52007DC0022


Titolu u referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Qafas regolatorju kompetittiv tal-karozzi għas-Seklu 21 - Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 - Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi {SEG(2007) 77} {SEG(2007) 78}

/* KUMM/2007/0022 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
doc doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.2.2007

KUMM(2007) 22 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21

Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21

Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi

{SEG(2007) 77}{SEG(2007) 78}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21

Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21

Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-UE u l-Istrateġija ta’ l-Impjiegi

WERREJ TAL-KONTENUT

SOMMARJU EżEKUTTIV 3

1. INTRODUZZJONI 5

2. INDUSTRIJA FI TRANżIZZJONI? ……………………………………………………….. 6

3. TITJIB TAL-QAFAS REGOLATORJU TA’ L-INDUSTRIJA SEGWITU GħAL CARS 21 7

3.1. Suq intern: approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi 7

3.2. Simplifikazzjoni regolatorja u internazzjonalizzazzjoni 8

3.3. Trasport stradali ambjentalment sostenibbli: avviċinament integrat 9

3.4. Tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: sforz komuni 13

3.5. Kummerċ u swieq barranin ħidma għal kompetizzjoni dinjija ġusta 15

3.6. Riċerka u żvilupp: muftieħ għal kompetittività ġejjiena 17

3.7. Tassazzjoni u inċentivi fiskali, proprjetà intellettwali u kompetizzjoni 18

4. IL-PASSI LI JMISS 19

Anness 1: Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali

Anness 2: Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE

SOMMARJU EŻEKUTTIV

Din il-Komunikazzjoni turi b’mod ġenerali d-direzzjoni tal-politika ġejjiena dwar il-karozzi. F’perspettiva ta’ regolamentazzjoni aħjar hi għandha l-għan li tippromwovi interazzjoni koerenti bejn id-diversi oqsma tal-politika, li tipprovdi prevedibilità u li tfittex il-protezzjoni ta’ l-interessi pubbliċi (eż. l-ambjent u s-sikurezza) filwaqt li tipprova tnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-industrija.

Din tippreżenta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Grupp ta Livell Għoli CARS 21 li laqqa’ flimkien il-partijiet interessati prinċipali (l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs u l-MEPs) fl-2005 biex jeżaminaw l-oqsma prinċipali tal-politika li qed iħallu impatt fuq l-industrija Ewropea tal-karozzi u biex jitressqu rakkomandazzjonijiet għall-politiki ġejjiena u l-qafas regolatorju.

Fil-bidunett tal-Grupp CARS 21, l-industrija ressqet preokkupazzjonijiet dwar l-ispiża kumulattiva għolja tal-leġiżlazzjoni. L-analiżi mwettqa f’CARS 21 kkonkludiet li s-sistema attwali ta’ l-approvazzjoni tat-tipi kienet effettiva, u kellha tinżamm u li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni kienet neċessarja u meħtieġa fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi u l-ambjent. Madankollu, il-Grupp CARS 21 identifika 38 direttiva tal-KE li jistgħu jiġu ssostitwiti b'regolamenti internazzjonali tal-UNECE (il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa). Hu identifika wkoll 25 direttiva u regolamenti tal-UN/ECE , li għalihom jista ’ jiġi introdott awto-ittestjar jew ittestjar virtwali .Il-Kummissjoni tappoġġa dawn ir-rakkomandazzjonijiet, iżda se tiżgura li meta tirreferi għar-regolamenti tal-UN/ECE, il-Komunità ser iżomm l-abbiltà tagħha li tilleġiżla b’mod indipendenti mis-sistema tal-UN/ECE, fejn adatt.

Fil-qasam ta’ l-ambjent, il-Komunikazzjoni tapprova li jkun hemm aktar limitazzjoni għall-emissjonijiet ta’ tniġġis skond l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis Atmosferiku. Barra minn hekk, hi tiddeskrivi l-elementi prinċipali ta’ l-istrateġija ġejjiena tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l- emissjonijiet mill-karozzi CO 2 stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-riżultati ta’ l-analiżi ta’ l-istrateġija attwali tal-Komunità. L-istrateġija ġejjiena hi bbażata fuq avviċinament integrat biex jitwettaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g/km ta’ CO2 sa l-2012 permezz ta’ azzjoni magħquda bejn l-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni, li tiffoka fuq tnaqqis mandatorju ta’ l-emissjonijiet CO2 biex tilħaq l-għan ta’ 130 g/km għal kull flotta medja ġdida ta’ karozzi permezz ta’ miljoramenti fit-teknoloġija tal-vetturi b’magna, u jsir aktar tnaqqis ta’ 10 g/km ta’ CO2, jew l-ekwivalenti jekk teknikament neċessarju, permezz ta’ miljoramenti f’teknoloġiċi oħra u permezz ta’ żieda fl-użu tal-bijofjuwils. Hi se tinkoraġġixxi sforzi addizzjonali mill-Istati Membri u l-konsumatur. L-istrateġija għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Enerġija fl-Ewropa[1] li ġiet adottata reċentement.

Il-Komunikazzjoni tidentifika serje ta’ miżuri li jridu jiġu kkunsidrati fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. Numru ta’ azzjonijiet relatati mal-vetturi huma proposti fejn l-aktar importanti hi l-inklużjoni tal- Kontroll Elettroniku ta ’ l-Istabilità fil-vetturi l-ġodda. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat avviċinament olistiku għas-sikurezza fit-toroq li tinvolvi l-karatteristiċi tal-vetturi, l-infrastruttura u l-utenti tat-toroq.

Il-Komunikazzjoni turi b’mod ġenerali l-preokkupazzjonijiet prinċipali tas-settur tal-karozzi fir-rigward tal-politika kummerċjali. Hi tipproponi li tassessja l-potenzjal li jintużaw ftehimiet kummerċjali bilaterali (partikularment fir-reġjun Asjatiku) biex jittejjeb l-aċċess għas-suq u tirrinforza l-ħtieġa li jiġu applikati d- drittijiet intellettwali fuq livell dinji.

Fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, il-Komunikazzjoni tidentifika l-fjuwils rinnovabbli li ma jniġġsux u l-vetturi intelliġenti u t-toroq bħala l-qalba tal-prijoritajiet tar-riċerka. Hi tadotta avviċinament li jħares ’il quddiem u tispjega b’mod ġenerali l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil kif ukoll biex tressaq regolament dwar il-vetturi li jużaw l-idroġenu bħala fjuwil.

Din il-Komunikazzjoni tirrifletti konsultazzjoni mal-partijiet interessati u djalogu intensiv dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-karozzi u l-Kummissjoni tispera li hi tikkontribwixxi għal kultura u l-metodoloġija li jelaboraw il-politiki fil-ġejjieni.

1. INTRODUZZJONI

Il-mobilità pprovduta mit-trasport stradali hi prerekwiżit għall-mod ta’ kif jgħixu llum il-ġurnata l-Ewropej. Il-vetturi jirfdu l-istil ta’ ħajja li ngħixu billi jiffaċilitaw l-interazzjoni soċjali u d-distribuzzjoni affidabbli tal-merkanzija fil-kontinent kollu.

Il-katina ta’ valuri kumplessi ta’ l-industrija tal-karozzi għandha rwol sostanzjali fl-ekonomija Ewropea u l-importanza tagħha hi akkwistata b’mod wiesa’ minn rabtiet fi ħdan l-istrutturi ekonomiċi domestiċi u internazzjonali.

L-industrija tal-vetturi topera mad-dinja kollha u hi waħda mill-muturi tal- globalizzazzjoni , ikkaratterizzata bil-ftuħ mgħaġġel tas-swieq dinjin u ż-żieda u d-diversità segwenti fil-moviment tal-kapital. Ir- rivoluzzjoni teknoloġika kontinwa qed tbiddel l-industrija tal-karozzi minn settur tradizzjonalment ibbażat fuq il-manifattura f’wieħed li aktar ma jmur aktar qed jiġi bbażat fuq l-għerf. Domestikament, l-industrija tal-vetturi qed tieħu passi importanti u ta’ spiss diffiċli biex ittejjeb il-bażi ta ’ l-ispejjeż u l-proċessi tal-produzzjoni tagħha li jqajmu biża’ relatata mar- ristrutturar u r- rilokalizzazzjoni .

Dawn il-fatturi flimkien mal-ħtieġa biex jiġi protett l-ambjent naturali, jissalwagwardjaw s-saħħa u l-ħajjiet umani u joperaw f’ ambjent ta ’ prezz għoli taż-żejt , huma ħolqu sitwazzjoni fejn l-industrija qed tiffaċċja sfidi, responsabbiltajiet u opportunitatjiet ġodda li jistgħu jibdlu kemm lill-industrija kif ukoll il-prodotti tagħha.

L-interazzjonijiet tal-politika ma’ l-industrija għandhom ifittxu biex itejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-produzzjoni tal-vetturi u janalizzaw b’mod għaqli l-impatti ta’ l-ispejjeż u tal-kompetittività ta’ attività regolatorja ġejjiena. Il-Kummissjoni temmen li l-politika pubblika għandha tkun prevedibbli filwaqt li tirrifletti b’mod korrett id-domandi li aktar qed isiru kumplessi tas-soċjetà u tantiċipa t-tendenzi fis-swieq dinjin. B’konformità ma’ l-inizjattiva għal Regolament Aħjar il-Kummissjoni bdiet analiżi komprensiva regolatorja u tal-politika relatata mal-karozzi billi waqqfet il- Grupp ta ’ Livell Għoli CARS 21 , li laqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha biex jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar l-għażliet ġejjiena tal-politiki[2].

Din il-Komunikazzjoni tipprovdi l- valutazzjoni tal-Kummissjoni u t-tweġiba tagħha f ’ termini ta ’ azzjoni pubblika fir-rigward tar-rapport ippreżentat mill-Grupp CARS 21[3] . B’dan il-mod, hi turi b’mod ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill id-direzzjoni li lejha l-Kummissjoni biħsieba tidderieġi l-politika ġejjiena tal-karozzi.

Il-proposti u l-inizjattivi li jinstabu f’din il-Komunikazzjoni għandhom l-għan li:

- isaħħu aktar it-tħaddim tas-suq intern

- jissimplifikaw aktar il-leġiżlazzjoni dwar il-karozzi u li jkomplu l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-karozzi

- jippromwovu aktar it-trasport stradali ambjentalment sostenibbli

- iżidu aktar is-sikurezza fit-toroq Ewropej

- jikkontribwixxu għal ambjent operattiv dinji ġust għall-industrija Ewropea tal-karozzi

- jinkoraġġixxu riċerka u żvilupp b’mod aktar qawwi fl-oqsma ta’ interess strateġiku

2. INDUSTRIJA FI TRANżIZZJONI?

Sforzi reċenti mill-kumpaniji tal-karozzi biex itejbu l-produttività u jnaqqsu l-ispejjeż ġibdu l-attenzjoni pubblika u qajmu preokkupazzjonijiet dwar il-futur tal-manifattura tal-karozzi fl-ekonomiji Ewropej li għandhom spejjeż għoljin ta’ produzzjoni u ftit jew ebda żieda fid-domanda għall-vetturi. Hemm biża’ li l-produzzjoni tal-karozzi tista’ tiġi ttrasferuta lejn pajjiżi terzi peress li l-industrija qed tfittex bażi aktar baxxa ta’ spejjeż u swieq li probabbilment se jesperjenzaw tkabbir ġejjieni mgħaġġel. Kapaċitajiet aktar milli meħtieġa eżistenti fl-UE u r-rwol li qed jiżdied tal-produzzjoni u l-awtomazzjoni flessibbli fit-titjib ta’ l-effiċjenza tal-produzzjoni flimkien ma’ investimenti magħmula fil-kapaċità addizzjonali f’xi Stati Membri jwasslu għal tnaqqis fl-impjiegi relatati mal-karozzi.

Xi ristrutturar attwali hu reazzjoni għall-problemi strutturali li eżistew f’partijiet mill-industrija għal xi żmien. Minkejja l-varjazzjonijiet bejn il-produtturi individwali, il-biċċa l-kbira ta’ l-isfidi tal-manifatturi għandhom x’jaqsmu mal-livelli ta’ produttività, l-ispejjeż u r-regolamenti tas-suq tax-xogħol. Spejjeż għoljin fissi, kapaċità strutturali aktar milli meħtieġa u prezzijiet rekord reċenti fis-swieq dinjija tal-kommodità flimkien ma’ kompetizzjoni aggressiva fil-prezzijiet fost il-manifatturi, wasslu lil ħafna kumpaniji biex jiffokaw fuq il-kompetittività tagħhom għal tul dewwiemi ta’ żmien billi jikkonċentraw fuq it-titjib tal-produttività u l-miljorament ta’ l-istrutturi ta’ l-ispejjeż. Dan, imbagħad, jista’ jwassal għal reorganizzazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni u għal tendenza ta’ tnaqqis tal-forza tax-xogħol. L-impatt ġenerali jista’ jiġi aggravat aktar permezz ta’ effetti ta’ riżultati indiretti fuq il-katina tal-provvista tal-karozzi minħabba l-parti integrali tal-provvedituri fil-kostruzzjoni tal-vetturi.

F’terminu ta’ żmien medju jidher probabbli li l-immuntar tal-vetturi għas-suq Ewropew fil-biċċa l-kbira se jitwettaq fl-Ewropa. Għalkemm din l-industrija qed kull ma jmur aktar issir dinjija, il-karatteristiċi tad-domanda għadhom relattivament distintivi f’diversi swieq u l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-karozzi għadhom iżommu porzjon sinifikanti mill-produzzjoni tagħhom fil-lokal. Il-livell għoli ta’ spejjeż mitlufa f’faċilitajiet eżistenti ta’ produzzjoni, iż-żieda tal-produzzjoni flessibbli u l-livell tal-kapaċità tal-ħaddiema Ewropej jidhru li qed jirrinforzaw din il-konklużjoni. Madankollu, l-isfidi imposti minn kompetizzjoni internazzjonali aktar aggressiva probabbilment se jiżdiedu fil-futur imbiegħed. F’termini ta’ produzzjoni lokali, bi tkabbir mgħaġġel, f’żoni ta’ ftit spejjeż iżda barra mill-UE, qed jattiraw attenzjoni sinifikanti mill-manifatturi Ewropej tal-vetturi.

B’konformità ma’ l-istrateġija tal-Kummissjoni għat-tkabbir u l-impjiegi[4] din il-Komunikazzjoni qed taħdem bi sħiħ biex toħloq kondizzjonijiet ta’ qafas favorevoli għal industrija tal-karozzi innovattiva u li għaddejja ’l quddiem u b’hekk tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ ristrutturar. Madankollu fejn kumpanija tieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tinterferixxi f’deċiżjonijiet kummerċjali ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant, kull tranżizzjoni li tirriżulta għandha titwettaq b’konformità mad-Direttivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, is-sensji kollettivi u l-Kunsilli Ewropej dwar l-oqsma tax-Xogħol[5]. Oltri dan, f’perspettiva aktar fit-tul, politika reġjonali tista’ twettaq rwol fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż ta’ tranżizzjoni billi trawwem it-tibdil strutturali neċessarju. Strumenti bħalma huma l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Ewropew ta’ l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li għadu kif twaqqaf jistgħu jkollhom rwol fil-mitigazzjoni ta’ l-ispejjeż soċjali fit-terminu qasir ta’ żmien ta’ tranżizzjoni, pereżempju billi jipprovdu lill-ħaddiema b’taħriġ sabiex isibu impjiegi ġodda. Dawn il-fondi għandhom ukoll rwol sinifikanti fil-ħolqien ta’ kondizzjonijiet strutturali aħjar għall-attività ekonomika, li daparti tagħha tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha taħdem bi sħiħ favur il-kondizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu l-kumpaniji li jantiċipaw fi stadju bikri sfidi ta’ kompetizzjoni u tweġiba għalihom f’mod soċjalment responsabbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tlaqqa’ forum ta’ ristrutturazzjoni dwar l-industrija tal-karozzi sabiex tindirizza l-isfidi u tantiċipa u tadatta aħjar għall-bidla.[6]

L-industrija tal-karozzi fl-Ewropa attwalment hi kkaratterizzata b’kompetizzjoni qawwija fil-prezzijiet, prezzijiet għolja għall-materja prima u l-enerġija, enfasi qawwija fuq l-immaniġġjar ta’ l-ispejjeż u ristrutturar tal-proċessi ta’ produzzjoni. Minn perspettiva politika, il-pressjoni fuq l-impjiegi u l-iffokar fuq il-kontroll ta’ l-ispejjeż jimplikaw li l-Kummissjoni se tanalizza b’mod għaqli l-impatti ta’ attività ġejjiena regolatorja fuq l-impiegi u l-kompetittività.

3. TITJIB TAL-QAFAS REGOLATORJU TA’ L-INDUSTRIJA

3.1. Suq intern: approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi

Il-politika tas-suq intern għall-vetturi b’magna attwalment tirregola tliet kategoriji ta’ vetturi (karozzi għall-passiġġieri, muturi u tractors ) fuq bażi mandatorja. Din ibbażata fuq is- sistema Komunitarja ta ’ l-approvazzjoni sħiħa tal-Vetturi tal-KE [7] li pprovat li kienet effettiva għall-aħħar. Il-Kummissjoni temmen li din għandha tinżamm u li l- benefiċċji tagħha għandhom jiġu estiżi biex ikopru aktar prodotti tal-karozzi (eż. vetturi kummerċjali ħfief, karozzi tal-linja u trakkijiet).

Il-Kummissjoni temmen li s-suq intern għandu jiffunzjona b ’ mod aktar effiċjenti meta l-vettura tasal fis-suq . B’mod partikulari, problemi dwar kemm il-vettura hi tajba għas-sewqan u l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni għadhom sors ta’ preokkupazzjoni kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-intrapriżi.

2. Il-Kummissjoni[8]:

- adottat proposta għal Direttiva ta’ Qafas ġdida għall-approvazzjoni ta’ vetturi b’magni[9] biex testendi l-proċedura Komunitarja ta’ l-approvazzjoni sħiħa tal-Vetturi tal-KE għall-kategoriji kollha tal-vetturi fuq bażi mandatorja u tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw din il-proposta malajr kemm jista’ jkun

- inkludiet, fil-proposta ta’ Direttiva ta’ Qafas ġdida, dispożizzjoni għal skema ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet u tagħmir li huma kruċjali għas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali

Barra minn hekk,

il-Kummissjoni:

1. fl-2007, se taġġorna l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni tat-tipi u r-reġistrazzjoni tal-vetturi li qabel ġew irreġistrati fi Stat Membru ieħor[10]

3.2. Simplifikazzjoni u internazzjonalizzazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju

Waħda mir-raġunijiet għala twaqqaf CARS 21 kienet il-preokkupazzjoni murija mill-industrija li l-ispiża kumulattiva tar-regolament kellha effett negattiv fuq il-kompetittività u għolliet il-prezzijiet tal-vetturi mingħajr ma dan kien meħtieġ. Sotto-grupp iddedikat twaqqaf bħala parti minn CARS 21 biex jiskrutinizza l-qafas regolatorju[11] u biex jidentifika l-possibbiltajiet li tiġi rtirata jew issimplifikata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Wara l-eżaminazzjoni, il-Grupp CARS 21 kkonkluda li l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għandha tinżamm peress li hi meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi u l-ambjent. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-Komunità ffirmat aktar minn 100 regolament internazzjonali relatat mal-vetturi adottati taħt il-patroċinju tal-UN/ECE li huma applikabbli bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja korrispondenti, il-Grupp CARS 21 rrakkomanda li 38 direttiva jistgħu jiġu ssostitwiti b ’ Regolamenti tal-UN/ECE mingħajr ma jkun hemm ebda telf fil-livell tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, il-Grupp CARS 21 identifika direttiva li tista’ tiġi abrogata[12] u 25 direttiva u Regolamenti tal-UN/ECE li fihom l-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali jistgħu jiġu introdotti sabiex l-industrija jitnaqqsulha l-ispejjeż tal-konformità regolatorja billi l-proċeduri amministrattivi jsiru bi ftit spejjeż u mingħajr ħela ta’ ħin.

Il-Kummissjoni tappoġġa dawn ir-rakkomandazzjonijiet, iżda hi konxja tal-ħtieġa li żżomm il-possibbiltà għall-UE li tilleġiżla b’mod indipendenti mis-sistema tal-UN/ECE fejn dan meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE f’termini ta’ saħħa, ambjent jew għanijiet ta’ politiki oħra u se tfittex biex timplimenta ċaqliq ġejjieni lejn ir-regolamenti tal-UN/ECE b’mod li jkunu kompatibbli ma’ din il-ħtieġa.

2. Il-Kummissjoni:

2. se tipproponi li tissostitwixxi 38 direttiva tal-KE[13] b’regolamenti tal-UN/ECE korrispondenti hekk kif il-Direttiva ta’ Qafas dwar l-approvazzjoni tat-tipi tiġi adottata (dan mistenni fl-2007)

3. fl-2008-9, se tipproponi l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa għal użu ta’ l-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali fil-25 direttiva tal-KE u r-regolamenti tal-UN/ECE[14]

4. se tippubblika dokumenti annwali lill-Parlament Ewropew dwar il-progress imwettaq fil-UN/ECE u fil-proċedura tal-komitoloġija

5. se tikkunsidra, fl-2008-09, li tissimplifika d-Direttivi 71/127/KEE[15], 74/297/KEE[16], 76/115/KEE[17] u 78/932/KEE[18] kif ukoll ir-Regolament tal-UN/ECE 122[19]

3.3. Trasport stradali ambjentalment sostenibbli: avviċinament integrat

Il-karozzi huma responsabbli għal 12% ta’ l- emissjonijiet tal-gass b ’ effett tas-serra fl-Ewropa u għal parti sinifikanti ta’ l- emissjonijiet ta ’ tniġġis . Konsegwentement iż-żewġ politiki ambjentali prinċipali konnessi ma’ l-industrija tal-vetturi huma l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta’ l-Arja[20] u l-Istrateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2[21]. Il-politiki ta’ l-UE dwar l-iskart u l-ħsejjes għandhom inċidenza wkoll fuq is-settur tal-karozzi. Preokkupazzjonijiet li dejjem qed jiżdiedu dwar l-enerġija (l-ispiża u l-provvista) u l-ambjent probabbilment se jkollhom rwol importanti fid-dibattitu dwar il-forma u l-iffunzjonar ta’ vetturi tal-futur.

3.3.1. Emissjonijiet ta’ tniġġis

Mill-adozzjoni ta’ l-ewwel standards ta’ limiti ta’ l-emissjonijiet Euro twettaq tnaqqis approssimattiv ta ’ 70-90% ta ’ l-emissjonijiet NOx u tal-partikuli meta mkejla bil-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tipi. Il-Kummissjoni biħsiebha tkompli tissikka l-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro għall-vetturi ħfief u tqal skond l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis Atmosferiku u se tfittex biex taħdem biex ikun hemm kunsidrazzjoni aħjar dwar l-emissjonijiet veri matul il-proċess ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet.

2. Il-Kummissjoni:

- adottat proposta għal-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro 5 [22] biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ tniġġis mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi ħfief. L-adozzjoni tal-proposta se twassal għal tnaqqis ieħor ta’ 80% ta’ l-emissjonijiet tal-partikuli minn vetturi bid-diżil u għal tnaqqis ta’ 20% u 25% ta’ l-emissjonijiet ta’ l-NOx minn vetturi bid-diżil u bil-petrol rispettivament

- ikkontribwixxiet, flimkien mal-Parlament Ewopew u l-Kunsill, biex tnaqqas aktar l-emissjonijiet ta’ l-NOx ( Euro 6) mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi ħfief

- adattat proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni ta’ vetturi għat-trasport stradali li ma jniġġsux permezz ta’ offerti pubbliċi[23] li għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità ta’ l-arja (b’mod partikulari fl-ibliet) u għandha tappoġġa l-introduzzjoni fis-suq ta’ vettura li ma tniġġisx

- adottat il-proposta għal Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għal Koeżjoni 2007-2013, li jippromwovu investiment fin-netwerks sostenibbli ta’ trasport u fis-servizzi komuni tat-trasport pubbliku li jipprovdu netwerks ta’ distribuzzjoni għal fjuwils alternattivi tal-vetturi.

- 2. Il-Kummissjoni:

6. fl-2007, se tressaq proposta għal-limiti ta’ l-emissjonijiet Euro VI biex twettaq aktar tnaqqis sinifikanti ta’ l-emissjonijiet ta’ tniġġis minn vetturi tqal

7. qed taħdem lejn l-adozzjoni ta’ regolamenti tekniċi dinjin dwar iċ-ċikli ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet minn vetturi tqal (kemm ċikli stabbli kif ukoll tranżitorji), emissjonijiet off-cycle u sistemi djagnostiċi on-board sabiex kondizzjonijiet ta’ emissjonijiet veri jiġu kkunsidrati aħjar

8. qed teżamina l-għażliet biex tiżgura li l-proċess ta’ l-ittestjar ta’ l-emissjonijiet għall-vetturi tal-passsiġġieri jikkunsidra aħjar l-emissjonijiet veri

3.3.2. Tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 mis-settur tat-trasport stradali

Il-Kummissjoni se tkompli bl-avviċinament integrat tagħha bil-mira li twettaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g ta’ CO 2 /km sa l-2012 . Dan jista’ jintlaħaq permezz ta’ azzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tipproponi qafas ta’ leġiżlazzjoni , jekk possibbli fl-2007 u mhux aktar tard minn nofs l-2008, biex tilħaq l-għan ta’ l-UE ta’ 120 g/km ta’ CO2, li jiffoka fuq tnaqqis mandatorju ta’ l-emissjonijiet CO2 biex jintleħaq l-għan ta’ 130 g/km għal kull flotta medja ġdida ta’ karozzi permezz ta’ miljoramenti fit-teknoloġija tal-vetturi b’magna, u jsir aktar tnaqqis ta’ 10 g/km ta’ CO2, jew l-ekwivalenti jekk teknikament neċessarju, permezz ta’ miljoramenti f’teknoloġiċi oħra u permezz ta’ żieda fl-użu tal-bijofjuwils , speċifikament:

a) li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza għas-sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata;

b) it-twaħħil obbligatorju ta’ sistemi preċiżi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers;

c) li jiġu stabbiliti l-limiti minimi tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers fl-UE għal tajers iffittjati f’karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief;

d) l-użu ta’ l-indikaturi tal- gear shift , filwaqt li jiġi kkunsidrat kemm dawn il-mekkaniżmi huma użati mill-konsumaturi f’kondizzjonijiet veri ta’ sewqan;

e) il-progress fl-effiċjenza tal-fjuwil f’vetturi kummerċjali ħfief (vannijet) bl-għan li jintleħqu l-175 g/km ta’ CO2 sa l-2012 u l-160 g/km ta’ CO2 sa 2015;

f) żieda fl-użu tal-bijofjuwils li jimmassimizzaw il-prestazzjoni ambjentali.

Dawn ta’ hawn fuq se jiġu kkalkulati, immonitorjati, magħdudin u ma jgħoddux doppjament it-tnaqqis tas-CO2.

Il-Kummissjoni taqbel li l-qafas ta’ leġiżlazzjoni li jimplimenta l- mira ta’ flotta medja ġdida ta’ karozzi għandu jitfassal sabiex jiżgura miri ta’ tnaqqis sostenibbli kompetittivament newtrali u soċjalment ġust li huma ġusti għad-diversità ta’ manifatturi Ewropej tal-karozzi u jevitaw kull tidwir inġust tal-kompetittività fost il-manifatturi tal-karozzi.

Il-qafas leġiżlattiv se jkun kompatibbli ma’ l-għan ġenerali biex jintleħqu l-miri ta’ l-UE ta’ Kyoto u se jiġi bbażat fuq valutazzjoni ta’ impatt sħiħa . Valutazzjoni ta’ impatt ta’ din ix-xorta għandha tindirizza l-benefiċċji u l-ispejjeż tad-diversi għażliet meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali ta’ l-emissjonijiet medji tas-CO2, filwaqt li tikkunsidra l-aħħar teknoloġija disponibbli għal miljoramenti ambjentali fit-teknoloġija tal-karozzi. Lilhinn mill-qafas leġiżlattiv, l-istrateġija tal-Kummissjoni sabiex jitnaqqas is-CO2 għandha tinkoraġġixxi sforzi addizzjonali minn mezzi oħra ta’ trasport stradali (vetturi tqal, eċċ.), mill-Istati Membri (tassazzjoni relatata mas-CO2 u inċentivi fiskali oħra, l-użu ta’ l-offerti pubbliċi, l-immaniġġjar tat-traffiku, l-infrastruttura, eċċ.) u mill-konsumaturi (għażla informata bħala xerrej, imġiba responsabbli fis-sewqan).

2. Il-Kummissjoni:

9. tippreżenta l-istrateġija ġejjiena tagħha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi permezz ta’ avviċinament integrat kif deskritt hawn fuq flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ l-analiżi ta’ l-istrateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi[24].

10. se tesplora l-possibbiltà li tinkludi s-settur tat-trasport stradali fl-Iskambju tal-Kwota ta’ l-Emissjonijiet ta’ l-UE għat-tielet perjodu ta’ allokazzjoni li jibda mill-2013

11. wara l-adozzjoni reċenti tar-Rapport dwar il-Progress tal-Bijofjuwils[25] bħala parti mill-Komunikazzjoni dwar l-Energija għall-Ewropa li pproponiet mira minima li torbot ta’ 10% ta’ bijofjuwils sa l-2010, se tressaq proposta biex tiġi riveduta d-Direttiva 2003/30/KE[26] dwar l-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport fl-2007

12. se tivvaluta l-għażliet disponibbli biex jiġi żviluppat qafas ta’ politika sabiex jiġi inkoraġġut l-użu tal-bijofjuwils li joffru tnaqqis akbar tal-gass b’effett ta’ serra u se tkompli tappoġġa l-isforzi ta’ l-R&D li jikkonċernaw il-bijofjuwils tat-2 ġenerazzjoni

13. fl-2007, se tressaq proposta għal Regolament dwar il-vetturi b’magna li jużaw l-idroġenu bħala fjuwil biex jiżguraw l-użu mingħajr periklu ta’ din it-teknoloġija

14. se tkompli, fil-qafas ta’ l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti i2010[27], ir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq it-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjonijiet (ICT), li għandhom jikkontribwixxu għal mobilità aktar nadifa u aktar effiċjenti fl-enerġija, inklużi l-għodod għal sewqan li jirrispetta l-ambjent

15. se tpoġġi s-sistemi intelliġenti tat-trasport, inkluż Galileo, fil-qalba tal-pjan li ġej ta’ azzjoni dwar il-loġistika u fil- green paper dwar trasport urban bl-għan li jiġu mtejba l-operazzjonijiet tat-trasport u li titwettaq mobilità sikura u sostenibbli għall-Ewropa

16. se tinkoraġġixxi l-Bank Ewropew għall-Investiment biex tiġi appoġġata l-politika tal-Komunità dwar it-tnaqqis tas-CO2 billi tikkontribwixxi fil-finanzjament ta’ proġetti vijabbli ekonomikament fl-oqsma ta’ l-effiċjenza tal-fjuwil u ta’ fjuwils rinnovabbli.

3.3.3. Politiki ambjentali oħra

Minn barra dak li diġà ntqal hawn fuq, il-politiki ta’ l-UE li jikkonċernaw ir-riċiklaġġ tal-vetturi, l-istorbju u l- air-conditioners mobbli huma rilevanti għall-industrija tal-karozzi.

2. Il-Kummissjoni:

- ipproponiet it-tneħħija gradwali ta’ ċerti gassijiet b’effett tas-serra bi fluworin mis-sistemi ta’ l- air-conditioners mobbli (MACs)[28] miżura li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

B’ħarsitha lejn il-futur:

2. Il-Kummissjoni:

17. se tindirizza, matul ir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw[29], il-kwistjoni dwar implimentazzjoni mhix armonizzata ta’ din id-direttiva fl-Istati Membri (2009)

18. fl-2007-2009, se tfittex li ssegwi avviċinament olistiku biex tittratta l-kwistjonijiet ta’ l-istorbju, li se jinvolvi l-partijiet interessati u s-sistemi rilevanti kollha (eż. l-immaniġġjar tat-traffiku, l-imġiba tas-sewwieqa, it-teknoloġija tal-vetturi u tat-tajers, l-uċuħ tat-toroq)

3.4. Tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: sforz komuni

Progress notevoli twettaq fit-tnaqqis tal-periklu fit-toroq Ewropej: matul dawn l-aħħar 30 sena t-traffiku fit-toroq Ewropej ittripla filwaqt li n-numru tal-korrimenti naqas bin-nofs matul l-istess perjodu. Il-mobilità li dejjem qed tikber u li minnha qed jibbenefikaw l-Ewropej għadha akkwistata bi prezz qares: l-aħħar kalkoli juru li madwar 41,600 persuna nqatlu fit-toroq Ewropej fl-2005[30]. L-għan mistqarr tal-Kummissjoni hu li jintleħaq tnaqqis ta’ 50% fl-imwiet[31] fit-toroq Ewropej sa l-2010.

Il-Kummissjoni temmen li strateġija effettiva għat-tnaqqis tal-periklu fit-toroq għandha tkun ibbażata fuq l- interazzjoni bejn it-titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, l-infrastruttura tat-toroq, l-imġiba tas-sewwieqa u l-inforzar .

2. Il-Kummissjoni:

- adottat ir-Rakkomandazzjoni 2004/345/KE[32] dwar l-aħjar prattiċi rigward l-immonitorjar ta’ l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-veloċità u l-użu taċ-ċintorin tas-sikurezza

- iffirmat ir-Regolament 104 tal-UN/ECE[33] u emendat ir-Regolament 48 tal-UN/ECE[34] biex titejjeb il-viżibilità ta’ vetturi tqal

- adottat il-Komunikazzjoni dwar “is-Sistema eCall għal kulħadd”[35] bl-għan li jiġu aċċellerati l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ l-eCall, li ġew identifikati bħala prijorità fl-ambitu ta’ l-Inizjattiva eSafety

- adottat Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti[36] li għandha l-għan li tiffavorixxi l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji avvanzati tas-sikurezza sabiex jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-korrimenti stradali fl-UE

- adottat proposta għal Direttiva dwar l-Immaniġġjar tas-Sikurezza ta’ l-Infrastruttura Stradali[37]

- adottat proposta għal Direttiva dwar l-iffittjar fuq wara ta’ mirja f’vetturi tqal tat-tagħbija rreġistrati fil-Komunità bl-għan li jiġu evitati żoni li min ikun qed isuq ma jarahomx fil-firxa tal-vista ta’ wara[38]

- adottat proposta għal Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Koeżjoni 2007-2013 li, fost il-linji gwida rrakkomandati għall-azzjoni, tinkludi investiment fl-immaniġġjar tat-traffiku proprju, b’attenzjoni b’mod partikulari fuq is-sikurezza

Filwaqt li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp CARS 21, il-Kummissjoni adotta avviċinament għas-sikurezza stradali li jħares ’il quddiem u assessja l-inizjattivi possibbli ġejjiena f’dan il-qasam. Konsegwentement,

bejn l-2007 u l-2009, il-Kummissjoni se tivvaluta l-opportunità li tressaq proposti biex:

19. l-inklużjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal Isofix isiru obbligatorji għall-vetturi ġodda kollha

20. l-użu tad-dwal mixgħula bi nhar isir obbligatorju (konsultazzjoni pubblika kienet imnedija dwar dan is-suġġett fl-1 ta’ Awissu 2006)

21. l-inklużjoni tal-Kontroll Elettroniku ta’ l-Istabilità ssir mandatorja l-ewwel għall-vetturi tqal u mbagħad għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi ħfief malli metodu ta’ ttestjar jiġi żviluppat

22. il-fakkara taċ-ċintorini tas-sikurezza jsiru mandatorji għall-vetturi l-ġodda kollha

23. il-fażi II tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni ta’ Pedestrians tiġi emendata sabiex jittejbu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/102/KE[39]

24. jittejjeb l-inforzar tal-multi trans-konfinali imposti minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku ta’ Stat Membru ieħor ta’ l-UE (konsultazzjoni pubblika tnediet dwar dan is-suġġett fis-6 ta’ Novembru 2006)

Il-Kummissjoni għandha wkoll:

25. tinvestiga l-ispejjeż, il-benefiċċji u l-flessibilità li jiġu introdotti Sistemi ta’ Bbrejkjar ta’ Emerġenza fil-vetturi (b’mod partikulari l-vetturi tqal). Il-Kummissjoni qed tmexxi studju ta’ dawn is-sistemi u waqqfet grupp ta’ ħidma ffurmat minn partijiet interessati biex jassistiha fix-xogħol

26. tkompli bl-isforzi biex tippromwovi l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu ta’ sistemi ta’ sikurezza attivi fil-vetturi u sistemi kooperattivi għall-infrastruttura tal-vetturi fil-qafas ta’ l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti i2010

27. se tadotta fl-2006, it-3 Komunikazzjoni eSafety, li se twassal għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill aktar miżuri li l-għan tagħhom hu l-implimentazzjoni sħiħa ta’ l-eCall li tibda mill-2010

28. se tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kondizzjoni ta’ finanzjament Komunitarju fis-settur stradali għal proġetti li jsegwu l-aħjar prattika fis-sikurezza stradali

29. titlob lill-Istati Membri biex itejbu aktar l-infurzar tal-projbizzjonijiet tas-sewqan taħt l-influwenza ta’ l-alkoħol, l-infurzar tal-limiti tal-veloċità, l-infurzar ta’ l-użu ta’ l-elmu tal-muturi u biex jiġi promoss u infurzat l-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza

3.5. Kummerċ u swieq barranin ħidma għal kompetizzjoni dinjija ġusta [40]

Il-parti l-kbira taż-żieda fid-domanda dinjija għall-prodotti ta’ l-industrija matul l-għaxar snin li ġejjin ser issir minn ekonomiji li qed jiżviluppaw b’mod mgħaġġel (eż. iċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja eċċ.) u d-dimensjoni internazzjonali hi kruċjali għall-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea tal-karozzi.

Il-Kummissjoni temmen li negozjati multilaterali jipprovdu opportunità biex jittejjeb l-aċċess għas-suq għall-industrija Ewropea filwaqt li hemm ħtieġa wkoll li jitkomplew l-avviċinamenti bilaterali u reġjonali (permezz tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles jew arranġamenti simili) fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, kif meħtieġ.

F’industrija dinjija l-kondizzjonijiet relatati ma’ l- investiment barrani dirett u t-twaqqif ta’ produzzjoni lokali f’pajjiżi terzi huma importanti daqs l-influssi aktar tradizzjonali ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Il-politika Ewropea għandha tfittex li tiżgura li l-operat barrani tal-kumpaniji Ewropej ma jkunx suġġett għal diskriminazzjoni inġusta.

Il-Kummissjoni hi impenjata li ssaħħaħ u twessa’ l-governanza regolatorja fil-livell internazzjonali, b’mod partikulari permezz tal-qafas tal-UN/ECE (kif diskuss fit-taqsima 3.2.)[41], biex jitnaqqsu l-ostakoli mhux tariffarji għal kummerċ u li żżid l-iżvilupp ta’ livell regolatorju li jiżgura kondizzjonijiet ġusti mad-dinja kollha. L-industrija tal-karozzi esprimiet ukoll preokkupazzjoni serja dwar l-infurzar ta’ regoli għall-proprjetà intellettwali (IPR) f’ċerti żoni tad-dinja.

Il-Kummissjoni tippreokkupa ruħha dwar l-aċċess għas-suq fiċ- Ċina u l-kondizzjonijiet ta’ l-operat f’dan il-pajjiż. Dawn huma sinifikanti mhux biss minħabba l-potenzjal tas-suq Ċiniż imma wkoll minħabba li preokkupazzjonijiet simili jistgħu jinħolqu fi swieq kbar oħrajn li qed jissawru.

2. Il-Kummissjoni:

- adottat politika li tinkoraġġixxi ż-żieda ta’ l-armonizzazzjoni teknika internazzjonali għar-regolamenti tal-vetturi b’magni fil-qafas tal-Ftehimiet tal-UN/ECE kemm ta’ l-1958 kif ukoll ta’ l-1998

- talbet formalment it-twaqqif ta’ Grupp għas-Soluzzjonijiet tal-Kwistjonijiet biex jiġu solvuti kwistjonijiet pendenti relatati mat-trattament ta’ partijiet tal-vetturi importati miċ-Ċina. L-Istati Uniti u l-Kanada ressqu lmenti simili

Fir-rigward tad-direzzjoni ġejjiena tal-politika:

2. Il-Kummissjoni:

30. se tivvaluta, każ każ, il-potenzjal li jiġu nnegozjati Ftehimiet bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles ma’ pajjiżi terzi (partikularment fix-Xlokk ta’ l-Asja) u se tibda negozjati ta’ din ix-xorta, jekk u meta, meħtieġ

31. se tkompli tissorvelja l-kummerċ Ċiniż u l-iżviluppi regolatorji biex tiżgura li l-aċċess imtejjeb tas-suq li jirriżulta mis-sħubija taċ-Ċina fid-WTO jiġi implimentat fil-prattika

32. se tkompli djalogu formali maċ-Ċina dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ambjent regolatorju taċ-Ċina biex tiżgura li jeżistu livell ta’ kondizzjonijiet ġusti u ċertezza legali għall-komunità kummerċjali f’dan is-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-iżvilupp ta’ l-abbozz tal-Liġi Kontra l-Monopolju Ċiniż

33. se tkompli tibni rabtiet aktar mill-viċin mar-Russja fil-qafas ta’ l-Ispazju Ekonomiku Komuni bejn l-UE u r-Russja

34. se tkompli l-politika tagħha li tiżgura li l-IPR huma promossi u infurzati fil-livell dinji permezz tal-ftehimiet internazzjonali eżistenti u se tinkludi dispożizzjonijiet komprensivi dwar il-proprjetà intellettwali fi ftehimiet ġejjiena bilaterali

3.6. Riċerka u żvilupp: muftieħ għal kompetittività ġejjiena

B’madwar € 20 biljun (madwar 5% tal-bejgħ gross tas-settur) investiti fir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodott l-industrija tal-karozzi hi l- akbar investitur ta ’ l-R&D fl-Ewropa fl-termini assoluti .

Il-Pjattaformi Teknoloġiċi għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka rilevanti għall-industrija. Il-“ Viżjoni tat-trasport stradali fl-2020” , l-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka żviluppata mill- Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar it-Trasport Stradali (ERTRAC) u dawk żviluppati taħt pjattaformi teknoloġiċi rilevanti oħra[42] kienu ċentrali biex jiddefinixxu d-direzzjoni ta’ l-isforzi ġejjiena ta’ l-R&D għall-katina kollha tal-valuri tal-karozzi fil-livelli ta’ l-UE, nazzjonali u reġjonali.

2. Il-Kummissjoni:

- fis-7 Programm ta’ Qafas għar-Riċerka (FP7), ipproponiet il-ħolqien ta’ tema prijoritarja ddedikata għat-“Trasport (inkluża l-aeronawtika)”, li l-baġit propost tiegħu (€ 4180 miljun fi prezzijiet attwali) jirrappreżenta żieda sinifikanti fl-allokazzjoni tal-fondi tal-Komunità għall-innovazzjoni fis-settur tal-karozzi

- fl-FP7, taħt it-tema tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, ipproponiet li titkompla r-riċerka fil-qasam ta’ l-ICT għal mobilità, fis-sostenibilità ambjentali u l-effiċjenza ta’ l-enerġija, li jkomplu jibnu fuq ir-riċerka mwettqa taħt il-5 u s-6 Programmi ta’ Qafas

Il-Kummissjoni temmen li hu meħtieġ li tiġi ffokata r-riċerka Ewropea fl-FP7 kemm fuq ir-riċerka inkrementali (eż. it-teknoloġiji għall-magni termali nodfa u effiċjenti fl-użu ta l-enerġija, is-sistemi integrati ta sikurezza ) u fuq teknoloġiji ta’ skoperti ġodda (eż. il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil, l-iżvilupp ta ’ ibridi li jiċċarġjaw mill-ġdid, il-bijofjuwils tat-2 ġenerazzjoni ). Barra minn dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħolqien ta’ swieq gwida f’oqsma rilevanti għal dan is-settur hu importanti (eż. il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil, il-bijofjuwils eċċ. jistgħu jitqiesu bħala kandidati potenzjali).

Minn perspettiva aktar wiesgħa teknoloġija tal-karozzi ġdida, aktar sikura, aktar effiċjenti u b’inqas tniġġis tifforma parti mill-kunċett tas-Sistemi Intelliġenti ta’ Trasport (ITS). L-industrija tal-karozzi hi involuta b’mod attiv f’diversi Pjattaformi Teknoloġiċi[43], li jikkontribwixxu b’mod dirett jew indirett għall-kompetittività ta’ l-industrija tal-karozzi u għall-iżvilupp ta’ sistemi aħjar ta’ trasport.

2. Il-Kummissjoni:

35. se tkompli tiżviluppa l-kooperazzjoni ta’ l-R&D bejn l-UE u l-industrija (primarjament permezz ta’ l-FP7)

36. se timmira biex tirrinforza l-kollaborazzjoni koerenti tar-riċerka bejn l-UE, l-Istati Membri u l-industrija tal-karozzi fi ħdan avviċinament ta’ sistema u se tuża tipi differenti ta’ strumenti għal appoġġ ta’ l-R&D fis-settur tal-karozzi inklużi l-proġetti kollaborattivi u n-netwerks ta’ eċċellenza

37. se tiffoka l-programmi ta’ riċerka biex jagħmlu s-sistema tat-trasport stradali aktar effiċjenti filwaqt li ssaħħaħ il-kompatibilità ambjentali u s-sikurezza. Enfasi partikulari ser tingħata kemm lill-fjuwils nodfa rinnovabbli kif ukoll lill-vetturi intelliġenti u lit-toroq (eż. il-proġett tal-“karozza intelliġenti” fil-qafas ta’ l-inizjattiva i2010)

38. se timmira biex tuża partenarjati pubbliċi-privati bħala strument ġdid ta’ riċerka industrijali, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni. Hi qed tipprepara, flimkien ma’ l-industrija tal-karozzi (u partijiet interessati oħra), it-twaqqif ta’ Inizjattiva Konġunta Teknoloġika fil-qasam tal-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u l-fjuwil

39. tinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet Ewropej tal-finanzjament, bħall-Bank Ewropew għall-Investiment, biex ikomplu jappoġġaw ir-riċerka fis-settur tal-karozzi u biex jiffokaw l-attivitajiet tagħhom fuq proġetti li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet u t-tisħiħ tas-sikurezza, notevolment permezz tal-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju l-ġdida

3.7. Tassazzjoni u inċentivi fiskali u kompetizzjoni wara l-bejgħ

3.7.1. Tassazzjoni u inċentivi fiskali

Diskussjonijiet fil-Grupp CARS 21 indikaw li d-diversi reġimi ta ’ tassassjoni relatati mal-vetturi fl-Istati Membri huma kkunsidrati li huma fost l-ostakoli prinċipali għat-tħaddim effettiv tas-suq intern filwaqt li l-użu ta' l-inċentivi fiskali għandhom jiġu kkoordinati fost l-Istati Membri kollha u għandhom jikkontribwixxu b'mod ċar għall-għanijiet tal-politika ta' l-UE fl-oqsma bħal dawk ta' l-ambjent u s-sikurezza. F’dan il-kuntest, addizzjonali mal-proposta tal-Kummissjoni, artikolu li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-għoti ta’ inċentivi finanzjarji sar qbil dwaru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-Regolament tal-Euro 5 u 6[44].

2. Il-Kummissjoni:

- ipproponiet direttiva dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri[45], li attwalment tinstab quddiem il-Kunsill Ewropew u l-Parlament. Il-Kummissjoni tirrikkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw id-direttiva proposta malajr kemm jista’ jkun possibbli

3.7.2. Kompetizzjoni wara l-bejgħ

Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vetturi, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-Regolament 1400/2002 dwar id- distribuzzjoni tal-vetturi b ’ magna [46] jiġi applikat fil-Komunità kollha filwaqt li fid-dawl tal-komplessità li dejjem qed tiżdied tal-vetturi sar essenzjali li s-sewwejja tal-vetturi fil-Komunità jkollhom aċċess għall- informazzjoni teknika xierqa dwar it-tiswija . Azzjoni dwar dan ta’ l-aħħar issegwi mandat ċar mill-Parlament Ewropew kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/68/KE[47].

2. Il-Kummissjoni:

- introduċiet dispożizzjoni fil-proposta tal-Euro 5[48] li permezz tagħha l-manifatturi tal-vetturi huma obbligati li jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għat-tiswija tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar il-manutenzjoni lis-sewwejja indipendenti permezz tal- websites b’format żviluppat minn kumitat tekniku tal-partijiet interessati (format OASIS)

4. PASSI LI JMISS

Il-Kummissjoni impenjata li timplimenta l-politika ta’ titjib tar-regolamentazzjoni u temmen li teżisti opportunità unika biex tiġi żviluppata kultura distinta ta ’ elaborazzjoni ta ’ politiki f ’ dak li jirrigwarda l-politika industrijali . Il-Kummissjoni temmen li prinċipji bħalma huma l-kwalità tal-leġiżlazzjoni, is-simplifikazzjoni, il-valutazzjoni ta’ l-impatt, il-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati, id-dewmien għat-twettiq u l-għażla ta’ l-istrumenti għandhom ikunu fil-qalba ta’ l-elaborazzjoni tal-proposti leġiżlattivi.

L-isfida inerenti l-aktar diffiċli għal proċess ta’ politika ta’ din ix-xorta tinstab fir- relazzjoni bejn il-prevedibilità fuq naħa u l-kwalità u l-flessibilità fuq in-naħa l-oħra . L-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq medda twila ta’ żmien tar-regolamenti futuri se tqanqal inevitabbilment mistoqsijiet relatati mal-kwalità u d-disponibilità tad- data użata biex isiru s-suppożizzjonijiet dwar il-futur medju u fit-tul. Għalhekk għandu jiġi implimentat mekkaniżmu għal reviżjoni u analiżi regolari .

Biex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmati b’mod regolari dwar il-proċess tal-UN/ECE l-Kummissjoni qed tippjana biex tippubblika dokument annwali lill-Parlament Ewropew li jipprovdi aġġornament dwar ix-xogħol li jkun qed jitwettaq fil-proċess tal-UN/ECE u tal-komitoloġija.

2. Il-Kummissjoni:

40. flimkien mal-partijiet interessati kollha rilevanti, se tmexxi analiżi mid-term ta’ l-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni matul l-2009 biex tifli l-progress li sar u, jekk meħtieġ, tadatta l-qafas ta’ politika regolatorja tal-karozzi abbażi tar-riżultati ta’ din l-analiżi

41. se tinforma b’mod regolari lill-koleġiżlaturi dwar l-istat tal-bidliet fir-regolamenti tal-karozzi billi tippubblika dokument annwali ta’ ħidma dwar il-progress imwettaq fil-UN/ECE

ANNESSI

1. Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali

2. Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE

Anness 1: Lista tad-direttivi li jridu jiġu proposti għall-awto-ittestjar u l-ittestjar virtwali

Għandhom jiġu proposti għall- awto-ittestjar :

Direttivi ta ’ l-KE :70/222/KEE (pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara)77/389/KEE (mezzi ta’ rmunkar)78/316/KEE (identifikazzjoni tal-kontrolli)78/317/KEE (is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta’ uċuħ bil-ħġieġ)78/318/KEE (tal-wajper u tal- washer )78/549/EEC (protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur)92/21/KEE (il-masses u d-dimensjonijiet, vetturi)

97/27/KE (il-masses u d-dimensjonijiet)92/114/KE (oġġetti ħerġin ’il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina)

Regolamenti UN/ECE :

28 (strumenti ta’ twissija akustika)48 (stallazzjoni ta’ dawl)121 (identifikazzjoni tal-kontrolli)122 (sistemi li jsaħħnu)43 (parti dwar l-istallazzjoni tal-ħġieġ tas-sikurezza)55 (igganċjar; għar-rekwiżiti ġeometriċi biss)

Għandhom jiġu proposti għall- ittestjar virtwali :

Direttivi ta’ l-KE :

77/389/KEE (mezzi ta’ rmunkar)77/649/KEE (kamp viżiv ta’ quddiem)78/318/KEE (tal-wajper u tal- washer , għar-rekwiżiti ġeometriċi)78/549/EEC (protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur)92/114/KE (oġġetti ħerġin ’il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina;)

Regolamenti UN/ECE :

46 (għall-qasam tal-mirja li minnhom tista’ tara minn wara)21 (għar-rekwiżiti ġeometriċi tal-muntaġġi interni)26 (proġezzjonijiet esterni)48 (stallazzjoni ta’ dawl)55 (igganċjar; fir-rigward tar-rekwiżiti ġeometriċi biss)

Anness 2: Lista ta’ direttivi li għandhom jiġu proposti biex jiġu ssostitwiti b’regolamenti UN/ECE

70/157/KEE (il-livell tal-ħoss)70/221/KEE (tankijiet ta’ karburant likwidu)70/311/KEE (sforz għall-kontroll tad-direzzjoni)70/387/EEC (lukketti u ċ-ċappetti tal-bibien)70/388/KEE (strumenti ta’ twissija akustika)71/127/KEE (mirja li minnhom tista’ tara minn wara)71/320/KEE (ibbrejkjar)72/245/KEE (it-trażżin tar-radju)74/60/KEE (muntaġġi interni)74/61/EKEE (kontra s-serq u immobilizzatur)74/297/KEE (tal-mekkaniżmu ta’ l-i steering protettiv)74/408/KEE (saħħa tas-sedili)74/483/KEE (sporġenzi esterni)75/443/KEE ( speedometer / ger tar-rivers)76/756/KEE (stallazzjoni ta’ dawl)76/757/KEE (rifletturi tar-rifless)76/758/KEE (fanali)76/759/KEE (indikaturi tad-direzzjoni)76/760/KEE (fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara)76/761/KEE ( headlamps )76/762/KEE (fanali taċ-ċpar ta’ quddiem)77/538/KEE (fanali taċ-ċpar ta’ wara)77/539/KEE (fanali tar-rivers)77/540/KEE (lampi ta’ l-ipparkjar)77/541/KEE (ċintorini tas-sikurezza)78/316/KEE (identifikazzjoni tal-kontrolli)2001/56/KE (sistemi li jsaħħnu)80/1269/KEE (qawwa tal-magna)89/297/KEE (gwardji tal-ġenb)92/22/EC (ħġieġ tas-sikurezza)92/23/KE ( tyres )94/20/KE (igganċjar)95/28/KE (fjammabilità)2001/85/KE (xarabank u coaches )96/79/KE (ħabta fuq quddiem)96/27/KE (ħabta mill-ġenb)98/91/KE (trasport ta’ merkanzija perikoluża)2000/40/EC (mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem)

[1] COM(2007) 1 finali

[2] Għal aktar dettalji: http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm

[3] Ir-rapport finali ta’ CARS 21 jinstab fil- webpage :

http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm

[4] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)474 finali: l-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona: Qafas ta’ Politika għat-Tisħiħ ta’ l-industrija tal-manifattura ta’ l-UE - lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali

[5] Eż. Id-Direttiva 2002/14/KE, Id-Direttiva 98/59/KE u d-Direttiva 94/45/KE

[6] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strutturar mill-ġdid u Impjiegi COM(2005) 120

[7] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1-15)

[8] Ta’ min jinnota li l-azzjonijiet li diġà ġew proposti jew implimentati huma ppreżentati b’inċiżi, filwaqt li l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tipproponi fil-ġejjieni huma konsekuttivament innumerati fil-Komunikazzjoni.

[9] COM(2003) 418 finali

[10] C 1996/143/04, ĠU C 143, 15.05.1996, p. 4-16

[11] Id-dettalji ta’ din l-analiżi jinstabu fl-Anness II tar-Rapport Finali ta’ CARS 21

[12] Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE, ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1-23

[13] Id-direttivi rilevanti ġew elenkati fl-Anness 2

[14] Id-direttivi rilevanti u r-regolamenti tal-UN/ECE ġew elenkati fl-Anness 1

[15] Id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/EEC, ĠU L 68, 22.3.1971, p. 1–17

[16] Id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE, ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16–25

[17] Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/, ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6–20

[18] Id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/, ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1–15

[19] Ir-Regolament Nru. 122 tal-UN/ECE: Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-kategoriji tal-vetturi M, N u O fir-rigward tas-sistemi tagħhom li jsaħħnu, it-23 ta’ Frar 2006

[20] COM (95) 689 finali, Strateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u tittejjeb l-ekonomija tal-fjuwil. Għal aktar informazzjoni ara wkoll: http://europa.eu.int/comm/environment/co2/co2_home.htm

[21] COM (2005) 446

[22] COM(2005) 683 finali

[23] COM (2005) 634

[24] COM(2007) 19 finali

[25] COM(2006) 845 finali

[26] Id-Direttiva 2003/30/KE, ĠU L 123, 17.52003, p. 42-46

[27] COM(2006) 59 finali

[28] Id-Direttiva 2006/40/KE, ĠU L 161, 14.06.2006, p. 12-18

[29] Id-Direttiva 2000/53/KE, ĠU L 269, 21. 10. 2000, p. 34-43

[30] l-analiżi mid-term tal-Programm Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq: COM(2006) 74 finali

[31] COM (2001)370 finali L-analiżi mid-term tal-White Paper dwar it-Trasport ta’ l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea tlestiet fl-2006, COM (2006) 314 finali

[32] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2004, ĠU 111, 17.4.2004, p. 75-82

[33] Ir-Regolament Nru. 104 tal-UN/ECE: Id-dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tas-sinjali retro-riflessivi għall-vetturi tqal u twal u għat-trejlers tagħhom, 22 ta’ Jannar 1998

[34] Ir-Regolament Nru. 48 tal-UN/ECE: L-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni

[35] COM(2005) 431 finali

[36] COM(2006) 59 finali

[37] COM(2006) 569 finali

[38] COM(2006) 570 finali

[39] Id-Direttiva 2003/102/KE, ĠU L 321, 6. 12. 2003, p. 15-25

[40] L-avviċinament tal-Kummissjoni għal politika kummerċjali ġie spjegat b’mod ġenerali f’Komunikazzjoni reċenti “Ewropa Globali: Kompetizzjoni dinjija” COM(2006) 567 finali

[41] Kif spjegat fit-taqsima 3.2. il-Kummissjoni se tfittex li tersaq lejn armonizzazzjoni internazzjonali b’mod, li jippermetti lill-UE li tileġiżla b’mod indipendenti f’oqsma relatati mas-sikurezza u l-ambjent jekk dan ikun meħtieġ fil-ġejjieni.

[42] Eżempji jinkludu l-pjattaforma tal-batterija li taħdem bl-idroġenu u l-fjuwil, il-pjattaforma tal-materjali avvanzati ta’ inġinerija u tat-tekonoloġiji, il-pjattaforma ta’ l-integrazzjoni tas-sistemi smart, eċċ.

[43] Pereżempju, NESSI, il-pjattaforma tas-software u ARTEMIS, il-pjattaforma għas-sistemi integrati ta’ l-IT

[44] COM (2005)683 finali

[45] COM (2005)261 finali

[46] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur

[47] Id-Direttiva 98/69/KE, ĠU L 350, 28. 12. 1998, p. 1-57

[48] COM(2005) 683 finali

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet