Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana - Proposta għal kooperazzjoni fuq livell kontinentali u reġjonali dwar żvilupp agrikolu fl-Afrika
/* KUMM/2007/0440 finali */
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |
Brussel 24.7.2007
KUMM(2007) 440 finali
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana Proposta għal kooperazzjoni fuq livell kontinentali u reġjonali dwar żvilupp agrikolu fl-Afrika
Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana Proposta għal kooperazzjoni fuq livell kontinentali u reġjonali dwar żvilupp agrikolu fl-Afrika
INTRODUZZJONI
Dan id-dokument jipproponi prinċipji u oqsma prinċipali għal kooperazzjoni bejn l-UE u l-UA fir-rigward tal-iżvilupp agrikolu fl-Afrika fl-ambitu reġjonali u kontinentali. Il-kooperazzjoni f'dan l-ambitu għandha tikkomplimenta u tistimula l-iżvilupp agrikolu fuq livell nazzjonali, li huwa l-qasam fejn ser tissokta l-kooperazzjoni l-aktar intensa Għandha tkompli tibni fuq l-orjentazzjonijiet ta' politika mfassla fil-‘Kunsens Ewropew’[1] u l-istrateġija ta' l-UE għall-Afrika2 Iż-żewġ dokumenti jtennu li l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali huma kruċjali fejn għandu x'jaqsam it-tnaqqis tal-faqar u biex ikun stimulat it-tkabbir. Sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir, il-Komunità indikat li ser tkompli tiffoka fuq l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni, il-kompetittività fis-swieq reġjonali u internazzjonali u l-immaniġġjar tar- riskju. Fl-Afrika dan għandu jkun faċilitat billi jsir użu mill-iżvilupp teknoloġiku, li jkun sostnut mir-riċerka u l-assistenza teknika fil-qasam agrikolu.
Il-kooperazzjoni għandha tkun allinjata mill-qrib ma' l-aġenda agrikola ta' l-Afrika u timmira biex tistimula l-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millenju ( Millennium Development Goals : MDGs). It-tkabbir agrikolu fuq bażi wiesgħa għandu importanza diretta biex jintlaħaq l-ewwel MDG (il-qerda tal-faqar estrem u l-ġuħ) u għandu jkun fattur b'saħħtu biex isir progress fis-seba' MDG (li tkun assigurata s-sostenibbiltà ambjentali).
L-agrikoltura3 tibqa' l-bażi ekonomika għall-maġġoranza tal-foqra fl-Afrika u tammonta għal madwar terz mill-PGD ta' l-Afrika u għal biċċa l-kbira ta' l-impjiegi. Ħafna mill-produzzjoni agrikola ġejja minn bdiewa li l-ħidma tagħhom hija fuq skala żgħira, u fosthom hemm il-bdiewa nisa li għandhom rwol ferm importanti.4 Il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti agrikoli jaffetwaw direttament is-sikurezza ta' l-ikel u l-istat ta' nutrizzjoni tal-membri tal-familji. Aktar minn hekk, hemm l-effett elevat multiplikattiv għat-tkabbir agrikolu. Dħul akbar mill-agrikoltura jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-provvista u l-użu tas-servizzi soċjali f'żoni rurali. Aktar minn hekk, l-użu tar-riżorsi naturali mill-bdiewa hu kruċjali f'termini ta' sostenibbiltà ta' l-ekosistemi u l-biodiversità.
Essenzjalment, l-agrikoltura hi attività tas-settur privat, iżda tirrikjedi intervent pubbliku sostanzjali. L-ewwelnett, il-fallimenti tas-swieq kienu prevalenti u affettwaw b'mod negattiv lill-gruppi marġinali soċjalment u ġeografikament. It-tieni, jeżistu l-esternalitajiet ambjentali, li jirrikjedu regolamentazzjoni u internvent mis-settur pubbliku biex tinżamm is-sostenibbiltà. It-tielet, l-agrikoltura taħdem aħjar meta l-funzjonijiet iddominati mis-settur pubbliku jkunu aktar effiċjenti.
L-oqsma ta' kooperazzjoni elenkati f'dan id-dokument jipprovdu għal qafas ta' għajnuna fit-tul. F'sens ġeografiku, l-enfażi huwa fuq iż-żoni Afrikani Subsaħħarjani, fejn il-problemi agrikoli huma akbar. Madanakollu d-dimensjoni kontinentali hi rilevanti minħabba l-allinjament ma' l-inizzjattivi ta' l-UA u minħabba li diversi oqsma ta' kooperazzjoni 5ser ikunu jirrigwardaw lill-Afrika kollha. .
P ERSPETTIVI DWAR żVILUPP AGRIKOLU FL-AFRIKA
Sfidi Kurrenti
L-agrikoltura fl-Afrika qed terġa' tikseb il-prominenza ekonomika, b'żieda sostanzjali fit-tkabbir tas-settur agrikolu: 2.7% fl-2002, 3.0% fl-2003 u 5.3% fl-2004. Ċaqliq favorevoli fil-prezzijiet għal numru ta' prodotti ikkontribwixxa għal din l-eventwalità, filwaqt li t-titjib fil-kondizzjonijiet tal-produzzjoni kienu fatturi oħra għal dan it-tkabbir. Madanakollu, biex jitnaqqas il-faqar b'mod sostenibbli, it-tkabbir agrikolu jrid jitħaffef aktar, partikolarment f'soċjetajiet rurali li għandhom dħul baxx, fejn l-agrikoltura aktarx li tibqa' l-ixprun prinċipali għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi.
L-isfidi kurrenti li għandhom quddiemhom il-produzzjoni agrikola u t-tkabbir fl-Afrika huma bosta u relatati ma' xulxin. Biex jittaffew dawn l-aspetti, kienu identifikati sitt oqsma biex jgħinu jipprijoritizzaw l-oqsma ta' kooperazzjoni7:
(i) l-iżvilupp ta' viżjoni integrata u wiesgħa ta' l-iżvilupp agrikolu u postu fit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-azzjoni biex jittaffa l-faqar, u t-tisrif ta' din il-viżjoni f'elementi politiċi, stateġiji u baġits għal żvilupp koerenti;
(ii) it-tisħiħ fit-tmexxija tas-settur agrikolu, billi jkunu definiti mill-ġdid l-irwoli u l-interazzjonijiet ta' l-istat, tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili, u billi titjieb il-kapaċità ta' diversi organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fl-iffurmar u fl-implimentazzjoni tal-politika.
(iii) it-titjib fil-produttività rurali sostenibbli u t-tkabbir tal-valur nutrittiv tal-prodott agrikolu, billi tiżdied il-firxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi u maniġerjali, billi tiżdied ir-riċerka u ssir aktar effettiva għal kull min hu involut fl-agrikoltura.
(iv) it-tkabbir ta' l-aċċess għas-swieq remunerattivi, billi tittejjeb l-aċċessibbiltà materjali u billi jkun sfruttati l-opportunitajiet, il-prodotti u l-istrutturi tas-swieq (in-niċeċ)8, biex jinkisbu prezzijiet ogħla għall-produttur, kif ukoll billi jiġu ffaċilitati l-iskambji tal-kummerċ speċjalment permezz ta' titjib fl-SPS;
(v) l-introduzzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni tar-riżorsi naturali iktar effiċjenti u l-iżgurar ta' dħul ekonomiku pożittiv għall-użu sostenibbli; kif ukoll
(vi) it-tnaqqis tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet, fir-rigward ta' l-epidemiji, tal-mard, taċ-ċaqliq fil-prezzijiet, tan-nuqqas ta' sikurezza fis-swieq, tat-tibdil u d-diżastri klimatiċi.
L-Aġenda Agrikola ta' l-Afrika
Biex jitkattar l-iżvilupp agrikolu, l-UA u n-NEPAD nedew Programm għall-Iżvilupp Komprensiv għall-Agrikoltura Afrikana (CAADP), filwaqt li l-Kapijiet ta' l-Istat qablu li jżidu b'mod sinifikanti s-sehem tal-baġits nazzjonali għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali9. B'żieda ma' dan, mill-UA tfaċċat viżjoni globali dwar l-agrikoltura dwar x'għandu jinkiseb sa l-2015.
L-inizzjattiva tas-CAADP tħaddan dimensjoni kontinentali, iżda tibni fuq pjani nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura. Għandha sett ta' prinċipji u miri ewlenin sabiex (i) tiggwida l-istateġiji tal-pajjiż u l-programmi ta' l-investiment, (ii) tgħin biex ir-reġjuni jitgħallmu u jivvalutaw bis-saħħa ta' xulxin. u (iii) tiffaċilita allinjament u armonizzazzjoni akbar ta' l-isforzi għall-iżvilupp. Għall-imsieħba fl-iżvilupp, is-CAADP toffri opportunitajiet importanti għall-progress skond l-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi.
Is-CAADP qed tiżviluppa erba' ‘kolonni’ tematiċi biex iservu bħala qafas għall-politika għall-programmi nazzjonali u reġjonali Il-programmi tas-CAADP fil-livelli nazzjonali u reġjonali ser isegwu proċess speċifiku fil-forma ta' ‘round table’ li għandhom jirriżultaw f'‘linji CAADP’ nazzjonali u reġjonali li jkopru riformi ta' politika u li jiggwidaw l-investimenti u l-interventi pubbliċi u privati.
Is-Samit ta' l-UA ta' Diċembru 200610 sejjaħ biex ikun hemm ċertu grad ta' selettività biex jintlaħqu l-obbligi tas-CAADP, ibbażati fuq l-għarfien li r-riżorsi limitati u l-kapaċitajiet istituzzjonali jirrikjedu prijoritajiet li għandhom iwasslu għall-ksib sostanzjali fejn tidħol is-sikurezzza ta' l-ikel u n-nutriment.
Il-Kooperazzjoni bejn L-UE u L-UA dwar l-Iżvilupp Agrikolu
Għanijiet u Prinċipji
Il-proposti li ġejjin għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-UA jikkonċentraw fuq livelli kontinentali u reġjonali u għandhom l-għan li joħolqu ambjent aħjar għall-iżvilupp agrikolu fil-kontinent. Il-kooperazzjoni ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin
- Impenn għall-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millenju , b'riferenza speċifika għall-ewwel u s-seba' MDG.
- Allinjament mal-prijoritajiet Afrikani , ibbażat fuq il-proċessi, il-prinċipji u l-miri tas-CAADP.
- Allinjament u armonizzazzjoni tad-donaturi, li jsegwu l-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi
- Tisħiħ ta' Partenarjati u Faċilitajiet oħra bejn l-UA u l-UE, billi jkun kkomplimentati l-inizzjattivi ta' l-UE li jappoġġjaw direttament jew indirettament l-iżvilupp rurali fl-Afrika billi jsir użu minn partenarjati li diġà jeżistu bejn l-Afrika u l-Ewropa.
- Teħid ta' lezzjoni mill-esperjenzi u prattiċi tajba ta' l-UE , li huma msejsa fuq kważi 50 sena ta' esperjenza ta' politika dwar l-agrikoltura fl-UE.
- L-applikazzjoni tas-sussidjarjetà , li jappoġġjaw biss dawk il-funzjonijiet reġjonali u kontinentali li jżidu l-valur għal-livelli ta' interventi nazzjonali.
- Koerenza ta' politika , bejn l-elementi politiċi dwar l-iżvilupp ta' l-UE u l-elementi politiċi dwar l-agrikoltura, is-sajd, il-kummerċ u l-enerġija.
F'konformità mar-rikjesti tas-CAADP, il-kooperazzjoni ser tiffoka fuq il-bini tal-kapaċità u t-tisħiħ istituzzjonali ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali u kontinentali.
Il-kooperazzjoni maħsuba tkattar rwol aktar strateġiku u effettiv fl-agrikoltura, ibbażat fuq il-ħsieb li l-Istat għandu: jipprovdi politika effettiva u qafas regolatorju, joħloq ambjent favorevoli; jintervjeni f'sitwazzjonijiet fejn is-swieq ikunu fallew; jipprovdi servizzi ta' interess pubbliku; jiggarantixxi xbieki ta' sikurezza; u jillimita l-użu tas-sussidji.
Oqsma ta' Prijorità għall-Kooperazzjoni
Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika dwar l-iżvilupp agrikolu ser tiffoka fuq seba' oqsma, ibbażati fuq l-isfidi l-kbar għall-agrikoltura fl-Afrika u fuq il-prijoritajiet Afrikani, kif riflessi fis-CAAPD.
l-Agrikoltura fl-Istrateġiji ta' Żvilupp
Dan il-qasam ser jindirizza l-ħtieġa għal żvilupp agrikolu biex ikun parti integrali u strateġiku mill-aġenda ta' żvilupp fuq livell reġjonali u kontinentali, li jirrikonoxxi l-agrikoltura bħala settur prinċipali għat-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar.
Il-kooperazzjoni fuq livell reġjonali u kontinentali ser jiffoka fuq:
- L-analiżi u l-bini tal-kapaċità ta' l-interrelazzjoni bejn il-ħidma agrikola u l-elementi politiċi makroekomoniċi, l-impatti esterni, it-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, u l-biodiversità
- Teħid ta' lezzjonijiet minn esperjenzi fl-iżvilupp tal-politika nazzjonali u l-impatt tagħhom fuq l-agrikoltura u l-ekonomija rurali.
- bini tal-kapaċità u t-tisħiħ istituzzjonali biex jittejbu l-evidenza u l-formulazzjoni ta' politika bbażata fuq id- data u r-riżultati, il-koerenza politiku u l-lobijing;
- koordinazzjoni u kooperazzjoni intersettorjali;
- appoġġ għat-twaqqif ta' forum għal bdiewa kontinentali, biex jingħaqdu l-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-biedja, u jissaħħu l-irwoli tagħhom fil-proċessi tas-CAADP
- tisħiħ tal-funzjonijiet analitiċi u ta' monitoraġġ fit-tqabbil u l-kuntrasti tal-modi ta' l-iżvilupp agrikolu ta' pajjiżi individwali f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali
L-AUC, in-NEPAD u l-RECs ser ikunu l-isħab prinċipali, u l-kooperazzjoni ser tkun ta' sostenn għall-funzjonijiet ta' l-analiżi ta' politika. Il-monitoraġġ, ir-reviżjoni ta' l-esperti u l-promozzjoni, kif ukoll għar-rwoli ta' bini tal-kapaċità għall-organizzazzjonijiet nazzjonali. L-Organizzazzjonijiet għall-Biedja Reġjonali ser jiffurmaw grupp ieħor ta' msieħba. Hu maħsub li jkun hemm l-involviment ta' l-organizzazzjonijet internazzjonali fl-implimentazzjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni ma' l-AUC tista' tinvolvi arranġament ta' ġemellaġġ mal-KE, li tinvolvi d-DG's rilevanti (bħalma huma l-AGRI, il-FISH, is-SANCO, it-TRADE, l-ENV, l-RTD, il-JRC u r-REGIO). Is-CTA 11ser tkun involuta fil-promozzjoni, ser tiffaċilita l-iskambji ta' lezzjonijiet meħuda u ser tassisti fit-tisħiħ ta' l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u r-rabtitet tagħha mas-CAADP
It-Tmexxija tas-Settur
Din il-kooperazzjoni ser tassisti fil-bini tal-kapaċità fuq livelli reġjonali u kontinentali, bil-ħsieb li ttejjeb it-tmexxija tas-settur agrikolu fuq livelli nazzjonali. Titjib fit-tmexxija hi mistennija li tikkontribwixxi għal tranżizzjoni eħfef tal-biedja fuq skala żgħira lejn agrikoltura bbażata fuq il-familja li tkun vijabbli u sostenibbli kummerċjalment
Il-kooperazzjoni għat-tmexxija fis-settur għandha tinkludi:
- armonizzazzjoni ta' l-interventi regionali u kontinentali u promozzjoni ta' koerenza bejn elementi politiċi ta' agrikoltura nazzjonali u reġjonali;
- sorveljanza ta' kif issir il-politika u valutazzjoni bejn il-pari;
- formulazzjoni ta' linji ta' gwida reġjonali u kontinentali dwar aspetti ta' tmexxija prinċipali, inklużi dawk li jirrigwardaw politika dwar l-art u l-użu ta' l-art u dwar agrikoltura sostenibbli;
- bini tal-kapaċità u l-għoti tal-poter għall-parteċipazzjoni fit-tmexxija tas-settur;
- promozzjoni ta' sħubija pubblika-privata u alleanzi bejn l-impriżi;
- tisħiħ tar-rappreżentazzjoni tal-produtturi u ta' l-organizzazzjonijiet professjonali fuq livell reġjonali u kontinentali, b'kapaċità reali biex issir pressjoni, u
- analizzar komparattiv u t-teħid ta' lezzjonijiet mill-proċessi ta' liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni fl-agrikoltura, mir-relazzjonijiet pubbliċi-privati u mir-riżultati miksuba mill-gvern.
Hi mistennija kooperazzjoni ma' l-AUC biex jitkabbar l-irwol politiku u faċilitattiv tagħha u biex tkun promossa politika ta' żvilupp, koordinazzjoni u armonizzazzjoni; man-NEPAD u l-REC's fil-bini tal-kapaċità, fil-monitoraġġ, fl-analiżi tal-politika u fir-reviżjoni bejn il-pari; u ma' organizzazzjonijiet privati reġjonali u kontinentali, li jirrappreżentaw lill-produtturi u l-organizzazzjonijiet professjonali, fil-bini tal-kapaċità, fil-promozzjoni, fin-negozjati u fil-fornitura tas-servizzi. Is-CTA ser tkun involuta fl-aspetti li ssemmew l-aħħar, kif ukoll fil-ħolqien ta' għarfien fuq il-bażi tal-lezzjonijiet meħuda. Li jittieħdu lezzjonijiet mill-espejenzi ta' l-UE, li jinvolvu skambji mal-KE, ma' l-Istati Membri u ma' organizzazzjonijiet tas-settur privat fl-UE, jistgħu jintużaw ukoll bħala forma ta' bini tal-kapaċità fit-tmexxija12.
Riċerka, Sistemi ta' tagħrif u tixrid ta' ideat
L-għan ta' dan il-qasam ta' kooperazzjoni hu li jiżdied l-impatt fuq ir-riċerka agrikola u s-sistemi ta' tagħrif dwar il-produttività rurali, it-tnaqqis tal-faqar, is-sikurezza fl-ikel u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali, billi jitqiesu l-isfidi li kkawża t-tibdil fil-klima. Ser ikun hemm enfasi fuq l-istrateġiji tar-riċerka multidimensjonali, fuq sistemi ta' produzzjoni agrikoli sostenibbli u fuq riċerka b'impatti pożittivi fuq il-foqra f'żoni rurali.
Oqsma ta' kooperazzjoni fuq livell reġjonali u kontinentali jinkludu:
- it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn pajjiżi li jkunu qed jagħmlu r-riċerka biex titnaqqas il-frammentazzjoni u tinħoloq sinerġija;
- il-formulazzjoni ta' strateġiji għar-riċerka kontinentali u reġjonali;
- il-kofinanzjament għar-riċerka ta' prijorità b'implikazzjonijiet supranazzjonali;
- il-bini tal-kapaċità għal forom u mezzi ġodda ta' estenzjoni, taħriġ u edukazzjoni u t-tisħiħ tal-kuntatti bejn sistemi ta' riċerka, servizzi ta' estensjoni u l-bdiewa;
- il-ħolqien u/jew it-tisħiħ ta' pjattaformi għan-netwerking għall-informazzjoni, l-aċċess għat-tagħrif u l-iskambju13; kif ukoll
- iż-żieda fil-koordinazzjoni bejn sistemi ta' riċerka agrikola nazzjonali (NARS) u programmi ta' riċerka reġjonali u internazzjonali.
Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tqis x'lezzjonijiet ittieħdu mill-kooperazzjoni tar-riċerka fit-tul bejn l-UE u l-Afrika14, u l-linji ta' gwida biex titkattar il-kooperazzjoni fost l-imsieħba Ewropej15. Din għandha tkun ispirata mill-kolonna 4 tas-CAADP u għandha tkun allinjata mal-prinċipji tal-FAAP. L-imsieħba prinċipali għandhom ikunu l-FARA u l-Organizzazzjonijiet għar-Riċerka Subreġjonali (SRO's), il-Forum Globali dwar ir-Riċerka Agrikola għall-Iżvilupp (GFAR) kif ukoll il-Forum Ewropew (EFARD) bin-netweks operattivi tiegħu16; is-sistema GGIAR, organizzazzjonijiet oħra internazzjonali u msieħba fir-riċerka, inkluża l-JRC. Is-CTA għandha tgħin biex jissaħħu l-pjattaformi tan-netwerking.
Il-Faċilizzazzjoni tal-Kummerċ, b'enfażi fuq l-assigurazzjoni fuq il-kwalità u t-titjib
L-għan ta' dan il-qasam ta' kooperazzjoni għandu jkun li tissaħħaħ l-abbiltà ta' l-Afrika biex tħaddem is-swieq ħalli jonqos il-faqar, b'iffokar fuq is-swieq reġjonali għall-prodotti agrikoli.
In-negozjati dwar il-kummerċ kurrenti (l-EPAs, DDA) huma maħsuba biex iwasslu ħalli jkun hemm titjib fl-opportunitajiet għall-kummerċ agrikolu fil-pajjiżi Afrikani li jeħtieġu li jingħataw offerta xierqa.
Il-kooperazzjoni proposta tinkludi t-tisħiħ ta' l-abbiltà li tinfluenza, tistabbilixxi u tkun konformi ma' l-istandards produttivi u kummerċjali sinifikattivi sabiex (ikompli) jkollha aċċess għas-swieq tal-prodotti agrikoli remunerattivi u sabiex tiggarantixxi s-sikurezza tal-prodotti għall-konsumaturi.
L-appoġġ ser jibni speċifikament fuq l-opportunitajiet li joffru l-EPA's u għandhom ikopru:
- l-istrateġiji reġjonali u l-bini tal-kapaċità biex jiġu indirizzati in-nuqqasijiet strutturali fis-swieq ta' l-aġenti tal-produzzjoni u tal-prodotti agrikoli;
- il-bini tal-kapaċità għas-sorveljanza tal-politika dwar il-kummerċ, inkluż il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni, ir-rappurtar u l-infurzar ta' l-elementi politiċi dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ;
- il-bini ta' swieq reġjonali u t-titjib fil-kummerċ intrareġjonali, partikolarment fl-oġġetti ta' l-ikel;
- il-ħolqien ta' strutturi legali u regolatorji għall-armonizzazzjoni, l-istandardizzazzjoni u l-kontroll; l-adozzjoni ta' sistemi u standards komuni għall-klassifikazzjoni reġjonali u allinjament ma' dawk internazzjonali;
- it-tisħiħ tal-laboratorji ta' riferenza, in-netwerking ma' ċentri nazzjonali u l-bini tal-kapaċità għal faċilitajiet u istituzzjonijiet involuti fl-ittestjar u fil-konformità;
- it-tisħiħ tal-kapaċitajiet reġjonali biex jitjiebu l-ftehim u l-konformità ma' l-istandards, inkluż dwar livelli siguri ta' residwi;
- il-promozzjoni ta' skemi ta' ċertifikazzjoni u produzzjoni li jkunu soċjalment aċċettabbli; kif ukoll
- il-bini tal-kapaċità għall-involviment attiv f'diskussjonijiet reġjonali u internazzjonali u negozjati fuq standards (sikurezza ta' l-ikel, kummerċ agrikolu) u forom oħra ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ.
L-imsieħba prinċipali għandhom ikunu l-aġenżiji speċjalizzati ta' l-AUC (l-aktar l-IBAR u l-IAPSC), istituzzjonijiet internazzjonali normattivi, organizzazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, ċentri ta' riċerka, l-REC's, organizzazzjonijiet tal-biedja reġjonali u ta' l-esporatazzjoni, laboratorji ta' riferenza u aġenziji tan-NU rilevanti. Is-CTA għandha tkun involuta fit-titjib u l-għarfien tal-kwistjonijiet tal-SPS.
Il--Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali: L-Art, l-Industrija tas-Sajd, il-Forestrija
Dan il-qasam ta' kooperazzjoni għandu jgħin fit-titjib tat-tmexxija u l-ġestjoni tas-sistemi għar-riżorsi ta' l-art, il-ħut u l-foresti li jimmiraw biex jikkombinaw is-sostenibbiltà u l-biodiversità ambjentali għall-aħjar użu u biex jitnaqqas il-faqar.
L-aspetti reġjonali u kontinentali involuti f'dan il-qasam ta' kooperazzjoni huma:
- il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politika, partikolarment għar-riżorsi transkonfinali;
- il-ħolqien u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-riżorsi transkonfinali, fil-qafas reġjonali eżistenti;
- il-formalizzazzjoni ta' linji ta' gwida reġjonali u kontinentali ta' politika dwar l-art u l-użu sostenibbli tar-riżorsi, billi jkunu kkombinati d-dimensjonijiet ekonomiċi, legali, soċjali u ambjentali;
- il-promozzjoni ta' politika dwar l-ambjent li tiffaċilita r-responsabbiltà u l-fattibbiltà f'termini ta' l-użu naturali tar-riżorsi;
- l-iskambji ta' lezzjonijiet u l-appoġġ għar-reviżjoni bejn il-pari fir-rigward ta' l-effettività tal-ġestjoni tas-sistemi;
- il-monitoraġġ u s-sorveljanza ta' l-istat tar-riżorsi naturali (u l-pressjoni fuqhom) u ta' l-effett fuq it-tibdil tal-klima fuq l-agrikoltura u r-riżorsi naturali; kif ukoll
- it-tkabbir tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-użu illegali tar-riżorsi (inkluż is-sajd u l-forestrija) u l-kummerċ ta' prodotti illegali17.
F'dan il-qasam, ser ikun hemm iffukar fuq il-politika u t-tmexxija, u fuq il-ġestjoni u l-arranġamenti istituzzjonali għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. F'termini ta' politika dwar l-art u l-ġestjoni tal-ħamrija u l-ilma, l-appoġġ għandu jkun allinjat mal-pilastru nru 1 tas-CAADP u ma' inizzjattitvi internazzjonali relatati18. Il-Ftehimiet dwar Patenarjat fl-Industrija tas-Sajd għandhom jiffurmaw il-qafas għal titjib fil-kontroll, il-monitoroaġġ u s-sorveljanza tar-riżorsi tal-ħut. l-imsieħba prinċipali ser ikunu l-AUC, in-NEPAD, l-RECs, NGO's speċjalizzati u l-maniġment għall-art u l-ilma (sotto)reġjonali, l-organizzazzjonijiet ta' l-industriji tas-sajd u l-forestriji, kif ukoll istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali, netwerks u pjattaformi speċjalizzati f'dawn is-setturi19. Is-CTA għandha tiffaċilita l-iskambji tal-lezzjonijiet meħuda.
L-Iżvilupp tal-Bhejjem u l-Kontroll fuq il-Mard
Dan il-qasam ta' kooperazzjoni għandu jtejjeb is-sostenibbiltà tas-settur tal-bhejjem u l-kontribuzzjoni ħalli jittaffa l-faqar u biex ikun hemm tkabbir, b'enfażi li jissaħħu s-sistemi u t-tagħrif ta' kontroll tal-mard. Il-kooperazzjoni għandha timmira li tnaqqas l-imwiet tal-bhejjem, tnaqqas ir-riskji marbuta mal-produzzjoni tal-bhejjem u ttejjeb il-prevenzjoni tas-saħħa pubblika, kif ukoll li ttejjeb l-aċċess għas-swieq internazzjonali, tiffaċilita l-użu ta' l-art b'mod razzjonali u tnaqqas il-problemi tal-bhejjem relatati ma' l-ambjent. Dan il-qasam jinvolvi:
- kooperazzjoni transkonfinali fit-trobbija, il-ġestjoni ta' l-egħlieqi, il-produzzjoni sostenibbli u l-kummerċ tal-bhejjem;
- analiżi dwar ir-relazzjoni bejn l-iżvilupp tal-bhejjem fl-Afrika u t-tibdil fil-klima;
- tisħiħ tan-netwerks ikkoordinati tas-servizzi veterinarji u s-sistemi ta' kontroll tal-mard, billi jkunu applikati standards Ewropej,
- tisħiħ tas-sistema pan-Afrikana għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali biex jintsab rimedju għall-mard tal-bhejjem; kif ukoll
- ir-riċerka, il-provi u t-tixrid tat-tagħrif dwar metodi tal-prevenzjoni mill-mard, inkluż l-iżvilupp ta' vaċċini.
L-imsieħba prinċipali previsti huma l-aġenziji speċjalizzati dwar il-bhejjem ta' l-AUC (IBAR, PANVAC u PATTEC), l-ILRI u l-aġenziji dwar il-bhejjem fuq livelli (sotto)reġjonali, il-FAO, l-OIE, u organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trobbija tal-bhejjem . Għandu jsir użu mill-Patenarjat tal-bhejjem Afrikani (ALIVE), li fihom hemm involuti l-kointeressati prinċipali.
Il-Ġestjoni tar-Riskju
Dan il-qasam ta' kooperazzjoni għandu jindirizza l-kapaċitajiet biex jitnaqqsu r-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u l-kriżijiet fil-prezzijiet, b'iffukar fuq kwistjonijiet organizzattivi u strumenti finanzjari.
Il-kooperazzjoni fuq livell reġjonali u kontinentali ser jiffoka fuq:
- il-bini tal-kapaċità istituzzjonali u teknika fit-tħejjija, il-prevenzjoni u r-rispons għad-diżastri, inkluż għall-ħażniet ta' l-ikel għal perjodu ta' żmien qasir;
- riċerka, tixrid ta' informazzjoni u l-bini tal-kapaċità għall-metodi ta' biedja b'riskji mnaqqsa u bi strateġiji ta' soluzzjoni;
- sistemi innovattivi biex jitnaqqas ir-riskju ta' telfien ta' ħxejjex u bhejjem minħabba epidemiji u mard;
- skambju ta' informazzjoni ta' lezzjonijiet meħuda, u l-bini tal-kapaċità fl-użu ta' strumenti ta' ġestjoni tar-riskju bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq, fondi għall-approssimazzjoni ( smoothing schemes ) u mekkaniżmi ta' assikurazzjoni; kif ukoll
- l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' sistemi reġjonali u kontinentali ta' avviżi bikrin u li jgħaqqduhom ma' dawk nazzjonali.
Il-kooperazzjoni hija mmirata biex tinbena l-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati prominenti u jittejjeb l-aċċess għas-swieq internazzjonali finanzjarji u ta' assikurazzjoni lill-pajjiżi Afrikani. L-imsieħba prinċipali għandhom ikunu l-AUC, l-REC's, u organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-CTA għandha tkun involuta fl-iskambju ta' informazzjoni fuq metodi ta' biedja b'riskju mnaqqas u sistemi ta' ġestjoni tar-riskji bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq.
Monitoraġġ u Rappurtar
Koordinazzjoni
Il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni ta' żvilupp agrikolu bejn l-UE u l-Afrika għandu jkollha tliet dimensjonijiet li huma konnessi ma' xulxin: (i) ma' istituzzjonijiet Afrikani; (ii) ma' donaturi oħra u (iii) intra-UE.
Il-koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet Afrikani għandha tuża l-qafas tas-CAADP u għandha tkun taħt it-tmexxija ta' organizzazzjonijiet kontinentali u reġjonali, bi rwol ċentrali għall-AUC/NEPAD. Il-pjattaforma tal-Patenarjat tas-CAADP hi l-qalba tal-mekkaniżnu biex ikun ikkoordinat l-involviment ta' l-imsieħba fl-iżvilupp fuq livell kontinentali. Pjattaformi simili qed ikunu mwaqqfa fuq livell reġjonali. Fuq livell nazzjonali, il-proċess CAADP Country Round Table jipprovdi pjattaforma komparattiva. F'termini tematiċi, il-koordinazzjoni ser tkun irranġata b'mod li dejjem tiżdied madwar il-‘Pilastrii’ tas-CAADP
Il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni fost id-donaturi u l-allinjament madwar is-CAADP ser jitjiebu permezz tal-Pjattaform Globali tad-Donaturi għall-Iżvilupp Rurali (GDPRD), li tagħha huma membri l-KE u diversi Stati Membri. Il-GDPRD għandha taġixxi bħala punt ta' riferiment għad-donaturi, u għandha tassisti fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Pjattaforma tal-Partenarjat CAADP.
Il-koordinazzjoni fl-UE għandha tkun rinfurzata permezz ta' grupp ta' ħidma propost mill-UE20 fir-rigward ta' l-agrikoltura Afrikana, u dan ikun appoġġjat teknikament mis-CTA. Il-grupp ta' ħidma għandu jsaħħaħ is-sinerġiji u jtejjeb il-kwalità u l-viżibbiltà ta' l-UE għall-iżvilupp agrikolu Afrikan21.
Monitoraġġ u Rappurtar
Il-progress fl-implimentazzjoni tas-CAADP u fil-kooperazzjoni fir-rigward ta' l-iżvilupp agrikolu għandu jkun monitorjat b'mod predominati mill-Pjattaforma tal-Partenarjat CAADP u mill-Forum għall-Partenarjat ma' l-Afrika (APF). It-tnejn għandhom jużaw sett ta' indikaturi simili attwalment fl-istadju ta' l-AUC u l-NEPAD. B'żieda ma' dan, qed ikunu żviluppati mekkaniżmi ulterjuri għal monitoraġġ aktar dettaljat fi ħdan il-pilastri tas-CAADP.
Il-GDPRD għandu jgħin fil-proċess ta' monitoraġġ, b'riferenza speċifika għal proġetti u programmi ffinanzjati mid-donatur, għall-armonizzazzjoni u l-allinjament, u għall-konsistenza fil-programm tas-CAADP.
Ir-rilevanza ta' l-orjentazzjonijiet tal-politika u tad-direzzjonijiet strateġiċi tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika fl-iżvilupp agrikolu għandha tkun soġġett għall-istess proċess ta' reviżjoni bħall-aġenda ta' kooperazzjoni globali bejn l-UE u l-UA, kif inhuma koperti bħalissa mill-istrateġija ta' l-UE għall-Afrika.
Konklużjoni
It-tkabbir agrikolu wiesa' fl-Afrika hu kruċjali biex isir progress ħalli jintlaħqu l-MDG's u biex ikun żgurat il-forniment tas-servizzi soċjali fiż-żoni rurali aċċessibbli għal kulħadd. B'għarfien ta' dan kienu stipulati seba' oqsma ta' kooperazzjoni dwar żvilupp agrikolu fuq livelli reġjonali u kontinentali, ibbażati fuq l-aġenda agrikola ta' l-Afrika u li jaħdmu primarjament permezz ta' organizzazzjonijiet Afrikani. Dawn jiffukaw fuq il-bini tal-kapaċità u t-tisħiħ istituzzjonali ta' l-organizzazzjoniet reġjonali u kontinentali sabiex itejbu l-elementi politiċi agrikoli u t-tmexxija.
Il-kooperazzjoni għandha tikkonbina orjentazzjoni lejn il-kompetittività, b'enfażi fuq il-produttività u t-tkabbir, bi żvilupp fuq skala kbira, li jiffoka fuq kif jittaffa l-faqar u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Għaż-żewġ aspetti, is-swieq reġjonali għall-prodotti agrikoli jeħtieġu żvilupp, b'enfażi fuq l-importanza ta' l-integrazzjoni reġjonali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. Aktar minn hekk, għandhom ikunu pomossi sistemi ta' produzzjoni sostenibbli fuq il-bażi ta' l-għarfien tal-bżonn ta' adattament għal sfidi esterni bħal mhu t-tibdil fil-klima.
Il-kooperazzjoni għandha tkun konformi mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi, billi tipprovdi appoġġ għal aġenda Afrikana u billi jintużaw mekkaniżmi armonizzati għad-djalogu u r-reviżjoni.
ANNESS - Akronimi
AKP: L-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku
AGRI: Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (KE)
APF: Il-Forum dwar il-Partenarjat ma' l-Afrika
ARD: Riċerka Agrikola għall-Iżvilupp
AU: L-Unjoni Afrikana
AUC: Il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana
ASARECA: L-Assoċjazzjoni għat-Tisħiħ tar-Riċerka Agrikola fl-Afrika tal-Lvant u Ċentrali
CAADP: Il-Programm Komprensiv għall-Iżvilupp Agrikolu ta' l-Afrika
CGIAR: Il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Riċerka Agrikola Internazzjonali
CILSS: Il-Kumitat Permanenti bejn l-Istati għall-ġlieda kontra n-Nixfa fis-Saħel
COMESA: Is-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar
CORAF/WECARD: Il-Kunsill ta' l-Afrika tal-Punent u Ċentrali dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp ta' l-Agrikoltura
CTA: Iċ-Ċentru Tekniku dwar l-Agrikotura u l-Kooperazzjoni Agrikola
DĠ: Direttorat Ġenerali
DRC: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
KE: Il-Kummissjoni Ewropea
ECART: Il-Konsorzju Ewropew għar-Riċerka Agrikola fit-Tropiċi
ECCAS: Il-Komunità Ekonomika ta' l-Istati taċ-Ċentru ta' l-Afrika
ECOWAS: Il-Komunità Ekonomika ta' l-Istati tal-Punent ta' l-Afrika
EDF: Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
EIARD: Inizjattiva Ewropea dwar ir-Riċerka Agrikola għall-Iżvilupp
ENPI: Strument tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat
ENV: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (KE)
UE: L-Unjoni Ewropea
FAAP: Il-Qafas għall-Produttività Agrikola Afrikana
FAO: L-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u l-Agrikoltura
FARA: Il-Forum għar-Riċerka Agrikola fl-Afrika
FISH: Id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (KE)
FLEGT: L-Infurzar tal-Liġi tal-Forestrija, it-Tmexxija u l-Kummerċ
FP: Programm Qafas (Riċerka)
FSTP: Programm Tematiku dwar is-Sikurezza ta' l-Ikel
PGD: Prodott Gross Domestiku
GDPRD: Il-Qafas Globali tad-Donaturi dwar l-Iżvilupp Rurali
GFAR: Forum Globali dwar ir-Riċerka Agrikola
IAPSC: Il-Kunsill Fitosanitarju Inter-Afrikan
IBAR: L-Uffiċċju Inter-Afrikan dwar ir-Riżorsi ta' l-Annimali
IFAD: Il-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu
IFAP: Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi Agrikoli
IFPRI: L-Istitut ta' Riċerka tal-Politika Internazzjonali dwar l-Ikel
IGAD: L-Aġenzija Intergovernattiva għall-Iżvilupp (il-Qarn ta' l-Afrika)
ILRI: L-Istitut ta' Riċerka Internazzjonali dwar il-Bhejjem
JRC: Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (UE)
MDG: Għan ta' Żvilupp tal-Millennju
NARS: Sistemi ta' Riċerka Agrikola Nazzjonali
NATURA: Netwerk ta' Universitajiet Agrikoli Ewropej (orjentati lejn it-tropikali u s-sub-tropikali) Relatati ma' l-Iżvilupp Agrikolu
NEPAD: Il-Partenarjat Ġdid għall-Iżvilupp ta' l-Afrika
NGO: Organizzazzjoni mhux Governattiva
OIE: L-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali
PAEPARD: Il-Partenarjat Pan-Afrikan-Ewropew dwar ir-Riċerka Agrikola għall-Iżvilupp
PANVAC: Iċ-Ċentru Veterinarju tat-Tilqim Pan-Akrikan
PATTEC: Il-Kampanja Pan-Afrikana għall-Ġlieda kontra t-Tsetse u t- Tryponosomiasis
REC: Il-Komunità Ekonomika Reġjonali
REGIO: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (KE)
RFO: L-Organizzazzjonijiet tal-Biedja Reġjonali
RIP: Programm Indikattiv Reġjonali
RTA: Ftehim Kummerċjali Reġjonali
RTD: Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka (KE)
SADC: Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar ta' l-Afrika
SADC-FANR: Id-Direttorat ta' l-Ikel, l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali ta' l-SADC
SANCO: Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi (KE)
SPS: Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji
SRO: L-Organizzazzjoni ta' Riċerka Sub-reġjonali
SSA: L-Afrika tas-Sub-Saħara
SWP: Dokument ta' Ħidma tal-Persunal
TP: Programm Tematiku
UN: In-Nazzjonijiet Uniti
WFP: Programm Dinji ta' l-Ikel
WTO: L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
[1] (2006/C46/01)
2 COM (2005) 489.
3 Li jkopri l-ħxejjex., il-bhejjem, l-industrija tal-ħut u l-forestrija.
4 In-nisa jipproduċu madwar 80% ta' l-ikel kollu fl-Afrika.
5 Bħall-kontroll fuq il-mard tal-bhejjem, ir-riċerka u l-SPS
6 Li tinkludi l-miġja tal-paċi f'uħud mill-pajjiżi.
7 Ara d-Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi ta' Kummissjoni anness ma' din il-Komunikazzjoni għal preżentazzjoni elaborata tas-sitt oqsma.
8 Is-swieq tal-biokarburanti,, kif ukoll il-kummerċ ġust u l-prodotti organiċi qegħdin jespandu.
9 Fid-'Dikjarazzjoni ta' Maputo' ta' Lulju 2003, li kkommettiet lill-pajjiżi biex jallokaw mill-anqas 10% tal-baġits nazzjonali għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali sa l-2008/09.
10 Is-Samit dwar is-sikurezza ta' l-ikel fl-Afrika, Abuja, Diċ. 2006. Fis-samit kienu identifikati numru ta' prodotti strateġiċi li għalihom għandhom jitjiebu l-iskambi u l-kummerċjalizzazzjoni bejn il-pajjiżi Afrikani..
11 Iċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Agrikoltura, ċentru konġunt bejn l-UE u l-ACP li twaqqaf skond il-Ftehim ta' Cotonou.
12 Id-DĠ AGRI jista' jassisti fi skambji ta' l-aħjar prattiċi, jipprovdi kuntatti ma' organizzazzjoniet tal-biedja u jagħti informazzjoni dwar l-istandards u r-riċerka.
13 Inklużi skambji bejn il-bdiewa nfushom.
14 Kemm permezz ta' strumenti xjentifiċi (eż. INCO, RFP) u dawk ta' politika ta' żvilupp.
15 Żviluppata mill-EIARD.
16 ECART- GEIE u NATURA.
17 Li jibnu fuq l-inizzjattiva tal-FLEGT għar-riżorsi tal-foresti.
18 Eż. TerrAfrika
19 Inklużi l-Osservatorju JRC ACP għall-iżvilupp Sostenibbli.
20 Il-grupp ta' ħidma hu propost li jirrapporta lil CODEV
21 Mhix prevista faċilità ta' finanzjament ġdida.
| Fuq |