52006PC0373


Titolu u referenza

Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council establishing a framework for Community action to achieve a sustainable use of pesticides {COM(2006) 372 final} {SEC(2006) 894} {SEC(2006) 914}

/* COM/2006/0373 final - COD 2006/0132 */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
  doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.7.2006

KUMM(2006) 373 finali

2006/0132 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidi

(ippreżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2006) 894}{SEC (2006) 914 }

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-pestiċidi huma sustanzi u prodotti attivi ddisinjati biex jinfluwenzaw proċessi fundamentali f'organiżmi ħajjin, u għalhekk, għandhom il-potenzjal li joqtlu jew jikkontrollaw l-organiżmi ta' ħsara. B’konsegwenza, jistgħu jikkawżaw effetti negattivi mhux mixtieqa fuq organiżmi li mhumiex dawk fil-mira, fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent. Minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ l-użu tal-pestiċidi (partikolarment għal skopijiet ta' ħarsien tal-pjanti) – ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent -, huma soġġetti għal regolazzjoni fl-Istati Membri u fil-Komunità. Matul is-snin, ġiet stabbilita sistema żviluppata ħafna għall-evalwazzjoni tar-riskji ta' l-użu tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent.

Minkejja l-qafas regolatorju eżistenti, ammonti mhux mixtieqa ta’ ċerti pestiċidi għadhom jistgħu jinsabu fl-ambjent fiżiku naturali (partikolarment il-ħamrija u l-ilma), u fil-prodotti agrikoli għadhom jistgħu jiġu individwati residwi li jisbqu l-limiti regolatorji. Sejbiet xjentifiċi ġodda u emerġenti bħall-potenzjal ta’ ċerti kimiċi, fosthom il-pestiċidi, li jfixklu t-tħaddim tas-sistema endokrinali anki f’konċentrazzjonijiet baxxi – jenfasizzaw ir-riskji possibbli għall-bnedmin u għall-ambjent mill-użu ta’ sustanzi bħal dawn.

Fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni li tadotta s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali (6EAP), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għarfu li jinħtieġ li jkompli jitnaqqas l-impatt tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent, partikolarment dak tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Enfasizzaw il-ħtieġa li jsir użu iktar sostenibbli mill-pestiċidi u ddeskrivew fil-qosor strateġija b’approċċ doppju:

- L-implimentazzjoni sħiħa u r-reviżjoni xierqa tal-qafas ġuridiku rilevanti

- L-iżvilupp ta’ Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’ [COM(2006) 372], il-Kummissjoni tippreżenta l-miżuri varji li jistgħu jkunu parti mill-istrateġija. Dawn, safejn hu possibli, huma integrati fl-istrumenti ġuridiċi u l-politiki eżistenti. L-għan ta’ l-abbozz tad-Direttiva annessa huwa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-partijiet ta’ l-Istrateġija Tematika li jirrikjedu leġiżlazzjoni ġdida.

Minkejja li fid-dokumenti kollha li huma parti mill-Istrateġija Tematika jintuża t-terminu “pestiċidi”, għalissa, il-proposta attwali tiffoka fuq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Hemm bosta raġunijiet għal din il-limitazzjoni, inkluż il-fatt li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma l-iktar grupp ta’ pestiċidi importanti u għandhom l-itwal storja ta’ leġiżlazzjoni. Il-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq ġiet introdotta biss dan l-aħħar permezz tad-Direttiva 98/8/KE u l-esperjenza tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għadha mhix biżżejjed biex tipproponi iktar miżuri. Barra minn hekk, jidher ċar mid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadotta s-6EAP li, minkejja li jintuża t-terminu ‘pestiċidi’, it-tħassib ewlieni huwa marbut mal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan huwa enfasizzat mill-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 7(1), li jsejjaħ għal ‘kif ukoll tnaqqis sinifikanti fir-riskji u fl-użu tal-pestiċidi konsistenti mal-protezzjoni neċessarja ta’ l-uċuh tar-raba’’, kif ukoll mill-Artikolu 7(2)(c), li jispeċifika d-Direttiva 91/414/KEE bħala l-qafas ġuridiku applikabbli li għandu jiġi kkomplementat mill-Istrateġija Tematika. Konsegwentement, din il-proposta, għalissa, se tiffoka fuq l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Madankollu, jekk fil-ġejjieni jitqies li jinħtieġu miżuri komparabbli għall-bijoċidi, dawn jiġu inkorporati fl-Istrateġija Tematika skond kif ikun jixraq.

