52007DC0860


Titolu u referenza

Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u llll-Kumitat tar-Reġjuni - Inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa {SEG(2007) 1729} {SEG(2007) 1730}

/* KUMM/2007/0860 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.12.2007

KUMM(2007) 860 finali

KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LlLL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa {SEG(2007) 1729} {SEG(2007) 1730}

KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LlLL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Inizjattiva tas-suq ewlieni għall-Ewropa

1. INTRODUZZJONI

L-iżvilupp ta’ ekonomija misjuqa mill-innovazzjoni hija kruċjali għall-kompetittività. L-istrateġija wiesgħa għall-innovazzjoni[1] enfażizzat il-ħtieġa li jintużaw b’mod konsistenti u strateġiku għodda u strumenti bħala appoġġ għall-innovazzjoni, bi strateġija misjuqa mid-domanda. Ir-rapport “Noħolqu Ewropa Innovattiva"[2], ir-rapport ta' Kompetittività ta' l-UE 2006 u l-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati qablu li l-Ewropa għandha tfittex li tiżviluppa swieq tajbin għall-innovazzjoni b'mod aktar immirat, li jiffaċilita b'mod deċiżiv il-kummerċ ta' l-innovazzjonijiet.

Il-Kunsill ta’ Kompetittività[3] stieden lill-Kummissjoni “ biex tippreżenta matul l-2007 inizjattiva fuq is-swieq ewlenin, imsejsa fuq konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati għal definizzjoni ta’ strateġija valida għat-trawwim ta’ l-emerġenza fis-swieq b’valur għoli ekonomiku u dak li jappartjeni lis-soċjetà. Dan għandu jinkludi oqsma ta' identifikazzjoni fejn azzjoni miftiehma permezz ta’ strumenti ta’ linji politiċi ewlenin u kundizzjonijiet ta' qafas, it-tfassil koerenti u koordinat ta' politika mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, kif ukoll il-kooperazzjoni mtejba bejn il-partijiet interessati ewlenin jistgħu jħaffu l-iżvilupp tas-suq, mingħajr ma jkollhom x’jaqsmu mal-forzi kompetittivi.”

Bi tweġiba, il-komunikazzjoni preżenti tniedi inizjattiva tas-suq ewlieni (ISE). Din tidentifika l-ewwel sensiela ta’ swieq b’potenzjal biex isiru suq ewlieni (SE). Titlob azzjoni urġenti u koordinata permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni ambizzjużi[4] għal dawn is-swieq, biex jiksbu mingħajr dewmien vantaġġ li jidher għall-ekonomija u għall-konsumaturi Ewropej.

L-Anness II ‘Dokument ta’ Spjegazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ SE: Metodoloġija u Raġunament’[5] jiddeskrivi l-proċess ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati, in-natura ekonomika tas-SE u l-potenzjal ġenerali għall-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta’ l-ambjent li jiġġustifikaw l-isforzi tal-linji politiċi meħtieġa għat-tnedija u l-implimentazzjoni ta' l-ISE.

2. L-ISE: MUFIEħ GħAL STRATEġIJA TA’ INNOVAZZJONI TA’ SUċċESS GħALL-EWROPA

2.1. Għanijiet u prinċipji ewlenin ta’ l-ISE

Fil-metodoloġija tagħha, l-Istrateġija għas-Swieq Ewlenin hija differenti minn inizjattivi ta’ l-UE ta’ l-imgħoddi. Hija tmur lil hinn mill-użu tipiku ta’ miżuri ta’ darba b’effetti puntwali biss. L-inizjattiva tal-GSM, per eżempju, kienet prinċipalment limitata għal strument wieħed, it-twaqqif ta' normi. L-ISE timmira wkoll li tidħol l-ewwel fis-swieq dinjija li dejjem qegħdin jikbru malajr b'vantaġġ kompetittiv. B’kuntrast ma' dan, eż l-inizjattiva Ewropea ta' l-1997 fuq il-kummerċ elettroniku[6], għalkemm simili fl-ambitu, indirizzat suq li kien diġà ħa r-rankatura fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Il-punt fokali fuq is-swieq jitlob strateġija tematika. Il-kategoriji differenti ta' prodotti u servizzi innovattivi jiffaċċjaw il-problemi speċifiċi tagħhom infushom u jitolbu tipi differenti ta’ azzjoni ta’ politika miftiehma.

L-ISE għalhekk l-ewwel tidentifika s-swieq emerġenti ta' potenzjal biex jiġu appoġġjati minn azzjoni ta' politika miftiehma bħal din imsejsa fuq analiżi profonda5, konsultazzjonijiet qawwija kif ukoll mekkaniżmi ta' komunikazzjoni ta' riżultati.

It-tieni, tfassal proċess li jissimplifika aħjar l-ambjenti legali u regolatorji u jaċċellera t-tkabbir tad-domanda.

Biex ikun ta’ suċċess, il-proċess jeħtieġ li

- jinkorpora l-ħtiġijiet globali tas-suq u l-preferenzi tal-klijent għall-potenzjal massimu tas-suq;

- jiffaċilita l-aċċettazzjoni ta' l-istandards u l-istrateġiji ta' l-UE mis-swieq li mhumiex ta’ l-UE, notevolment fl-oqsma effettwati mix-xejriet globali (eż. kwistjonijiet ambjentali);

- jimmira li jnaqqas l-ispiża ta’ l-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda jew servizzi ġewwa s-suq, billi jiffaċilita l-aċċess tas-suq u l-miżuri biex titħaffef l-aggregazzjoni tad-domanda. Il-kompetizzjoni fost id-disinji ta’ innovazzjoni differenti għandha tkun żgurata, biex b'hekk tħeġġeġ l-adattazzjoni kontinwa għall-ħtiġijiet emerġenti tas-swieq.

Fl-aħħar, is-sehem attiv ta’ l-Istati Membri (SM) u s-settur privat[7], f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif ukoll il-qafas legali eżistenti ta' l-UE, notevolment għall-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat[8], u x-xiri pubbliku huwa essenzjali.

Billi l-inizjattiva m'hijiex bi ħsiebha toħloq swieq artifiċjalment permezz ta’ standards jew ta’ regolamenti jew permezz ta’ finanzjament immirat lejn it-teknoloġiji individwali, ma teħtieġ l-ebda baġit addizzjonali Komunitarju. L-inizjattiva iżda jista’ jkollha impatt fuq l-istabbiliment ta' prijorità għall-użu ta' għotjiet eżistenti.

2.2. Metodoloġija għall-identifikazzjoni tas-swieq

Imsejsa fuq dawn il-prinċipji, il-Kummissjoni impenjat ruħha għal konsultazzjonijiet intensivi tal-partijiet interessati, u b’hekk identifikat is-sensiela ta’ kriterji li ġejja għas-SE

- Strateġija mmexxija mid-domanda aktar milli mit-teknoloġija: Il-medda ta’ klijenti potenzjali u l-ħtiġijiet indirizzati mis-suq jindikaw li hemm potenzjal tas-suq qawwi kemm fl-Ewropa kif ukoll fuq livell globali f'perjodu ta' żmien pjuttost qasir.

- It-taqsima wiesgħa tas-suq: It-taqsima tas-suq hija x’aktarx wiesgħa meta mqabbla ma' l-iffukar fuq prodott wieħed waħdu. Impatt sinifikanti fuq is-swieq jista’ jinkiseb biss jekk sensiela ta’ prodotti u servizzi interkonnessi jiġu offruti simultanjament. Dan iwassal għal aktar valur miżjud fil-katina tal-prodott/tas-servizz u jikseb vantaġġ kompetittiv aktar sostenibbli matul is-snin lejn bażi industrijali aktar wiesgħa fl-Ewropa.

- Interess soċjetali u ekonomiku strateġiku: It-taqsima tas-suq tipprovdi qligħ ekonomiku u soċjetali strateġiku aktar wiesgħa, bħas-saħħa pubblika, il-ħarsien ambjentali u tal-klima, is-sigurtà u l-impjieg. L-ispiża tal’ l-isforzi tal-koordinazzjoni pubblika f’ISE speċifika hija ġġustifikata jekk tiġi kkumpensata bi qligħ bħal dan.

- Il-valur miżjud ta' strumenti ta' politika prospettivi, miftiehma u mmirati iżda flessibbli: Fis-swieq identifikati, m’hemm l-ebda miżura ta’ politika li tista’ tneħħi l-ostakoli li joħonqu l-emerġenza tad-domanda qawwija[9]. L-ostakoli identifikati huma tali li kombinazzjoni ta' miżuri pubbliċi u ta’ inċentivi differenti biss tista’ tagħmel differenza. Waqt li l-mira tal-miżuri tal-linji politiċi hija ddefenita biċ-ċar, il-mod ta’ implimentazzjoni jrid iħalli skop għa reazzjoni bi flessibilità għall-iżviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali.

- L-ebda “għażla tar-rebbieħa”: Teknoloġiji ġodda jew ideat għal użu ġdid ta’ teknoloġiji eżistenti industrijali b’potenzjal u maturi biżżejjed huma disponibbli fl-Ewropa, li fuqhom il-prodott jew is-sensiela ta' servizzi għas-suq emerġenti jistgħu jibnu. Il-karatteristiċi tas-swieq jevitaw ir-riskju de facto li jiffavorixxi kumpaniji speċifiċi, biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta u miftuħa u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ l-għażla teknoloġika li tista' tantiċipa l-iżvilupp tal-kompetizzjoni u ta' għażliet eventwalment aktar vantaġġużi mil-lat ekonomiku.

Dawn il-prinċipji ġew ikkumplemenatati permezz ta’ evalwazzjoni tal-fattibilità tat-tnedija ta’ l-ISE f’dawn is-swieq f’dak li għandu x’jaqsam mad-disponibilità ta’ tagħrif u l-ħidma li għaddejja fil-Kummissjoni.

2.3. Liema swieq għall-ISE

L-identifikazzjoni tal-kriterji deskritti hawn fuq ibbenefikat, b'mod partikolari, mill-kopertura industrijali u tematika wiesgħa ħafna ta’ aktar minn 30 Pjattaforma Teknoloġika Ewropea (PTE)[10][11] immexxija mill-industrija u ta’ 8 Panels INNOVA[12].

Il-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati f’diskussjoni inizjali ta’ pre-identifikazzjoni kienu tabilħaqq wiesgħa ħafna u kienu jkopru kemm il-metodoloġija kif ukoll l-għażla ta' l-oqsma. Imsejsa fuq dawn, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-4-12-20064, il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u l-Panels INNOVA ta’ l-Ewropa kienu speċifikament mistiedna f’diskussjoni oħra ta’ segwitu biex jevalwaw bosta swieq[13], permezz ta’ workshops, gruppi esperti u kwestjonarji skond il-kriterji miftiehma.

Saru diversi konsultazzjonijiet ma’ setturi industrijali varji biex japprofondixxu l-analiżi ta’ l-oqsma l-aktar promettenti.

Fuq din il-bażi, ġew identifkati sitt swieq għall-istadju inizjali ta’ l-inizjattiva – is-Saħħa onlajn (eHealth), it-tessuti ta’ ħarsien, il-kostruzzjoni sostenibbli, ir-reċiklaġġ, il-bijoprodotti, u l-enerġiji rinnovabbli. Dawn huma innovattivi ħafna, jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-klijenti, għandhom bażi teknoloġika u industrijali soda fl-Ewropa u jiddependu aktar minn swieq oħra fuq il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli ta’ qafas permezz ta’ azzjonijiet ta' politika pubblika.

- l-eHealth tista’ tgħin biex twassal kura aħjar b’inqas spejjeż fi ħdan sistemi li jwasslu s-saħħa ċċentrati fuq iċ-ċittadin. Mingħajr riformi sinifikattivi, inklużi l-aħjar użu ta’ l-eHealth, in-nefqa għas-saħħa hija mistennija tiżdied minn 9 % kif tinsab attwalment għal madwar 16 % sa l-2020 minħabba f’Ewropa b'popolazzjoni li qed ‘tixjieħ’. Saru investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eHealth. Madankollu, l-investimenti ta’ l-ICT f’dan il-qasam baqgħu lura, wara dawk ta’ setturi oħra ta’ servizzi. L-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u organizzazzjonali hija ta' spiss imxekkla minn frammentazzjoni qawwija tas-suq, eż minħabba fis-sistemi differenti tas-sigurtà soċjali u nuqqas ta’ interoperabilità. Din ma tippermettix l-ekonomiji ta’ skala. Dan imur għall-agħar minħabba nuqqas ta’ ċertezza legali f’dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas lura, u nuqqas ta' għarfien dwar l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet legali għall-ħarsien ta' data personali. Dan ifixkel kemm l-adozzjoni tal-prodotti kif ukoll l-investizzjonijiet kummerċjali.

- Is-suq tal- kostruzzjoni huwa responsabbli għal 10 % tal-PGD u għal 7 % tal-forza tax-xogħol. Il-bini jirrappreżenta l-akbar parti mill-konsum totali ta’ enerġija finali ta’ l-UE (42 %) u jipproduċi madwar 35 % ta’ l-emmissjonijiet b’effett serra. Is-suq tal-bini tant mifrux ta’ kostruzzjoni sostenibbli jinvolvi tħassib għall-ambjent (eż. applikazzjonijiet elettriċi u stallazzjonijiet effiċjenti għat-tisħin), aspetti ta’ saħħa għall-utenti (eż. il-kwalità ta' l-ajra ta' ġewwa) u kwistjonijiet ta' konvenjenza (eż. relatati ma' l-indipendenza ta' persuna anzjani). Huwa jiġbor soluzzjonijiet sostenibbli ta' żvilupp għal bini residenzjali u mhux residenzjali kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ assi ta' infrastruttura. Il-koordinazzjoni mhux suffiċjenti tar-regolamentazzjoni, mhux biss f'livell ta' l-UE iżda aktar speċifiku f'livell nazzjonali fil-qasam tal-kostruzzjoni, flimkien ma' l-istruttura lokali predominanti tal-kummerċ, qed iwasslu għal piż amministrattiv konsiderevoli u għal frammentazzjoni għolja tas-suq ta' kostruzzjoni sostenibbli. Hemm nuqqas ta’ għarfien dwar il-possibilitjiet fi ħdan il-qafas legali eżistenti għax-xiri pubbliku (XP) li għandu mnejn jiffaċilita d-domanda għas-soluzzjonijiet orjentati lejn l-innovazzjoni. Teħtieġ ukoll strateġija antiċipattiva għal regolamentazzjoni kif ukoll għal deċiżjonijiet ta’ XP.

- It-tessuti ta' ħarsien[14] jinkludu ħwejjeġ u sistemi magħmula mit-tessuti li l-funzjoni ewlenija tagħhom hija li jipproteġu l-utenti minn riskji u perikoli fil-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom. Id-daqs attwali tas-suq tat-TPP14 fl-UE huwa stmat madwar id-€ 9.5-10 biljun, b'madwar 200 000 impjieg relatat direttament jew indirettament ma’ prodotti u servizzi tat-TPP. It-tkabbir rapidu mbassar f'ċerti partijiet tad-dinja jissuġġerixxi li l-esportazzjonijiet ta' l-UE tat-TPP jista' jikber b'madwar 50 % fis-snin li ġejjin. L-iżvilupp u l-użu aktar rapidu ta’ l-istandards Ewropej fis-suq globali, flimkien ma’ miżuri xierqa għall-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, eż permezz ta’ servizzi ta’ sostenn għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju, għandhom joħolqu domanda addizzjonali għal TPP. Ix-xiri pubbliku għandu rwol importanti x’jaqdi fir-rigward ta’ tessuti ta’ ħarsien, iżda teżisti l-frammentazzjoni tad-domanda fil-livell ta' l-awtoritajiet lokali.

- Il- bijoprodotti huma magħmulin minn materja prima bijoloġika rinnovabbli bħall-pjanti u s-siġar. Il-qasam tas-suq magħżul għall-ISE speċifika jinkludi bijoprodotti ġodda mhux ta' l-ikel kif ukoll materjali bħall-bijoplastik, bijolubrikanti, surfactants, enżimi u farmaċewtiċi. Jeskludi l-prodotti tradizzjonali tal-karta u ta' l-injam, iżda wkoll il-bijomassa bħala sors ta' enerġija. Il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul għall-bijoprodotti se jiddependi mill-kapaċità tagħhom li jissostitwixxu prodotti msejsa fuq il-fossili u li jissodisfaw bosta ħtiġijiet b’użu aħħari bi spiża kompetittiva, biex joħolqu ċikli ta' prodoti li huma newtrali f'dak li għandu x'jaqsam ma' gass b’effett serra (GES) u biex iħallu marka ekoloġika iżgħar, eż il-ġenerazzjoni ta’ inqas skart, l-użu ta’ inqas enerġija u ilma. L-Ewropa tikklassifika tajjeb fis-swieq tal-bijoprodotti innovattivi, bis-saħħa tal-pożizzjoni ewlenija li qed tibni fl-oqsma teknoloġiċi u industrijali. Madankollu, ċerta inċertezza dwar il-proprjetajiet tal-prodotti u t-trasparenza dgħajfa tas-suq qed ikunu ta’ xkiel għall-adozzjoni rapida tal-prodotti. Ir-regolamenti ta’ l-ambjent, l-istandardazzjoni, it-tikkettar, u l-inkoraġġiment lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pjanti ta’ demostrazzjoni għandhom rwol x’jaqdu, kif għandha wkoll il-Politika Agrikola Komuni.

- Ir-reċiklaġġ inaqqas mir-rimi ta' l-iskart, mill-konsum tar-riżorsi naturali u jtejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Għalhekk dan għandu rwol essenzjali fil-mixja lejn il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli - mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-enerġija iżda wkoll fir-riżorsi kollha li nipproduċu. Is-settur tar-reċiklaġġ għandu dħul ta’ € 24 biljun u jimpjega madwar 500 000 persuna. Huwa magħmul minn aktar minn 60, 000 kumpanija. L-UE għandha madwar 30 % tas-sehem dinji ta’ eko-industriji u 50 % mill-industriji ta’ l-iskart u tar-reċiklaġġ. Minkejja l-potenzjal sinifikanti tas-suq, l-ostakoli fl-iżvilupp tas-suq għadhom jeżistu. Hemm potenzjal sinifikanti wkoll fit-titjib ta' l-effiċjenza u l-kapaċità, permezz ta' l-inkoraġġiment ta' l-innovazzjoni u l-introduzzjoni ta' proċessi u teknoloġiji aktar effettivi . Dan għandu jiffranka l-ispejjeż, l-enerġija u r-riżorsi naturali u jgħin lill-Ewropa biex tkun inqas dipendenti fuq il-prezzijiet tal-materja prima.

- L-enerġija li tiġġedded (ET) tirreferi għall-enerġija li tista’ tiġi minn sorsi ta’ enerġija reġenerattiva bħar-riħ, solari, bijomassa, skart jew għalf bijodegradabbli, ġeotermali, mewġ, tifrigħ tal-baħar, qawwa mill-ilma. Bħalissa, is-settur Ewropew ta’ l-ET għandu dħul ta' € 20 biljun fis-sena u jipprovdi impjiegi għal madwar 300 000[15] ruħ filwaqt li jilħaq ma’ madwar 8.5 % tal-ħtiġijiet ta' enerġija fl-Ewropa15. Il-Kunsill Ewropew f’Marzu 2007 stabbilixxa mira li torbot li sa l-2020 ikun hemm sehem ta' 20 % tal-konsum ta' l-enerġija ta’ l-UE għall-ET. Din il-mira toffri lill-produtturi opportunità kbira għall-iżvilupp filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni. L-iżvilupp ta’ riżorsi li jiġġeddu huwa mfixkel minħabba fi tliet fatturi. L-ewwelnett, l-ispejjeż esterni ta’ l-użu ta’ l-enerġija[16] mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet ta’ l-enerġija. Għalhekk, id-domanda għall-ET, li ġeneralment għandha spejjeż esterni baxxi, mhijiex daqstant għolja. It-tieni, l-effetti importanti tal-kurva tat-tagħlim li għandhom ibaxxu l-prezzijiet f’diversi teknoloġiji huma sfruttati iktar bil-mod minħabba fil-livelli baxxi attwali tad-domanda. Fl-aħħar, il-frammentazzjoni tas-sistemi ta’ appoġġ ta' l-ET u l-eżistenza ta' l-ostakoli

L-Anness 2 jagħti analiżi aktar dettaljata ta’ dawn is-sitt swieq u ta’ l-impatt ta’ l-ISE. Stimi tentattivi msejsa fuq assunzjonijiet prudenti ħafna juru li appoġġjat mill-istrateġija ffukata ta' l-ISE, il-volum ta-suq ikkumbinat tas-sitt swieq jista' jiżdied b’aktar mid-doppju sa l-2020 u jistgħu jinħolqu madwar miljun impjieg ġdid.

L-identifikazzjoni tas-swieq għall-ewwel rawnd ta’ diskussjoni ma tiskwalifikax oqsma oħra tas-suq bħala kandidati futuri potenzjali, u lanqas ma tirrappreżenta xi stqarrija politika rigward l-importanza tagħhom komparattiva li tappartjeni lis-soċjetà jew dik ekonomika.

Xi wħud mill-indikazzjonijiet konvinċenti diġà qed jiġbdu l-attenzjoni lejn oqsma li jistgħu jitqiesu għall-strateġija simili fil-ġejjieni. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati[17] u l-għodda ta’ intelliġenza tas-suq għandhom jappoġġjaw il-proċess kontinwu ta’ identifikazzjoni billi jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ previżjoni, filwaqt li jibnu fuq għodda eżistenti dijanjostiċi u analitiċi, bħall-ERA-Watch u l-Gwardja ta’ l-Innovazzjoni fis-Settur[18]. Din l-istrateġija tas-SE tista’ tinġabar f’inizjattivi aktar wiesgħa li qed jitniedu bħalissa[19] u li għandhom itejbu l-benefiċċji għall-Ewropej mill-iżvilupp ta’ swieq intensivi bl-innovazzjoni.

3. L-ISTRUMENTI EWLENIN TA’ POLITIKA

Il-pjanijiet ta’ azzjoni tematiċi speċifiċi biex iħaffu l-emerġenza tas-SE f’dawn l-oqsma huma miġbura fil-qosor fl-Anness 1. L-ISE għandha tħaddem sensiela diversifikata ta’ strumenti ta’ politika.

- Leġiżlazzjoni

Il-leġiżlazzjoni, żviluppata biex taqdi l-għanijiet ta’ politika, teħtieġ ukoll li tkun imfassla biex trawwem l-innovazzjoni u tevita li titfa' piżijiet fuq negozji innovattivi u organizzazzjonijiet oħrajn. Teżisti opportunità biex ittejjeb il-koordinazzjoni tar-regolamenti tul oqsma ta' politika differenti li jeffettwaw is-swieq għal prodotti u servizzi innovattivi. Ambjenti leġiżlattivi u ġurisdizzjonali affidabbli, bla regoli żejda, u mfassla tajjeb huma essenzjali għan-negozju biex jinvestu u għall-konsumaturi biex jilqgħu prodotti u servizzi ġodda.

Il-miżuri regolatorji fil-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ l-ISE jinkludu proposti għal leġiżlazzjoni ġdida kif ukoll modifiki, reviżjonijiet jew projbizzjonijiet. Per eżempju, l-użu ta’ bijoprodotti u d-difużjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-produzzjoni ta' bijoprodoti tista' tkun appoġġjata permezz tas-simplifikazzjoni ta' azzjonijiet leġiżlattivi eżistenti fl-IPPC[20] ( Integrated Pollution Prevention Control – Il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġiż). Attivitajiet simili huma proposti għal pjan ta’ azzjoni ta’ l-ISE ta’ Reċiklaġġ, li jiffoka fuq l-għoti ta' miżuri ta' sostenn f'sinerġija ma' regolamenti speċifiċi ta' l-UE, b’mod partikolari d-direttivi WEEE[21] ( Electrical and Electronic Waste – Skart Elettriku u Elettroniku) u ELV[22] ( End-of-life vehicles – Skart ta' vetturi li spiċċaw jaħdmu).

- Ix-Xiri Pubbliku (XP)

In-nefqa tax-XP tirrappreżenta 16 % tal-PGD ta’ l-UE, iżda tilħaq l-40 % tan-nefqa fuq il-kostruzzjoni u kwazi l-100 % fuq id-difiża, is-sigurtà ċivili u l-operazzjonijiet ta' emerġenza. Il-mobilizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi biex jaġixxu bħala ‘klijenti ta’ tnedija’ permezz tal-promozzjoni ta’ l-użu ta’ prattika ta’ XP li hija ta’ appoġġ għall-innovazzjoni hija għalhekk punt frekwenti fil-pjanijiet ta’ azzjoni.

L-applikazzjoni tal-qafas legali eżistenti ta' l-UE[23] għax-XP tappoġġja l-ISE billi tindirizza l-frammentazzjoni tas-suq u tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet kompetittivi. Gwida li ġiet pubblikata dan l-aħħar mill-Kummissjoni[24] tiddeskrivi kif l-innovazzjoni tista' titrawwem permezz ta' l-użu tax-XP. Dawn is-soluzzjonijiet ikunu jeħtieġu bidliet fil-proċessi amministrattivi tipikament użati fl-uffiċċji nazzjonali, reġjonali u lokali tax-XP għat-tħejjija ta’ sejħiet għall-offerti (eż. f’dak li għandu x'jaqsam ma' prassi ġdida għall-kisba ta' tagħrif dwar soluzzjonijiet tekniċi eżistenti u possibilment ġodda u dwar servizzi u prodotti ġodda, jew għal aktar tagħlim dwar l-għażla li jiġu identifikati u ppremjati l-kwotazzjonijiet ta' "l-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament [OAVE] fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta' l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja). L-istess japplika għal modi biex titħaffef il-kisba ta’ massa kritika li tgħin l-iżvilupp ta’ SE. Ir-rekwiżiti ta’ l-interoperabilità u s-sostituzzjoni ta’ xiri individwali fuq skala żgħira permezz ta’ ordnijiet fi gruppi jistgħu jkunu siewja. Żieda fl-isforzi ta’ taħriġ u t-tkabbir ta’ l-għarfien immirati lejn l-uffiċjali tax-XP, kif ukoll in-netwerking fost l-uffiċċji tax-XP, huma miżuri interdixxiplinarji li jistgħu jipproduċu benefiċċji għas-SE kollha.

- Standardizzazzjoni, ittikkettjar u ċertifikar

L-istandards jistgħu iħaffu l-iżvilupp tas-SE, sakemm dawn ma jeskludux it-teknoloġiji ta’ kompetizzjoni, ma jillimitawx il-kompetizzjoni bla mistħoqq jew ma jfixklux id-domanda emerġenti. Aktar rendiment konsistenti tekniku, u standards ta’ prodotti ma ġenb il-katina kollha ta’ produzzjoni, minn materja prima sal-prodotti finali, jistgħu jagħmlu l-istandardizzazzjoni waħda li aktar tiffavorixxi l-innovazzjoni. L-istandards għandhom preferibbilment ikunu msejsa fuq ir-rendiment, iżda wkoll teknoloġikament newtrali.

Fis-sitt swieq, il-proċess ta’ standardizzazzjoni attwali huwa fframmentat. Dan jirriżulta fi standards kompetituri li ma jippermettux soluzzjonijiet interoperabbli. In-nuqqas ta’ interoperabilità jirrendi l-inkorporazzjoni ta’ l-għarfien u ta’ komponenti varji fi prodotti u servizzi ġodda u komplessi bħala waħda kumplikata. Standards kompetituri li mhumiex interoperabbli jfixklu s-soluzzjonijiet innovattivi matul il-katina ta’ valur. Fil-kuntest ta’ l-ISE, l-għażliet bejn standards bħal dawn għandhom għalhekk isiru b’mod inklussiv u preferibbilment f’livell ta’ l-UE, filwaqt li jevitaw li jeskludu t-teknoloġiji kompetituri[25]. Pjattaformi ta’ standardizzazzjoni Pan-Ewropej, bħan-netwerks ta’ standardizzazzjoni Europe INNOVA, jistgħu jgħinu biex jidentifikaw standards aktar xierqa għal problema speċifika msejsa fuq qbil industrijali wiesa’. Il-komunikazzjoni dwar l-istandards għandha tittejjeb biex tagħti spinta lid-domanda tax-xerrejja u ta’ l-utenti infurmati u biex ikun żgurat li l-istandards qed jitqiesu fil-proġetti ta’ riċerka.

Jistgħu jiġu żviluppati strateġiji ġodda ta' ċertifikar minnhom infushom, billi jibnu fuq l-esperjenzi fl-industrija. Tikketti bħal ‘magħmul mill-ġdid fl-Ewropa’ (reċiklagg), l-‘Eko-tikketta ta' l-UE’26 u possibilment ‘tikketta ta' bijoprodott ta' l-UE’ ġdida x’aktarx li jattiraw konsumaturi ġodda. Rekwiżiti xierqa ta’ ittikkettjar jistgħu jgħinu fit-tnaqqis ta' riskji għal konsumaturi pijunieri. It-tagħrif dwar ir-rendiment lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi jista' jagħti spinta lid-deċiżjonijiet ta' xiri ta' klijenti potenzjali. Eż., id-Direttiva dwar l-Eko-disinn ta’ Prodotti li jużaw l-Enerġija (2005/32/KE) tipprovdi l-istrumenti għall-iżvilupp ta’ trasformazzjoni effettiva u dinamika tas-suq. It-tagħrif jista’ jmexxi lis-suq permezz ta' rekwiżiti minimi billi jiġu pprojbiti l-prodotti li jmorru l-agħar, filwaqt li l-livelli - li għandhom ikunu identifikati fil-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva li tindirizza prodotti partikolari (l-Anness I.3.2) - jistgħu jipprovdu t-tbassir u d-dinamiżmu għall-industrija. Flimkien ma' dan, tikketti obbligatorji ta’ rendiment li jintwerew waqt il-bejgħ jippermettu l-konsumaturi jagħmlu għażliet imsejsa fuq l-informazzjoni. It-tikketti bl-istilla ta' l-enerġija u dawk ekoloġiċi għandhom jippremjaw biss il-prodotti li jmorru l-aħjar mill-perspettiva ta’ l-ambjent.

Standards dinamiċi u skemi (tat-tip Top-runner)5 jistgħu jiġu żviluppati[26]. Il-komunikazzjoni mistennija dwar l-Istandardizzazzjoni u l-Innovazzjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt ta' l-istandardizzazzjoni fuq is-SE, kif ukoll lill-pjan ta' ħidma taħt id-Direttiva ta' l-Eko-disinn[27].

- Strumenti Komplimentarji

Attivitajiet oħra jistgħu jaċċelleraw u jtejbu l-fluss interattiv tat-tagħrif bejn il-fornituri u l-utenti, u b’hekk jikkontribwixxu għat-titjib fit-trasparenza tas-suq. Dan għandu jwassal ukoll għal vantaġġ kompetittiv għall-intrapriżi billi joħloq kundizzjonijiet aħjar li jirrispondu għall-isfidi multi-dixxiplinarji fis-swieq identifikati. Dan jista’ jeħtieġ pjattaformi[28] kif ukoll appoġġ finanzjarju xieraq, notevolment fiż-żewġ każijiet ta’ hawn taħt:

( Servizzi ta’ appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-komunikazzjoni

F'xi wħud mis-setturi tas-suq, l-intrapriżi żgħar innovattivi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ bħall-attivitajiet li jħaffu t-trasferiment tat-tagħrif, l-inkubazzjoni u l-aċċess għall-finanzi permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni jew taħriġ. Flimkien mal-forniment ta' servizzi tematikament immirati bħal dawn permezz ta' l-appoġġ tal-Fondi Strutturali jew in-netwerk il-ġdida integrata ta' appoġġ għall-intrapriżi u l-innovazzjoni tas-CIP, użu aktar koordinat ta’ proġetti ta’ netwerking u pjattaformi[29] għat-tagħlim u l-qsim ta' għarfien reċiproku jista’ jappoġġja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-kooperazzjoni fi u bejn il-gruppi reġjonali msejsa fuq l-għarfien madwar l-Ewropa jistgħu jħaffu l-fluss ta’ ideat u ta’ l-għarfien. Il-potenzjal tal-Politika ta’ Koeżjoni li tikkontribwixxi għall-investimenti diretti kif ukoll għan-netwerking għandu jiġi sfruttat mill-Istati Membri u mir-reġjuni f’bosta żoni ta’ SE[30]. Dan jista’ jikkontribwixxi biex iżomm il-momentum politiku u l-impenn tal-partijiet interessati u biex iwessa' l-firxa tal-partijiet interessati involuti fis-SE[31].

( Appoġġ u inċnentivi finanzjarjii

L-emerġenza ta’ opportunitajiet ta’ negozji ġodda sinifikattivi ħafna fl-oqsma koperti mill-ISE għandha x’aktarx trawwem l-investiment privat. Hawnhekk, l-azzjoni pubblika tista' tkun sturmentali biex tħaffef l-aċċess għall-finanzjament.

Il-pjanijiet t’azzjoni jistgħu jmexxu l-proposti fi ħdan il-programmi nazzjonali u ta’ l-UE[32]. F’livell ta’ l-UE[33] jew ta’ l-Istat Membru, il-fondi pubbliċi għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni jistgħu jintużaw biex jgħinu fit-titjib tal-fattibilità ta’ ċerti ċikli ta’ prodotti.

Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI) jamministraw l-ammonti sostanzjali ta’ l-appoġġ finanzjarji ta' l-UE bħall-faċilità tal-qsim ta' riskju u l-Faċilità CIP ta’ Tkabbir Għoli u Innovattiv għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju. Il-fondi tal-BEI, flimkien mal-fondi privati u possibilment il-fondi strutturali jistgħu jagħtu appoġġ lid-'demonstrazzjoni' u l-mixja 'l fuq fil-produzzjoni ta' prodotti u servizzi innovattivi. Flimkien ma’ dan, JEREMIE, inizjattiva konġunta stabbilita mill-Kummissjoni ma' l-FEI u l-BEI tista' tipprovdi l-aċċess għall-finanzjament għall-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju, bħal mikro-kreditu, il-kapital spekulattiv, is-self u l-garanziji. Jistgħu jitqiesu mudelli ġodda ta’ msieħba pubbliċi-privati, li fihom l-investituri u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw. Dan jista' jinkoraġġixxi lill-investituri privati biex jappoġġjaw proġetti ġodda relatati ma’ l-ISE.

L-orjentazzjoni mill-ġdid ta’ skemi ta’ għajnuna Nazzjonali jew Reġjonali ta’ l-Istat tista’ tintuża mill-Istati Membri biex jisfruttaw il-possibilitajiet il-ġodda għall-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni taħt il-qafas il-ġdid Komunitarju ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat[34] f’dan il-qasam. L-orjentazzjoni mill-ġdid ta’ l-appoġġ tal-fond strutturali għar-reġjuni hija ta’ importanza partikolari. L-Istati Membri kollha "warrbu" parti mill-proporzjon tar-riżorsi tagħhom tal-politika ta’ koeżjoni għall-aġenda mġedda tat-tkabbir u l-impjiegi. Il-bidla ewlenija fl-investimenti ta’ politika ta’ koeżjoni tikkonċerna r-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni. Madwar € 83 biljun jew 25 % tal-baġit ġenerali ta' koeżjoni se jiġi allokat għal dan it-tip ta' investiment. Huwa ċar li l-identifikazzjoni tas-SE tikkostitwixxi għodda ta’ orjentazzjoni utli għall-investiment privat u pubbliku marbut ma’ l-użu ta’ dawn il-fondi.

4. IL-GOVERNANZA U L-PASSI LI JMISS

Il-ħtieġa għal koordinazzjoni stretta fost l-għadd konsiderevoli ta' diversi azzjonijiet f'perjodu ta' żmien qasir jirrendi l-pjanijiet ta' azzjoni[35] partikolarment ambizzjużi. Is-suċċess għandu jiddependi mill-impenn ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej u ta’ l-Istati Membri li jikkooperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni f’perjodi stretti ta’ żmien biex b’hekk jitħeġġeġ l-interess kontinwu tal-partijiet interessati privati biex jinvestu f’dawn is-swieq promettenti.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istrutturi ta' koordinazzjoni meħtieġa biex tiżgura l-effiċjenza ta' l-inizjattiva.

Il-Kunsill3, li sejjaħ għall-ISE, se jkollu rwol ewlieni x'jaqdi f'li jmexxi 'l quddiem il-proċess li tnieda ma' din il-Komunikazzjoni. Huwa joffri forum li jistabbilixxi l-pjan għall-kontribut ta’ l-ISE għall-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Impjiegi u li jissorvelja l-progress. Tabilħaqq, billi din l-inizjattiva tikkostitwixxi kontribut ewlieni biex tikseb l-għanijiet ta’ bosta linji ta’ gwida integrati (IG) tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi[36], l-azzjonijiet ta’ l-Istatit Membri biex jimplimentaw l-ISE jistgħu jiġu rrappurtati b’mod utli f’dan il-kuntest[37].

Għandhom jiġu organizzati aġġornamenti għal u konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati ewlenin. Għandhom jiġu pprovduti wkoll tagħrif u komunikazzjoni immirati lejn min ifassal id-deċiżjonijiet kemm nazzjonali kif ukoll sotto-nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-inizjattivi ta' l-Istati Membri.

Għal aktar promozzjoni ta’ l-ISE u biex jiġu involuti b’mod attiv il-partijiet interessati f’dan il-proċess, se tiġi stabbilita mill-Kummissjoni pjattaforma elettronika tal-partijiet interessati ta’ l-ISE, b’paġni tematiċi għal kull pjan ta' azzjoni.

Il-Kummissjoni se tqis it-tlestija ta’ l-Istrateġija attwali tas-SE permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għal swieq oħra, jekk il-grad ta' involviment ta' l-Istati Membri u tal-partijiet interessati fl-ISE juri l-fattibilità ta’ estensjoni ta’ l-istrateġija, u jekk, fuq il-bażi tal-mekkaniżmu permanenti ta' sorveljanza li għandu jiġi stabbilit, l-oqsma ġodda tas-swieq li qed jirrispondu għall-kriterji identifikati jidhrux li huma maturi għal inizjattiva simili.

Se jitressaq rapport ta’ progress ta’ nofs it-term fl-2009 dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u dwar l-impenn tal-partijiet interessati pubbliċi u dawk privati.

Rapport finali mħejji minn esperti indipendenti dwar l-ewwel rawnd ta’ l-ISE jitressaq fl-2011, u jkun jinkludi valutazzjoni ex-post , l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-azzjonijiet ta’ politika u – sa fejn possibbli – l-impatt attwali fuq l-oqsma tas-suq.

5. KONKLUżJONI

Dejjem jekk tiġi implimentata fil-ħin b’appoġġ politiku xieraq, l-ISE tista’ tipprovdi l-intrapriżi Ewropej b’opportunitajiet ġusti u aħjar biex jidħlu fis-swieq dinjija ġodda li jfasslu d-deċiżjonijiet u li qed jikbru b’rata mgħaġġla, b’vantaġġ kompetittiv bħala produtturi mexxejja, fejn b’dan jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli fl-impjiegi u fil-ġid. Dan jista’ jipprovdi liċ-ċittadini Ewropej bl-opportunità li jibbenefikaw aktar malajr mill-innovazzjonijiet f'oqsma emerġenti tas-suq b'benefiċċju partikolarment għoli ekonomikament u soċjetali.

Biex timplimenta l-inizjattiva,

- Il-Kummissjoni se tifformula l-proposti leġiżlattivi meħtieġa kif indikat fil-pjanijiet ta’ azzjoni u se tniedi sejħiet għal proposti biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ta’ appoġġ.

- L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw l-azzjonijiet li huma l-aħjar għalihom li jmexxu kif indikat fl-Anness I u jħeġġu l-atturi nazzjonali u reġjonali biex jieħdu sehem fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni li għandhom itejbu l-impatt ta’ l-inizjattiva u jiffavorixxu l-konsistenza bejn il-miżuri differenti.

- In-negozji u l-partijiet interessati privati l-oħra huma mħeġġa jieħdu sehem fl-azzjonijiet, u li notevolment isegwu l-azzjonijiet indikati bħala atturi importanti mill-pjanijiet ta' azzjoni, u dan permezz ta' interazzjoni kontinwa ma' l-awtoritajiet rilevanti għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza rispettiva tagħhom.

[1] COM(2006) 502 finali tat-13.09.2006

[2] http://ec.europa.eu/invest-in-research/action/2006_ahogroup_en.htm

[3] Il-konklużjonijiet tar-4 ta’ Diċembru 2006 dwar il-politika ta’ innovazzjoni u l-kompetittività.

[4] Ara l-Anness I, SEC XXX. Dokumenti tematiċi ta’ tħejjija se jkunu disponibbli fuq l-Europa websajt tal-Kummissjoni.

[5] SEC XXX.

[6] COM(97) 157 tas-16.04.1997.

[7] eż. permezz ta' l-ETPs.

[8] Jekk l-Istati Membri jipprevedu miżuri ġodda ta’ għajnuna ta’ l-Istat, dawk għandhom jimmiraw lejn falliment tas-suq definit b’mod ċar, għandu jkollhom effett ta’ inċentiv, ikunu proporzjonati u jkollhom effett negattiv limitat fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. L-għajnuna ma għandhiex tkopri l-ispejjeż li jlaħħqu mar-rekwiżiti obbligatorji fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE.

[9] F'każ bħal dan ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li tiġi applikata l-ISE lil dak is-suq.

[10] Ara l-lista fuq http://cordis.europa.eu/technology-platforms/individual_en.html

[11] PTE – Seminar tal-Mexxejja Industrijali: fuq 6 XII (http://cordis.europa.eu/technology-platforms/seminar7_en.html)

[12] L-ajruspazju, l-industrija tal-vetturi, il-bijoteknoloġija, l-ICT, it-tessuti, l-enerġija, l-eko-innovazzjoni, u “gazelles” (Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju bi Tkabbir Għoli) http://www.europe-innova.org/index.jsp

[13] Hekk kif suġġeriti mill-Kummissjoni f’COM(2006) 502 u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet ta’ l-4/12/2006.

[14] Tessuti tekniċi għal ħwejjeġ u tagħmir intelliġenti personali protettiv (TPP).

[15] Il-Kunsill Ewropew għall-Enerġija li Tiġġedded.

[16] Eż. l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra (GES), it-tniġġiż ta’ l-arja, is-sigurtà tal-provvista.

[17] Bħall-ETPs u l-panels INNOVA Europa.

[18] https://www.europe-innova.org.

[19] Eż. il-Pjan ta’ Azzjoni għal “L-anzjanità Għanja fis-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni” (COM(2007) 332 finali).

[20] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-IPPC, ĠU L 257, p. 26-40.

[21] Id-Direttiva 2002/96/KE dwar WEEE, ĠU L 37, p. 24.

[22] Id-Direttiva 2000/53/KE dwar ELV, ĠU L 269, p. 34.

[23] Id-Direttiva 2004/17/KE u 2004/18/KE.

[24] http://www.proinno-europe.eu/doc/procurement_manuscript.pdf

[25] Il-proċedura għall-għażla ta’ standards għandha tiddependi fuq in-natura ta’ l-istandard, formali jew informali, u għandha tkun flessibbli biżżejjed biex maż-żmien tadatta u tbiddel il-kundizzjonijiet tas-suq.

[26] Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli li jmiss, ir-reviżjoni tal-qafas fl-2010 tal-Prodotti li jużaw l-Enerġija, u r-reviżjonijiet tat-tikketti ekoloġiċi għandhom jagħtu ċans li jpoġġu dawn l-istrateġiji dinamiċi fil-prattika. Cf. http://ec.europa.eu/enterprise/environment/sip_en.htm

[27] l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/32/KE

[28] Notevolment pjattaformi elettroniċi ta’ skambji ta' tagħrif li jassoċjaw lill-imsieħba pubbliċi u privati, f'livell trans-settorjali u b'dimensjoni Ewropea.

[29] Eż. li jsegwu l-format ta' l-Azzjonijiet-PRO INNO jew li jibnu fuq in-netwerks settorjali ta’ Europe INNOVA.

[30] L-inizjattiva tal-Kummissjoni "Reġjuni għal Bidla Ekonomika" hija wkoll ta’ rilevanza għal dawn is-SE.

[31] Eż. is-settur ta’ l-assigurazzjoni jista’ jkun involut fil-ħarsien tal-klima jew fl-azzjonijiet relatati mas-sigurtà.

[32] Għall-FP7, dan ma' għandux ibiddel jew jissostitwixxi l-proċedura normali għar-reviżjoni tal-programm ta’ ħidma.

[33] Notevolment l-FP7 u s-CIP.

[34] ĠU C 323 p. 1 sqq, notevolement possibilitajiet ġodda għall-appoġġ ta’ l-innovazzjoni, http://ec.europa.eu/invest-in-research/policy/state_aid_en.htm.

[35] Il-miżuri individwali li jinsabu f’dawn il-pjanijiet t’azzjoni se jiġu evalwati skond ir-regoli relevanti ta’ l-istima ta’ l-impatt suġġetti għall-proċeduri rilevanti tat-teħid ta’ deċizjonijiet.

[36] L-IG nr 10 diġà timplika "l-iżvilupp ta' teknoloġiji u swieq ġodda" (http://ec.europa.eu/growthandjobs/pdf/integrated_guidelines_en.pdf)

[37] Il-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006 indika li “l-progress li sar fit-twassil ta’ riżultati għandu jkun issorveljat fil-laqgħat futuri tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa fi ħdan il-qafas ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona.”

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet