52007SC0819

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja lill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-possibilitajiet ta' titjib ulterjuri tal-karatteristiċi ambjentali ta' magni ta' opri tal-baħar għar-rikreazzjoni - Sommarju ta' l-evalwazzjoni ta’ l-impatt {COM(2007)313} {SEC(2007)770} /* SEK/2007/0819 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.6.2007

KUMM(2007) 819 finali

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

li jakkumpanja LILL-KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar il-possibilitajiet ta' titjib ulterjuri tal-karatteristiċi ambjentali ta' magni ta' opri tal-baħar għar-rikreazzjoni SOMMARJU TA' L-EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT {COM(2007)313}{SEC(2007)770}

1. INTRODUZZJONI

L-evalwazzjoni ta' l-impatt inbniet fuq proċess dettaljat li kkonsista minn żewġ fażijiet prinċipali. Fl-ewwel fażi, twettaq studju ta' l-inventarju biex jiġi identifikat l-istat l-aktar avvanzat u l-iżviluppi mistennija tat-teknoloġiji li jnaqqsu t-tniġġis għall-maġni tal-baħar għar-rikreazzjoni u biex isir inventarju tal-leġiżlazzjoni eżistenti u futura dwar l-emissjonijiet għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni f'partijiet oħra fid-dinja. Dan wassal biex jiġu identifikati erba' xenarji regolatorji possibbli għal tnaqqis ulterjuri mill-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni. Ir-rapport ta' studju[1] jindirizza wkoll fid-dettall l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni biex tqis fil-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija. It-tieni fażi tal-proċess ta' evalwazzjoni tikkonsisti fi studju dettaljat ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt biex janalizza l-ispejjeż tekniċi u biex jidentifika l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali ta' kull wieħed mill-erba' xenarji possibbli żviluppati fil-kuntest ta' l-istudju ta' l-inventarju. L-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dawn l-impatti ġew ikkwantifikati u mqabbla permezz ta' analiżi ta' bosta kriterji bl-użu tal-possiblità bażi "ebda bidla politika" għall-paragun. Il-partijiet interessati li jistgħu jintlaqtu b'mod sinifikanti, jew jiġu involuti, fi żviluppi ulterjuri fil-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni fl-Unjoni Ewropea ġew ikkonsultati ħafna u mill-qrib minn dawk li mexxew l-istudju matul il-proċess sħiħ ta' l-evalwazzjoni. Apparti dan, il-proċess ta' l-evalwazzjoni ġie akkumpanjat minn għadd ta' laqgħat għall-partijiet interessati organizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni, bil-għan li jinfurmaw u jikkonsultaw ukoll lill-partijiet interessati l-oħra involuti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' l-Opri tal-Baħar għar-Rikreazzjoni (l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet ta’ l-istandardizzazzjoni u l-utenti u l-korpi notifikati).

2. XI KWISTJONI MISTENNIJA TITRATTA DIN IL-POLITIKA?

L-użu ta' l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni fl-Ewropa jikkontribwixxu għall-ispejjeż ambjentali fir-rigward ta' l-emissjonijiet ta' l- exhaust kif ukoll tal-ħoss. Fl-Ewropa l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni huma stmati li jikkontribwixxu madwar 0.34% ta' l-emissjonijiet totali tal-monossidu tal-karbonju, 0.5% ta' l-emissjonijiet totali ta' l-idrokarburi u 0.1% ta' l-emissjonijiet totali ta' ossidi tan-nitroġenu (NOX). Għalkemm l-emissjonijiet totali minn opri tal-baħar għar-rikreazzjoni huma ftit paragunati ma' sorsi oħra, dawn jistgħu jwasslu għal problemi lokalizzati f'oqsma li għandhom konċentrazzjoni għolja ta' opri tal-baħar għar-rikreazzjoni f'ċerti mumenti ta' l-ogħla attività (bħal fi tmiem il-ġimgħa). L-implimentazzjoni tal-limiti ta' l-emissjonijiet ta' l- exhaust speċifikati fid-Direttiva 20032/44/KE se jikkontribwixxu sostanzjalment fit-tnaqqis ta' l-ammont ta' sustanzi li jniġġsu li jitħallew fl-arja u fil-baħar mill-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni u bħala tali jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità ta' l-arja u tal-baħar f'dawn l-oqsma ukoll. Minkejja dak imsemmi hawn fuq, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar il-possibilitajiet ta' aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni tal-baħar għar-rikreazzjoni.

3. X'INHUMA L-GħAżLIET EWLENIN TAL-POLITIKA DISPONIBBLI?

L-approċċ bażiku segwit biex jilħaq il-mira, u l-erba' xenarji regolatorji possibbli li ġew identifikati huma ppreżentati skematikament fit-Tabella 1.

Tabella 1: Taqsira ta' l-approċċ ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt li ġie segwit

4. X'INHUMA L-IMPATTI – POżITTIVI U NEGATTIVI – MISTENNIJA MILL-GħAżLIET DIFFERENTI IDENTIFIKATI?

4.1. Sommarju ta' l-impatti ekonomiċi u soċjali

Il-possiblità | Magni CI (€m) | Magni SI (€m) | Magni PWC (€m) | Total (€m) |

1 | 147,4 | 6,4 | 2,0 | 155,8 |

2 | 245,2 | 114,7-127,3 | 5,1 | 365,0–377,6 |

2A | 245,2 | 98,4-111 | 2,0 | 345,6–358,2 |

2B | 150,2 | 98,4-111 | 2,0 | 250,6–263,2 |

Tabella 1: Sommarju ta' l-Ispejjeż Gross ta' Konformità (faxxa t'isfel – ta' fuq) – (€m)

Il-possibilità | Magni CI (%) | Magni SI (%) | Magni PWC (%) |

1 | +4,36 | +0,7% | +1,9 |

2 | +10,04 | +10,0% | +4,9 |

2A | +10,04 | +7,7% | +1,9 |

2B | +4,34 | +7,7% | +1,9 |

Tabella 2: Taqsira ta' l-Effett tal-Prezz Stimat (% żieda fil-prezz ta' l-unità bl-imnut)

Il-possibilità | Magni CI | Magni SI | PWC: | Total |

1 | -37 | -86 | -6 | -129 |

2 | -85 | -86 | -16 | -187 |

2A | -85 | -86 | -6 | -177 |

2B | -37 | -86 | -6 | -129 |

Tabella 3: Taqsira ta' l-effett ta' l-impjiegi (għadd stimat ta' telf dirett u indirett ta' impjiegi)

Impatt fuq l-għadd ta' impjiegi: Evidenza ta' studju ta' każ jagħti x'tifhem li kull tnaqqis ulterjuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet lilhinn mill-possiblità bażi (xenarju ta' "ebda bidla politika") tipperikola serjament il-futur ta' l-unika SME, ibbażata kollha kemm hi fl-Ewropa, li timmanifattura magni li jeħlu fuq barra ta' l-opri tal-baħar, li tinvolvi t-telf ta' 86 impjieg fuq total stmat għal ekwivalenti ta' 320 impjieg full time dirett jew indirett maħluq minn intrapriżi li jimmanifatturaw magni li jeħlu fuq barra ta' l-opri tal-baħar u dawk ta' assemblaġġ fl-Italja u fi Franza.

4.2. Sommarju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali

Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali huma mqassra fit-Tabella 4 hawn taħt, li minnhom joħroġ it-tnaqqis potenzjali ta' l-emissjonijiet għal kull wieħed mill-erba' xenarji regolatorji possibbli kkumparat mal-possiblità bażi

Sustanza ta' tniġġis ↓Xenarju | CO kton/y % | HC + NOx kton/y % | PT kton/y % | Total kton/y % |

Possibilità bażi | 153,1 | 40,9 | 0,6 | 194,6 |

Possibilità 1 | 153,1 0 | 32,7 -20 | 0,4 -33 | 186,2 -4,3 |

Possibilità 2 | 153,1 0 | 28,2 -31 | 0,4 -33 | 181,7 -6,6 |

Possibilità 2A | 153,1 0 | 27,4 -33 | 0,4 -33 | 180,9 -7,0 |

Possibilità 2B | 153,1 0 | 31,5 -23 | 0,4 -33 | 185,0 -5,0 |

Tabella 4: ammont stmat ta' emissjonijiet ta' egżost minn opri tal-baħar għar-rikreazzjoni f'kiloton fis-sena u potenzjal ta' tnaqqis ta' l-emissjonijiet f'% għall-possibilitajiet ta' xenarju regolatorju mqabbla mal-possibilità bażi.

4.3. Tqabbil ta' l-impatti tal-possibiltajiet tax-xenarju regolatorju (analiżi ta' ħafna kriterji)

F'konformità mal-Linjigwida ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt tal-Kummissjoni, saret analiżi ta' ħafna kriterji biex jinħoloq paragun dinamiku ta' l-erba' possibiltajiet tax-xenarju meta mqabbla mal-possibbiltà bażi fir-rigward tal-kriterji li ġejjin: effettività (kemm jista' jintlaħaq l-objettiv ta' tnaqqis ta' emissjonijiet), effiċjenza (spejjeż ta' konformità diretti u indiretti) u konsistenza (il-bilanċ ta' l-impatti pożittivi u negattivi - proporzjon spiża/benefiċċju). Ir-riżultati ta' din l-analiżi jidhru fil-qosor fit-Tabella 5.

Kriterji → | effettività (tnaqqis totali ta' emissjonijiet) | effiċjenza spiża totali ta' konformità u soċjali) | konsistenza (konformità u spiża soċjali għal kull kton/sena tnaqqis ta' emissjonijiet) |

Possibilità 1 | 8,4 kton/y (-4.3%) | +155,5 m€ -129 impjieg | +18,5 m€ -15.4 impjieg |

Possibilità 2 | 12,9 kton/y (-6.6%) | +371,.3 m€ -187 impjieg | +28,8 m€ -14.5 impjieg |

Possibilità 2A | 13,5 kton/y (-7.0%) | +351,9 m€ -177 impjieg | +26,1 m€ -13.1 impjieg |

Possibilità 2B | 9,6 kton/y (-5.0%) | +256,9 m€ -129 impjieg | +26,8 m€ -13.4 impjieg |

Tabella 5: ir-riżultati ta' l-analiżi ta' bosta kriterji għall-possibilitajiet ta' xenarju mqabbla mal-possibilità bażi f'termini kwantitattivi relativi

5. IL-POżIZZJONI TAL-KUMMISSJONI U L-ĠUSTIFIKAZZJONI

Mir-riżultati ta' l-analiżi ta' ħafna kriterji joħroġ li kull possibilità tax-xenarju jkollha spiża soċjali b'minn 13 sa 15-il impjieg mitluf għal kull kiloton ta' tniġġis annwali li jitnaqqas, flimkien ma' potenzjal ta' tnaqqis relattivament baxx (bejn 4.3% u 7%) fuq il-kontribuzzjoni mill-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni għat-tniġġis globali.

Bil-għan ta' sejħa mill-Kapijiet ta' l-Istat fil-laqgħa informali ta' Lahti f'Ottubru 2006, għal azzjoni urġenti dwar il-bidla fil-klima u l-impenn tal-Kummissjoni biex tmexxi dan il-proċess politiku, għandu jsir l-isforz kollu possibbli biex jitjieb ulterjorment dan it-tnaqqis potenzjali. Biex jinkiseb dan il-għan, xenarji ulterjuri għandhom jiġu esplorati u evalwati li jistgħu jkunu bbażati fuq l-aktar regoli ta' l-emissjoni stretti u teknoloġiċi għall-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni diġà applikati jew mistennija f'partijiet oħra tad-dinja, bħal pereżempju fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dan l-approċċ ikollu jqis ukoll il-bżonn ta' manifatturi tal-magni fl-UE li joperaw fis-suq globali biex tinżamm u tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fir-rigward tal-kompetituri minn pajjiżi terzi. Meta jkun qed jiġi żviluppat dan l-approċċ hemm bżonn li tingħata kunsiderazzjoni kbira għall-pożizzjoni vulnerabbli ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) ta' l-UE li joperaw fis-suq ta' l-UE biss.

Fil-fatt, l-evalwazzjoni ta' l-impatt soċjali identifika li l-ispiża soċjali ta' iktar miżuri ta' tnaqqis ta' emissjoni jinġarru l-iżjed mill-SMEs stabbiliti fl-UE, u l-evidenza ta' studju tal-każijiet tindika li l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe possibilità ta' xenarju regolatorju tipperikola serjament il-ġejjieni ta' l-uniku manifattur tal-magni fuq barra ta' l-opri tal-baħar ġenwinament stabbilit fl-UE.

Għaldaqstant, miżuri xierqa ta' akkumpanjament jistgħu jiġu previsti biex jipprovdu bilanċ ottimali bejn tnaqqis massimu ta' emissjonijiet u spejjeż soċjali minimi. Dawn il-miżuri jistgħu, pereżempju, jikkonsistu f'li jipprovdu eżenzjonijiet għall-manifatturi ta' volum baxx, ibbażati fuq mekkaniżmi diġà applikati fl-leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità.

Se jkun meħtieġ aktar ħin u xogħol ta' studju biex jiġi evalwat l-impatt u l-adegwatezza ta' approċċ tant ambizzjuż lejn il-minimizzazzjoni tal-kontribut ta' l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni bil-magna lejn il-bidla fil-klima filwaqt li fl-istess ħin jiġu mitigati l-impatti negattivi u l-ispejjeż soċjali assoċjati fuq il-kompetittività ta' l-SMEs stabbiliti fl-UE.

6. TAQSIRIET

CI: combustion ignitionCO: il-monossidu tal-karbonjuHC: idrokarburiNOx: ossidi tan-nitroġenuPT: partikolatiPWC: opri tal-baħar personaliRCD: direttiva ta' l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoniSI: spark ignitionSME: intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

[1] http://ec.europa.eu/enterprise/maritime/maritime_regulatory/directive_03_44.htm

1. Iddefinixxi l-għan tal-politika.

Esplora l-possibiltajiet li ttejjeb ulterjorment l-impatt ambjentali ta' l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni

3. Evalwazzjoni ta’ l-Impatt Tekniku, Ambjentali, Ekonomiku u Soċjali

1. Qasam Tekniku (Mikro)

Evalwazzjoni kwantitattiva/kwalitattiva u/jew monetizzata ta’:

1a. Spejjeż tekniċi għall-konformità

1b. Fattibilità teknika tal-konformità

1c. Konsegwenzi mhux ippjanati tal-konformità

Diżaggregati skond: compression ignition (CI), spark ignition (SI) (fuq barra u fuq ġewwa); u opri tal-baħar personali

2. Qasam Ambjentali

Evalwazzjoni kwantitattiva/kwalitattiva u/jew monetizzata ta’:

2a. Emissjonijiet ta’ NOx

2b. Emissjonijiet ta’ PT

2c. Emissjonijiet ta’ CO

2d. Emissjonijiet ta’ HC

2e. Konsegwenzi mhux ippjanati tal-konformità

Diżaggregati skond:ambjenti ta’ lagi, żoni kostali u mogħdijiet lineari ta’ l-ilma

3. Qasam Ekonomiku u Soċjali (Makro)

Evalwazzjoni kwantitattiva/kwalitattiva u/jew monetizzata ta’:

2a. Impatti ekonomiċi

2b. Impatti soċjali

2c. Konsegwenzi mhux ippjanati tal-konformità

Diżaggregati skond: compression ignition (CI), spark ignition (SI) (outboard and inboard); and personal watercraft

Effettività

Kriterju

L-objettiv kemm jista’ jintlaħaq tajjeb?

Efficiency

Kriterju

Spejjeż diretti u indiretti għall-konformità (tekniċi, soċjali u ekonomiċi)

Konsistenza

Kriterju

Bilanċ bejn impatti pożittivi u negattivi, kompromessi u sinerġiji

4. Analiżi fuq Bosta Kriterji Effettività, Effiċjenza, Konsistenza

2. Identifika l-possibilitajiet biex jinkiseb l-għan

“Ebda bidla politika” possibilità bażi: Iż-żamma tal-limiti ta' l-emissjoni ta' l-egżost kif speċifikat fid-Direttiva 2003/44/EC (RCD stadju 1).

Possibilità 1 :- Kull magna SI għandha tikkonforma mal-limiti speċifikati fl-istadju 1 RCD għall-magni four-stroke SI.- Il-magni CI għandhom jikkonformaw mal-limitu ta' l-istadju IIIA kif speċifikat fid-Direttiva NRMM għall-magni ta' propulsjoni għall-bastimenti li jgħaddu mill-passaġġi ta' l-ilma interni (magni marini kummerċjali). Għall-magni CI b'output ta' saħħa ta' anqas minn 37kW, il-limiti speċifikati fl-istadju RCD 1 għall-magni CI jibqgħu japplikaw.

Possibilità 2: - Il-magni kollha SI għandhom jikkonformaw mal-limiti ta’ emissjonijiet għall-HC u NOx li huma 75% ta’ dawk speċifikati fl-istadju 1 RCD għall-magni four-stroke SI, fil-limiti għall-HC u NOx magħquda bħala HC+NOx. Għas-CO, jibqgħu japplikaw il-limiti speċifikati fl-istadju 1 RCD.- Għal magni CI b'output ta’ saħħa ta’ inqas minn 18kW, jibqgħu japplikaw il-limiti speċifikati fl-istadju 1 RCD’ Għal outputs ta’ saħħa bejn 18 kW u 37kW, japplikaw il-limiti ta’ l-Istadju II NRMM u għal 7kW u iktar, japplikaw il-limiti ta’ l-Istadju IIIA NRMM għall-użu ġenerali.

Possibilità 2A :Bħall-possibilità 2, iżda magni SI b’output ta’ saħħa ta’ inqas minn 30kW u l-magni kolla PWC jkollhom jikkonformaw mal-limiti speċifikati fl-istadju 1 RCD għall-magni SI four-stroke .

Option 2B :Bħall-possibilità 2A, iżda magni CI jkollhom jikkonformaw mal-limiti ta’ l-Istadju II NRMM għal użu ġenerali.


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet