Rapport mill-Kummissjoni - Direttorat-Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO) - Rapport Annwali 2006 [SEG(2007) 1227] /* KUMM/2007/0555 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel xxx KUMM(2007) yyy finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Direttorat-Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja - (DĠ ECHO) Rapport Annwali 2006 [SEG(2007) 1227] WERREJ 1. Introduzzjoni 3 2. ASPETTI POLITIċI ĠENERALI 4 3. ANALIżI ĠENERALI TAT-TħADDIM UMANITARJU TAD-Dġ ECHO FL-2006 5 3.1. L-Avvenimenti ewlenin u l-allokazzjoni tal-fondi 5 3.2. L-Interventi ewlenin fl-2006, skond ir-reġjun 8 3.3. Analiżi komparattiva 9 3.4 Il-Fondi tematiċi 10 3.5. L-Attivitajiet ta’ Tħejjija għad-Diżastri (inkluż id-DIPECHO) 10 3.6. Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD) 11 3.7. L-Imsieħba ewlenin fit-tħaddim umanitarju 11 4. IR-RELAZZJONIJIET MA’ L-ISTITUZZJONIJIET L-OħRA TA’ L-UE, MA’ L-ISTATI MEMBRI, MA’ L-IMSIEħBA UMANITARJI EWLENIN U MAD-DONATURI MHUX TA’ L-UE 12 5. ATTIVITAJIET OħRA 12 6. KONKLUżJONI 13 Anness: Ħarsa ġenerali dettaljata lejn it-tħaddim umanitarju, skond il-pajjiż, lejn ir-relazzjonijiet ma’ l-imsieħba, lejn ir-riżultati tal-valutazzjonijiet u lejn it-tabelli finanzjarji u l-istatistika [SEG(2007) 1227]. INTRODUZZJONI Id-DĠ ECHO huwa s-servizz tal-Kummissjoni Ewropea li huwa responsabbli sabiex iforni għajnuna umanitarja lill-vittmi ta’ kunflitti jew diżastri, kemm jekk naturali sew jekk magħmula mill-bniedem, f’pajjiżi terzi. Il-mandat tiegħu huwa li jsalva u li jippreserva l-ħajja, li jnaqqas jew li jevita t-tbatija u li jissalvagwardja l-integrità u d-dinjità tal- popolazzjonijiet affettwati bi kriżijiet umanitarji kif deskritt fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1257/96. Id-DĠ ECHO jappoġġja t-tħaddim umanitarju b’mod konformi mal- prinċipji umanitarji miftiehma internazzjonalment b’mod newtrali , imparzjali u non - diskriminatorju , fir-rigward tal-Liġi Umanitarja Internazzjonali ("IHL") u jiddefendi ż-żoni u l-prinċipji umanitarji li qed ikunu dejjem aktar mhedda. Għad-DĠ ECHO, l-aħjar mod ta’ kif għandu jiġi ppreżervat dan l-ispazju umanitarju huwa li jinżamm livell għoli ta’ impenn fil-prinċipji ta’ Donaturi Tajbin Umanitarji (GHD), sabiex dan jibqa’ jforni għajnuna ta’ kwalità għolja u jżomm djalogu trasparenti ma’ l- atturi ewlenin l-oħra . Id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet meħuda mis-servizz jiġu ddeterminati biss bil-valutazzjoni tal-ħtiġiet umanitarji, u la jiġu ggwidati minn u lanqas ma jkunu soġġetti għal xi kunsiderazzjonijiet politiċi ħlief għall-affermazzjoni tas- solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea mal-popli li huma fil-bżonn. L-għajnuna hija maħsuba li tmur direttament għand dawk li jinstabu fil-periklu, minkejja r-razza, ir-reliġjon jew il-konvinzjonijiet politiċi. Id-DĠ ECHO ma jimplimentax huwa stess il-programmi ta’ għajnuna. Huwa donatur u jimplimenta l-missjoni tiegħu billi jiffinanzja azzjonijiet umanitarji tal-Komunità permezz ta’ l- imsieħba li jkunu ffirmaw il-Qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija (FPA), bħalma huma l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali (il-familja tas-Salib l-Aħmar) jew il-Ftehim ta’ Qafas Finanzjarju u Amministrattiv ( Financial and Administrative Framework Agreement - FAFA) għall-Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (prinċipalment il-UNICEF, il-UNHCR u WFP[1]). L-impenn tad-DĠ ECHO huwa li jiżgura li l-oġġetti u s-servizzi jilħqu ż-żoni ta’ kriżi kemm jista’ jkun malajr permezz ta’ dawn l-imsieħba. Il-ħeffa fil-prestazzjoni ta’ l-għajnuna tiġi ffaċilitata b’dispożizzjonijiet speċjali fir-Regolament Finanzjarju u bil-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom li hija bbażata ħafna fuq il-kunċett ta’ sħubija li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet fit-tul. Dawn l-arranġamenti strutturali jippermettu wkoll lid-DĠ ECHO sabiex jiġi impjegati assistenti tekniċi (l-esperti ta’ l-ECHO) fuq il-post sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni tat-taqsimiet vulnerabbli tas-soċjetà, il-valutazzjoni eżatta tal-ħtiġiet, l-identifikazzjoni mgħaġġla ta’ l-imsieħba adatti u l-proġetti sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet, segwiti minn monitoraġġ fuq il-post dwar l-imsieħba u l-progress tal-proġett sabiex ikun hemm ġestjoni finanzjarja tajba li tkun tappoġġja assigurazzjoni raġonevoli. L-għajnuna tiegħu għandha l-għan ukoll li tiffaċilita, flimkien ma’ strumenti ta’ għajnuna oħrajn, ir-ritorn ta’ popolazzjonijiet lejn l-awto-suffiċjenza kulfejn u kulmeta jkun possibbli, u li jippermetti t-tneħħija gradwali tal-fondi tad-DĠ ECHO f’kundizzjonijiet tajba. F’dik il-perspettiva, id-DĠ ECHO huwa impenjat b’mod attiv sabiex jimplimenta strateġija ta’ rabta bejn l-għajuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp “LRRD”, u li jiżviluppa kooperazzjoni aktar b’saħħitha mas-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni jew ma’ donaturi oħra. Waqt li jibbaża ruħu fuq l-esperjenza tiegħu sabiex jindirizza każijiet ta’ diżastri, id-DĠ ECHO jaħdem ukoll sabiex jippromwovi t-tħejjija għad-diżastri ħalli jitnaqqsu kemm il-vulnerabilità kif ukoll il-periklu ta’ persuni għal riskji u diżastri, kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ekonomiċi marbuta ma’ dawn id-diżastri. Fl-aħħarnett, bil-ħsieb li jwettaq il-mandat tiegħu b’mod effettiv, id-DĠ ECHO jista’ jappoġġja – fejn ikun xieraq u neċessarju – il-miżuri tal-bini ta’ kapaċità ta’ l-imsieħba ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor l-attivitajiet ewlenin tad-DĠ ECHO fl-2006. L-anness iforni fid-dettal l-attivitajiet tad-DĠ ECHO fl-2006, inkluż ħarsa ġenerali lejn it-tħaddim umanitarju u lejn l-istatistika skond il-pajjiż. ASPETTI POLITIċI ġENERALI B’mod ġenerali, matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, il- qawwa u n-numru tad-diżastri naturali żdiedet , kif ukoll in-numru tal-popli affettwati, fejn l-iktar popli foqra ġew affettwati b’mod sproporzjonat. Skond it-tbassir, fil-futur din it-tendenza x’aktarx li se tiżdied. B’mod parallel, in-numru ta’ kunflitti ma nbidilx b’mod sinjifikanti iżda l-kunflitti preżenti għandhom it-tendenza li jdumu iżjed u qed ikunu distruttivi ferm aktar, minkejja li n-numru ta’ refuġjati naqas f’dawn l-aħħar snin. In-numru fl-ispostament ta’ persuni f’pajjiżhom stess baqa’ stabbli, iżda xorta waħda huwa ta’ aktar minn 25 miljun[2]. Fuq livell ta’ politika, id-DĠ ECHO ħa diversi inizjattivi sabiex jilqa’ għall-fatt li l-kuntest internazzjonali li fih titwettaq l-għajnuna umanitarja qed jinbidel b’mod sinjifikanti, mhux biss f’terminu ta’ natura, ta’ frekwenza u ta’ intensità iżda wkoll f’termini tal-kuntest ġeopolitiku li fih dan jopera. Fix-xena dehru atturi ġodda bħalma huma d-donaturi mhux tradizzjonali, inkluż atturi mis-settur tal-kumpaniji jew minn stati li s’issa ma kinux attivi fl-għajnuna umanitarja. Bl-istess mod, it-timijiet tal-protezzjoni ċivili u l-militar ta’ l-Istati Membri kellhom jibdew jilagħbu parti importanti f’ċerti ċirkostanzi u dawn jeħtieġ jiġu kkunsidrati għal bosta operazzjonijiet umanitarji. Waqt li ħafna minn dan il-kamp ta’ politika huwa kopert bl-inizjattiva “ Donaturi Tajbin Umanitarji ”, din l-inizjattiva qatt ma ġiet approvata fuq livell ta’ UE. Sabiex jantiċipa u jadatta għal dan l-ambjent ta’ bidla, id-DĠ ECHO qed jaħdem dwar modi kif itejjeb aktar il-kooperazzjoni mal-mekkaniżmi tal-protezzjoni ċivili u mal-Kooperazzjoni Ċivili-Militari. Il-Kummissarju responsabbli għall-għajnuna umanitarja talab lid-DĠ ECHO sabiex iniedi inizjattiva politika kbira permezz ta’ komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l- kunsens ta’ l-UE dwar il-prinċipji u l-aħjar prattiki ta’ azzjoni umanitarja sabiex jissaħħu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koordinazzjoni tal-politiki ta’ l-UE f’dan il-qasam. Sabiex titjieb l-għajnuna tal-Kummissjoni kontra d-diżastri u fi ħdan il-qafas ta’ l-istrateġija ta’ l-UE sabiex issaħħaħ l-għajnuna tagħha għad-diżastri u għall-kriżijiet f’pajjiżi terzi (COM (2005)153), id-DĠ ECHO ippropona li jżid in-numru ta’ l-esperti tiegħu f’dawn iż-żoni , inklużi dawk li jkunu imħarrġa u li jkollhom l-esperjenza fil-valutazzjoni mgħaġġla tal-ħtiġiet u li jkunu jistgħu jiġu impjegati malajr kemm jista’ jkun f’każ ta’ xi diżastru. Dan, flimkien mat-tkattir fit- tisħiħ tal-proċeduri operattivi u kuntrattwali tad-DĠ ECHO, żied il-kapaċità u tejjeb iż-żmien ta’ reazzjoni għall-prestazzjoni ta’ l-għajnuna umanitarja permezz ta’ l-imsieħba ta’ implimentazzjoni tad-DĠ ECHO, li jinkludu l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-organizazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan jippermetti lis-servizz sabiex iforni kontribuzzjoni sinjifikanti għall-iżvilupp aktar tal-kapaċità ta’ l-UE sabiex tittratta każi ta’ kriżijiet u diżastri, li qed isiru dejjem aktar ta’ prijorità politika wara l-komunikazzjonijiet ta’ wara t-Tsunami, ir-rapport Barnier u d-dokumenti relatati. Is-sena 2006 hija t-tmiem ta’ l-aħħar Perspettivi Finanzjarji li jkopru l-perjodu 2000-2006. Taħt dawn il-perspettivi, il-baġit għall-għajnuna umanitarja baqa’ pjuttost stabbli u b’ammont minimu, li beda b’livell ta’ EUR 471 miljun fis-sena 2000 u ntemm b’EUR 496 miljun fl-2006. Dan l-ammont minimu kien jimplika li ta’ kull sena d-DĠ ECHO kellu jfittex mezzi ta’ tisħiħ, l-aktar permezz ta’ l-użu tar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza, li hija l-ewwel u qabel kollox għall-għajnuna umanitarja. Taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda, li jkopru s-snin 2007-2013, l-attivitajiet kollha ta’ natura umanitarja se jiġu integrati fi strument wieħed. Minħabba l-integrazzjoni ta’ l-għajnuna alimentari u ta’ l-għajnuna għall-persuni maqlugħa minn pajjiżhom, il-baġit għas-sena 2007 se jkun ta’ EUR 732 miljun (meta mqabbel maċ-ċifra ta’ l-2006 li kienet tlaħħaq is-somma ta’ EUR 710 miljun) bi żjieda indikattiva annwali ta’ 3%. Analiżi Ġenerali tat-Tħaddim Umanitarju tad-DĠ Echo fl-2006 L-Avvenimenti ewlenin u l-allokazzjoni tal-fondi Fil-qasam ta’ l-għajnuna umanitarja, l-2006 kienet impenjattiva b’mod partikolari minħabba l-kriżi fil-Libanu kif ukoll minħabba sensiela ta’ diżastri naturali kbar, flimkien mal-problemi preżenti kkonċernati ma’ kriżijiet umanitarji. Is-sena bdiet b’sensiela ta’ nixfiet fil-Qarn ta’ l-Afrika, fl-Afrika t’Isfel u fl-Afganistan, bl-effetti minħabba l-kriżijiet fin-nutrizzjoni ta’ l-2005 fin-Niġer u bit-terremot f’Java (l-Indoneżja) fis-27 ta’ Mejju, li ħallew aktar minn miljun persuna bla dar. Il-Kummissjoni kellha wkoll tittratta s-sitwazzjoni umanitarja fis-Sudan li qed tkompli teħżien, l-aggravament fil-kriżi fix-Xatt tal-Punent u f’Gaza u l-ħtiġiet umanitarji persistenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fiċ-Ċeċenja u fil-Kolombja, biex insemmu biss ftit mill-aktar sitwazzjonijiet umanitarji li huma drammatiċi. Il-kriżi qasira iżda kumplessa ħafna tal-Libanu f’Lulju/Awwissu 2006 kienet teħtieġ rispons multi-dimensjonali mill-Kummissjoni Ewropea, li fih il-prestazzjoni mgħaġġla ta’ l-għajnuna umanitarja kellha rwol tabilħaqq importanti. Is-sitwazzjoni umanitarja li kompliet teħżien wasslet lid-DĠ ECHO sabiex jitlob għal tliet darbiet għar-Riżerva ta’ Għajnuna għall-Emerġenza tal-Kummissjoni fl-2006, għas-Sudan (Darfur), għal-Libanu u għax-Xatt tal-Punent u Gaza għal total ta’ EUR 140 miljun[3]. Dawn l-avvenimenti kellhom impatt sinjifikanti fuq id-DĠ ECHO, li kellu jimmaniġġja baġit totali ta’ EUR 671 miljun, meta mqabbel mal-baġit inizjali li kien ta’ EUR 496 miljun (ċifri mdawra sa l-eqreb deċimali). L-għajnuna tad-DĠ ECHO għall-kriżijiet umanitarji fl-2006 ġiet indirizzata permezz ta’ 90 deċiżjoni ta’ finanzjament. L-implimentazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ impenn kienet ta’ 100%. Il-pajjiżi ta’ l-AKP kienu l-iktar pajjiżi li rċevew għajnuna (EUR 322 miljun – 48%), segwiti mill-Ewropa tal-Lvant, l-Istati Indipendenti l-Ġodda, Il-Lvant Nofsani u l-pajjiżi tal-Mediterran (EUR 177.9 miljun – 27%) kif ukoll l-Asja u l-Amerika Latina (EUR 105.5 miljun – 16%). It-tabella t’hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn id-distribuzzjoni ġeografika tad-deċiżjonijiet għall-għajnuna umanitarja li ġew adottati fl-2006 (ammonti f’miljuni ta’ Euro): GĦAJNUNA UMANITARJA FL-2006 ('000 €) | Unità/Reġjun | Ammonti | % | A/1: l-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku | 322,060 | 48% | Il-Qarn ta' l-Afrika | 161,050 | L-Għadajjar il-Kbar | 84,050 | L-Afrika tal-Punent | 56,150 | Il-Karibew, il-Paċifiku, l-Oċean Indjan | 1,610 | L-Afrika tan-Nofsinhar | 19,200 | A/2: l-Ewropa tal-Lvant, l-Istati Indipendenti Ġodda, il-Lvant Nofsani, il-Mediterran | 177,900 | 27% | NIS (iċ-Ċeċnja, il-Kawkasu, it-Taġikistan, …) | 33,000 | Il-Lvant Nofsani | 134,000 | Il-pajjiżi Mediterranji | 10,900 | A/3: l-Asja, l-Iraq, l-Amerika Latina | 105,491 | 16% | L-Asja | 86,891 | L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t'Isfel | 18,600 | 0/1: Finanzjament Tematiku + għotjiet | 20,500 | 3% | Għajnuna Teknika (esperti & Kontijiet Imprest) | 19,000 | 3% | Dipecho - Preparazzjoni għal diżastri | 19,050 | 3% | Nefqa ta' Sostenn (verifiki, evalwazzjoni, informazzjoni & komunikazzjoni, eċċ.) + rijassenjat | 7,006 | 1% | TOTAL 2006 | 671,007 | 100.00% | [pic] Traduzzjoni tat-termini fil-graff: Għajuna Umanitarja 2006, Għajnuna Teknika, Fondi Tematiċi, Nefqa ta’ Appoġġ, l-AKP, l-Asja – l-Amerika Latina, L-Istati Indipendenti Ġodda, Il-Lvant Nofsani, il-Mediterran, Dipecho. L-għajnuna tad-DĠ ECHO għall-emerġenzi umanitarji żviluppaw b’mod konformi mal-bidliet fil-ħtiġiet umanitarji globali fl-2006, kif rifless fid-distribuzzjoni reġjonali tal-mudelli ta’ finanzjament tad-DĠ, b’attenzjoni partikolari fuq il-“kriżijiet minsija”. Sabiex jiġi żgurat li t-tħaddim tad-DĠ ECHO jitmexxa skond il-ħtiġiet, il-programm ta’ ħidma tad-DĠ ECHO huwa bbażat fuq metodoloġija ta’ valutazzjoni globali (GNA). Din tforni valutazzjoni ġenerali minn pajjiż għall-ieħor li tipparaguna s-sitwazzjoni f’aktar minn 140 pajjiż li qed jiżviluppaw, fuq il-bażi ta’ indikaturi (l-iżvilupp uman, il-faqar uman, ir-riskju minn diżastri naturali, il-kunflitti, ir-refuġjati, persuni spostati internament (IDPs), in-nutrizzjoni ħażina ta’ taħt il-ħames snin u l-mortalità kif ukoll il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn). Din il-metodoloġija ġiet irfinuta fl-2006 meta l-GNA ġiet maqsuma f’żewġ indiċi; l-indiċi tal-vulnerabilità u l-indiċi tal-kriżi. L-istrateġija għall-għajnuna tad-DĠ ECHO kompliet tiffoka fuq il- kriżijiet minsija . Din tikkonċerna s-sitwazzjonijiet fejn il-ħtiġiet umanitarji kbar jirċievu ftit li xejn attenzjoni mid-donaturi – kif rifless mil-livell ta’ għajnuna riċevuta – u mill-midja. L-analiżi u l-metodoloġija tad-DĠ ECHO sabiex jiġu identifikati l-kriżijiet minsija huma bbażati kemm fuq data kwantitattiva (in-nuqqas ta’ kopertura permezz tal-midja jew l-appoġġ baxx mid-donaturi flimkien mal-ħtiġiet għolja) kif ukoll fuq fatturi kwalitattivi (valutazzjoni fuq il-post mill-esperti u mill-uffiċjali tad-DĠ ECHO). Il-kriżijiet minsija li ġew identifikati fl-2006 kienu: iċ-Ċeċenja, il-Mjanmar, ir-refuġjati tas-Saħrawi (l-Alġerija), in-Nepal u f’livell inferjuri, l-Indja minħabba l-kriżi fil-Kaxmir. Matul is-sena għal dawn il-kriżijiet ġie allokat appoġġ li kien jammonta għal EUR 65.7 miljun, li jirrappreżenta 14% minn total ta’ EUR 489.5 miljun li ġew allokati mill-Kapitoli 23 02 tal-baġit u mill-EDF. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-GNA u tal-FCA huma disponibbli fuq il-websajt Europa http://ec.europa.eu/comm/echo/information/strategy/index_en.htm. L-Interventi ewlenin fl-2006, skond ir-reġjun[4] Id-dettalji dwar dawn l-interventi huma disponibbli fl-anness – Taqsima I. l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (il-pajjiżi ta’ l-AKP) Fl-2006, id-DĠ ECHO alloka EUR 322 miljun lill-pajjiżi ta’ l-AKP. L-iktar azzjonijiet importanti twettqu fi: - Is- Sudan , minħabba s-sitwazzjoni li qed teħżien fid-Darfur, fejn l-allokazzjoni baġitarja telgħet minn EUR 40 għal EUR 97 miljun, waqt li EUR 17-il miljun ieħor ġew allokati għaċ-Ċad sabiex jilqgħu għall-konsegwenzi fiċ-ċaqliq tal-popolazzjoni tas-Sudan; - L- Uganda ta’ Fuq qed tbati mill-għoxrin sena tagħha ta’ kunflitt militari. Il-Gvern qed jiġġieled kontra l- Lord’s Resistance Army (LRA) fid-distretti tat-tramuntana. Il-baġit allokat fl-2006 li kien jammonta għal EUR 19-il miljun ġie ddedikat sabiex iforni l-ilma u l-iġjene, is-saħħa u n-nutrizzjoni, il-ħajja u s-sigurtà alimentari, il-protezzjoni u oġġetti mhux alimentari; - Il- Burundi : EUR 17-il miljun ġew użati għal persuni vulnerabbli, sabiex ifornu l-mediċini essenzjali għaċ-ċentri tas-saħħa u għall-isptarijiet pubbliċi. Fil-ġlieda kontra l-kolera, il-persuni ġew fornuti b’ilma potabbli u b’ċentri ta’ trattament speċjalizzati kif ukoll b’edukazzjoni dwar l-iġjene. Fl-aħħarnett, dawn il-persuni bbenefikaw ukoll minn ħidmiet ta’ protezzjoni; - Ir- Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) , il-fond totali ta’ EUR 50 miljun ġie użat sabiex jilqa’ għas-saħħa bażika, għan-nutrizzjoni u għall-ħtiġiet ta’ kenn ta’ l-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli fl-iktar żoni foqra (ir-reġjuni tal-lvant) u sabiex iforni kapaċità umanitarja fit-trasport bl-ajru; - Il- Liberja , baġit ta’ EUR 19.8 miljun ġie użat sabiex ikompli jgħin fir-ritorn u fl-installazzjoni mill-ġdid ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament lejn il-post ta’ l-oriġini tagħhom, fejn ġew iffinanzjati pakketti ta’ għajnuna, transport u għajnuna ġenerali inkluż il-protezzjoni. Il-Mediterran u l-Lvant Nofsani L-eskalazzjoni fit-tensjoni fit- Territorji Okkupati Palestinjani u l-ħtiġiet umanitarji tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli tagħhom u tar-refuġjati Palestinjani fil-Ġordan, fil-Libanu u fis-Sirja kienu jeħtieġu żjieda fl-allokazzjoni baġitarja inizjali, minn EUR 34 għal 84 miljun sabiex jilqgħu għall-ħtiġiet żejda tagħhom fis-setturi li ġejjin: l-ikel, is-saħħa, l-ilma u l-iġjene, impjiegi ta’ l-emerġenza u l-protezzjoni. Barra minn hekk, il-gwerra ta’ xahar bejn l-Iżrael u l-Ħezbollah sarrfet f’imwiet, f’korrimenti u fl-ispostament ta’ persuni fil- Libanu , li għal dan id-DĠ ECHO għen billi mmobilizza EUR 50 miljun f’fondi għall-kura medika ta’ emerġenza, għall-ikel ta’ emerġenza u għall-għajnuna mhux alimentari, għall-ilma u għall-iġjene kif ukoll għall-kenn temporanju. Wara l-waqfien mill-ġlied, id-DĠ ECHO iffoka fuq il-ħtiġiet ta’ emerġenza li kien għad fadal kif ukoll fuq ir-riabilitazzjoni fuq skala żgħira. L-Asja Fl-2006, id-DĠ ECHO immobilizza EUR 15.7 miljun sabiex iforni għajnuna kontinwa lir-refuġjati tal-Burma tul il-fruntiera bejn it- Tajlandja u l- Burma u lill-gruppi l-aktar vulnerabbli li ġew affettwati bil-kriżi li ilha sejra għal żmien twil fil-Burma; ġew allokati fondi sabiex itejbu l-protezzjoni għall-popolazzjoni Musulmana mingħajr stat fit-Tramuntana ta’ Burma. Ġie allokat baġit ta’ EUR 22.5 miljun sabiex isaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni mill-ġdid ta’ dawk il-persuni li jerġgħu lura, ta’ l-IDPs u tal-gruppi vulnerabbli li ġew affettwati bil-kunflitt u min-nixfa fl-Afganistan u sabiex jipproteġi u jappoġġja lir-refuġjati Afgani fil- Pakistan u fl- Iran . L-Amerika Latina L-intervent ewlieni seħħ fil- Kolombja fejn ġew allokati EUR 12-il miljun għall-popli li ġew affettwati mill-kunflitt li ilu sejjer għal ħafna żmien. L-ewwel għan ta’ l-intervent tad-DĠ ECHO kien li jforni għajnuna fl-ilma u fl-iġjene, fil-kenn, f’għajnuna alimentari, fl-edukazzjoni, eċċ. b’attenzjoni partikolari fuq il-protezzjoni sabiex jissaħħaħ mill-ġdid l-ambjent protettiv fraġli tal-Kolombja. Analiżi komparattiva L- analiżi komparattiva fil-karta t’hawn taħt dwar id-distribuzzjoni ġeografika tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għas-snin 2001-2006 tiżvela li waqt li fis-snin ta’ qabel is-sehem relattiv tal-fondi lill-pajjiżi ta’ l-AKP kien kontinwament qed jiżdied, din ix-xejra marret lura fl-2005 fejn is-sehem ewlieni tal-fondi ġie indirizzat lejn l-Asja minħabba ż-żewġ kriżijiet ewlenin f’dik il-parti tad-dinja: it-tsunami u t-terremot fil-Kaxmir. Fl-2006, is-sehem tal-fondi lill-pajjiżi ta’ l-AKP reġa’ sab ruħu fl-ewwel post b’madwar nofs il-baġit. Jekk wieħed iħares lejn il-perspettiva ta’ ħames snin ta’ min isemmi li l-fondi għad-diversi reġjuni u partijiet tad-dinja ivarja ħafna, li jikkonferma li l-intervent tad-DĠ ECHO huwa orjentat lejn perjodu qasir. Irid jiġi nnutat ukoll li aktar minn 96% tal-baġit għall-għajnuna umanitarja huwa għall-fondi tat-tħaddim umanitarju, waqt li inqas minn 4% huwa sabiex jappoġġja n-nefqa (l-informazzjoni, il-verifiki, il-valutazzjonijiet, eċċ.). Id-Distribuzzjoni Ġeografika tad-Deċiżjonijiet ta’ Finanzjament 2001-2006 Traduzzjoni tat-termini fil-graff: L-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku; l-Ewropa tal-Lvant; l-Istati Indipendenti l-Ġodda, il-Mediterran; il-Lvant Nofsani; l-Asja; l-Amerika Latina; Oħrajn [pic] Il-Fondi tematiċi Minħabba r-rwol ċentrali ta’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom mandat umanitarju (l-aġenziji rilevanti tan-NU, l-ICRC, l-IFRC, …) fil-prestazzjoni effettiva ta’ l-għajnuna umanitarja, id-DĠ ECHO fl-2006 kompla jappoġġja r-rinforz tal-kapaċitajiet istituzzjonali tagħhom permezz ta’ programmi ta’ fondi tematiċi. Fl-2006, id-DĠ ECHO appoġġja programmi ta’ l-UNOCHA (il-ġestjoni ta’ l-informazzjoni), tal-UNHCR (ir-reġistrazzjoni tar-refuġjati), tal-UNICEF (il-protezzjoni tat-tfal u r-reazzjoni għall-emerġenza) u tal-WFP għall-valutazzjoni tal-ħtiġiet. Il-programmi kienu mmexxija flimkien mal-WHO (Azzjoni għas-Saħħa fi Kriżijiet) u ma’ l-IFRC (il-ġestjoni tad-diżastri u l-għajnuna għall-emerġenza). Fl-aħħarnett, l-ICRC ġiet iffinanzjata għall-attivitajiet programmatiċi dwar il-protezzjoni. L-Attivitajiet ta’ Tħejjija għad-Diżastri (inkluż id-DIPECHO) B’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill 1257/96, id-DĠ ECHO flimkien ma’ l-għajnuna umanitarja tiegħu jippromwovi t-tħejjija għad-diżastri permezz ta’ appoġġ, koordinazzjoni u l-programm speċifiku DIPECHO. Il-konsegwenzi tal-perikli kif ukoll l-għarfien aktar miftuħ dwar il-bidla fil-klima globali u l-impatt tagħha juru li dan l-impenn huwa rilevanti ħafna u meħtieġ. Fuq livell strateġiku, fl-2006 id-DĠ ECHO saħħaħ ir-riżorsi istituzzjonali tiegħu rigward it-tħejjija għad-diżastri, liema riżorsi huma mistennija li jiffaċilitaw metodu aktar koerenti u komprensiv sabiex jintegra t-tħejjija għad-diżastri fil-programmi ta’ għajnuna umanitarja u ta’ riabilitazzjoni. Dan huwa kompletament skond l-attenzjoni globali tad-donaturi umanitarji u ta’ l-iżvilupp għall-attivitajiet li jikkonċernaw it-tnaqqis fir-riskju ta’ diżastri kif ukoll skond l-issuktar previst fil- Qafas ta’ Azzjoni ta’ Hyogo 2005-2015. Fl-2006, id-DĠ ECHO kompla bl-impenn tiegħu f’attivitajiet ta’ appoġġ sabiex jiżgura li fix-xogħol tagħhom id-donaturi ta’ l-iżvilupp jinkludu komponenti ta’ tnaqqis fir-riskju mid-diżastri f’dawk ir-reġjuni li huma f’riskju minn diżastri naturali bħalma huma t-terremoti, l-għargħar, iċ-ċikluni, eċċ, u sabiex jappoġġjaw miżuri prattiċi li jnaqqsu dawn ir-riskji. Id-DĠ ECHO huwa wkoll konsulent b’saħħtu fejn jikkonċerna metodi bbażati fuq il-komunità rigward tnaqqis fir-riskju mid-diżastri, liema metodi jżidu l-kapaċità tal-komunitajiet vulnerabbli. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma partikolarment f’riskju mill-perikli minħabba d-dgħufija sinjifikanti fil-ħiliet għal reazzjonijiet nazzjonali u minħabba l-kapaċità tal-komunitajiet lokali li jkollhom jaffaċċjaw il-konsegwenzi xejn favorevoli ta’ din il-katastrofi. Il-proġetti tad-DIPECHO huma proġetti ta’ tħejjija għad-diżastri bbażati fuq il-komunità li jiffokaw fuq il-komunitajiet li jistgħu jintlaqtu l-aktar minn diżastri naturali u li għandhom kapaċità baxxa sabiex jilqgħu għal dawn. Il-proġetti għandhom skop dimostrattiv u jistgħu jiġu mtennija, bl-għan li dawn jiġu integrati fi strateġiji ta’ żvilupp fit-tul u f’oħrajn nazzjonali. Flimkien mat-tħaddim fuq bażi ta’ pajjiż, il-Pjani ta’ Azzjoni tad-DIPECHO fihom proġetti reġjonali peress li d-diżastri naturali mhumiex ristretti biss għal fruntieri ta’ pajjiż. Fl-2006, id-DĠ ECHO alloka total ta’ EUR 19.05 miljun għall-Pjani ta’ Azzjoni tad-DIPECHO fl-Amerika Ċentrali, fl-Asja Ċentrali u fl-Asja tax-Xlokk. Bħala żvilupp ġdid fl-2006, id-DĠ ECHO adotta deċiżjoni reġjonali sinjifikanti (EUR 10 miljun) dwar it-tħejjija għad-diżastri tal-popolazzjonijiet rurali sabiex dawn iħejju ruħhom aħjar għan-nixfiet, għal xi diżastru li jiżviluppa bil-mod, fil-Qarn ta’ l-Afrika (is-Sudan, id-Djibouti, is-Somalja, l-Etjopja, il-Kenja, l-Uganda u l-Eritrea). Dan il-programm ġie żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mad-DĠ għall-Iżvilupp u ma’ l-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni fl-Għajnuna Ewropea. Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD) Id-DĠ ECHO huwa impenjat li jiżviluppa tranżizzjoni u strateġiji ta’ ħruġ xierqa għall-għajnuna umanitarja ( ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp “LRRD”). Id-DĠ ECHO ipparteċipa b’mod attiv fil-grupp ta’ bejn is-servizzi li ġie mnedi mill-ġdid għal-LRRD, li fih huma involuti wkoll id-DĠ għar-Relazzjonijiet Esterni, id-DĠ għall-Iżvilupp u l-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni fl-Għajnuna Ewropea. Id-dħul fis-seħħ fl-2007 ta’ l-istrumenti esterni l-ġodda (id-DCI, b’mod partikolari l-istrumenti ta’ stabbiltà) se jippreżenta ambjent ġdid għall-implementazzjoni ta’ LRRD li l-ECHO kienet bdiet tħejji, flimkien mas-servizzi l-oħra kkonċernati, fl-2006. Ingħatat attenzjoni speċifika għat-tranżizzjoni bejn l-għajnuna alimentari u s-sigurtà alimentari, bil-baġit għall-għajnuna alimentari ta’ emerġenza jiġi ttrasferit kollu għand id-DĠ ECHO. Id-DĠ ECHO iddeċieda li jinnomina ħames pajjiżi bħala piloti sabiex issaħħu l-politiki ta’ LRRD li diġà huma fis-seħħ jew inkella li huma diffikultużi: dawn il-pajjiżi kienu l-Kenja, il-Liberja, il-Mawritanja, is-Sudan u l-Uganda. Sa l-aħħar tas-sena f’bosta, iżda mhux fil-pajjiżi kollha kkonċernati, kienu nkisbu riżultati sinjifikanti. Dan kien megħjun mill-proċess ta’ ppjanar għall-10 EDF. Għadhom qed isiru sforzi oħra sabiex jissaħħaħ aktar dan l-avveniment. L-Imsieħba ewlenin fit-tħaddim umanitarju L-għajnuna umanitarja fornuta mid-DĠ ECHO tiġi implementata permezz ta’ l-imsieħba. Id-DĠ ECHO jaħdem ma’ madwar 200 organizzazzjoni mhux governattiva, ma’ l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali bħalma huma l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Għaqdiet tas-Salib l-Aħmar ( Red Crescent Societies ). Li jkun hemm skala differenti ta’ imsieħba huwa importanti għad-DĠ ECHO. Dan jippermetti t-trattament effiċjenti tal-lista ta’ ħtiġiet fid-dinja kollha li qed dejjem tikber. Id-DĠ ECHO żviluppa relazzjonijiet ta’ ħidma mill-qrib ma’ l-imsieħba tiegħu kemm fuq livell ta’ politika kif ukoll fejn jikkonċerna l-ġestjoni tat-tħaddim umanitarju. Fl-2006, id-DĠ ECHO implementa t-tħaddim tiegħu l-aktar permezz ta’ l-NGOs (52%), l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (37%) u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali (11%). Għal aktar dettalji dwar it-tqassim annwali bejn il-familji ta’ l-imsieħba, ara l-anness - it-Taqsimiet V.6 u V.7. Ir-Relazzjonijiet ma’ l-Istituzzjonijiet l-oħra ta’ l-UE, ma’ l-Istati Membri, ma’ l-Imsieħba Umanitarji Ewlenin u mad-Donaturi mhux ta’ l-UE Bħal fis-snin l-imgħoddija, id-DĠ ECHO issokta b’relazzjonijiet attivi ma’ l-Istituzzjonijiet l-oħra, ma’ l-Istati Membri, ma’ l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u ma’ l-atturi rilevanti l-oħra, bħalma huma d-donaturi ewlenin mhux ta’ l-UE, sabiex jippromwovi prinċipji u valuri umanitarji. Fi tmiem 2006, id-DĠ ECHO neda proċess ta’ konsultazzjoni estensiva ma’ l-imsieħba umanitarji tal-KE u ma’ l-Istati Membri dwar kwistjonijiet umanitarji importanti bħalma huma l-ambitu, il-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-għajnuna umanitarja, l-isfidi li jkollhom jiffaċċjaw l-atturi umanitarji kif ukoll l-implementazzjoni ta’ l-għajnuna umanitarja. Ir-riżultat ta’ din il-konsultazzjoni se jgħin fil-preparazzjoni għal Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li se tara li jkun hemm qbil fuq livell ta’ UE dwar il-prinċipji u l-aħjar prattika ta’ azzjoni umanitarja u li tistabbilixxi aġenda għall-implementazzjoni ta’ metodu kkoordinat aktar mill-qrib, sabiex l-Unjoni Ewropea timmassimizza l-kontribuzzjoni tagħha fl-għajnuna umanitarja internazzjonali kollettiva. Il-Kunsens Ewropew għandu jissokta l-ambitu ta’ metodu aktar koerenti, konsistenti u komprensiv għall-għajnuna umanitarja. Aktar dettalji dwar dawn l-imsieħba qed jidhru fl-anness – it-Taqsima II. ATTIVITAJIET OħRA Fil-kuntest ta’ dawn l-attivitajiet, id-DĠ ECHO għandu x’jaqsam ukoll ma’ impenji oħra sabiex jappoġġja l-prestazzjoni u l-kwalità ta’ l-Għajnuna Umanitarja: 1. L-iżvilupp ta’ politika dwar is- sigurtà u s-sikurezza tad-DĠ ECHO għall-impjegati li huma involuti fil-prestazzjoni ta’ l-għajnuna umanitarja; 2. It-tisħiħ tal- kapaċità għall-għajnuna rapida fuq il-post bl-organizzazzjoni ta’ timijiet multi-settorjali; 3. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni u l-informazzjoni 4. Dwar l-inizjattiva ta’ taħriġ, id-DĠ ECHO jappoġġja n- Netwerk dwar l-Għajnuna Umanitarja (NOHA) li qed joffri kors ta’ diploma post-graduate multi-dixxiplinari. Dettalji dwar dawn l-attivitajiet qed jidhru fl-Anness – Taqsima III L-implimentazzjoni xierqa ta' l-operazzjonijiet ffinanzjati mid-DĠ ECHO hi żgurata permezz ta’ diversi saffi ta’ ċċekkjar u kontrolli fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-proġett ta’ l-operazzjonijiet umanitarji. Dawn l-aspetti ta’ l-istrateġija ta’ kontroll żviluppati mid-DĠ ECHO, il-proċeduri tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tagħha huma deskritti fl-Anness – Taqsima IV. KONKLUżJONI L-2006 kienet sena impenjattiva ħafna għad-DĠ ECHO minħabba l-kriżi fil-Libanu, minħabba sensiela ta’ diżastri naturali kbar, kif ukoll minħabba l-problemi li għadhom jippresistu minħabba kriżijiet umanitarji. Minkejja dan, id-DĠ ECHO irnexxielu jwettaq ir-rwol tiegħu b’mod konformi mal-mandat tiegħu. Għall-għan ta’ politika prinċipali sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni effiċjenti ta’ l-għajnuna umanitarja, il-miri ntlaħqu u nqabżu b’mod sostanzjali. [1] Il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal, Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, il-Programm Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni [2] www.reliefweb.int [3] Barra t-trasferiment mir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 140 miljun ) rinforzi baġitarji oħra kienu disponibbli mill-użu tar-riżorsi ta’ l-EDF (EUR 28 miljun) u mid-dħul assenjat mill-ġdid (EUR 7 miljun). [4] L-interventi ewlenin huma bbażati fuq l-ogħla ammonti allokati għal kull reġjun.