52008DC0888


Titolu u referenza

Rapport mill-Kummissjoni ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji

/* KUMM/2008/0888 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2008

KUMM(2008) 888 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

ibbażat fuq l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal- 24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji

INTRODUZZJONI

L-isfond

Id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tapplika l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji imposti minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi sabiex jiġi faċilitat l-infurzar ta’ tali penali fi Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat li fih ġew imposti l-penali. Fid-29 ta' Novembru tas-sena 2000, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ftiehem, b'konformità mal-konklużjonijiet Tampere, li l-adozzjoni ta' strument bħal dan għandha tingħata prijorità fi ħdan il-programm tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet marbutin ma' kwistjonijiet kriminali.

Id-Deċiżjoni Qafas tapplika għal kull reat li għalih jistgħu jiġu imposti penali finanzjarji. Kontrolli ta' kriminalità doppja tneħħew fir-rigward ta' 39 reat elenkati fid-Deċiżjoni Qafas.

In-notifikazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri

Sa Ottubru tal-2008, il-Kummissjoni kienet irċeviet notifiki dwar liġijiet nazzjonali li jittrasponu id-dipożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas mill-11-il Stat Membru li ġejjin: AT, CZ[1], DK, EE, FI, FR, HU, LT, LV, NL, SI[2] L-ebda notifika ma tressqet mis-sittax-il Stat Membru li ġejjin: BE, BG, CY, DE, EL, ES, IE, IT, LU, MT, PL, PT, RO, SE, SK, UK.

Metodu u kriterji ta' evalwazzjoni

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas jipprevedi l-istabbiliment ta' rapport imħejji mill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri biex ikunu konformi ma' dan l-istrument sat-22 ta' Marzu 2007. Id-dewmien fit-tħejjija ta' dan ir-rapport huwa riżultat tan-numru baxx ta' notifikazzjonijiet li tressqu fi żmien qabel l-iskadenza oriġinali li ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas.

Fin-natura tagħhom, id-deċiżjonijiet tal-qafas jorbtu fuq l-istati Membru permezz tar-riżultat li għandu jintlaħaq, iżda hija r-responsabbilità tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddeċiedu x'forma u x'metodu ta' implimentazzjoni se jintużaw (il-kriterji huma: ċarezza, ċertezza legali, effikaċja). Deċiżjonijiet tal-qafas ma jinkludu l-ebda effett dirett. Madanakollu l-prinċipju tal-interpretazzjoni ta' konformità jorbot fir-rigward ta' deċizjonijiet tal-qafas li ġew adottati fil-kuntest tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea[3] Peress li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda awtorità biex tibda proċeduri kontra Stat Membru mixli bi ksur tal-liġi minħabba li ma ħax il-miżuri neċessarji biex ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' Deċiżjoni Qafas mill-Kunsill li ġiet adottata taħt it-tielet pilastru, in-natura u l-fini tad-dan ir-Rapport huma limitati għal evalwazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni li ttieħdu mill-11-il Stat Membri l-ieħor.

EVALWAZZJONI

Artikolu 1 - Definizzjonijiet

L-Artikolu 1 jiddefinixxi termini bħal: "deċiżjoni", "penali finanzjarju ", "Stat emittenti" u "Stat ta' eżekuzzjoni"

CZ, HU u NL koprew dawn it-termini kollha iżda l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (AT, DK, EE, FI, FR, SI) ttrasponew biss definizzjonjiet ta' "deċiżjoni" u "penali finanzjarju " LT u LV ttrasponew biss id-definizzjoni ta' "penali finanzjarju " Numru ta' liġijiet ta' traspożizzjoni għandhom nuqqas ta' dispożizjonijiet dwar ċerti elementi f'dawn id-definizzjonijiet. L-element prinċiplai huwa n-nuqqas ta' rikonoxximent għar-responsabbilità ta' persuni legali fil-leġiżlazzjoni ta’ CZ[4].

L-Artikolu 2 –L-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

Permezz ta' dan l-Artikolu l-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikaw is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom huma kompetenti għall-fini tad-Deċiżjoni Qafas. Kull Stat Membru jista’ jinnomina, jekk huwa neċessarju minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità waħda jew aktar responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċeviment amministrattiv tad-deċiżjonijiet u biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti.

Għal xi wħud mill-Istati Membri l-awtoritajiet kompetenti għall-emissjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet huma l-qrati nazzjonali (AT, CZ, HU, LT, LV, SI). F'Stati Membri oħra l-awtorità ċentrali hija assenjata bħala l-awtorità emittenti jew ta' eżekuzzjoni. Dan huwa l-każ għal DK u EE (Ministru tal-Ġustizzja), l-Olanda (il-prosekutur pubbliku f'Leeuwarden). Fi FR s-Servizz ta' Prosekuzzjoni hija l-awtorità kompetenti għall-emissjoni ta' deċiżjoni u prosekuturi pubbliċi jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni tagħhom.

Awtorità ċentrali għal fini tat-transmissjoni tad-dokumenti hija assenjata fi CZ, HU, LT, LV u SI (il-Ministru tal-Ġustizzja).

Il-Finlandja għandha assenjata ċ-Ċentru tar-Reġistru Legali bħala awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 2.

L-Artikolu 3 – Drittijiet fundamentali

Skont l-Artikolu 3 id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li temenda l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji legali fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat.

Skont diversi Stati Membri dan l-Artikolu ma tirrikjedix transpożizzjoni (il-DK, FR, NL). L-AT u l-HU implimentawh bħala bażi obligatorja għar-rifjut ta' eżekuzzoni. Xi Stati Membri invokaw leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan ir-rigward (LT, SI). Il-Finlandja trasportat din id-dispożizzjoni billi stabbilixiet il-bażi għar-rifjut ta' eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jekk hemm raġunijiet konkreti biex wieħed jissospetta li l-ġaranziji tal-poċessi dovuti ġew vjolati fil-proċeduri li jwasslu għad-deċiżjoni.

L-Artikolu 4 -Trażmissjoni ta’ deċiżjonijiet u rikors għall-awtorità ċentrali

Skont dan l-Artikolu d-deċiżjoni konċernata flimkien ma’ ċertifikat, jistgħu jiġu trasmessi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li fih għandha l-proprjetà jew dħul il-persuna fiżika jew legali, li kontriha ttieħdet deċiżjoni, hija normalment residenti jew, fil-każ ta’ persuna legali, għandha l-uffiċċju reġistrata tagħha. It-transmissjoni tad-dokumenti għandu jsir direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti.

CZ, FI, HU, LT, LV u NL ttrasponew l-elementi kollha tal-Artikolu 4 fil-leġislazzjoni li timplimenta tagħhom. AT, DK, FR u SI implimentaw din id-dispożizzjoni parzjalment biss.

Fl-Estonja l-penali jista' jiġi eżegwit fir-rigward ta' persuni li huma ċittadini jew residenti permanenti tal-Istat Membru emittenti, kif ukoll fir-rigward ta' persuni li huma preżenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru iżda li mhumiex se jiġu estraditi u anke fir-rigward ta' persuni legali li huma reġistrati fit-territorju tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 5 – L-ambitu

Dan l-Artikolu jinkludi lista ta' reati li jwasslu għal rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet mingħajr il-verifika ta' kriminalità doppja jekk huma punibbli fl-Istat Membru emittenti. Kull reat ieħor jista' jkun soġġett għal verfika bħal din mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Il-lista tħaddan il-32 reat li diġà ġew elenkati f'Deċiżjonijiet tal-Qafas oħra (pereżempju l-Mandat ta' Arrest Ewropew) u xi wħud oħrajn, jiġifieri:

- kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, inklużi l-ksur tar-regolamenti dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża,

- kontrabandu ta’ merkanziji,

- ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali,

- theddid u atti ta’ vjolenza kontra persuni, inkluża vjolenza matul attivitajiet sportivi,

- ħsara volontarja kriminali,

- serq,

- reati stabbiliti mill-Istat emittenti u ntiżi sabiex jimplimentaw l-obbligi assunti permezz ta’ strumenti adottati taħt it-Trattat tal-KE jew taħt it-Titolu VI tat-Trattat tal-UE.

AT, DK, EE, FI, FR, HU, LT, NL implimentaw il-lista. Fil-każ ta’ CZ, LV u SI parti mill-lista ma kinitx mehmuża.

L-Artikolu 6 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet

Skont l-Artikolu 6 d-deċiżjoni kkonċernata għandha tkun rikonoxxuta mingħajr il-ħtieġa ta' formalitajiet ulterjuri u l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħha għandhom jittieħdu minnufih.

CZ, DK, FI, FR, LV u NL implimentaw din id-dispożizzjoni. AT, EE, HU, LT u SI trasponew b'mod parzjali din id-dispożizzjoni. B'mod ġenerali l-Istati Membri ma indikawx limiti ta' żmien għal eżekuzzjoni.

L-Artikolu- Nażijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ eżekuzzjoni

L-Artikolu 7 jipprevedi għal numru ta' bażijiet li jistgħu jikkonstitwixxu bażi għar-rifjut ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni. Il-bażijet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu huma fakultattivi.

Dawn huma hekk kif ġej:

- Iċ-ċertifikat ma ġiex ppreżentat, mhuwiex komplut jew manifestament ma jikkorispondiex mad-Deċiżjoni (traspost bħala fakultattiv minn: FI, FR, HU; trasportat bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, LT, LV, NL, SI; L-EE trasponietu bħala parzjalment obligatorju, parzjalment fakultattiv)

- ne bis in idem (traspost bħala fakultattiv minn: DK, FI: traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI):

- il-prinċipju ta' kriminalità doppja (traspost bħala fakultattiv minn: DK, FI: traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI)

- l-eżekuzzjoni hija ostakolata mill-istatut (trasposta bħala fakultattiva: DK, FI: trasportat bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI)

- il-prinċipju tat-territorjalità (trasportat bħala fakultattiv: FI, FR, HU, NL; traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, DK, LV, SI; mhux traspost mill-EE u LT)

- l-immunità (trasposta bħala fakultattiva minn: FI trasposta bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI)

- l-eta' li fiha wieħed huwa meqjus responsabbli għal kriminalità (trasposta bħala fakultattiva minn: FI trasportata bħala obligatorja minn: AT, CZ, DK, EE, FR, HU, LT, LV, NL, SI)

- drittijiet tal-persuna kkonċernata fil-każ (trasposti bħala fakultattivi minn: FI trasposti bħala obligatorji minn: AT, CZ, DK, EE, FR, LT, LV, NL, SI: mhux trasposti mill-HU)

- Il-penali huwa taħt 70 EUR (traspost bħala fakultattiv minn: FI, FR, NL; traspost bħala obligatorju minn: AT, CZ, EE (1000 kroon), DK, HU, LT, LV, SI)

Bażijiet adizzjonali stabbiliti minn sitt Stati Membri:

- Skont id-dikjarazzjoni tas-CZ, peress illi l-leġiżlazzjoni tagħha ma tirrikonoxxix ir-responsabilità ta' persuni legali, l-eżekuzzjoni ta' talbiet relatati magħhom se tkun rifjutata[5]

- Bażijiet adizzjonali għal kopertura tal-EE: deċiżjoni min-naħa ta' qorti jekk għadha ma daħlitx fis-seħħ deċiżjoni li ttieħdet minn qorti li mhijiex kkunsidrata bħala indipendenti (l-EE tagħmel differenza bejn każijiet taċ-ċittadini tagħha u ċittadini tal-UE);

- L-FI żiedet bażi adizzjonali obbligatorja: jekk hemm bażijiet raġjenevoli biex wieħed jissuspetta li l-garanziji tal-proċedimenti dovuti ġew vjolati fil-proċeduri li jwasslu għal deċiżjoni;

- L-Ungerija semmiet xi bażijiet obbligatorji oħrajn: Ir-reat li fuqu d-deċiżjoni tal-Istat Membru huwa bbażat jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni Ungeriża (Artikoli 3 u 4 tal-Kodiċi Kriminali); U r-reat kriminali huwa koprut minn amnestija taħt il-liġi Ungeriża. Ċirkostanzi oħra huma dawk fejn tkun għaddiet sena mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni barranija u jekk il-perjodu ta' limitazzjoni diġà tkun għaddiet. Dan m'għandux għalfejn ikun ta' ostakolu għall-eżekuzzjoni li bdiet matul il-perjodu ta' limitazzjoni;

- LV żiedet bħala bażi obbligatorja: raġunijiet biex temmen li penali ġie impost bħala kundanni fir-rigward ta’ reati relatati mar-razza, mal-assoċjazzjoni reliġjuża, mal-etniċità, mas-sessi jew mal-opinjonijiet politiċi u anke meta d-deċiżjoni ma tistax tiġi infurzata fil-LV;

- SL żiedet żewġ bażi adizzjonali: jekk jeżistu raġunijiet biex temmen li l-penali ġie impost bħala kundanna għal reati relatati mar-razza, mal-assoċjazzjoni reliġjuża, mal-etniċità, mas-sessi jew mal-opinjonijiet politiċi u anke meta l-infurzar tad-deċiżjoni jmur kontra l-kostituzzjoni Slovena.

L-Artikolu 8 -Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas

Dan l-Artikolu huwa relatat ma' sitwazzjoni fejn atti msemmijin fid-deċiżjoni ma twettqux fuq it-territorju tal-Istat Membru emittenti. F'każ bħal dan l-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tal-penali infurzat għall-ammont massimu previst għal atti tal-istess għamla taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni, meta l-atti jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat. Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ssarraf il-penali għall-munita tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bir-rata tal-kambju applikabbli fiż-żmien meta l-penali ġie impost.

AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, NL, SI implimentaw din id-dispożizzjoni. EE ma implimentathiex. LV semmiet biss il-konverżjoni tal-munita

Artikolu 9- il-liġi li tirregola l-infurzar

Skont l-Artikolu 9 l-infurzar tad-deċiżjoni għandu jkun regolat mill-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bl-istess mod kif penali finanzjarju għandu jkun regolat f'Stat ta’ eżekuzzjoni. F'każijiet fejn il-penali jkun tħallas totalment jew parzjalment għandu jitnaqqas kompletament mill-ammont li għandu jiġi nfurzat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.

Fi kwalunkwe każ penali finanzjarju impost fuq persuna legali għandu jiġi nfurzat anki jekk l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali tal-persuni legali.

AT, FI, FR, NL and SI implimentaw dan l-Artikolu. DK, EE, HU, LT u LV implimentawh b'mod parzjali biss.

L-implimentazzjoni parzjali ta' dan l-Artikolu kien riżultat tan-nuqqas ta' traspożizzjoni tal-paragrafu 3 li jikkonċerna l-persuni legali. Xi Stati Membri invokaw leġiżlazzjoni nazzjonali f'dan ir-rigward (AT, FR, NL). Fis-CZ leġiżlazzjoni nazzjonali ma tirrikonoxxix ir-responsabbilità tal-persuni legali[6]

Artikolu 10 - Priġunerija jew sanzjoni alternattiva oħra bħala sostitut għal nuqqas ta’ rkupru tal-penali finanzjarja

Fejn mhuwiex possibbli li deċiżjoni tiġi nfurzata, totalment jew parzjalment, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet alternattivi, inkluż sanzjonijiet ta’ priġunerija, mill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk il-liġijiet tiegħu jipprovdu għal dan f’tali każijiet u l-Istat emittenti ppermetta l-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet alternattivi fiċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 4. Is-severità tas-sanzjoni alternattiva għandha tiġi determinata skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, iżda m'għandhiex teċċedi kwalunkwe livell massimu stipulat fiċ-ċertifikat trasmess mill-Istat emittenti.

AT, CZ, HU, LT u SI trasportaw din id-dispożizzjoni. Fil-każ tal-LV xi wħud mill-proviżjonijiet mhumiex mehmuża L-EE provdiet għall-iskambju tal-penali finanzjarju f'priġunerija jew servizz komunitarju.

Ċerti Stati Membri ddikkjaraw li ma hemm l-ebda possibilità biex penali alternattivi jiġu applikati taħt is-sistema nazzjonali tagħhom kemm fit-territorju tagħhom jew 'il barra minnu (FI, FR), jew fit-territorju tagħhom biss (DK). NL trasponiet din il-dispożizzjoni L-imħallef Olandiż jista' jippermetti priġunerija taħt iċ-ċirkustanzi li ġejjin: l-awtorità kompetenti li mponiet il-penali finanzjarju indikat ukoll fid-deċiżjoni tagħha li l-priġunerija hija possibbli jekk ma kienx hemm eżekuzzjoni tas-sanzjoni il-penali finanzjarju ma tħallasx mill-persuna li nstabu ħatja u l-ezekuzzjoni tal-penali ma tistax issir mod ieħor; U l-awtorità emittenti qabblet ma' priġunerija bħala alternattiva possibbli għall-penali finanzjarju.

Artikolu 11 -Amnestija, maħfra, reviżjoni ta’ sentenza

Skont dan l-Artikolu kemm l-amnestija kif ukoll l-maħfra jistgħu jingħataw mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta' eżekuzzjoni iżda l-Istat emittenti biss jista' jiddetermina l-applikazzjoni għar-reviżjoni tad-deċiżjoni.

Ċerti Stati Membri implementaw dan l-Artikolu (FI, FR), Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tas-CZ u d-DK huma relatati biss ma' maħfra mogħtija fit-territorju tagħhom. LT trasponiet din id-dispożizzjoni fir-rigward l-amnestija u l-maħfra iżda l-ebda referenza ma saret biex issir reviżjoni. Skont il-leġiżlazzjoni tal-amnestija tal-EE, il-maħfra u r-reviżjoni tad-deċiżjoni se jsiru fl-Istat emittenti. LV għamlet referenza għas-sitwazzjoni li fiha d-deċiżjoni għal amnestija u maħfra li ttieħdet fl-Istat Membru emittenti torbot fil-LV. AT u SI trasponew id-dispożizzjoni relatata mal-amnestija u l-maħfra bħala bażi obbligatorja għal rifjut (barra minn hekk SI invokat liġi nazzjonali f'dan ir-rigward). Fir-rigward ir-reviżjoni l-AT ddikjarat li din id-dispożizzjoni m'għandhiex bżonn traspożizzjoni.

HU ma trasponietx dan l-Artikolu. Lanqas Franza iżda d-dispożizzjonijiet relevanti li jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ġew invokati.

Artikolu 12 - Tmiem l-infurzar

Dan l-Artikolu jipprevedi l-obbligazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti li tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha d-deċiżjoni ma tibqax infurzabbli jew tiġi rtirata mill-Istat ta’ eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni oħra. Bħala riżultat ta' informazzjoni bħal din l-Istat ta' eżekuzzjoni huwa obbligat li jwaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni

AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, LV, NL u SI trasponew din id-dispożizzjoni bis-sħiħ. EE ma ttrasponietx dan l-Artikolu.

Artikolu 13 - L-attribuzzjoni ta’ flejjes li ġejjin mill-infurzar ta’ deċiżjonijiet

Dan l-Artikolu jiddikjara li l-flejjes li nġabru mid-deċiżjonijiet ta' infurzar għandhom jitħallsu lill-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm ikun hemm ftehim mod ieħor, speċjalment f'każijiet fejn hemm vittmi li mhumiex partijiet għal proċeduri ċivili.

Dan l-Artikolu ġie implimentat AT, CZ, DK, FI, FR, HU, LT, NL, SI. L-EE u l-LV ma implimentawx din id-dispożizzjoni

Artikolu 14 -Informazzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni

Skont dan l-Artikolu l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni se tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti mingħajr dewmien bid-deċiżjonijiet li ttieħdu fir-rigward ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni.

L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, l-Olanda s-Slovenja implimentaw dan l-Artikolu. Franza implimentat dan l-Artikolu apparti mill-każ ta' konverżjoni tal-penali li ma ġewx stabbiliti mill-liġi nazzjonali fi Franza.

EE ma trasponietx din id-dispożizzjoni. Id-Danimarka ddikjarat li din d-dispożizzjoni ma tinħtieġ l-ebda trasportazzjoni

Artikolu 15 - Konsegwenzi ta’ trażmissjoni ta’ deċiżjoni

Dan l-Artikolu jittratta ma' każi fejn l-Istat emittenti, permezz ta' eċċezzjoni, jistgħu jipproċedu bl-eżekuzzjoni.

Apparti mill-Estonja l-Istati Membri kollha li bagħatu notifikazzjonijiet implimentaw dan l-Artikolu.

Artikolu 16- Il-lingwi

Artikolu 16 jiddikkjara li ċ-ċertifikat għandu jiġi tradott fl-ilsien uffiċjali jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Madanakollu kwalunkwe Stat Membru jista' f'xi ħin jew ieħor jiddikjara li se jaċċetta traduzzjoni f'wieħed jew iżjed mill-lingwi uffiċjali.

Il-maġġoranza tal-Istati Membri jitolbu għal traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tagħhom (AT, CZ, DK, FR, HU). Oħrajn se jaċċettaw l-Ingliż ukoll (EE, LT, LV, NL, SI). Il-Finlandja se taċċetta ċertifikati bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż jew fl-lingwi oħra jekk ma hemm l-ebda impediment għall-approvazzjoni taċ-ċertifikat.

Artikolu 17 – Spejjeż

Dan l-Artikolu jiddikjara li l-Istati Membri m'għandhomx jitolbu minn għand xulxin ir-rimborż ta’ spejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-istrument. AT, CZ, FI, NL, SI implimentaw dan l-Artikolu. EE, HU u LV ma implimentawhx. . DK, FR u LT ddikjaraw li din d-dispożizzjoni ma tirrikjedix traspożizzjoni.

KONKLUŻJONIJIET

Il-grad ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/JHA tal-24 ta' Frar 2005 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi evalwat f'dan l-istadju. It-transportazzjoni mhijiex sodisfaċenti peress illi 11-il notifikazzjoni tressqu mill-Istati Membri.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw b'mod ġenerali jaqqblu mad-Deċiżjoni Qafas, speċjalment fir-rigward il-kwistjonijiet l-aktar importanti bħal pereżempju t-tneħħija ta' kontrolli ta' kriminalità doppja u r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet mingħajr formalità ulterjuri. Sfortunatament l-analiżi tal-bażijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni huma prova għal darba oħra li filwaqt li kważi l-Istati Membri kollha trasponewhom, ġew implimentati l-aktar bħala bażijiet obligatorji. Barra minn hekk, xi bażijiet adizzjonali ġew miżjuda. Din il-prattika mhijiex b'mod ċar fi qbil mad-Deċiżjoni Qafas.

Il-Kummissjoni tistieden il-Membri kollha biex jikkunsidraw dan ir-Rapport u jieħdu l-opportunità biex jipprovdu kull informazzjoni relevanti ulterjuri lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill, sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonjiet tagħhom taht l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinkoraġixxi dawk l-Istati Membri li wrew li qegħdin jippreparaw il-leġiżlazzjoni relevanti biex jieħdu u jinnotifikaw dawn il-miżuri nazzjonali kemm jista' jkun malajr.

[1] Li tressqu mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE

[2] idem

[3] Is-Sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew, Pupino, Każ-105/03 (16 ta' Ġunju 2005), ĠU C 193, 6.08.2005, p.3

[4] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Qafas.

[5] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas.

[6] L-ebda dikjarazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 20(2)(b) ma tressqet s'issa b'rabta mal-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijet kkonċernati mar-responsabbilità tal-persuni legali għall-perjodu sa 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Qafas.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet