ta’ individwi, li jappartjeni/u lill-organizzazzjoni nnifisha inkella persuna naturali jew ġuridika minn barra l-organizzazzjoni, li jaġixxu l-organizzazzjoni, li jwettqu valutazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ u li jiddeterminaw il-konformità mal-politika u l-programm ta’ l-organizzazzjoni, li jinkludu konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-organizzazzjoni; 16. “rapport ta’ rendiment ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħra rigward ir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u l-konformità tagħha ma’ l-obbligi ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent; 17. “dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħra rigward: (a) l-istruttura u l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjoni, (b) il-politika ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, (c) aspetti u impatti ambjentali, (d) il-programm, l-għanijiet u l-miri ambjentali tagħha, (e) rapport dwar ir-rendiment ambjentali li jagħti tagħrif dwar ir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u l-konformità tagħha ma’ l-obbligi ġuridiċi marbuta ma’ l-ambjent; 18. “verifikatur ambjentali” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika, jew assoċjazzjoni jew gruppi ta’ persuni bħal dawn li jikkwalifikaw bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru xxxx/2008, li tkun kisbet l-akkreditazzjoni, skond il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ dan ir-Regolament; 19. "organizzazzjoni" tfisser kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, inkella parti minn dawn jew għaqda tagħhom, sewwa jekk inkorporata u wkoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u l-amministrazzjonijiet tagħha stess; 20. "sit" tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta' organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, t-tagħmir u l-materjali; 21. "verifika" tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera li l-politika ambjentali, is-sistema tal-ġestjoni u l-proċedura tal-verifika ta’ l-organizzazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 22. “validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-dejta fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u tar-rapport ta’ rendiment tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; 23. “awtoritajiet ta’ infurzar” tfisser l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif identifikati mill-Istati Membri biex jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw infrazzjonijiet tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, marbuta ma’ l-ambjent, u fejn meħtieġ, jieħdu azzjoni ta’ infurzar; 24. “indikatur ta’ rendiment ambjentali” tfisser espressjoni speċifika li tippermetti l-kejl tar-rendiment ambjentali ta’ organizzazzjoni; 25. “organizzazzjoni żgħira” tfisser: (a) impriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju[23]; (b) awtoritajiet lokali li jiggvernaw inqas minn 10,000 resident jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li jkollhom baġit annwali ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun, fosthom dawn kollha: (i) gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; (ii) persuni naturali jew ġuridiċi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ambjent; u (iii) persuni naturali jew ġuridiċi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ambjent taħt il-kontroll ta' korp jew persuna msemmija fil-punt (b). 26. Korp ta’ Akkreditazzjoni tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru xxxx/2008. KAPITOLU II Reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet Artikolu 3 Determinazzjoni ta’ Korp Kompetenti 1. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet fi Stat Membru għandhom jitressqu lill-Korp Kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. 2. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet barra l-Komunità jistgħu jitressqu lill-kwalunkwe Korp Kompetenti fl-Istat Membru li fih ikun akkreditat il-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifiki u li jkun ivvalida s-sistema ta' ġestjoni ambjentali ta' l-organizzazzjoni. 3. Organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni korporattiva waħda ta’ sit wieħed minn dawn, inkella kollha kemm huma. L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni korporattiva waħda għandhom isiru lil Korp Kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih jisabu l-kwartieri ġenerali inkella ċ-ċentru ta’ ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni, kif maħsuba għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni. Artikolu 4 Tħejjijiet għar-reġistrazzjoni 1. L-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw għall-ewwel darba għandhom iwettqu analiżi ambjentali ta’ l-aspetti ambjentali kollha ta’ l-organizzazzjoni skond l-Anness I. 2. L-organizzazzjonijiet jistgħu jikkonsultaw mal-korp imsemmi fl-Artikolu 33(3), stabbilit fi Stat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni. 3. L-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali, rikonoxxuta skond l-Artikolu 45(4), m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu analiżi ambjentali inizjali sħiħa, fir-rigward ta’ l-informazzjoni pprovduta mis-sistema ċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali. 4. Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-analiżi, l-organizzazzjonijiet għandhom japplikaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkopri r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Anness II, u, fejn din tkun disponibbli, billi jqisu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali għas-settur rilevanti kif jissemma fl-Artikolu 46. 5. L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati ma’ l-ambjent, li jkunu ġew identifikati. L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu dikjarazzjoni dwar il-konformità mill-awtorità/ajiet kompetenti għall-infurzar, skond l-Artikolu 33(5). Organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirreferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi ta’ l-ambjent applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu beħsiebhom iressqu applikazzjoni. 6. L-organizzazzjonijiet għandhom iwettqu verifika interna skond ir-rekwiżiti msemmija fl-Anness III. 7. L-organizzazzjonijiet għandhom iħejju stqarrija ambjentali, skond l-Anness IV Parti B. Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tar-rendiment ta' l-organizzazzjoni għandha ssir b'referenza għad-dokument rilevanti. 8. L-analiżi ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta’ verifika u d-dikjarazzjoni ambjentali għandhom jiġu vverifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat u l-istqarrija ambjentali għandha tkun ivvalidita minn dak il-verifikatur ambjentali. Artikolu 5 L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni 1. Kwalunkwe organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni. 2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha ssir lill-Korp Kompetenti determinat skond l-Artikolu 3 u għandha tinkludi dan li ġej: (a) id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata, f’format elettroniku; (b) id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(9), iffirmata mill-verifikatur ambjentali li jivvalida l-istqarrija ambjentali; (c) formola mimlija, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI; (d) prova tal-ħlas tat-tariffi applikabbli. KAPITOLU III Obbligi ta’ l-organizzazzjonijiet irreġistrati Artikolu 6 Manutenzjoni tar-reġistrazzjoni fl-EMAS 1. Organizzazzjoni rreġistrata għandha, fuq bażi tri-ennali: 27. tissottometti għal verifika sħiħa s-sistema tagħha ta’ ġestjoni ambjentali u l-programm ta’ verifika tagħha; 28. tħejji d-dikjarazzjoni ambjentali skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, Partijiet B u D; 29. tivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali; 30. tressaq id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata lill-Korp Kompetenti; 31. tressaq għand il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI. 2. Organizzazzjoni rreġistrata għandha, fuq bażi annwali: 32. twettaq verifika interna tar-rendiment ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati ma’ l-ambjent, skond l-Anness III; 33. tħejji rapport dwar ir-rendiment ambjentali skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, Partijiet C u D; 34. tressaq ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali vvalidat lill-Korp Kompetenti; 35. tressaq għand il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI. 3. Organizzazzjonijiet irreġistrati għandhom jagħmlu mezz li d-dikjarazzjoni ambjentali u r-rapport dwar ir-rendiment ambjentali jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni u għal xahar wara li tkun inżammet ir-reġistrazzjoni. Jistgħu jissodisfaw dak ir-rekwiżit billi jipprovdu aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali meta dan jintalab, inkella billi joħolqu links fuq siti ta' l-Internet, li permezz tagħhom jista' jinkiseb aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali. Għandhom jinfurmaw lill-Korp Kompetenti dwar il-mod li bih jipprovdu l-aċċess pubbliku. Artikolu 7 Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar 1. Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendulha l-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal ħames snin, u/jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha: (a) ma jkun hemm l-ebda riskji ambjentali, (b) l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda tibdiliet operattivi ppjanati rigward is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, u (c) ma jeżistu l-ebda problemi lokali ambjentali sinifikanti. 2. Sabiex tinkiseb l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tressaq talba lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra l-organizzazzjoni, u għandha tagħti provi li l-kundizzjonijiet għad-deroga jkunu sodisfatti. 3. L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni msemmija fil-paragrafu 1, għal sentejn, għandhom iressqu r-rapport dwar ir-rendiment ambjentali mhux ivvalidat lill-Korp Kompetenti f’kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw ir-rapport tagħhom dwar ir-rendiment ambjentali. Artikolu 8 Tibdiliet sostanzjali 1. Fil-każ ta’ tibdiliet sostanzjali f’organizzazzjoni rreġistrata, l-organizzazzjoni għandha twettaq analiżi ambjentali ta’ dawn it-tibdiliet, fosthom l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħhom. 2. L-organizzazzjoni għandha taġġorna l-analiżi ambjentali inizjali u timmodifika l-politika ambjentali ta' l-organizzazzjoni kif xieraq. 3. L-analiżi ambjentali aġġornata u l-politika ambjentali mmodifikata ta' l-organizzazzjoni għandhom jiġu vverifikati u vvalidati. 4. Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tressaq it-tibdiliet lill-Korp Kompetenti permezz tal-formola stabbilita fl-Anness VI u tiqegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Artikolu 9 Verifika ambjentali 1. Organizzazzjoni rreġistrata għandha tistabbilixxi programm ta’ verifika li jiżgura li matul perjodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin, l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jkunu soġġetti għal verifika skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III. 2. Il-verfika għandha ssir mill-awdituri li individwalment jew kollettivament, ikollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawn il-kompiti u għandhom ikunu indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li jivverifikaw biex ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju oġġettiv. 3. Il-programm tal-verifika ambjentali għandu jiddefinixxi l-għanijiet ta' kull verifika jew ċiklu ta' verifika inkluża l-frekwenza tal-verifika għal kull attività. 4. Fi tmiem kull verifika u kull ċiklu ta’ verifika l-awdituri għandhom iħejju rapport bil-miktub dwar il-verifika. 5. L-awditur għandu jikkomunika s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika lill-organizzazzjoni. 6. Wara l-proċess ta’ verifika, l-organizzazzjoni għandha tħejji u timplimenta pjan ta’ azzjoni xieraq. 7. L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat illi jkun hemm azzjoni ta’ segwitu fuq ir-riżultati tal-verifika. Artikolu 10 L-użu tal-logo ta' l-EMAS 1. Il-logo ta’ l-EMAS stabbilit fl-Anness V jista’ jintuża biss mill-organizzazzjonijiet irreġistrati u sakemm tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom biss. Il-logo dejjem għandu jkollu n-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ l-organizzazzjoni. 2. Il-logo ta’ l-EMAS jista’ jintuża biss skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness V. 3. Fil-każ li tagħżel hekk organizzazzjoni, skond l-Artikolu 3(3) bil-għan li ma tinkludix is-siti kollha tagħha fil-Komunità fir-reġistrazzjoni korporattiva, għandha tiżgura li l-komunikazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u fl-użu tal-logo ta’ l-EMAS, ikun ċar liema siti jkunu koperti mir-reġistrazzjoni. 4. Il-logo m’għandux jintuża flimkien ma’ stqarrijiet komparattivi li jirrigwardaw attivitajiet u servizzi oħra, jew b’tali mod li jista’ jkun hemm konfużjoni ma’ tikketti ambjentali tal-prodotti. 5. Kwalunkwe tagħrif ambjentali ppubblikat minn organizzazzjoni rreġistrata jista’ jkollu fuqu l-logo ta’ l-EMAS, bil-kundizzjoni li jirreferi għall-aħħar stqarrija ambjentali ta’ l-organizzazzjoni, li minnha jkun ittieħed u li jkun ġie vvalidat minn verifikatur ambjentali, bħala: (a) preċiż; (b) issostanzjat u jista' jiġi vverifikat; (c) rilevanti u użat fil-kuntest u fejn xieraq; (d) rappreżentattiv tar-rendiment ambjentali kumplessiv ta' l-organizzazzjoni; (e) mhux probabbli li jirriżulta f'miżinterpretazzjoni; (f) sinifikanti rigward l-impatt ambjentali kumplessiv. KAPITOLU IV Regoli applikabbli għall-Korpi Kompetenti Artikolu 11 Id-deżinjazzjoni u r-rwol tal-Korpi Kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw Korpi Kompetenti, li għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet skond dan ir-Regolament. Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkontrollaw id-dħul u l-manutenzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet fir-reġistru. 2. Il-Korpi Kompetenti jistgħu jkunu nazzjonali, reġjonali jew lokali. 3. Il-kompożizzjoni tal-Korpi Kompetenti għandha tiggarantixxi l-independenza u n-newtralità tagħhom; 4. Il-Korpi Kompetenti għandhom ikollhom ir-riżorsi xierqa, kemm finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ staff, għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom. 5. Il-Korpi Kompetenti għandhom japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti u għandhom jieħdu sehem f’evalwazzjoni inter pares regolari kif stabbilit fl-Artikolu 16. Artikolu 12 Obbligi tal-proċess ta’ reġistrazzjoni 1. Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-reġistrazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet. B'mod partikolari, għandhom jistabbilixxu l-proċeduri sabiex: (a) jikkunsidraw osservazzjonijiet minn partijiet interessati, fosthom Korpi ta’ Akkreditazzjoni u awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, rigward organizzazzjonijiet applikanti u rreġistrati, (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, jissospendu jew ineħħu organizzazzjonijiet mir-reġistru, u (c) jsolvu l-appelli u l-ilmenti li jsiru kontra d-deċiżjonijiet tagħhom. 2. Il-korpi kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru ta' l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-Istat Membru, inklużi d-dikjarazzjonijiet ambjentali jew ir-rapporti ta’ rendiment ambjentali tagħhom fil-format elettroniku, u jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli fuq websajt. 3. Il-Korpi Kompetenti, ta’ kull xahar, għandhom jikkomunikaw it-tibdil li jsir fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Artikolu 13 Reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet 1. Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għal dan l-għan. 2. Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha: (a) il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ l-Artikolu 5(2); (b) il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skond l-obbligi stipulati fl-Artikoli 24 sa 27; u (c) il-Korp Kompetenti jkun issodisfa, fuq il-bażi ta’ provi materjali li jkun irċieva, inkella permezz ta' rapport pożittiv mill-awtorità kompetenti għall-infurzar tal-konformità ġuridika ta' l-organizzazzjoni; 3. Il-Korpi Kompetenti għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni li din tkun ġiet irreġistrata. 4. Jekk Korp Kompetenti jikkonkludi li organizzazzjoni applikanta ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2, għandu jirrifjuta li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. 5. Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport tas-sorveljanza minn Korp ta' l-Akkreditazzjoni li jagħti provi li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b'mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni applikanti, huwa għandu jirrifjuta li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. 6. Sabiex il-Korp Kompetenti jikseb il-provi meħtieġa sabiex jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar iċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni. Artikolu 14 Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru 1. Jekk Korp Kompetenti jemmen li organizzazzjoni rreġistrata ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, għandu jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha f’dan ir-rigward. Jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tipprovdi risposta sodisfaċenti, għandha titneħħa jew tiġi sospiża mir-reġistru. 2. Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport tas-sorveljanza minn Korp ta' l-Akkreditazzjoni li jagħti provi li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b'mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata ma’ l-EMAS, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi sospiża. 3. Organizzazzjoni rreġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti, fi żmien xahar li jkollha tagħmel dan, kwalunkwe mir-rekwiżiti li ġejjin: (a) l-aġġornamenti vvalidati tad-dikjarazzjonijiet ambjentali, ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, jew id-dikjarazzjoni ffirmata kif tissemma fl-Artikolu 24(9); (b) formola, li tinkludi mill-inqas it-tagħrif minimu stipulat fl-Anness VI mill-organizzazzjoni. 4. Jekk Korp Kompetenti jiġi mgħarraf mill-awtorità kompetenti ta' l-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli ta' l-ambjent, għandu jissospendi jew iħassar lil dik l-organizzazzjoni mir-reġistru kif xieraq. 5. Fil-każ li Korp Kompetenti jiddeċiedi li jissospendi jew iħassar reġistrazzjoni, huwa għandu jqis għallinqas: (a) l-effett ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ l-obbligi ta’ dan ir-Regolament; (b) il-prevedibbiltà tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ l-obbligi ta’ dan ir-Regolament, jew iċ-ċirkostanzi li jwasslu għalih; (c) in-nuqqasijiet ta’ konformità fl-imgħoddi ma’ l-obbligi ta’ dan ir-Regolament mill-Organizzazzjoni; u (d) iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ l-organizzazzjoni: 6. Sabiex il-Korp Kompetenti jingħata l-provi meħtieġa u b’hekk ikun jista’ jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tħassir ta' organizzazzjonijiet mir-reġistru, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni. 7. Jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva provi li ma waslulux mir-rapport ta’ superviżjoni tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni, li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux tajjeb biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu mill-organizzazzjoni, huwa għandu jikkonsulta lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni li jkun qed jissorvelja lill-verifikatur ambjentali. 8. Il-Korp Kompetenti għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għal kwalunkwe miżuri li jittieħdu. 9. Il-Korp Kompetenti għandu jagħti tagħrif xieraq lill-organizzazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. 10. Is-sospensjoni ta’ organizzazzjoni mir-reġistru għandha titreġġa’ lura jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva tagħrif sodisfaċenti li l-organizzazzjoni hija f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 15 Il-Forum ta’ Korpi Kompetenti 1. Forum ta’ Korpi Kompetenti mill-Istati Membri kollha (minn issa ‘l quddiem “il-Forum”) għandu jitwaqqaf mill-Korpi Kompetenti. Għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta' rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Il-Korpi Kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jieħdu sehem fil-Forum. Meta fi Stat Membru wieħed ikun hemm stabbiliti diversi korpi kompetenti, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kollha kemm huma jiġu mgħarrfa dwar l-attivitajiet tal-Forum. 3. Il-Forum għandu jiżviluppa gwida sabiex jiżgura l-konsistenza tal-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet skond dan ir-Regolament, inklużi t-tħassir ta’ l-organizzazzjonijiet mir-reġistru. Għandu jibgħat lill-Kummissjoni id-dokumenti ta’ gwida u dokumenti marbuta ma’ l-evalwazzjoni inter pares. Dawn id-dokuementi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. 4. Il-Forum għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 16 L-evalwazzjoni inter pares tal-Korpi Kompetenti 1. Il-forum għandu jorganizza evalwazzjoni inter pares sabiex jivvaluta l-konformità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Korp Kompetenti ma’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mar-reġistrazzjoni. 2. L-evalwazzjoni inter pares għandha ssir fuq bażi regolari u għallinqas darba kull erba’ snin. Il-Korpi Kompetenti kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni inter pares. 3. L-evalwazzjoni inter pares għandha tinkludi għallinqas valutazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri marbuta ma': (a) ir-reġistrazzjoni; (b) iċ-ċaħda ta’ reġistrazzjoni; (c) is-sospensjoni ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 12(2); (d) it-tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 12(2); (e) il-ġestjoni tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 12(2). 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq ta’ l-evalwazzjoni, fosthom proċeduri xierqa għall-appelli kontra deċiżjonijiet meħuda b’riżultat ta’ l-evalwazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3). 5. Il-Forum għandu jittrażmetti rapport annwali dwar l-evalwazzjoni inter pares lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. KAPITOLU V Verifikaturi ambjentali Artikolu 17 Il-kompiti tal-verifikaturi ambjentali 1. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivvalutaw jekk l-anliżi ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u l-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika tagħha jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jikkontrollaw: (a) il-konformità ta’ l-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-analiżi ambjentali inizjali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali, il-verifika ambjentali u r-riżultati tagħha u d-dikjarazzjoni ambjentali jew ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, (b) il-konformità ta’ l-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta ma’ l-ambjent; (c) it-titjib kontinwu tar-rendiment ambjentali min-naħa ta’ l-organizzazzjoni; u (d) l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-korrettezza tad-dejta u ta’ l-informazzjoni fid-dokumenti li ġejjin: (i) id-dikjarazzjoni ambjentali; (ii) ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali; (iii) kwalunkwe l-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata. 3. Il-verifikaturi ambjentali għandhom, b'mod partikolari, jinvestigaw il-validità teknika ta’ l-analiżi ambjentali inizjali jew il-verifika jew il-proċeduri l-oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplika bla ħtieġa dawk il-proċeduri. 4. Fejn xieraq, il-verifikaturi ambjentali għandhom jużaw kontrolli fuq il-post sabiex jiddeterminaw jekk ir-riżultati tal-verifika interna humiex affidabbli. 5. Fil-ħin tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu talanqas jiċċekkja illi r-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti mill-organizzazzjoni: (a) tkun fis-seħħ sistema għall-ġestjoni ambjentali, kompletament operattiva, skond l-Anness II; (b) programm ta’ verifika kompletament ippjanat jkun fis-seħħ u jkun inbeda skond l-Anness III sabiex għallinqas ikunu ġew koperti dawk l-oqsma bl-aktar impatti ambjentali sinifikanti; (c) tkun tlestiet l-analiżi tal-ġestjoni msemmija fil-Parti A ta’ l-Anness II; u (d) tkun tħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skond il-Parti B ta’ l-Anness IV. 6. Għall-finijiet tal-verifika għaż-żamma tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-verifikatur ambjentali għandu jiċċekkja li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: (a) sistema għall-ġestjoni ambjentali, kompletament operattiva, skond l-Anness II; (b) programm ta’ verifika ppjanat, kompletament operattiv, b’għallinqas ċiklu wieħed ikkompletat skond l-Anness III; (c) it-tlestija ta' analiżi waħda ta’ ġestjoni; u (d) it-tħejjija ta' dikjarazzjoni ambjentali skond il-Parti B ta’ l-Anness IV. 7. Għall-finijiet tal-verifika għaż-żamma tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), il-verifikatur ambjentali għandu jiċċekkja li l-organizzazzjoni għallinqas tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: (a) l-organizzazzjoni tkun wettqet verifika interna tar-rendiment ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati ma’ l-ambjent, skond l-Anness III; (b) l-organizzazzjoni turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, marbuta ma’ l-ambjent u titjib kontinwu tar-rendiment ambjentali ta' l-organizzazzjoni; u (c) l-organizzazzjoni tkun ħejjiet rapport dwar ir-rendiment ambjentali skond il-Parti C ta’ l-Anness IV. Artikolu 18 Frekwenza tal-verifika 1. F'konsultazzjoni ma' l-organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jfassal programm sabiex jiżgura li l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni u ż-żamma ta’ din ir-reġistrazzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 jkunu vverifikati. 2. Il-verifikatur ambjentali għandu, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, jivvalida kwalunkwe informazzjoni aġġornata fl-istqarrija ambjentali jew ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali. Artikolu 19 Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali 1. Sabiex tinkiseb akkreditazzjoni skond dan ir-Regolament, verifikatur ambjentali kandidat għandu jitroduċi talba mal-Korp ta' Akkreditazzjoni li minnu jfittex l-akkreditazzjoni. Din it-talba għandha tispeċifika l-ambitu ta’ l-akkreditazzjoni mitluba permezz ta’ referenza għall-klassifika ta’ attivitajiet ekonomiċi kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24]. 2. Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta' Akkreditazzjoni provi xierqa ta' l-għarfien tiegħu, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu ta' l-akkreditazzjoni mitluba fl-oqsma li ġejjin: (a) dan ir-Regolament; (b) it-tħaddim ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali; (c) id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġa mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 46, għall-użu ta’ dan ir-Regolament; (d) ir-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni; (e) l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali ta' l-iżvilupp sostenibbli; (f) ta' l-aspetti tekniċi, marbuta ma’ kwistjonijiet ambjentali, ta' l-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni; (g) il-funzjonament ġenerali ta’ l-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex jiġi vvalutat kemm tkun xierqa s-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward ta’ l-interazzjoni ta’ l-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha ma’ l-ambjent, li jinkludu għallinqas: (i) it-teknoloġiji li tuża l-organizzazzjoni; (ii) it-terminoloġija u l-għodod użati fl-attivitajiet tagħha; (iii) l-attivitajiet operattivi u l-karatteristiċi ta’ l-interazzjoni tagħhom ma’ l-ambjent; (iv) il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikanti; (v) il-kontroll tat-tniġġis u t-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni; (h) rekwiżiti u metodoloġiji ta’ verifikar ambjentali fosthom il-kapaċità għall-verifiki effettivi ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet rilevanti tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika; (i) verifika ta’ l-informazzjoni, dikjarazzjoni ambjentali u r-rapport dwar ir-rendiment ambjentali fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejta, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-dejta, il-preżentazzjoni tad-dejta fil-format miktub u grafiku għall-apprezzament ta’ l-iżbalji potenzjali fid-dejta, l-użu ta’ assunzjonijiet u estimi; (j) id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u tas-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u r-rendiment matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-dejta pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali. 3. Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu juri sistema ta’ żvilupp professjonali kontinwu fil-kriterji ta’ kompetenza msemmija fil-paragrafu 2 u li jżomm tan l-iżvilupp għall-valutazzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni. 4. Il-verifikatur ambjentali għandu jkun indipendenti, b'mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent ta' l-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv fit-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu. 5. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-verifikatur ambjentali jkun ħieles minn kwalunkwe pressjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew oħrajn, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu, inkella li jipperikolaw il-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ verifika. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura konformità ma’ kwalunkwe regoli applikabbli f’dan ir-rigward. 6. Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu metodi u proċeduri ddokumentati, inklużi l-mekkaniżmi għall-kontroll tal-kwalità u dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità, għar-rekwiżiti tal-verifika u tal-validazzjoni ta' dan ir-Regolament. 7. Fil-każ li organizzazzjoni taġixxi bħala verifikatur ambjentali, għandha żżomm tabella informattiva ta’ l-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet ġewwa l-organizzazzjoni u dikjarazzjoni rigward il-pożizzjoni ġuridika, il-pussess u s-sorsi tal-finanzjament. Dik it-tabella informattiva għandha tiġi pprovduta meta tintalab. Artikolu 20 Rekwiżiti addizzjonali għall-verifikaturi ambjentali li huma persuni naturali u li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni individwalment 1. Persuni naturali li jaġixxu bħala verifikaturi ambjentali u li jwettqu l-verifiki u l-validazzjoni individwalment, minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 għandu jkollhom: (a) il-kompetenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-oqsma akkreditati tagħhom, (b) ambitu limitat ta' akkreditazzjoni li jiddependi fuq il-kompetenza personali tagħhom. 2. Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi żgurata permezz tal-valutazzjoni li ssir qabel l-akkreditazzjoni u permezz tas-sorveljanza tal-Korp ta' Akkreditazzjoni. Artikolu 21 Rekwiżiti addizzjonali għal verifikaturi ambjentali attivi f’pajjiżi terzi 1. Jekk verifikatur ambjentali jkun beħsiebu jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’pajjiżi terzi, jista’ jfittex akkreditazzjoni addizzjonali għal pajjiżi terzi speċifiċi. 2. Sabiex jikseb akkreditazzjoni għal pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 u 20, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: (a) l-għarfien u l-komprensjoni tar-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi marbuta ma’ l-ambjent fil-pajjiż terz li għalih tkun qed tiġi mfittxa l-akkreditazzjoni; (b) l-għarfien u l-komprensjoni tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih qed tiġi mfittxa l-akkreditazzjoni. 3. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala milħuqa, jekk il-verifikatur ambjentali juri l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejnu u bejn persuna jew organizzazzjoni kkwalifikata li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Dik il-persuna jew organizzazzjoni għandha tkun indipendenti mill-organizzazzjoni li tkun se tiġi vverifikata. Artikolu 22 Is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali 1. Is-sorveljanza ta’ l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa mill-verifikaturi ambjentali ġewwa: (a) l-Istat Membru li fih huma akkreditati għandha ssir mill-Korp ta' Akkreditazzjoni li jkun tahom l-akkreditazzjoni; (b) pajjiżi terzi għandhom isiru mill-Korp ta' Akkreditazzjoni li jkun ħareġ akkreditazzjoni lill-verifikatur ambjentali għal dawk l-attivitajiet; (c) l-Istat Membru minbarra fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni, għandha ssir mill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta’ dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar. 2. Għall-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel kull verifika fi Stat Membru, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta' akkreditazzjoni tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika, lill-Korp ta' Akkreditazzjoni responsabbli għas-sorveljanza ta' l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali konċernat. 3. Il-verifikatur ambjentali għandu jgħarraf minnufih lill-Korp ta' Akkreditazzjoni b'kwalunkwe bidla li taffettwa l-akkreditazzjoni jew l-ambitu tagħha. 4. Il-Korp ta' Akkreditazzjoni għandu jiżgura, f'intervalli regolari li ma jaqbżux l-24 xahar, illi l-verifikatur ambjentali jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-akkreditazzjoni u li jissorvelja l-kwalità ta’ l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa. 5. Is-sorveljanza tista' tikkonsisti f'verifika fl-uffiċċju, superviżjoni fuq il-post fl-organizzazzjonijiet, kwestjonarji, analiżi tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew ir-rapporti dwar ir-rendiment ambjentali vvalidati mill-verifikaturi ambjentali u l-analiżi tar-rapport tal-verifika. Is-superviżjoni għandha tkun proporzjonata ma’ l-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali. 6. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Korp ta' Akkreditazzjoni sabiex tintemm jew tiġi sospiża l-akkreditazzjoni inkella sabiex jitnaqqas l-ambitu ta' l-akkreditazzjoni għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ambjentali jkun ingħata l-opportunità li jiġi mismugħ. 7. Jekk il-Korp ta' Akkreditazzjoni li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma jilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandu jintbagħat rapport tas-sorveljanza lill-verifikatur ambjentali kkonċernat u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun beħsiebha tapplika għar-reġistrazzjoni jew li kien irreġistra l-organizzazzjoni kkonċernata. F'każ ta' tilwim ieħor, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat lil-Laqgħa tal-Korp ta' Akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 30. Artikolu 23 Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni 1. Talanqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel ma verifikatur ambjentali, akkreditat fi Stat Membru, jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jipprovdi lill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar b'notifika dwar: (a) id-dettalji ta' l-akkreditazzjoni tiegħu, il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tat-tim jekk xieraq; (b) il-ħin meta u l-post fejn ikunu se jseħħu l-verifika u l-validazzjoni; (c) l-indirizz ta' l-organizzazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha. Din in-notifika għandha tiġi kkomunikata qabel kull attività ġdida ta’ verifika u ta' validazzjoni. 2. Il-Korp ta' Akkreditazzjoni jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent. 3. Il-Korp ta' Akkreditazzjoni jista' jirrikjedi kundizzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fil-każ biss li dawn il-kundizzjonijiet oħrajn ma jippreġudikawx id-dritt tal-verifikatur ambjentali li jipprovdi servizzi fi Stat Membru għajr f'dak fejn ingħatat l-akkreditazzjoni. 4. Il-Korp ta' Akkreditazzjoni ma għandux juża l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ambjentali. Meta l-korp ta' akkreditazzjoni ma jkunx jista' jissodisfa d-dmirijiet tiegħu skond il-paragrafi 2 u 3 qabel ma jasal iż-żmien tal-verifika u tal-validazzjoni kif innotifikat mill-verifikatur skond il-punt (b) tal-paragrafu 1, għandu jikkomunika ġustifikazzjoni raġunata lill-verifikatur. 5. Ma għandu jkun hemm l-ebda ħlasijiet diskriminatorji għan-notifika u s-sorveljanza imposti mill-korpi ta' akkreditazzjoni. 6. Jekk il-Korp ta' Akkreditazzjoni li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma jilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandu jintbagħat rapport tas-sorveljanza lill-verifikatur ambjentali konċernat, lill-Korp ta' Akkreditazzjoni li ħareġ l-akkreditazzjoni, u lill-Korp Kompetenti għand min l-organizzazzjoni kkonċernata tkun beħsiebha tapplika għar-reġistrazzjoni jew li kien irreġistra l-organizzazzjoni kkonċernata. F'każ ta' tilwim ieħor, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat lil-laqgħa tal-Korpi ta' Akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 30. 7. Organizzazzjonijiet għandhom jippermettu lill-Korpi ta' Akkreditazzjoni jissorveljaw il-verifikatur ambjentali matul il-proċess tal-verifka u l-validazzjoni. Artikolu 24 Il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' verifika u ta' validazzjoni 1. Il-verifikatur ambjentali għandu jopera fl-ambitu ta’ l-akkredizzjoni tiegħu, u fuq il-bażi ta’ ftehim bil-miktub ma’ l-organizzazzjoni. Dak il-ftehim għandu : (a) jispeċifika l-ambitu ta' l-attività, (b) jispeċifika l-kundizzjonijiet maħsuba biex jgħinu lill-verifikatur ambjentali jopera b'mod indipendenti u professjonali, u (c) jagħti l-impenn għall-organizzazzjoni li tipprovdi l-kooperazzjoni meħtieġa 2. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-komponenti ta' l-organizzazzjoni jiġu ddefiniti b'mod mhux ambigwu u li jikkorrispondu mat-tqassim reali ta' l-attivitajiet. Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tkopri biċ-ċar il-partijiet differenti ta' l-organizzazzjoni li huma soġġetti għal verifika jew validazzjoni. 3. Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq valutazzjoni ta’ l-elementi proposti fl-Artikolu 17. 4. Fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta’ verifika u ta' validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jeżamina d-dokumentazzjoni, iżur l-organizzazzjoni, iwettaq kontrolli fuq il-post u jmexxi intervisti mal-persunal. 5. Qabel ma' ssir iż-żjara mill verifikatur ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tipprovdilu tagħrif bażiku dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika u l-programm ambjentali, id-deskrizzjoni tas-sistema għall-ġestjoni ambjentali li titħaddem fl-organizzazzjoni, dettalji dwar l-analiżi ambjentali jew il-verifika li twettqet, ir-rapport dwar dik l-analiżi u jew verifika li tkun twettqet, ir-rapport dwar dik l-analiżi jew verifika u kull azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali. 6. Il-verifikatur ambjentali għandu jħejji rapport bil-miktub għall-organizzazzjoni, dwar ir-riżultat tal-verifika, li għandu jispeċifika: (a) il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali; (b) deskrizzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament inklużi provi li jistgħu jservu ta’ appoġġ, sejbiet u konklużjonijiet. 7. F’każijiet ta' nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jispeċifika: (a) is-sejbiet u l-konklużjonijiet dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni u l-evidenza li fuqha huma bbażati dawn is-sejbiet u l-konklużjonijiet; (b) id-difetti tekniċi fl-analiżi ambjentali, fil-metodu tal-verifika, fis-sistema għall-ġestjoni ambjentali, jew kwalunkwe proċess ieħor rilevanti; (c) il-punti ta' nuqqas ta' qbil ma' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew tar-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, u d-dettalji ta' l-emendi jew iż-żiediet li għandhom isiru fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali; (d) it-tqabbil tal-kisbiet u l-miri mad-dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti u l-valutazzjoni tar-rendiment u l-valutazzjoni tat-titjib kontinwu fir-rendiment ta’ l-organizzazzjoni. 8. Wara l-verifika, il-verifikatur ambjentali għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni jew ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali sabiex jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bil-kundizzjoni li r-riżultati tal-verifika jikkonfermaw li: (a) l-informazzjoni u d-dejta fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni jew tar-rapport ta’ rendiment tagħha jkunu affidabbli u korretti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; (b) li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha marbuta ma’ l-ambjent. 9. Mal-validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu joħroġ stqarrija ffirmata kif jissemma fl-Anness VII fejn jiddikjara li l-verifika tkun twettqet skond dan ir-Regolament. Artikolu 25 Verifika u validazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet iż-żgħar 1. Huwa u jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ organizzazzjonijiet żgħar, fosthom: (a) strutturi ta’ ġerarkija sempliċi: (b) staff multifunzjonali; (c) taħriġ fuq il-xogħol; (d) il-kapaċità li jadattaw għat-tibdil fi żmien qasir; u (e) dokumentazzjoni limitata ta' proċeduri. 2. Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq verifika jew validazzjoni b’mod li ma jimponix piżijiet mhux meħtieġa fuq organizzazzjonijiet żgħar. 3. Il-verifikatur ambjentali għandu jqis il-provi oġġettivi li sistema tkun effettiva, inklużi l-eżistenza ta' proċeduri fi ħdan l-organizzazzjoni li jkunu proporzjonati mad-daqs u l-kumplessità ta’ l-operazzjoni, in-natura ta’ l-impatti ambjentali assoċjati u l-kompetenza ta’ l-operaturi. Artikolu 26 Kundizzjonijiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-Istati Membri li ma jkunux dak li fih ikunu akkreditati l-verifikaturi 1. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skond ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. 2. Għallinqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel kull verifika jew validazzjoni fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-verifikatur ambjentali jkun akkreditat, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta' akkreditazzjoni tiegħu jew tagħha u meta u fejn il-verifika tkun se ssir, lill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor. 3. Il-Korp ta' Akkreditazzjoni jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent. 4. L-attività ta’ verifika jew ta' validazzjoni għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta’ l-Istat Membri fejn tkun se titwettaq l-attività. Il-bidu ta’ l-attività ta’ verifika għandu jiġi nnotifikat lil dak l-Istat Membru. Artikolu 27 Kundizzjonijiet għall-verifika u għall-validazzjoni f’pajjiżi terzi 1. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni għal organizzazzjoni li tkun tinsab f’pajjiż terz skond ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. 2. Għallinqas sitt ġimgħat qabel kull verifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta' akkreditazzjoni tiegħu jew tagħha u meta u fejn il-verifika tkun se ssir, lill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni konċernata tkun beħsiebha tapplika għar-reġistrazzjoni jew fejn hija rreġistrata. 3. L-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni mill-Korp ta' Akkreditazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tkun beħsiebha tapplika għar-reġistrazzjoni jew fejn hija rreġistrata. Il-bidu ta’ l-attività ta’ verifika għandu jiġi nnotifikat lil dak l-Istat Membru. KAPITOLU VI Korpi ta’ Akkreditazzjoni Artikolu 28 It-tħaddim ta’ l-Akkreditazzjoni 1. Il-Korpi ta' Akkreditazzjoni maħtura mill-Istati Membri abbażi ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru xxxx/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta' verifikaturi ambjentali u s-superviżjoni ta' l-attivitajiet imwettqa minn verifikaturi ambjentali skond dan ir-Regolament. 2. Il-Korpi ta' Akkreditazzjoni għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali fid-dawl ta’ l-elementi stipulati fl-Artikoli 19, 20 u 21 rilevanti għall-ambitu ta’ l-akkreditazzjoni mitluba. 3. L-ambitu ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali għandu jiġi determinat skond il-klassifika ta' l-attivitajiet ekonomiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Dan l-ambitu għandu jkun limitat mill-kompetenza tal-verifikatur ambjentali u, fejn xieraq għandu jqis id-daqs u l-kumplessità ta' l-attività. 4. Il-Korpi ta' Akkreditazzjoni għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa dwar l-akkreditazzjoni, iċ-ċaħda ta’ l-akkreditazzjoni, is-sospensjoni u t-tħassir ta’ l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali u dwar is-superviżjoni tal-verifikaturi ambjentali. Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmi biex jitqiesu l-osservazzjonijiet minn partijiet ikkonċernati, fosthom il-Korpi Kompetenti, fir-rigward ta' l-applikanti u tal-verifikaturi ambjentali akkreditati. 5. Fil-każ taċ-ċaħda ta’ akkreditazzjoni, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni. 6. Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni għandhom jistabbilixxu, jirrevedu u jaġġornaw lista ta’ verifikaturi ambjentali u l-ambitu ta’ l-akkreditazzjoni tagħhom fl-Istati Membri tagħhom u kull xahar għandhom jikkomunikaw it-tibdil f'din il-lista lill-Kummissjoni u lill-Korp Kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikun jinsab il-Korp ta’ Akkreditazzjoni. 7. Fil-kuntest tar-regoli u l-proċeduri li jirrigwardaw il-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet kif stipulati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru xxxx/2008, Korp ta’ Akkreditazzjoni għandu jħejji rapport ta’ superviżjoni fil-każ li jiddeċiedi hekk, wara l-konsultazzjoni mal-verifikatur ambjentali konċernat, wieħed minn dawn li ġejjin: (a) li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux b’mod tajjeb biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni; (b) li l-verifika u l-validazzjoni mill-verifikatur ambjentali twettqu bi ksur ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew inkella tapplika għar-reġistrazzjoni, u jekk applikabbli, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni. Artikolu 29 Sospensjoni u rtirar ta’ l-akkreditazzjoni 1. Is-sospensjoni jew it-tħassir ta' l-akkreditazzjoni għandha tesiġi l-konsultazzjoni tal-partijiet konċernati, fosthom il-verifikatur ambjentali, sabiex il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jiġi pprovvdut bil-provi meħtieġa sabiex jieħu d-deċiżjoni tiegħu. 2. Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni għandu jgħarraf lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet li għalihom ikunu ttieħdu l-miżuri u, jekk xieraq, bil-proċess tad-diskussjoni ma' l-awtorità kompetenti għall-infurzar. 3. L-akkreditazzjoni għandha tiġi sospiża jew irtirata sakemm tinkiseb garanzija tal-konformità tal-verifikaturi ma’ l-obbligi ta’ dan ir-Regolament, kif xieraq, skond in-natura u l-ambitu tan-nuqqas jew ta’ l-infrazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi. 4. Is-sospensjoni ta’ l-akkreditazzjoni għandha titneħħa jekk il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jkun irċieva tagħrif sodisfaċenti li l-verifikatur ambjentali jkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 30 Laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni 1. Fil-qafas tal-korp rikonoxxut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru xxxx/2008, il-Korpi ta’ Akkreditazzoni mill-Istati Membri kollha għandhom jiltaqgħu għallinqas darba fis-sena fil-preżenza ta’ rappreżentant mill-Kummissjoni (minn issa ‘l quddiem, “laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni”). 2. Il-kompitu tal-laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni għandu jkun li tiġi żgurata l-konsistenza tal-proċeduri marbuta ma’ dan li ġej: (a) l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skond dan ir-Regolament, inkluż iċ-ċaħda, is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ l-akkreditazzjoni, (b) is-superviżjoni ta’ attivitajiet imwettqa minn verifikaturi akkreditati. 3. Il-laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni għandha tiżviluppa gwida dwar il-kwistjonijiet fil-qasam tal-kompetenza tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni. 4. Il-laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni għandha tadotta r-regoli tal-proċedura. 5. Id-dokumenti ta’ gwida msemmija fil-paragrafu 3 u r-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni. Artikolu 31 L-evalwazzjoni inter pares tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni 1. L-evalwazzjoni inter pares fir-rigward ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali skond dan ir-Regolament, li għandha tiġi organizzata mill-korp imsemmi fl-Artikolu 30(1) skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru xxxx/2008, għandha tinkludi għallinqas valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri marbuta ma’: (a) il-kompetenza tal-verifikaturi; (b) l-indipendenza, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-verifikaturi; (c) l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ambitu ta’ l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi; (d) rekwiżiti għall-verifikaturi; (e) il-proċess ta’ superviżjoni għall-verifikaturi li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-Istati Membri; (f) il-proċess ta’ superviżjoni għall-verifikaturi li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’pajjiżi terzi; (g) il-ġestjoni tal-lista tal-verifikaturi ambjentali akkreditati. 2. L-evalwazzjoni inter pares tas-sistemi ta’ akkreditazzjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq fuq bażi regolari, u mhux anqas spiss minn kull 4 snin. 3. Il-korp imsemmi fl-Artikolu 30(1) għandu jittrażmetti rapport annwali dwar l-evalwazzjoni inter pares lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. KAPITOLU VII Regoli applikabbli għall-Istati Membri Artikolu 32 Informazzjoni dwar il-Korpi Kompetenti L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-proċeduri marbuta mal-funzjonament tal-Korpi Kompetenti. Huma għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni regolarment. Artikolu 33 Għajnuna għal organizzazzjonijiet fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi ambjentali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura li l-informazzjoni u l-għajnuna dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi ambjentali f’dak l-Istat Membru tingħata, lil organizzazzjonijiet waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni, meta jitolbuha. 2. L-għajnuna għandha tinkludi: (a) informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi ambjentali applikabbli; (b) identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar għal kull rekwiżit ġuridiku ambjentali li ġie identifikat bħala applikabbli; (c) l-identifikazzjoni u l-kjarifika tal-mezzi għall-forniment ta’ evidenza li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati ma’ l-ambjent; (d) l-istabbiliment ta’ kuntatti ma’ l-awtoritajiet rilevanti ta’ infurzar jekk meħtieġ. 3. L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu l-kompitu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 lill-Korpi Kompetenti jew lil kull korp ieħor 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi jew l-organizzazzjonijiet li jkunu ddeżinjaw skond il-paragrafu 3 jkollhom l-għarfien espert meħtieġ u r-riżorsi xierqa, kemm finanzjarji kif ukoll ta' persunali biex iwettqu l-kompiti tagħhom. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ infurzar iwieġbu għat-talbiet minn organizzazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent, li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, u jipprovdu tagħrif lill-organizzazzjonijiet dwar il-qagħda tal-konformità tagħhom ma’ dawn ir-rekwiżiti. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar jikkomunikaw malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar, dwar nuqqasjiet ta' organizzazzjonijiet li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra lill-organizzazzjoni. Artikolu 34 Il-pjan ta’ promozzjoni L-Istati Membri għandhom jadottaw pjan ta’ promozzjoni, li jkun jinkludi l-għanijiet, l-azzjonijiet u l-inizjattivi għall-promozzjoni ġenerali ta’ l-EMAS u sabiex iħeġġu lill-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fl-EMAS. Artikolu 35 Informazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprovdu tagħrif lill-pubbliku dwar l-għanijiet u l-komponenti ewlenin ta’ l-EMAS. 2. L-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, partikolament f'kooperazzjoni ma' l-assoċjazzjonijiet industrijali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet ambjentali, it-trade unions u l-istituzzjonijiet lokali, jużaw il-pubblikazzjonijiet professjonali, il-ġurnali lokali, kampanji ta' promozzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor funzjonali għall-promozzjoni ta' għarfien ġenerali dwar l-EMAS. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprovdu tagħrif lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 36 Attivitajiet ta’ promozzjoni L-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni għall-EMAS, inklużi: (1) il-promozzjoni ta' l-iskambju ta’ l-għarfien u l-aqwa prassi dwar l-EMAS fost il-partijiet kollha konċernati; (2) jiżviluppaw għodod effettivi għall-promozzjoni ta’ l-EMAS u jaqsmuhom ma’ l-organizzazzjonijiet; (3) jipprovdu appoġġ tekniku lill-organizzazzjonijiet rigward id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom ta’ kummerċjalizzazzjoni; (4) jinkoraġġixxu sħubiji fost l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni ta’ l-EMAS. Artikolu 37 Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet iż-żgħar L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar billi: (1) jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni u fondi ta’ appoġġ adattati speċjalment għalihom; (2) jiżguraw illi jkun hemm tariffi raġjonevoli tar-reġistrazzjoni li jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom; (3) jippromwovu miżuri ta' assistenza teknika, b'mod partikolari, flimkien ma' l-inizjattivi mill-punti ta’ kuntatt professjonali jew lokali, l-awtoritajiet lokali, il-kmamar tal-kummerċ, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ jew tas-snajja'. Artikolu 38 L-approċċ kollettiv u l-approċċ pass-pass 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali, flimkien ma’ l-assoċjazzjonijiet industrijali, il-kmamar tal-kummerċ u l-partijiet konċernati jipprovdu assistenza speċifika lil gruppi ta’ organizzazzjonijiet li huma relatati ma’ xulxin minħabba prossimità ġeografika jew attivitajiet kummerċjali, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni kif jissemma fl-Artikoli 4, 5 u 6. 2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi maħsuba biex jinkoraġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali. B’mod partikolari għandhom jinkoraġġixxu approċċ pass-pass li eventwalment jista' jwassal għar-reġistrazzjoni fl-EMAS. Dawk is-sistemi u l-programmi għandhom joperaw bil-għan li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa għall-parteċipanti, b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar. Artikolu 39 L-EMAS u politiki u strumenti ambjentali oħra fil-Komunità 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija annwali flimkien mal-Korpi Kompetenti u l-awtoritajiet ta’ infurzar sabiex jindirizzaw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skond dan ir-Regolament: (a) tista’ titqies fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni ġdida; (b) tista’ tintuża bħala għodda fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni. 2. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, partikolarment dik dwar il-kompetizzjoni, dik fiskali, u dik dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet fl-EMAS. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu, fi kwalunkwe waħda miż-żewġ forom li ġejjin: 36. għajnuna regolatorja, sabiex l-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS titqies bħala konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi marbuta ma’ l-ambjent li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti; 37. regolazzjoni aħjar, li permezz tagħha strumenti ġuridiċi oħra jkunu mmodifikati sabiex il-piżijiet fuq l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS jitneħħew, jitnaqqsu jew jiġu ssimplifikati bil-għan li jitrawwem l-operat effiċjenti tas-swieq u jiżdied il-livell ta’ kompetittività. Artikolu 40 Spejjeż u tariffi 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' tariffi filwaqt li jqisu: (a) l-ispejjeż imġarrba għall-forniment tat-tagħrif u l-għajnuna lill-organizzazzjoni mill-korpi ddeżinjati jew imwaqqfa għal dan l-għan mill-Istati Membri skond l-Artikolu 33; (b) l-ispejjeż imġarrba fir-rigward ta’ l-akkreditazzjoni u s-superviżjoni tal-verifikaturi ambjentali u spejjeż relatati oħra ta’ l-EMAS; (c) l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni minn Korpi Kompetenti kif ukoll spejjeż addizzjonali għall-amministrazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni għal organizzazzjonijiet barra l-Komunità. Dawk it-tariffi m’għandhomx jaqbżu ammont raġjonevoli u għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs ta’ l-organizzazzjoni u x-xogħol li jkollu jsir. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, bħala miżura ta’ promozzjoni, li ma jitolbu l-ebda tariffa. Artikolu 41 Nuqqas ta’ konformità 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġuridiċi jew amministrattivi xierqa fil-każ tan-nuqqas tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet effettivi kontra l-użu tal-logo ta’ l-EMAS li jmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 42 Informazzjoni u rappurtar lill-Kummissjoni L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw fuq bażi annwali lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament. F’dawn ir-rapporti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħħar rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 47. KAPITOLU VIII Regoli applikabbli għall-Kummissjoni Ewropea Artikolu 43 Informazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif lill-pubbliku dwar l-għanijiet u l-komponenti ewlenin ta’ l-EMAS. 2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku: (a) reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS; (b) database ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali u ta’ rapporti dwar ir-rendiment ambjentali fil-format elettroniku Artikolu 44 Kollaborazzjoni u koordinazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista’ tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex b’mod partikolari, tasal għal applikazzjoni uniformi u konsistenti madwar il-Komunità tar-regoli relatati ma': (a) ir-reġistrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet; (b) verifikaturi ambjentali; (c) l-informazzjoni u l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 33. 2. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni u istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħra għandhom, fejn xieraq, jirreferu għall-EMAS jew sistemi ta' ġestjoni ambjentali ekwivalenti bħala kundizzjonijiet ta' rendiment fil-kuntratti għax-xogħlijiet u l-forniment tas-servizzi. Artikolu 45 Ir-relazzjoni mas-sistemi l-oħra tal-ġestjoni ambjentali 1. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni, għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skond proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fit-talba tagħhom il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament 3. L-Istati Membri għandhom jagħtu provi ta’ l-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata. 4. Il-Kummissjoni għandha, wara li teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 1, u filwaqat li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49(2), tirrikonoxxi l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u tirrikonoxxi r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni jekk tkun ta’ l-opinjoni li Stat Membru jkun: (a) speċifika b’mod ċar biżżejjed fit-talba tiegħu, il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament; (b) jkun ta biżżejjed provi ta’ l-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata. 5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-referenzi ta' l-istandards rikonoxxuti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali, inklużi t-taqsimiet rilevanti ta’ l-EMAS imsemmija fl-Anness I li għalihom japplikaw u r-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni rikonoxxuti fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 46 L-iżvilupp ta’ dokumenti ta' referenza settorjali Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iskambju ta’ l-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u partijiet interessati oħra dwar l-aqwa prassi fil-ġestjoni ambjentali għas-setturi rilevanti, sabiex jiġu żviluppati dokumenti ta’ referenza settorjali, li jinkludu l-indikaturi dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ rendiment ambjentali għal setturi speċifiċi. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolamen, billi jissupplementawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 49(3). Artikolu 47 Rappurtar Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih l-informazzjoni dwar l-azzjonijiiet u l-miżuri li ttieħdu skond dan il-Kapitolu u tagħrif li l-Kummissjoni tirċievi mill-Istati Membri skond l-Artikoli 32 u 42. IL-KAPITOLU IX Id-dispożizzjonijiet finali Artikolu 48 Emendi ta’ l-Annessi 1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi fejn meħtieġ jew xieraq, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-operat ta' l-EMAS, bi tweġiba għal ħtiġijiet identifikati ta' gwida dwar ir-rekwiżiti ta' l-EMAS u fid-dawl ta' kwalunkwe tibdil fl-istandards internazzjonali jew standards ġodda li huma ta' rilevanza għall-effettività ta' dan ir-Regolament. 2. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3). Artikolu 49 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva stipulata fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, f'konformità ma' l-Artikoli 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Artikolu 50 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-EMAS fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba matul l-operat tagħha u ta' l-iżviluppi internazzjonali. Għandha tqis ir-rapporti trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 47. Artikolu 51 Dispożizzjonijiet ta’ revoka u ta' tranżizzjoni 1. L-atti ġuridiċi li ġejjin jitħassru: (a) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)[25], (b) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE dwar il-gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika[26], (c) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo ta' l-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' l-imballaġġ għat-trasport u l-imaballaġġ terzjarju[27] 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw. Il-Korpi ta' Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti nazzjonali stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skond dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn is-sistemi jiġu mħaddma fl-intier tagħhom fi zmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet irreġistrati skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 se jibqgħu fuq ir-reġistru tal-EMAS. Fil-ħin tal-verifika li jmiss ta' organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti ġodda ta' dan ir-Regolament. Jekk il-verifika sussegwenti tkun se ssir qabel sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-data tal-verifika sussegwenti tista' tiġi estiża b'sitt xhur bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u l-Korpi Kompetenti. Il-verifikaturi ambjentali akkreditati skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom skond ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 3. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni ppreżentata fl-Anness VIII. Artikolu 52 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I ANALIŻI AMBJENTJALI L-analiżi ambjentali għandha tkopri l-ħames oqsma li ġejjin: 1. Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi ambjentali applikabbli. Minbarra l-istabbiliment ta’ lista ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista' tiġi pprovduta l-evidenza li qed tikkonforma ma' rekwiżiti differenti. 2. Identifikazzjoni ta' l-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt sinifikanti fuq l-ambjent , ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u l-kumpilazzjoni ta' reġistru ta' dawk identifikati bħala sinifikanti; Organizzazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin hija u tivvaluta kemm ikun sinifikanti aspett ambjentali: 38. potenzjal li jikkawża ħsara ambjentali 39. il-fraġilità ta’ l-ambjent lokali, reġjonali jew globali 40. id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u kemm jista’ jittreġġa’ lura l-aspett jew l-impatt 41. eżistenza u rekwiżiti ta’ leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti 42. l-importanza għall-partijiet interessati u l-impjegati ta’ l-organizzazzjoni (a) L-aspetti ambjentali diretti L-aspetti ambjentali diretti huma assoċjati ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi ta’ l-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom għandha l-kontroll dirett tal-ġestjoni; L-organizzazzjonijiet kollha għandhom iqisu l-aspetti diretti ta’ l-operazzjonijiet tagħhom. L-aspetti ambjentali diretti jirrigwardaw, iżda mhumiex limitati għal: 43. Rekwiżiti ġuridiċi u limiti tal-permessi; 44. l-emissjonijiet fl-arja; 45. ir-rilaxx fl-ilma; 46. il-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta’ l-iskart solidu u skart ieħor, b'mod partikolari l-iskart perikoluż; 47. l-użu u l-kontaminazzjoni ta' l-art; 48. l-użu tar-riżorsi naturali u tal-materji primi (inkluża l-enerġija); 49. kwistjonijiet lokali (storbju, vibrazzjonijiet, l-irwejjaħ, trab, l-apparenza viżiva, eċċ.); 50. kwistjonijiet tat-trasport (kemm għal prodotti kif ukoll servizzi) 51. ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u l-impatti li jirriżultaw, jew li x'aktarx jirriżultaw minnhom, bħala konsegwenza ta' l-aċċidenti, l-inċidenti u s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza; 52. l-effetti fuq il-bijodiversità. (b) L-aspetti ambjentali indiretti Aspetti ambjentali indiretti jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi, li jistgħu jiġu influwenzati sa livell raġjonevoli mill-organizzazzjoni li qed trid tirreġistra fl-EMAS. Għal organizzazzjonijiet mhux industrijali, bħalma huma awtoritajiet lokali jew istituzzjonijiet finanzjarji, huwa essenzjali li jikkunsidraw ukoll l-aspetti ambjentali assoċjati man-negozju ewlieni tagħhom. Inventarju limitat għall-aspetti ambjentali tas-sit u l-faċilitajiet ta’ organizzazzjoni mhuwiex biżżejjed. Dawn jinkludu, imma m'humiex limitati għal: 53. il-kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti (id-disinn, l-iżvilupp, l-imballaġġ, it-trasport, l-użu ta' l-iskart u l-irkupru/ir-rimi tiegħu); 54. l-investimenti kapitali, il-ħruġ tas-self u s-servizzi ta' l-assigurazzjoni 55. swieq ġodda; 56. l-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi (eż. is-settur tat-trasport jew tal-catering); 57. deċiżjonijiet amministrattivi u ta’ ppjanar; 58. il-kompożizzjoni ta' firxiet ta' prodotti; 59. ir-rendiment ambjentali u l-prattiċi tal-kuntratturi, tas-sub-kuntratturi u tal-fornituri. L-organizzazzjonijiet iridu kunu kapaċi juru li l-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mal-proċeduri tagħhom tal-kisba jkunu ġew identifikati u li l-impatti ta' l-ambjent sinifikanti assoċjati ma' dawn l-aspetti jiġu indirizzati ġewwa s-sistema ta’ ġestjoni. Fil-każ ta' dawn l-aspetti ambjentali indiretti, organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista' jkollha influwenza fuq dawn l-aspetti, u liema miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqas l-impatt. 3. Deskrizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza ta’ l-impatt ambjentali L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji sabiex tivvaluta s-sinifikat ta' l-aspetti ambjentali ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, sabiex tistabbilixxi liema jkollhom impatt ta' l-ambjent sinfikanti. Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni Komunitarja u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu ċċekkjati b'mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku. Il-konsiderazzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji sabiex issir valutazzjoni tas-sinifikat ta' l-aspetti ambjentali ta' organizzazzjoni jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: 60. it-tagħrif dwar il-kundizzjoni ta' l-ambjent sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta' l-organizzazzjoni li jista' jkollhom impatt ambjentali; 61. id-dejta eżistenti ta' l-organizzazzjoni dwar l-inputs materjali u ta’ l-enerġija, l-iskariki, l-iskart u l-emissjonijiet f'termini ta' riskju; 62. il-fehmiet tal-partijiet interessati; 63. l-attivitajiet ambjentali ta' l-organizzazzjoni li huma regolati; 64. l-attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ kuntratti; 65. id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti ta' l-organizzazzjoni; 66. dawk l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni bl-ispejjeż ta' l-ambjent l-iktar sinifikanti, u l-benefiċċji ta' l-ambjent. Matul il-valutazzjoni tas-sinifikat ta' l-impatti ambjentali ta' l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha taħseb mhux biss dwar il-kundizzjonijiet normali tal-ħidma iżda ukoll dwar il-kundizzjonijiet tal-ftuħ tax-xogħol, l-għeluq għall-btajjel u l-kundizzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jkunu raġjonevolment previsti. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati għall-futur. 4. Eżami tal-prattiċi u l-proċeduri kollha eżistenti għall-ġestjoni ambjentali 5. Evalwazzjoni tar-rispons mill-investigazzjoni ta' l-inċidenti ta' qabel ANNESS II Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni ambjentali u kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS Ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni ambjentali ta’ l-EMAS huma dawk stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti jidhru fil-kolonna ta’ fuq ix-xellug tat-tabella hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti A ta' dan l-Anness. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet reġistrati huma meħtieġa jindirizzaw għadd ta’ kwistjonijiet addizzjonali li għandhom rabta diretta ma' għadd ta’ elementi tat-Taqsima 4 ta’ l-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jidhru fil-kolonna ta’ fuq il-lemin tat-tabella hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti B ta' dan l-Anness. Parti A rekwiżiti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali skond l-EN ISO 14001:2004 | PARTI B kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS | L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ekoloġiċi (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ EN ISO 14001:2004, li huma deskritti fit-Taqsima 4 ta’ l-Istandard Ewropew[28], u li huma kompletament riprodotti hawn taħt: | A. Rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali | A.1. Ir-rekwiżiti ġenerali | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta, iżżomm u ttejjeb kontinwament sistema ta’ ġestjoni ambjentali skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali u tiddetermina kif se tissodisfa dawn ir-rekwiżiti. | L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-ambitu tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. | A.2. Il-politika ambjentali | L-ogħla korp ta’ ġestjoni għandu jiddefinixxi l-politika ambjentali ta' l-organizzazzjoni u jiżgura li, fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, din: | (a) tkun xierqa għan-natura, l-iskala u l-impatti ambjentali ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha; | (b) tinkludi impenn għat-titjib kontinwu u għall-prevenzjoni tat-tniġġis; | (c) tinkludi impenn sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha; | (d) tipprovdi l-qafas sabiex jiġu stabbiliti u riveduti l-għanijiet u l-miri ambjentali; | (2) tkun dokumentata, implimentata u miżmuma; | (f) tkun komunikata lill-persuni kollha li jaħdmu għal jew f’isem l-organizzazzjoni; u | (g) tkun disponibbli għall-pubbliku. | A.3. L-Ippjanar | A.3.1. Aspetti ambjentali | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i): | (a) sabiex tidentifika l-aspetti ambjentali ta’ l-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħha fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tista’ tikkontrolla u dawk li tista’ tinfluwenza filwaqt li tqis l-iżviluppi ppjanati jew ġodda, jew attivitajiet, prodotti u servizzi ġodda jew modifikati; u | (b) sabiex tiddetermina dawk l-aspetti li għandhom jew jistgħu jkollhom impatt(i) sinifikanti fuq l-ambjent (jiġifieri aspetti ambjentali sinifikanti). | L-organizzazzjoni għandha tiddokumenta din l-informazzjoni u żżommha aġġornata. | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-aspetti ambjentali sinifikanti jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. | A.3.2. Rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i): | (a) sabiex tidentifika u jkollha aċċess għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha; u | (b) sabiex tiddetermina kif dawn ir-rekwiżiti japplikaw għall-aspetti ambjentali tagħha. | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li dawn ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. | B.1. Il-konformità ġuridika | L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jirreġistraw ma’ l-EMAS għandhom ikunu kapaċi juru illi huma: | jkunu identifikaw, u jafu l-implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha marbuta ma' l-ambjent, identifikati matul l-analiżi ambjentali skond l-Anness I. | jipprovdu għall-konformità ġuridika b'leġiżlazzjoni ambjentali, inklużi l-permessi u l-limiti tal-permessi; u | jkollhom fis-seħħ il-proċeduri li jippermettu l-organizzazzjoni tikkonforma kontinwament ma' dawn ir-rekwiżiti. | A.3.3. Għanijiet, miri u programm(i) | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm għanijiet u miri ambjentali dokumentati, f’funzjonijiet u livelli relevanti fi ħdan l-organizzazzjoni | L-għanijiet u l-miri għandhom jitkejlu, fejn hu prattiku, u jkunu konsistenti mal-politika amjentali, inklużi l-impenji lejn il-prevenzjoni mit-tniġġis, lejn il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom u lejn titjib kontinwu. | Meta l-għanijiet u l-miri jkunu stabbiliti u riveduti, organizzazzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Hija għandha tikkunsidra l-għażliet teknoloġiċi tagħha, ir-rekwiżiti finanzjarji, operattivi u ta’ negozju tagħha, u l-fehmiet tal-partijiet interessati. | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programm(i) għall-ksib ta’ l-għanijiet u l-miri tagħha. Il-programm(i) għandu/hom jinkludi/jinkludu: | (a) deżinjazzjoni tar-reponsabilità għall-ksib ta’ għanijiet u miri f’funzjonijiet u livelli relevanti ta’ l-organizzazzjoni; u | (b) il-mezzi u l-qafas ta’ żmien b’liema għandhom jinkisbu. | B0.2. Rendiment | L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru illi s-sistema għall-ġestjoni u l-proċeduri tal-verifika jindirizzaw ir-rendiment ambjentali attwali ta' l-organizzazzjoni rigward l-aspetti diretti u indiretti identifikati fl-analiżi ambjentali fl-Anness I. Ir-rendiment ta' l-organizzazzjoni meta mqabbla ma’ l-għanijiet u l-miri għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni tal-ġestjoni. L-organizzazzjoni għandha timpenja ruħha wkoll li ttejjeb kontinwament ir-rendiment ambjentali tagħha. Hija u tagħmel dan, l-organizzazzjoni tista' ssejjes l-azzjoni tagħha fuq il-programmi lokali, reġjonali u nazzjonali. | Il-mezzi sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-miri ma jistgħux ikunu għanijiet ambjentali. Jekk l-organizzazzjoni tikkonsisti f'sit wieħed jew aktar, kull wieħed mis-siti li għalih tapplika l-EMAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS inkluż it-titjib kontinwu tar-rendiment ambjentali kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-Regolament. | A.4. L-implimentazzjoni u t-tħaddim | A.4.1. Ir-riżorsi, ir-rwoli, ir-responsabbiltà u l-awtorità | Il-korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura d-disponibilità tar-riżorsi essenzjali biex jistabbilixxi, jimplimenta, jżomm u jtejjeb is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Ir-riżorsi jinkludu r-riżorsi umani u ħiliet speċjalizzati, l-infrastruttura ta’ organizzazzjoni, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji. | Ir-rwoli, ir-responsabilitajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati sabiex jiffaċilitaw ġestjoni ambjentali effettiva. | L-ogħla korp ta’ ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/ċi li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, ikollu/hom rwoli, responsabbiltajiet u awtorità definiti sabiex: | (a) jiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tkun stabbilita, implimentata u miżmuma skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali; | (b) jirrapporta lill-ogħla korp ta’ ġestjoni dwar ir-rendiment tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali għar-reviżjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. | A.4.2. Kompetenza, taħriġ u għarfien | B0.3. Involviment ta' l-impjegati | L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li l-involviment attiv ta’ l-impjegati hija impetu u prerekwiżit għat-titjib ambjentali kontinwu u ta’ suċċess kif ukoll il-metodu xieraq biex is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ verifika fl-organizzazzjoni tiġi stabbilita b’suċċess fl-organizzazzjoni. It-terminu ‘parteċipazzjoni ta’ l-impjegati’ tinkludi kemm il-parteċipazzjoni kif ukoll l-informazzjoni lill-impjegati individwali u r-rappreżentanti tagħhom. Għalhekk, għandu jkun hemm skema tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati fuq il-livelli kollha. L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li l-impenn, is-sensibilità u l-appoġġ attivi min-naħa tal-ġestjoni huma prerekwiżit għas-suċċess ta' dawk il-proċessi. F’dan il-kuntest, għandha ssir enfasi fuq il-ħtieġa ta’ reazzjoni mill-ġestjoni lill-impjegati. | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li kull persuna li taħdem għaliha jew f’isimha li għandha potenzjal li tikkawża impatt(i) ambjentali sinifikanti identifikat(i) mill-organizzazzjoni hija kompetenti fuq il-bażi ta’ edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa, u għandha żżomm reġistri assoċjati. | L-organizzazzjoni għandha tidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati ma' l-aspetti ambjentali u mas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha. Hija għandha tipprovdi taħriġ jew tieħu azzjoni oħra biex tilħaq dawn il-ħtiġijiet, u għandha żżomm reġistri assoċjati. | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tgħarraf lill-persuni li jaħdmu għaliha jew f'isimha: | (a) bl-importanza tal-konformità mal-politika u mal-proċeduri ambjentali u mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, | (b) bl-aspetti ambjentali sinifikanti u impatti attwali jew potenzjali relatati assoċjati ma’ xogħolhom, u l-benefiċċji ambjentali ta’ rendiment personali mtejjeb; | (c) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ksib ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali; u | (d) bil-konsegwenzi potenzjali tat-tbegħid mill-proċeduri speċifiċi. | B'żieda ma’ dawn ir-rekwiżiti l-impjegati għandhom ikunu involuti fil-proċess immirat sabiex itejjeb kontinwament it-twettiq tar-rendiment ambjentali ta' l-organizzazzjoni permezz ta’: | l-analiżi ambjentali inizjali, l-analiżi ta’ l-istatus quo u fil-ġbir u l-verifika ta’ l-informazzjoni, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ verifika għat-titjib tar-rendiment ambjentali, il-kumitati ambjentali biex jinġabar tagħrif u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' l-uffiċjal ambjentali, rappreżentanti tal-ġestjoni u l-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom, gruppi ta’ ħidma konġunti għall-programm ta’ azzjoni ambjentali u l-verifika ambjentali, it-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ambjentali | Għandhom jintużaw il-formoli xierqa tal-parteċipazzjoni bħalma hi s-sistema tal-ktieb tas-suġġerimenti jew ix-xogħlijiet ta’ gruppi jew kumitati ambjentali fuq proġetti għal dan il-għan. L-organizzazzjonijiet għandhom jagħtu kas il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattika f'dan il-qasam. Meta jitolbu dan, kwalunkwe rappreżentant ta' l-impjegati għandu jkun involut ukoll. | A.4.3. Komunikazzjoni | Fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali u tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għal: | (a) komunikazzjoni interna bejn il-livelli u funzjonijiet varji ta' l-organizzazzjoni; | (b) ir-riċeviment, id-dokumentazzjoni ta' u t-tweġibiet għall-komunikazzjoni relevanti minn partijiet esterni interessati. | L-organizzazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tikkomunika esternament dwar l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha, u għandha tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha. Jekk tiddeċiedi li tikkomunika, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta metodu(i) għall-komunikazzjoni esterna tagħha. | B0.4. Komunikazzjoni | L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma' partijiet oħra interessati inklużi l-komunitajiet u l-konsumaturi lokali rigward l-impatt ambjentali ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom sabiex jidentifikaw it-tħassib tal-pubbliku u tal-partijiet l-oħra interessati. | It-trasparenza u l-forniment perjodiku ta’ tagħrif ambjentali huma fatturi ewlenin li jiddifferenzjaw l-EMAS minn skemi oħra. Dawk il-fatturi huma wkoll importanti biex l-organizzazzjoni ttejjeb il-kunfidenza ma’ partijiet interessati. L-EMAS tipprovdi l-flessibbiltà biex l-organizzazzjonijiet jindirizzaw informazzjoni rilevanti lejn udjenzi speċifiċi filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli għal dawk li jeħtiġuha. | A.4.4. Dokumentazzjoni | Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali għandha tinkludi: | (a) il-politika ambjentali, l-għanijiet u l-miri; | (b) deskrizzjoni ta’ l-ambitu tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali; | (c) deskrizzjoni ta’ l-elementi ewlenin tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l-interazzjoni tagħhom, u referenza għad-dokumenti relatati; | (d) dokumenti, inklużi r-reġistri, mitluba minn dan l-Istandard Internazzjonali; u | (e) dokumenti, inklużi r-reġistri, meqjusa bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni sabiex tiżgura l-ippjanar, l-operazzjoni u l-kontroll tal-proċessi effettivi li huma konnessi ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. | A.4.5. Kontroll ta' dokumenti | Id-dokumenti meħtieġa mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandhom ikunu kkontrollati. Ir-reġistri huma tip speċjali ta’ dokument u għandhom ikunu kkontrollati skond ir-rekwiżiti mogħtija f’punt A.5.4. | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex: | (a) tapprova d-dokumenti għall-adegwatezza qabel ma jinħarġu; | (b) tirrevedi u taġġorna kif meħtieġ u terġa’ tapprova d-dokumenti; | (c) tiżgura li l-bidliet u l-istat tar-reviżjoni attwali tad-dokumenti jkunu identifikati; | (d) tiżgura li l-verżjonijiet relevanti tad-dokumenti applikabbli jkunu disponibbli f’postijiet ta’ użu; | (e) tiżgura li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u faċilment identifikabbli; | (f) tiżgura li d-dokumenti ta’ oriġni esterna meqjusa bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u l-operazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jkunu identifikati u d-distribuzzjoni tagħhom tkun ikkontrollata; u | (g) tipprevjeni l-użu mhux intenzjonat ta’ dokumenti skaduti u tapplikalhom identifikazzjoni xierqa jekk jinżammu għal xi raġuni jew oħra. | A.4.6. Kontroll tat-tħaddim | L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tippjana dawk l-operazzjonijiet li huma assoċjati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati bħala konsistenti mal-politika ambjentali, ma’ l-għanijiet u l-miri tagħha, sabiex tiżgura li jitwettqu taħt kundizzjonijiet speċifiċi, billi | (a) tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i dokumentata/i sabiex tikkontrolla s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għal tbegħid mill-politika ambjentali, mill-għanijiet u mill-miri; u | (b) tistipula l-kriterji operattivi fil-proċedura/i; u | (c) tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċeduri relatati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati ta' l-oġġetti u s-servizzi użati mill-organizzazzjoni u tikkomunika proċeduri u rekwiżiti applikabbli lill-fornituri, inklużi l-kuntratturi. | A.4.7. Qagħda ta’ tħejjija u rispons f'emerġenza | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tidentifika sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza u inċidenti potenzjali li jistgħu jkollhom impatt(i) fuq l-ambjent u kif se tirreaġixxi għalihom. | L-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta’ emerġenza effettiva u tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali avversi assoċjati. | L-organizzazzjoni għandha tirrevedi perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-proċeduri tat-tlestija u r-reazzjoni għall-emerġenzi, partikolarment wara li jseħħu inċidenti jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. | L-organizzazzjoni għandha wkoll tittestja perjodikament dawn il-proċeduri meta jkun prattiku. | A.5. Kontrolli | A.5.1. Monitoraġġ u kejl | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex isir monitoraġġ u kejl regolarment, tal-karatteristiċi ewlenin ta’ l-operazzjonijiet tagħha li jistgħu jkollhom impatt ambjentali sinifikanti. Il-proċedura/i għandha/hom tinkludi/jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ l-informazzjoni sabiex isir monitoraġġ fuq il-prestazzjoni, il-kontrolli operattivi applikabbli u fuq il-konformità ma’ l-għanijiet u l-miri ambjentali ta’ l-organizzazzjoni. | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jintuża u jinżamm tagħmir għall-monitoraġġ u kejl kalibrat u verifikat u għandha żżomm reġistri assoċjati. | A.5.2. Evalwazzjoni tal-konformità | A.5.2.1. B’mod konsistenti ma’ l-impenn għall-konformità, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tevalwa perjodikament il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli. | L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi. | A.5.2.2. L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-konformità ma' rekwiżiti oħrajn li ssottomettiet ruħha għalihom. L-organizzazzjoni tista’ tgħaqqad din l-evalwazzjoni ma’ l-evalwazzjoni tal-konformità ġuridika msemmja fil-punt A.5.2.1 jew tistabbilixxi proċedura/i separata/i. | L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi. | A.5.3. Nuqqas ta' konformità, azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex tittratta ma’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità reali jew potenzjali u sabiex tieħu azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva. Il-proċedura/i għandha/hom tiddefinixxi/jiddefinixxu r-rekwiżiti għal: | (a) l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u t-teħid ta’ azzjoni(jiet) biex ittaffi/itaffu l-impatti ambjentali tagħhom; | (b) l-investigazzjoni ta’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità, id-determinazzjoni tal-kawża/i tagħha/hom u t-teħid ta’ azzjonijiet sabiex tevita li jerga’/jerġgħu jseħħ(u); | (c) l-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni(ijiet) li tipprevjeni/jipprevjenu n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u implimentazzjoni xierqa ta’ azzjonijiet indikati biex jevitaw li jseħħu; | (d) ir-reġistrazzjoni tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda; u | (e) l-analiżi tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda. L-azzjonijiet meħuda għandhom ikunu xierqa għad-daqs tal-problemi u ta' l-impatti ambjentali li jitfaċċaw. | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jsir kull tibdil meħtieġ lid-dokumentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. | A.5.4. Kontroll tar-reġistri | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri kif meħtieġ biex turi l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha u ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u r-riżultati miksuba. | L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għall-identifikazzoni, għall-ħażna, għall-protezzjoni, għall-irkupru, għaż-żamma u għar-rimi tar-reġistri. | Ir-reġistri għandhom ikunu u jinżammu leġġibbli, identifikabbli u traċċabbli. | A.5.5. Verifika interna | L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-verifiki interni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jitwettqu f'intervalli ppjanati sabiex: | (a) tiddetermina jekk is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali: | - hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet ippjanati għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali inklużi r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u | - tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif jixraq; u | (b) tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-korp tad-direzzjoni. | Il-programm(i) ta’ verifika għandu/hom jkun/ikunu ppjanat/i, stabbilit/i, implimentat/i u miżmum/a mill-organizzazzjoni, waqt li titqies l-importanza ambjentali ta’ l-operazzjoni(jiet) relatata/i u r-riżultati tal-verifiki ta’ qabel. | Proċedura/i ta’ verifika għandha/hom tkun/ikunu stabbilita/i, implimentata/i u miżmuma sabiex tindirizza/jindirizzaw: | - ir-responsabilitjiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ verifiki, ir-rappurtar tar-riżultati u ż-żamma tar-reġistri assoċjati, | - id-determinazzjoni tal-kriterji għall-verifika, l-ambitu, il-frekwenza u l-metodi. | L-għażla tal-verifikaturi u t-twettiq tal-verifiki għandhom jiżguraw l-imparzjalità tal-proċess ta’ verifika. | A.6. Reviżjoni għall-ġestjoni | L-ogħla korp ta’ ġestjoni għandu jirrevedi s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni, f’intervalli ppjanati, sabiex jiżgura l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjonijiet għandhom jinkludu l-eżami ta’ l-opportunitajiet għat-titjib u għall-ħtieġa ta’ tibdil tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-għanijiet u l-miri ambjentali. | Għandhom jinżammu reġistri tar-reviżjonijiet tal-ġestjoni. | Il-kontributi għar-reviżjonijiet tad-direzzjoni għandhom jinkludu: | (a) ir-riżultati tal-verifiki interni u ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom; | (b) komunikazzjoni(jiet) minn partijiet esterni interessati, inklużi l-ilmenti; | (c) ir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjoni; | (d) il-punt sa fejn intlaħqu l-għanijiet u l-miri; | (e) l-istat ta’ l-azzjonijiet korrettivi u preventivi; | (f) azzjonijiet ta’ segwitu minn analiżijiet ta’ ġestjoni li seħħu qabel; | (g) ċirkustanzi li nbidlu, inklużi l-iżviluppi tar-rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn relatati ma’ l-aspetti ambjentali tagħha; u | (h) rakkomandazzjonijiet għat-titjib. | Ir-riżultati ta’ l-analiżijiet ta’ ġestjoni għandhom jinkludu kull deċiżjoni u azzjoni relatata ma’ bidliet possibbli fil-politika ambjentali, fl-għanijiet, fil-miri u f'elementi oħra tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, konsistenti ma' l-impenn għal titjib kontinwu. | Lista tal-korpi nazzjonali ta' l-istandards BE: IBN/BIN (Institut Belge de Normalisation/Belgisch Instituut voor Normalisatie) CZ: ČNI (Český normalizační institut) DK: DS (Dansk Standard) DE: DIN (Deutsches Institut für Normung e.V.) EE: EVS (Eesti Standardikeskus) EL: ELOT (Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης) ES: AENOR (Asociacion Espanola de Normalizacion y Certificacion) FR: AFNOR (Association Française de Normalisation) IEL: NSAI (National Standards Authority of Ireland) IT: UNI (Ente Nazionale Italiano di Unificazione) CY: Κυπριακός Οργανισμός Προώθησης Ποιότητας LV: LVS (Latvijas Standarts) LT: LST (Lietuvos standartizacijos departamentas) LU: SEE (Service de l’Energie de l’Etat) (Luxembourg) HU: MSZT (Magyar Szabványügyi Testület) MT: MSA (Awtorità Maltija dwar l-Istandards / Malta Standards Authority) NL: NEN (Nederlands Normalisatie-Instituut) AT: ON (Österreichisches Normungsinstitut) PL: PKN (Polski Komitet Normalizacyjny) PT: IPQ (Instituto Português da Qualidade) SI: SIST (Slovenski inštitut za standardizacijo) SK: SÚTN (Slovenský ústav technickej normalizácie) FI: SFS (Suomen Standardisoimisliitto r.y) SE: SIS (Swedish Standards Institute) UK: BSI (British Standards Institution).” | ANNESS III VERIFIKA AMBJENTALI INTERNA A PROGRAMM TA’ VERIFIKA U FREKWENZA TAL-VERIFIKA 1. Programm ta’ verifika Il-programm ta’ verifika għandu jiggarantixxi li l-ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni tingħata t-tagħrif li teħtieġ biex tanalizza r-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u l-effikaċja tas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, u li jkun jista' juri li huma taħt kontroll. 2. L-għanijiet tal-programm ta’ verifika L-għanijiet għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni fis-seħħ u d-determinazzjoni tal-konformità mal-politika u mal-programm ta' l-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji ambjentali. 3. L-ambitu tal-programm ta’ verifika L-ambitu ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta' kull stadju ta' ċiklu tal-verifika fejn xieraq, għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom jispeċifikaw b'mod espliċitu: 67. l-oqsma tas-suġġetti koperti; 68. l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati; 69. il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu; 70. il-perjodu kopert bil-verifika. Il-verifika ambjentali tinkludi valutazzjoni tad-dejta fattwali meħtieġa sabiex jigi evalwat ir-rendiment. 4. Frekwenza tal-verifiki Il-verifika jew iċ-ċiklu tal-verifika li jkopru l-attivitajiet kollha ta’ l-organizzazzjoni għandhom jitlestew, kif xieraq, f'intervalli ta’ mhux aktar minn 3 snin. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kwalunkwe attività għandha tvarja skond 71. in-natura, l-iskala u l-komplessità ta' l-attivitajiet; 72. is-sinifikat ta' l-impatti ambjentali assoċjati magħhom; 73. l-importanza u l-urġenza tal-problemi misjuba minn verifiki preċedenti; 74. problemi ambjentali ta’ l-imgħoddi, Attivitajiet aktar kumplessi b'impatt ambjentali aktar sinifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta' sikwit. L-organizzazzjoni għandha twettaq ukoll verifiki mill-inqas fuq bażi annwali, għaliex dan jgħin sabiex juri lill-ġestjoni ta' l-organizzazzjoni u lill-verifikatur ambjentali illi hija għandha kontroll fuq l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki dwar 75. ir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjoni u 76. il-konformità ta’ l-organizzazzjoni ma’ l-obbligi ġuridiċi ambjentali applikabbli B: Attivitajiet tal-verifika L-attivitajiet tal-verifika għandhom jinkludu d-diskussjonijiet mal-persunal, l-ispezzjoni tal-kundizzjonijiet u tat-tagħmir operattivi u analiżi tar-reġistri, tal-proċeduri miktuba u tad-dokumentazzjoni l-oħra rilevanti, bil-mira li jiġi evalwat ir-rendiment ambjentali ta' l-attività li tkun qiegħda tiġi vverifikata sabiex jiġi stabbilit jekk tikkonformax ma' l-istandards, ir-regolamenti jew l-għanijiet u l-miri applikabbli u jekk is-sistema fil-post hijiex effettiva u xierqa għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet ambjentali. Fost ħwejjeġ oħra, għandhom jintużaw metodi ta' kontrolli fuq il-post għall-konformità ma' dawn il-kriterji sabiex jiġi stabbilit kemm hija effettiva s-sistema kollha ta’ ġestjoni. Il-passi li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika: 77. il-komprensjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni; 78. il-valutazzjoni tal-punti qawwija u dawk debboli tas-sistemi ta’ ġestjoni; 79. il-ġbir tal-provi rilevanti; 80. il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika; 81. it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika; 82. ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika. C: Rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika Il-miri fundamanentali ta' rapport bil-miktub tal-verifika huma: 83. li jiddokumentaw l-ambitu tal-verifika; 84. li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-istat tal-konformità mal-politika ambjentali ta' l-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali fl-organizzazzjoni; 85. li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-effettività u l-fiduċja ta' l-arranġamenti tal-monitoraġġ ta' l-impatti ambjentali ta' l-organizzazzjoni; 86. li juru l-ħtieġa li tittieħed azzjoni korrettiva, meta jkun xieraq. ANNESS IV RAPPURTAR AMBJENTALI A. DAħLA L-informazzjoni ambjentali għandha tiġi ppreżentata b’mod ċar u koerenti fil-forma elettronika jew stampata. B. Dikjarazzjoni ambjentali Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha jkun fiha għallinqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa dawn ir-rekwiżiti minimi: 87. deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa ta' l-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma' kwalunkwe organizzazzjonijiet ġenituri kif xieraq; 88. il-politika ta' l-ambjent u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema għall-ġestjoni ambjentali ta' l-organizzazzjoni; 89. deskrizzjoni ta' l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f'impatti ambjentali sinifikanti ta' l-organizzazzjoni u spjega tan-natura ta' l-impatti kif ikollhom x'jaqsmu ma' dawn l-aspetti (l-Anness I.2); 90. deskrizzjoni ta’ l-għanijiet u l-miri ambjentali fir-rigward ta’ l-aspetti u impatti ambjentali sinifikanti; 91. sommarju tad-dejta disponibbli dwar ir-rendiment ta' l-organizzazzjoni f'kuntrast ma’ l-għanijiet u l-miri marbuta ma’ l-impatti ambjentali sinifikanti tagħha. Ir-rappurtar għandu jsir fuq l-indikaturi ewlenin u fuq indikaturi ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif jissemmew fit-Taqsima D. 92. fatturi oħra li jirrigwardaw ir-rendiment ambjentali inkluż ir-rendiment f'kuntrast mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi rigward l-impatti ambjentali sinifikanti tagħhom; 93. deskrizzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent u evidenza ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti; 94. l-isem u n-numru ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni. C. Rapport dwar ir-rendiment ambjentali Ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali għandu jkun fih għallinqas l-elementi li ġejjin u għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti minimi: 95. sommarju tad-dejta disponibbli dwar ir-rendiment ta' l-organizzazzjoni f'kuntrast ma’ l-għanijiet u l-miri marbuta ma’ l-impatti ambjentali sinifikanti tagħha. Ir-rappurtar għandu jsir fuq l-indikaturi ewlenin u fuq indikaturi ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif jissemmew fit-Taqsima D. 96. fatturi oħra li jirrigwardaw ir-rendiment ambjentali inkluż ir-rendiment f'kuntrast mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi rigward l-impatti ambjentali sinifikanti tagħhom; 97. deskrizzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbuta ma’ l-ambjent u evidenza ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti; 98. l-isem u n-numru ta' l-akkreditazzjoni tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni. D. Indikaturi ewlenin u indikaturi ambjentali rilevanti eżistenti oħra 1. Daħla L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw, kemm fid-dikjarazzjoni ambjentali, kif ukoll fir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali, dwar l-indikaturi ewlenin, sa fejn dawn jirrigwardaw l-aspetti ambjentali diretti ta’ l-organizzazzjoni u indikaturi ambjentali rilevanti oħra kif jissemmew hawn taħt. 2. Indikaturi ewlenin 99. L-indikaturi ewlenin għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet. Dawn l-indikaturi jindikaw fuq ir-rendiment fl-oqsma ambjentali ewlenin li ġejjin: L-effiċjenza fl-enerġija; L-effiċjenza materjali; L-ilma L-iskart Il-bijodiversità u l-emissjonijiet 100. Kull indikatur ewlieni huwa magħmul minn: (i) iċ-ċifra A, li tindika l-input/impatt totali annwali f'qasam partikolari; (ii) iċ-ċifra B li tindika l-output annwali globali ta’ l-organizzazzjoni; (iii) u ċ-ċifra R li tindika l-proporzjon A/B . Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta fuq it-3 elementi kollha għal kull indikatur. L-indikazzjoni ta’ l-input/impatt totali annwali f’qasam partikolari, iċ-ċifra A, trid tiġi rrappurtata b’dan il-mod: (i) dwar l- Effiċjenza ta' l-enerġija * rigward l-“ użu totali dirett ta' l-enerġija " għandha tindika l-ammont totali ta’ konsum ta’ l-enerġija, espress f’Tunnellati ekwivalenti ta’ żejt (toe); * rigward l-“ użu totali ta' l-enerġija rinnovabbli " għandha tindika l-konsum totali annwali ta’ l-enerġija (elettriku u sħana) li tiġi prodotta minn Sorsi ta’ l-Enerġija Rinnovabbli, espressa f’Tunnellati ekwivalenti ta’ żejt (toe). (ii) dwar l-Effiċjenza fl-użu tal-materjali * rigward “il-fluss annwali ta’ massa ta’ materjali differenti li jintużaw” (esklużi l-mezzi tat-trasport ta’ l-enerġija u l-ilma), espress f’Tunnellati. (iii) rigward l- Ilma * rigward il-“ konsum totali annwali ta ’ l-ilma ”, espress f’m³. (iv) rigward l- Iskart * rigward il-“ ġenerazzjoni totali annwali ta ’ l-iskart ”, espress f’Tunnellati (v) dwar il- Bijodiversità * rigward l-“ użu ta ’ l-art ”, espress f’m². (vi) dwar l- Emissjonijiet * rigward “ l-emissjonijiet totali annwali ta ’ gassijiet b ’ effett ta ’ serra ”, espress f’Tunnellati ekwivalenti ta’ CO2. L-indikazzjoni ta’ l-output globali annwali ta’ l-organizzazzjoni, iċ-ċifra B, hija l-istess għall-oqsma kollha, iżda hija adattata għal tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, skond it-tip ta’ attività tagħhom. B'mod partikolari, tiddistinwi bejn organizzazzjonijiet li jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni (l-industrija), fejn għandu jiġi indikat il-valur miżjud gross totali annwali, espress f’EUR Miljuni (Mio€) jew fil-każ ta’ organizzazzjonijiet żgħar, il-fatturat totali annwali, jew l-għadd ta’ impjegati u organizzazzjonijiet fis-setturi mhux tal-produzzjoni (amministrazzjoni/servizzi), fejn għandha tikkonċerna d-daqs ta’ l-organizzazzjoni espress f’għadd ta’ impjegati. 3. Indikaturi ta’ rendiment ambjentali rilevanti oħra Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar ir-rendiment tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali u, fejn disponibbli, tqis u tirreferi għal dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan l-organizzazzjonijiet jistgħu jagħżlu li jużaw l-indikaturi rilevanti eżistenti ta’ rendiment ambjentali, u jiżguraw illi l-indikaturi magħżula: (i) jagħtu valutazzjoni preċiża dwar ir-rendiment ta' l-organizzazzjoni; (ii) ikunu jistgħu jiġu mifhuma u mhux ambigwi; (iii) jippermettu li jsir paragun kull sena sabiex jiġi stmat l-iżvilupp tar-rendiment ambjentali ta' l-organizzazzjoni; (iv) jippermettu li jsir paragun mal-punti ta’ riferment tas-settur, nazzjonali jew reġjonali kif ikun xieraq; (v) jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif ikun xieraq. E. Disponibbiltà għall-pubbliku L-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi lill-verifikatur ambjentali illi kull min ikun interessat fir-rendiment ambjentali ta' l-organizzazzjoni jista' faċilment u b'mod ħieles jingħata aċċess għat-tagħrif meħtieġ hawn fuq fil-punti B sa D. F. Resposabbiltà lokali L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jipproduċu prospett ambjentali korporattiv jew rapport dwar ir-rendiment ambjentali wieħed li jkopri għadd ta' lokazzjonijiet geografiċi differenti. Peress li l-intenzjoni tal-EMAS hija li tiżgura r-responsabbiltà lokali, l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw illi l-impatti ambjentali sinifikanti ta' kull sit jiġi identifikat b'mod ċar u rrappurtat fil-prospett ambjentali korporattiv jew ir-rapport korporattiv dwar ir-rendiment ambjentali. ANNESS V IL-LOGO TA' L-EMAS [pic] Il-logo għandu jintuża jew: - fi tliet kuluri (il-Pantone Nru 355 Aħdar; il-Pantone Nru 109 Isfar; il-Pantone Nru 286 Blu); - bl-iswed fuq l-abjad; jew - bl-abjad fuq l-iswed. ANNESS VI Rekwiżiti ta’ Informazzjoni għar-Reġistrazzjoni (informazzjoni li għandha tingħata fejn applikabbli) 1. ORGANIZZAZZJONI | Isem | Indirizz | Belt | Kodiċi Postali | Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma | Persuna ta’ kuntatt | Telefon | FAX | Email | Websajt | In-numru ta' reġistrazzjoni | Data tar-Reġistrazzjoni | Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni | Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni | Id-data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss | Id-data tar-rapport dwar ir-rendiment ambjentali li jmiss | Il-Kodiċi tan-NACE ta’ l-attivitajiet | Numru ta’ impjegati | Fatturat jew karta tal-bilanċ annwali | 2. SIT | Isem | Indirizz | Kodiċi Postali | Belt | Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma | Persuna ta’ kuntatt | Telefon | FAX | Email | Websajt | In-numru ta' reġistrazzjoni | Data tar-reġistrazzjoni | Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni | Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni | Id-data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss | Id-data tar-rapport dwar ir-rendiment ambjentali li jmiss | Il-Kodiċi tan-NACE ta’ l-attivitajiet | L-għadd ta' impjegati | Fatturat jew karta tal-bilanċ annwali | 3. VERIFIKATUR AKKREDITAT | Isem tal-verifikatur | Indirizz | Kodiċi Postali | Belt | Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma | Telefon | FAX | Email | Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-akkreditazzjoni | L-ambitu ta’ l-akkreditazzjoni (Kodiċijiet NACE) | Korpi ta’ Akkreditazzjoni | Magħmul fi… fil-…/…/200 | Il-firma tar-rappreżentant ta' l-organizzazzjoni | ANNESS VII Id-dikjarazzjoni tal-verifikatur dwar l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni ……………………...........................................................................................…………(isem). bin-numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-EMAS ………………………………………….………….. akkreditat għall-ambitu ........................................................................................ (Kodiċi NACE) niddikjara li vverifikajt jekk is-sit(i) jew l-organizzazzjoni kollha kif indikat fid-dikjarazzjoni ambjentali / rapport dwar ir-rendiment ambjentali (*) ta’ l-organizzazzjoni................................................( isem) bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk disponibbli) …………………………………………………………. tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru XXX/[sena] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali (EMAS). Billi niffirma din id-dikjarazzjoni, nixhed li: - il-verifika u l-validazzjoni saru f’konformità totali mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament - m’hemmx provi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi ambjentali applikabbli. - id-dejta u l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali/ir-rapport dwar ir-rendiment ambjentali (*) ta’ l-organizzazzjoni/sit (*) jirriflettu immaġni affidabbli, kredibbli u korretta ta’ l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjoni/tas-sit, fil-kuntest imsemmi fid-dikjarazzjoni ambjentali. Magħmul fi… fil-…/…/200.... Firma ( * ) : ħassar fejn mhux applikabbli. ANNESS VIII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 | dan ir-Regolament | Artikolu 1 (1) | Artikolu 1 | Artikolu 1 (2) (a) | - | Artikolu 1(2) (b) | - | Artikolu 1(2) (c) | - | Artikolu 1 (2) (d) | - | Artikolu 2 (a) | Artikolu 2 (1) | Artikolu 2 (b) | - | Artikolu 2 (c) | Artikolu 2 (2) | Artikolu 2 (d) | Artikolu 2 (4) | Artikolu 2 (e) | - | Artikolu 2 (f) | Artikolu 2 (5) | Artikolu 2 (g) | Artikolu 2 (6) | Artikolu 2 (h) | Artikolu 2 (7) | Artikolu 2 (i) | Artikolu 2 (8) | Artikolu 2 (j) | Artikolu 2 (9) | Artikolu 2 (k) | Artikolu 2 (10) | Artikolu 2 (l) | Artikolu 2 (12) | Artikolu 2 (l) (i) | - | Artikolu 2 (l) (ii) | - | Artikolu 2 (m) | - | Artikolu 2 (n) | Artikolu 2 (13) | Artikolu 2 (o) | Artikolu 2 (15) | Artikolu 2 (p) | - | Artikolu 2 (q) | Artikolu 2 (16) | Artikolu 2 (r) | - | Artikolu 2 (s) l-1 sentenza | Artikolu 2 (17) | Artikolu 2 (s) it-2 sar-4 sentenza | - | Artikolu 2 (t) | Artikolu 2 (18) | Artikolu 2 (u) | - | Artikolu 3 (1) | - | Artikolu 3(2) (a) l-1 sentenza | Artikolu 4 (1) | Artikolu 3(2) (a) it-2 sentenza | Artikolu 4 (3) | Artikolu 3(2) (b) | Artikolu 4 (6) | Artikolu 3(2) (c) | Artikolu 4 (7) | Artikolu 3 (2) (d) | Artikolu 4 (8) | Artikolu 3(2) (e) | Artikolu 5 (2) l-1 paragrafu Artikolu 6 (3) | Artikolu 3 (3) (a) | Artikolu 6 (1) (a) | Artikolu 3(3) (b) l-1 sentenza | Artikolu 6(1) (b) – (d) | Artikolu 3 (3) (b) it-2 sentenza | Artikolu 7 (1) | Artikolu 4 (1) | - | Artikolu 4 (2) | 51 (2) | Artikolu 4 (3) | - | Artikolu 4 (4) | - | Artikolu 4 (5) l-1 sentenza | Artikolu 26 (1) | Artikolu 4 (5) it-2 sentenza | Artikolu 26 (2) | Artikolu 4 (6) | Artikolu 42 | Artikolu 4 (7) | - | Artikolu 4 (8) l-1 paragrafu | Artikolu 30 (1) | Artikolu 4 (8) it-2 paragrafu | Artikolu 30 (3) + (5) | Artikolu 4 (8), it-3 paragrafu, l-1 u t-2 sentenza | Artikolu 31 (1) | Artikolu 4 (8) it-3 paragrafu, l-aħħar sentenza | Artikolu 31 (3) | Artikolu 5 (1) | Artikolu 11 (1) l-1 sentenza | Artikolu 5 (2) | Artikolu 11 (3) | Artikolu 5 (3) l-1 sentenza | Artikolu 12 (1) | Artikolu 5 (3), it-2 sentenza, l-1 inċiż | Artikolu 12 (1) (a) | Artikolu 5 (3), it-2 sentenza, it-2 inċiż | Artikolu 12(1) (b) | Artikolu 5 (4) | Artikolu 11 (1) it-2 sentenza | Artikolu 5 (5) l-1 sentenza | Artikolu 15 (1) | Artikolu 5 (5) it-2 sentenza | Artikolu 15 (3) l-1 sentenza | Artikolu 5 (5) it-3 sentenza | Artikolu 16 (1) | Artikolu 5 (5) ir-4 sentenza | Artikolu 15 (3) it-2 u t-3 sentenza | Artikolu 6 (1) | Artikolu 13 (1) | Artikolu 6 (1), l-1 inċiż | Artikolu 13 (2) (a) + Artikolu 5 (2) (a) | Artikolu 6 (1), it-2 inċiż | Artikolu 13 (2) (a) + Artikolu 5 (2) (c) | Artikolu 6 (1), it-3 inċiż | Artikolu 13 (2) (a) + Artikolu 5 (2) (d) | Artikolu 6 (1), ir-4 inċiż | Artikolu 13(2) (c) | Artikolu 6 (1), l-aħħar sentenza | Artikolu 13 (2) l-1 sentenza | Artikolu 6 (2) | Artikolu 14 (3) | Artikolu 6 (3), l-1 inċiż | Artikolu 14 (4) (a) | Artikolu 6 (3), it-2 inċiż | Artikolu 14(4) (b) | Artikolu 6 (3), it-3 inċiż | Artikolu 14(4) (c) | Artikolu 6 (3), l-aħħar sentenza | Artikolu 14 (8) | Artikolu 6 (4), l-1 paragrafu | Artikolu 14 (2) | Artikolu 6 (4), it-2 paragrafu | Artikolu 14 (5) | Artikolu 6 (5), l-1 sentenza | Artikolu 14 (7) | Artikolu 6 (5), it-2 sentenza | Artikolu 14 (9) - (10) | Artikolu 6 (6) | Artikolu 14 (11) | Artikolu 7 (1) | Artikolu 29 (6) | Artikolu 7 (2), l-1 sentenza | Artikolu 12 (2) | Artikolu 7 (2), it-2 sentenza | Artikolu 12 (3) | Artikolu 7 (3) | Artikolu 43(2) (a) + (b) | Artikolu 8 (1), l-1 sentenza | Artikolu 10 (1) | Artikolu 8 (1), it-2 sentenza | Artikolu 10 (2) | Artikolu 8 (2) (a) | Artikolu 10 (4) | Artikolu 8(2) (b) | - | Artikolu 8(2) (c) | - | Artikolu 8 (2) (d) | - | Artikolu 8(2) (e) | Artikolu 10 (4) | Artikolu 8 (3) (a) | - | Artikolu 8(3) (b) l-1 sentenza | Artikolu 10 (4) | Artikolu 8 (3) l-aħħar paragrafu | - | Artikolu 9 (1) l-1 paragrafu | Artikolu 4 (3); | Artikolu 9 (1) (a) | Artikolu 45 (4) | Artikolu 9(1) (b) | Artikolu 45 (4) | Artikolu 9 (1) l-aħħar paragrafu | Artikolu 45 (5) | Artikolu 9 (2) | - | Artikolu 10 (1) (a) | - | Artikolu 10(1) (b) | - | Artikolu 10(1) (c) | - | Artikolu 10 (2), l-1 paragrafu | Artikolu 39 (1) u (2) | Artikolu 10 (2), it-2 paragrafu, l-1 sentenza | Artikolu 42 | Artikolu 10 (2), it-2 paragrafu, it-2 sentenza | Artikolu 47 | Artikolu 11 (1), l-1 paragrafu | Artikolu 37 | Artikolu 11 (1), l-1 inċiż | Artikolu 37 (a) | Artikolu 11 (1), it-2 inċiż | Artikolu 37 (c) | Artikolu 11 (1), it-3 inċiż | Artikolu 37 (b) | Artikolu 11 (1), it-2 paragrafu, l-1 sentenza | Artikolu 38 (1) | Artikolu 11 (1), it-2 paragrafu, it-2 sentenza | - | Artikolu 11 (1), it-2 paragrafu, it-3 sentenza | Artikolu 38 (2) | Artikolu 11 (1), it-2 paragrafu, ir-4 sentenza | Artikolu 38 (3) | Artikolu 11 (2) | Artikolu 44 (2) | Artikolu 11 (3), l-1 sentenza | Artikolu 42, l-1 sentenza | Artikolu 11 (3), it-2 sentenza | Artikolu 47 | Artikolu 12 (1) (a) | Artikolu 35 (3) | Artikolu 12(1) (b) | Artikolu 35 (1) | Artikolu 12 (1) l-aħħar paragrafu | Artikolu 35 (2) | Artikolu 12 (2) | Artikolu 42 | Artikolu 12 (3) | - | Artikolu 13 | Artikolu 41 | Artikolu 14 (1) | Artikolu 48 (1) | Artikolu 14 (2) | - | Artikolu 14 (3) | - | Artikolu 15 (1) | Artikolu 50 | Artikolu 15 (2) | Artikolu 48 | Artikolu 15 (3) | - | Artikolu 16 (1) | Artikolu 40 (1) | Artikolu 16 (2) | Artikolu 42 | Artikolu 17 (1) | - | Artikolu 17 (2) | Artikolu 51 (2) | Artikolu 17 (3) | Artikolu 51 (2) | Artikolu 17 (4) | Artikolu 51 (2) | Artikolu 17 (5) | - | Artikolu 18 l-1 sentenza | Artikolu 52 (1) | Artikolu 18 it-2 sentenza | Artikolu 52 l-aħħar sentenza | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-Iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali tal-Komunità (EMAS)) 2. IL-QAFAS ABM / ABB Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernata/i u assoċjata/i ma' l-Attività/Attivitajiet: L-Ambjent (ABB Kodiċi 0703: l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni Komunitarji dwar l-ambjent). 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) inkluż l-intestaturi: 07 01 04 01: LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007-2013) - Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva 07 03 07: LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007-2013) 3.2. Id-dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: L-azzjoni (Regolament EMAS) hija mistennija tidħol fis-seħħ fl-2009. Għall-perjodu 2009 – 2013, in-nefqa operattiva se tkun koperta mill-istrument Finanzjarju LIFE +. 3.3. Karatteristiċi baġitarji: Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 07010401 | Mhux obblig | Mhux diff[29] | LE | LE | IVA | Nru 2 | 070307 | Mhux obblig | Diff/ | LE | LE | IVA | Nru 2 | 4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sinteżi ta' l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ nfiq | Taqsima Nru | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2009-2013 | Nefqa operattiva[30] | Approprazzjonijiet ta’ impenn (AI) | 8.1. | a | 1.230 | 1.400 | 1.700 | 1.700 | 1.700 | 7.730 | Approprazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) | b | Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[31] | Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 1.000 | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 1.430 | 1.600 | 1.900 | 1.900 | 1.900 | 8.730 | Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | In-nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[32] | Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (AMD) | 8.2.5. | d | 0.452 | 0.838 | 0.838 | 0.838 | 0.838 | 3.804 | Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.077 | 0.131 | 0.077 | 0.379 | 0.333 | 0.997 | AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 1.959 | 2.569 | 2.815 | 3.117 | 3.071 | 13.531 | TOTAL AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | Dettalji tal-kofinanzjament Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-kofinanzjament): miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2009-2013 | …………………… | f | AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju ( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[33] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: EUR miljuni (sa post deċimali wieħed) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 5 | 10 | 10 | 10 | 10 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew fuq tul ta’ żmien L-għan ewlieni huwa li jiżdied l-impatt ambjentali pożittiv ta’ l-iskema billi jittejjeb ir-rendiment ta’ l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS u billi tiżdied l-adozzjoni tagħhom ta' l-iskema. Essenzjalment, l-iskema tibqa’ volontarja. Elementi ewlenin: - L-EMAS se tibqa’ bbażata fuq l-istandard għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali ISO 14001. Din is-sistema hija kkomplementata mill-elementi li ġejjin: - l-obbligu msaħħaħ biex l-organizzazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha marbuta ma’ l-ambjent. - obbligu msaħħaħ dwar ir-rappurtar ambjentali tal-kumpaniji fuq il-bażi ta’ indikaturi ta’ rendiment ewlenin - gwida dwar l-aqwa prassi fil-ġestjoni ambjentali - l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għall-akkreditazzjoni u l-verifika (f’konformità mal-proposta dwar l-akkreditazzjoni – ENTR) - tkabbir ta’ l-ambitu ġeografiku biex l-organizzazzjonijiet minn barra l-UE jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-EMAS - miżuri għat-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi u l-ħolqien ta' inċentivi: - is-simplifikazzjoni tal-proċedura għar-reġistrazzjonijiet fi gruppi. - tnaqqis tat-tariffi għar-reġistrazzjoni ta’ l-SMEs - eżenzjonijiet regolatorji u deregolazzjoni sabiex organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS ikunu jistgħu jibbenefikaw minn, eż., tiġdid inqas frekwenti tal-permess, eċċ. - l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali biex jikkunsidraw inċentivi bħall-inċentivi fiskali fil-qafas ta’ skemi li jappoġġaw ir-rendiment ambjentali ta’ l-organizzazzjonijiet - simplifikar tar-regoli għall-użu tal-logo ta’ l-EMAS - il-promozzjoni ta’ l-EMAS, fosthom premju EMAS u kampanji informattivi fuq il-livell ta’ l-UE u dak nazzjonali. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli L-adozzjoni ta’ l-iskema fuq il-livell Komunitarju, li jistgħu jieħdu sehem fiha wkoll organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi, toffri sistema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali akkreditata waħda li mhux biss l-organizzazzjonijiet mill-UE, iżda wkoll dawk minn pajjiżi terzi jistgħu jużawha fi Stati Membri differenti u possibbilment pajjiżi terzi. Tippermetti komunikazzjonijiet ta’ rendiment ambjentali mtejjeb madwar l-Istati Membri u l-fruntieri ta’ l-UE permezz ta’ l-użu tar-reġistrazzjoni ta’ l-EMAS u l-użu tal-logo ta’ l-EMAS. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM Fil-qafas ta’ l-għan biex tiżdied l-adozzjoni ta’ l-iskema u b’hekk ir-rendiment ambjentali kumplessiv ta’ organizzazzjonijiet ġewwa u barra l-UE, l-azzjonijiet li ġejjin huma rilevanti fil-kuntest tal-qafas ABM: - l-organizzazzjoni ta’ u l-kontribuzzjoni għal azzjonijiet ta’ promozzjoni u ta’ titjib ta’ l-għarfien indirizzati lill-pubbliku ġenerali u għal organizzazzjonijiet b’mod partikolari - il-qsim u l-iżvilupp ta’ għodod effettivi għall-promozzjoni ta’ l-EMAS u t-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha ta' l-EMAS - l-organizzazzjoni tal-premijiet EMAS - l-iżvilupp u l-forniment ta’ inċentivi lil organizzazzjonijiet biex jingħaqdu ma’ l-iskema Fil-kuntest ta’ l-għan biex organizzazzjonijiet f’setturi speċifiċi jingħataw għajnuna biex itejbu r-rappurtar dwar ir-rendiment ambjentali tagħhom, l-azzjoni li ġejja hija rilevanti fil-kuntest tal-qafas ABM: - l-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali inkluża l-aqwa prassi ambjentali u l-indikaturi ta’ rendiment ambjentali għal setturi speċifiċi. Fil-kuntest ta’ l-għan biex jiġi armonizzat il-funzjonijiet tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti, l-azzjonijiet li ġejjin huma rilevanti fil-kuntest tal-qafas ABM: - l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni - l-organizzazzjoni ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi tal-Korpi Kompetenti 5.4. Il-metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( (indirettament permezz ta’ delegazzjoni lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata ( ma’ Stati Membri ( ma’ Pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema) Kummenti rilevanti: 6. IL-MONITORAĠĠ U L-VALUTAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-azzjonijiet u l-miżuri kollha li jieħdu fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-miżuri meħuda fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Il-monitoraġġ iseħħ ukoll permezz ta’ laqgħat regolari ma’ l-Istati Membri u partijiet interessati oħra, kif ukoll permezz ta’ l-evalwazzjoni inter pares mwettqa mil-laqgħa tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni skond l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament u l-Forum tal-Korpi Kompetenti. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex ante Ara l-Valutazzjoni ta’ l-Impatt li takkumpanja din il-proposta bħala Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni. L-impatti tal-miżuri kollha proposti tqiesu mil-lati ekonomiċi, soċjali u ambjentali. 6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) Il-proposta tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)[35] u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u tal-konsultazzjoni aktar speċifika tal-partijiet interessati u l-użu ta’ għarfien espert estern. Il-Valutazzjoni ta' l-Impatt qieset dawn l-evalwazzjonijiet kollha. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura Azzjonijiet li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni għandhom jiġu ssorveljati regolarment. Evalwazzjoni regolari dwar l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament se seħħ fi ħdan il-Kumitat stabbilit minnu. Jistgħu jiġu żviluppati dokumenti xierqa ta’ gwida u ta’ referenza għas-setturi speċifiċi u jistgħu jiġu proposti emendi meħtieġa għar-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Kunsill u l-Parlament Ewropew: 101. rapport, kull tliet snin, dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda fir-rigward ta' azzjonijiet marbuta ma', inter alia : 102. il-forniment ta’ l-informazzjoni, 103. kollaborazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri; 104. il-promozzjoni ta’ l-EMAS u l-forniment ta’ inċentivi 105. evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. 7. Miżuri kontra l-frodi L-istandards ta' kontroll intern Nri 14, 15, 16, 18, 19, 20, u 21, u l-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu applikati bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jkunu implimentati jew jiġu ffinanzjati azzjonijiet taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attivitajiet illegali oħrajn, b’verifiki effettivi u bl-irkupru ta’ l-ammonti li ma jkunux tħallsu kif suppost u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | L-uffiċjali jew l-istaff temporanju[36] (XX 01 01) | A*/AD | 2 | 3 | 3 | 3 | 3 | B*, C*/AST | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | Persunal iffinanzjat[37] mill-art. XX 01 02 (Għall-EMAS: END biss) | 2 | 5 | 5 | 5 | 5 | Persunal ieħor[38] iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 04/05 | TOTAL | 5 | 10 | 10 | 10 | 10 | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni Ġestjoni globali ta’ l-iskema, żvilupp u reviżjoni ta’ dokumenti settorjali, ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) ( Karigi allokati bħalissa għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi (1 AD + 1 AST + 2 END) ( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss (2 AD) ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (rijallokazzjoni interna) (1 AST + 3 END) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju ta' l-APS/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja tal-baġit 07 01 04 01 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2009-2013 | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | -intra muros | - extra muros: servizz ta’ għajnuna informatika | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 1.000 | Total ta’ għajnuna teknika u amministrattiva | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 0.200 | 1.000 | 8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.351 | 0.585 | 0.585 | 0.585 | 0.585 | L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, staff b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0.101 | 0.253 | 0.253 | 0.253 | 0.253 | Spiża totali fuq Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.452 | 0.838 | 0.838 | 0.838 | 0.838 | Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji | Is-salarju standard għal 1 A*/AD kif previst fil-Punt 8.2.1 huwa 117000 €/sena. | Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 | Is-salarju standard għal 1 END kif previst fil-Punt 8.2.1 huwa 50580 €/sena. | 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | 2009 - 2013 | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.008 | 0.008 | 0.008 | 0.010 | 0.010 | 0.044 | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0.015 | 0.015 | 0.015 | 0.115 | 0.015 | 0.175 | XX 01 02 11 03 – Kumitati[40] | 0.054 | 0.108 | 0.054 | 0.054 | 0.108 | 0.378 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | 0.200 | 0.200 | 0.400 | XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni | 2 Infiq ieħor totali ta' ġestjoni (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | Infiq amministrattiv total, għajr għal riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.077 | 0.131 | 0.077 | 0.379 | 0.333 | 0.997 | Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza | Għal kull sena bejn l-2009 u l-2013, huma previsti 4 missjonjiet, bi spiża ta' €1 000 kull waħda, biex jispjegaw l-għanijiet u l-miżuri tar-Regolament u jgħinu fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu fl-Istati Membri. Għal kull sena bejn l-2009 u l-2013, huma previsti 2 missjonjiet, bi spiża għal kull unità ta' €1 000 kull missjoni, għall-attendenza fil-laqgħat tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni skond l-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament. Għal kull sena bejn l-2009 u l-2013, huma previsti 2 missjonjiet, bi spiża ta' €1 000 kull waħda, għall-attendenza fil-laqgħat tal-Forum tal-Korpi Kompetenti. Għal kull sena bejn l-2009 u l-2013, huma previsti 2 missjonjiet, bi spiża ta' €1 000 kull waħda, għall-attendenza fil-laqgħat mal-partijiet interessati għall-finijiet ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. 3 laqgħat kull sena għall-ISO TC 2007 (kumitat tekniku dwar is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali), bi spiża medja ta’ 5.000 € l-waħda kif previst kull sena bejn l-2009 u l-2013 L-organizzazzjoni ta' konferenza waħda (1) (spiża għal kull waħda: 100.000 €) hija prevista għall-2012, biex il-partijiet interessati u l-awtoritajiet kompetenti jiġu kkonsultati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tar-Regolament, għall-finijiet tar-reviżjoni tiegħu fl-2014. Il-Laqgħat tal-Kumitat Regolatorju stabbiliti taħt ir-Regolament (spiża kull waħda: €27 000) huma previsti darbtejn kull sena mill-2009 'l quddiem, sabiex ikun jista' jsir skambju ta' l-informazzjoni, bil-għan ta' l-adozzjoni ta' linji ta' gwida u rakkomandazzjonijiet adegwati fit-tfittxija ta' aktar armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri. Għall-2010, (ftit wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament), huma previsti 2 laqgħat żejda tal-Kumitat Regolatorju stabbilit skond ir-Regolament, u fl-2013 għandu jsir l-istess, għall-finijiet tar-reviżjoni tar-Regolament fl-2014. (spiża għal kull waħda: 27.000 € kull laqgħa). Studji esterni, bi spiża totali ta’ 200.000 € fis-sena huma previsti fl-2012 u l-2013 fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolament fl-2014. | Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DG ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit. [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali; [traduzzjoni mhux uffiċjali]; ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. [3] 6000 sit irreġistrat ma’ l-EMAS fi tmiem l-2007. Għal aktar dettalji ara COM(2008) xxx finali; il-valutazzjoni ta' impatt mehmuża ma’ dan id-dokument; § 2.1.2 u § 2.2.5. [4] Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ l-20 ta’ Ġunju 2005 (Brussell), it-22 ta’ Novembru 2005 (Turin), 29-30 ta’ Ġunju 2006 (il-Lussemburgu, it-13-14 ta' Novembru 2006 (Ateni) u t-13-14 ta’ Ġunju 2007 (Varsavja). [5] Fis-17 ta’ Mejju, id-9 ta’ Ġunju, l-20 ta’ Lulju u s-27 ta’ Lulju 2006. [6] Fil-11-12 ta' Diċembru 2006. [7] Ara COM(2008)xxx finali; il-valutazzjoni ta' impatt mehmuża ma’ dan id-dokument; § 1.2.1. [8] COM(2007) 225 finali: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta' nofs il-mandat tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju, adottata mill-Kummissjoni fit-30/04/2007. [9] Fl-2007 il-medja kienet ta’ 48.27 siti rreġistrati ta’ l-EMAS għal kull miljun resident fit-tliet Stati Membri bl-ogħla għadd ta’ siti rreġistrati ta’ l-EMAS għal kull miljun resident. Dawn l-Istati Membri huma l-Awstrija (61.85 sit għal kull miljun resident), id-Danimarka (50.60 sit għal kull miljun resident) u l-Belġju (32.37 sit għal kull miljun resident). Fuq total ta’ 478.5 miljun resident fl-Unjoni Ewropea, l-għadd totali smat ta’ siti rreġistrati ta’ l-EMAS wara 5 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ EMAS rivedut għalhekk mistenni jkun ta’ 23,000. [10] Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), ĠU L 149 9.6.2007, p.1. [11] Ara COM(2008) 33 [12] Tariffi għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet fl-Istati Membri jvarjaw minn xejn sa 2234€. Għal aktar dettalji dwar it-tariffi ta’ reġistrazzjoni differenti skond l-Istati Membri ara n-nota tal-qiegħ Nru 28 fi § 2.2.6 tad-Dokument COM(2008)xxx finali: Il-valutazzjoni ta' impatt mehmuża ma’ dan id-dokument. Għadha mhix ippubblikata. [13] ĠU C , , p. . [14] ĠU C , , p. . [15] ĠU C , , p. . [16] ĠU C , , p. . [17] ĠU L 242, 10.09.2002, p. 1. [18] COM(2007) 225 finali [19] ĠU L 114, 24.04.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [20] ĠU L 247, 17.9.2001, p. 1. [21] ĠU L 184, 23.7.2003, p. 19. [22] ĠU L.184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p 11). [23] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36. [24] ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1. [25] ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. [26] ĠU L 247, 17.09.2001; p. 24. [27] ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63. [28] L-użu tat-test riprodott f’dan l-Anness huwa bil-permess tas-CEN. It-test sħiħ jista’ jinxtara mill-korpi nazzjonali ta’ l-istandards, li l-lista tagħhom tinsab f’dan l-Anness. Kwalunkwe riproduzzjoni ta’ dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali m’huwiex permess. [29] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu AMD [30] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [31] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [32] Nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [33] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [34] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni jisboq is-sitt snin. [35] ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. [36] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza [37] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza [38] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza [39] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i. [40] C10900 – Kumitat għall-applikazzjoni tar-Regolament li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali (EMAS).