- Il-kuntest ġenerali

Minkejja r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent marbuta mal-pestiċidi, l-użu tagħhom jiġġenera bosta benefiċċji – fil-biċċa l-kbira ekonomiċi – partikolarment għall-bdiewa. Il-pestiċidi jimmassimizaw il-produzzjoni agrikola u l-kwalità tal-prodotti agrikoli, u jimminimizzaw ix-xogħol involut. Jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ l-erożjoni tal-ħamrija billi jippermettu l-koltivazzjoni b’inqas ħdim ta’ l-art, u jgħinu biex jiżguraw provvisti affidabbli ta' firxa wiesgħa ta' prodotti agrikoli bi prezz għal but kulħadd. Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma wkoll mezz importanti biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti għas-saħħa tal-pjanti u jippermettu l-kummerċ internazzjonali fil-prodotti agrikoli. Dawn huma r-raġunijiet ewlenin għaliex il-pestiċidi jintużaw ħafna fl-agrikoltura. Barra mis-settur agrikolu, il-pestiċidi għandhom ukoll firxa wiesgħa ta’ użijiet, mill-preservazzjoni ta’ l-injam jew id-drappijiet sal-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

Il-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti ġew introdotti l-ewwel fil-livell Komunitarju fl-1979 u evolvew sewwa matul is-snin biex ikkolminaw fl-adozzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tad-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali. Dawn jirrikjedu li l-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti bijoċidali kollha jkunu evalwati u awtorizzati qabel ma jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Minkejja ż-żidiet fl-ispejjeż involuti f’dan il-proċess u n-numru dejjem jonqos ta’ sustanzi attivi fis-suq, il-konsum effettiv u l-użu tal-pestiċidi fl-UE ma naqasx f’dawn l-aħħar għaxar snin. Fl-istess ħin, il-perċentwal ta' kampjuni ta’ ikel u għalf fejn instabu residwi ta’ pestiċidi, jisboq il-limiti regolatorji massimi, iżda jibqa’ madwar 5%. Barra minn hekk, ċerti pestiċidi jinsabu komunement fl-ambjent akkwatiku f’konċentrazzjonijiet 'il fuq sewwa mil-limitu regolatorju, u ma jidher li hemm l-ebda sinjal ta’ tnaqqis. Matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena, ġew osservati tibdiliet sinifikanti, iżda mhux uniformi, fl-użu tal-pestiċidi fost l-Istati Membri. Filwaqt li l-użu tal-pestiċidi naqas f’xi Stati Membri, f’oħrajn ġiet osservata żieda f'daqqa. Dawn ix-xejriet diverġenti, li jindikaw differenzi fil-politiki fost l-Istati Membri, jiġġustifikaw azzjoni fil-livell Komunitarju, partikolarment sabiex jiġi armonizzat il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent.

Skond l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali, l-għan komprensiv ta' l-Istrateġija Tematika huwa li jitnaqqsu l-impatti tal-pestiċidi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u b'mod aktar ġenerali, li jintlaħaq użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi kif ukoll tnaqqis komprensiv sinifikanti fir-riskji u fl-użu tal-pestiċidi, konsistentement mal-livell neċessarju ta’ protezzjoni tal-pjanti mill-organiżmi ta’ ħsara.

Skond l-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE, l-għanijiet speċifiċi ta’ l-Istrateġija Tematika huma:

- it-tnaqqis tal-perikli u tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidi;

- it-titjib tal-kontrolli dwar l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi;

- it-tnaqqis tal-livelli ta’ sustanzi attivi perikolużi, inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta’ dawk l-aktar perikolużi b'alternattivi aktar sikuri (fosthom dawk mhux kimiċi);

- l-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ ta’ koltivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' b’pestiċidi mill-inqas jew mingħajrhom, partikolarment billi jiżdied l-għarfien ta’ l-utenti, permezz tal-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta' prassi tajba, u l-kunsiderazzjoni ta’ l-applikazzjoni possibbli ta’ strumenti finanzjarji;

- l-istabbiliment ta’ sistema trasparenti għar-rappurtar u għall-monitoraġġ tal-progress li jkun sar lejn il-ksib tal-miri ta’ l-istrateġija, inkluż l-iżvilupp ta’ indikaturi adegwati;

L-Istrateġiji Tematiċi huma għodod ġodda, li jsegwu kunċett komprensiv fl-indirizzar ta' tema speċifika. L-integrazzjoni tal-miżuri ta’ l-Istrateġija fil-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti hija element ewlieni. Għaldaqstant, il-miżuri xierqa se jittieħdu preferebbilment fil-qafas ta’ dawn il-politiki. F’dan ir-rigward, miżuri speċifiċi għall-promozzjoni ta’ biedja b’użu mill-inqas tal-pestiċidi diġà huma previsti fil-politika Agrikola Komuni, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali. Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, li ġie adottat dan l-aħħar, jipprovdi għal tisħiħ fil-programmi annwali ta' monitoraġġ. Fost oħrajn, il-monitoraġġ ambjentali għall-pestiċidi, se jkun parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ rikjesti mid-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma.

Madankollu, mit-tħejjija għall-Istrateġija Tematika, partikolarment mill-proċess ta' konsultazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-impatt, ħareġ li xi wħud mill-miżuri previsti ma jistgħux jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni jew il-politiki eżistenti. Għal ħafna minnhom, deher li l-proposti leġiżlattivi huma l-iktar mezzi effettivi ta’ implimentazzjoni. L-abbozz ta' Direttiva mehmuż fih il-miżuri kollha li għalihom tqies li tinħtieġ leġiżlazzjoni ġdida, b'żewġ eċċezzjonijiet:

- il-ġbir u r-rappurtar ta’ statistika rigward it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li għalihom il-Kummissjoni se tipproponi Regolament separat,

- iċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi mqiegħed fis-suq, li għalih il-Kummissjoni se tipproponi Direttiva separata li possibbilment se temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)[1].

Barra minn dawn it-tliet proposti, il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni komprensiva tad-Direttiva 91/414/KEE li, fost oħrajn, se timplimenta tnejn mill-ħames għanijiet ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi: it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar kontrolli uffiċjali tal-konformità mal-kundizzjonijiet kollha marbuta ma' l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-livell tas-suq u ta' l-utent; u dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ evalwazzjoni komparattiva u l-prinċipju tas-sostituzzjoni fl-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-qafas regolatorju tal-Komunità dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jiffoka partikolarment fuq il-bidu u t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti ta' dan it-tip. L-iktar leġiżlazzjoni rilevanti hija:

(1) Id-Direttiva 91/414/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fl-ikel u fl-għalf.

L-għan tad-Direttivi 91/414/KEE u 98/8/KE huwa l-prevenzjoni tar-riskji f'ras il-għajn, permezz ta' evalwazzjoni komprensiva ħafna għal kull sustanza attiva u l-prodotti li jkun fihom dik is-sustanza, qabel ma jistgħu jiġu awtorizzati għall-użu. Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiffissa livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ta’ sustanzi attivi fil-prodotti agrikoli u b’hekk jikkontribwixxi biex jillimita r-riskji lill-konsumatur fi tmiem il-katina alimentari. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-konformità ma’ l-MRLs huwa għodda importanti biex wieħed jevalwa jekk il-bdiewa ta’ l-UE applikawx korrettament l-istruzzjonijiet u r-restrizzjonijiet marbuta ma’ l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Wieħed min-nuqqasijiet tal-qafas ġuridiku huwa li l-fażi ta’ l-użu attwali, li hija kruċjali għad-determinazzjoni tar-riskji totali li jġibu magħhom il-pestiċidi, mhijiex indirizzata biżżejjed. Minħabba l-ambitu tagħhom, l-istrumenti legali eżistenti mhux se jkunu jistgħu jilħqu l-għanijiet kollha deskritti fis-6EAP, anki meta jiġu riveduti. Għaldaqstant, il-miżuri fl-Istrateġija Tematika u partikolarment f’dan l-abbozz għal Direttiva jippruvaw jindirizzaw dan in-nuqqas.

- Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

Il-proposta hija koerenti bis-sħiħ ma’ l-għanijiet u l-miri tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjenti, bħall-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. Hija wkoll konformi ma’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, l-Istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli, flimkien ma’ strateġiji tematiċi oħra (partikolarment l-Istrateġiji dwar il-Ħamrija u dwar il-Baħar), il-politika ta’ l-UE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma, is-sikurezza ta’ l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur.

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-evalwazzjoni ta’ l-impatt

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ min ipparteċipa

Skond is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-Istrateġiji Tematiċi għandhom jiġu żviluppati fi proċess b’żewġ partijiet li jinvolvi l-partijiet interessati kollha. Bil-Komunikazzjoni tagħha msejħa ‘Lejn Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’[2], il-Kummissjoni nediet eżerċizzju wiesa’ ta’ konsultazzjoni.

Il-Komunikazzjoni fakkret fin-nuqqasijiet tal-qafas regolatorju attwali fir-rigward tal-fażi ta' l-użu fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Inkludiet tagħrif estensiv ta’ sfond dwar il-benefiċċji u r-riskji meta wieħed juża l-pestiċidi, u ppreżentat lista ta' kwistjonijiet essenzjali li għandhom jiġu indirizzati. Iddiskutiet il-miżuri possibbli biex jitreġġgħu lura x-xejriet negattivi u biex tiġi indirizzata l-fażi ta’ l-użu iktar speċifikament.

Il-konsultazzjoni inkludiet lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-pubbliku ġenerali (permezz ta' l-internet). Waslu iktar minn 150 kontribut. Barra minn hekk, il-Kummissjoni organizzat Konferenza għall-Partijiet Interessati f’Novembru 2002 b'iktar minn 200 parteċipant mill-gruppi kollha rilevanti tal-partijiet interessati, bħall-industrija tal-pestiċidi, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, l-awtoritajiet, u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' l-ambjent.

Konsultazzjonijiet oħra saru permezz tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f'diversi konferenzi esterni dwar diversi kwistjonijiet speċifiċi (pereżempju, l-evalwazzjoni komparattiva/is-sostituzzjoni, it-tagħmir għall-applikazzjoni, il-kunċett tal-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara) u f’laqgħat speċifiċi li l-Kummissjoni nnifisha organizzat (pereżempju, dwar il-bexx mill-ajru). F’pass finali ta' konsultazzjoni, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni oħra fuq l-internet permezz ta' 'Leħnek fl-Ewropa' dwar il-miżuri li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz anness tad-Direttiva.

Sommarju tar-risposti u kif tqiesu

L-għanijiet u ħafna mill-miżuri possibbli, kif deskritti fil-Kapitolu VI tal-Komunikazzjoni ta’ l-2002, ġew appoġġati b'mod wiesa’ mill-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet. Il-kummenti kollha huma disponibbli fil-websajt:http://europa.eu.int/commenvironment/ppps/1st_step_consul.htm.

Id-dokumenti u r-rapporti mill-konsultazzjoni mal-partijiet interessati huma disponibbli fil-websajt: http://europa.eu.int/comm/environment/ppps/1st_step_conf.htm.

Sommarju iktar iddettaljat tal-proċess ta’ konsultazzjoni u r-riżultati tiegħu jinsab fl-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt, li hija ppreżentata flimkien ma' dan l-abbozz tad-Direttiva. Il-kontribuzzjonijiet kollha tqiesu fit-tħejjija ta’ l-elementi varji ta’ l-Istrateġija Tematika, inklużi d-Direttiva mehmuża u l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt.

Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mis-17 ta’ Marzu 2005 sat-12 ta’ Mejju 2005. Il-Kummissjoni rċeviet madwar 1 800 risposta. Ir-riżultati huma disponibbli fil-websajt:http://europa.eu.int/comm/environment/ppps/pdf/stats_consult.pdf.

- Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert

Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati

L-agrikultura, il-protezzjoni tal-pjanti, il-makkinarju u l-inġinerija (it-tagħmir għall-applikazzjoni, partikolarment l-isprejers u tagħmir relatat), bexx mill-arju, analiżi ta' l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

Il-metodoloġija użata

Konsultazzjonijiet bilaterali mal-partijiet interessati, organizzazzjoni ta’ laqgħat, parteċipazzjoni f’konferenzi, studji minn konsulenti.

L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

Awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, l-industrija tal-pestiċidi, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, l-akkademja, l-Organizzazzjoni Ewropea ta’ l-Istandards(CEN), organizzazzjonijiet ambjentali.

Sommarju tal-pariri li ngħataw u ġew użati

Il-pariri rċevuti kkonfermaw li miżuri addizzjonali rigward il-bexx mill-ajru, l-istandardizzazzjoni u l-ispezzjoni regolari tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, l-indikaturi u l-ġbir u r-rimi ta' imballaġġ vojt huma meħtieġa, u rekwiżiti bħal dawn ġew integrati fl-abbozz tad-Direttiva.

Il-mezzi użati biex il-pariri ta' l-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku

Bħall-kontributi l-oħra kollha matul il-konsultazzjoni, il-pariri esperti huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni:http://europa.eu.int/comm/environment/ppps/2nd_step_tech.htm.

- L-evalwazzjoni ta' l-impatt

Għal kull miżura proposta fl-abbozz tad-Direttiva, minn tliet sa ħames għażliet li jvarjaw minn miżuri volontarji għal miżuri mandatorji ġew eżaminati fir-rigward ta' l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali fuq id-diversi partijiet interessati u l-awtoritajiet.

Barra minn hekk, tqies xenarju ta’ ‘ebda għażla’ bħala referenza li fuqu setgħu jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-benefiċċji antiċipati mill-miżuri proposti.

Il-Kummissjoni wettqet Evalwazzjoni ta' l-Impatt, li r-rapport tagħha huwa ppreżentat fl-istess waqt li qed titressaq din il-proposta, bħala Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni. Hija disponibbli wkoll fil-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ppps/2nd_step_study.htm .

3. L-elementi ġuridiċi tal-proposta

- Sommarju ta' l-azzjoni proposta

Id-Direttiva proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill se timplimenta dawk id-dispożizzjonijiet ta' l-Istrateġija Tematika li ma jistgħux jiġu inklużi fl-istrumenti jew il-politiki eżistenti, bl-eċċezzjoni tal-ġbir ta' l-informazzjoni statistika rigward it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Id-Direttiva proposta se jkun fiha regoli dwar:

- L-istabbiliment ta' Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni (NAPs- National Action Plans ) biex jistabbilixxu għanijiet għat-tnaqqis tal-perikli, ir-riskji u d-dipendenza fuq il-kontroll kimiku għall-protezzjoni tal-pjanti, li jippermettu l-flessibilità meħtieġa biex jiġu adattati l-miżuri għas-sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri.

- L-involviment tal-partijiet interessati fit-twaqqif, l-implimentazzjoni u l-adattament tan-NAPs.

- Il-ħolqien ta’ sistema ta’ taħriġ u ħolqien ta’ kuxjenza għad-distributuri u l-utenti professjonali tal-pestiċidi sabiex ikun żgurat li jkunu konxji bis-sħiħ mir-riskji involuti. Tagħrif aħjar għall-pubbliku ġenerali permezz ta’ kampanji ta’ ħolqien ta’ kuxjenza, informazzjoni mgħoddija permezz tal-bejjiegħa bl-imnut u miżuri xierqa oħrajn.

- L-ispezzjoni regolari tat-tagħmir għall-applikazzjoni sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem (partikolarment fir-rigward ta’ l-esponiment ta’ l-operaturi) u fuq l-ambjent matul l-applikazzjoni.

- Il-projbizzjoni tal-bexx mill-ajru biex jiġu limitati r-riskji ta' impatti negattivi sinifikanti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent, partikolarment mit-tifrix tal-bexx lil hinn miż-żona fil-mira.

- Miżuri speċifiċi għall-protezzjoni ta' l-ambjent akkwatiku mit-tniġġis bil-pestiċidi.

- Id-definizzjoni taż-żoni ta’ tnaqqis sinifikanti jew waqfien fl-użu tal-pestiċidi f'konformità mal-miżuri meħuda taħt leġiżlazzjoni oħra (bħad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar il-Ħabitats, eċċ) jew biex jiġu protetti gruppi sensittivi.

- It-tqandil u l-ħżin tal-pestiċidi u l-imballaġġ u l-fdalijiet tagħhom

- L-iżvilupp ta’ standards komuni għall-Komunità dwar il-Ġestjoni Integrata ta’ l-Organiżmi ta’ Ħsara (IPM – Integrated Pest Management ) u l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-IPM.

- Il-kejl tal-progress fit-tnaqqis tar-riskju permezz ta’ indikaturi armonizzati xierqa.

- L-istabbiliment ta’ sistema ta’ skambju ta’ tagħrif għall-iżvilupp u t-titjib kontinwu ta’ gwida xierqa, l-aħjar prassi u rakkomandazzjonijiet xierqa.

- Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE huwa l-bażi ġuridika xierqa.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin.

Fil-preżent, xi Stati Membri diġà adottaw miżuri li jkopru (kompletament jew parzjalment) dak li hu propost fid-Direttiva. Oħrajn għadhom ma ħadux azzjoni bħal din. Dan joħloq sitwazzjoni fejn ma hemmx sitwazzjoni ugwali għall-bdiewa u l-industrija tal-pestiċidi, li tista' tfisser kompetizzjoni inġusta għall-atturi ekonomiċi fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, madwar il-Komunità ma hemmx livell ta’ protezzjoni ugwali fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent u l-użu tal-pestiċidi juri li hemm xejriet diverġenti fost l-Istati Membri.

L-azzjoni Komunitarja għandha tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin.

Azzjoni Komunitarja biss tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni diverġenti attwali fl-Istati Membri billi timplimenta r-rekwiżiti armonizzati u livell ugwali ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent u billi tikkompleta s-suq intern tat-tagħmir għall-applikazzjoni.

It-tqegħid fis-suq tal-pestiċidi diġà huwa armonizzat permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għalhekk, dan għandu japplika wkoll għal aspetti oħra tal-politika dwar il-pestiċidi. Fil-preżent, l-Istati Membri qegħdin jiżviluppaw il-politiki nazzjonali f’direzzjonijiet differenti u b’livelli differenti ta’ strettezza u ambizzjoni.

It-twaqqif ta’ rekwiżiti u għanijiet uniformi li għandhom jiġu sodisfatti fl-Istati Membri kollha jista’ jsir biss mill-Komunità. Inkella, s-sitwazzjoni ta' llum b’obbligi differenti għall-operaturi ekonomiċi se tkompli. L-iskambju kontinwu ta’ tagħrif fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni li hu previst fil-proposta se jippermetti l-iżvilupp ta' gwida xierqa, l-aħjar prassi u rakkomandazzjonijet xierqa, filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. Se tinġabar iktar informazzjoni permezz tal-programmi ta’ monitoraġġ u kontroll stipulati f’Direttivi u Regolamenti oħrajn li huma affettwati mill-Istrateġija Tematika. Dan ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri weħidhom.

Il-proposta għaldaqstant tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Id-Direttiva proposta toħloq qafas ġuridiku bir-rekwiżiti u l-għanijiet essenzjali. L-Istati Membri jżommu grad sinifikanti ta’ flessibilità biex jiddeterminaw id-dettalji tal-miżuri implimentattivi meħtieġa skond is-sitwazzjonijiet ġeografiċi, agrikoli u klimatiċi speċifiċi tagħhom. Il-Kummissjoni biħsiebha tistabbilixxi grupp speċifiku ta’ esperti, magħmlu mill-Istati Membri u kull parti interessata rilevanti oħra, li jevalwa regolarment it-tagħrif u d- data rrappurtati sabiex ifassal dokumenti ta’ gwida u rakkomandazzjonijiet xierqa. Dan il-“Grupp ta’ Esperti għall-Istrateġija Tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi” (minn hawn ‘il quddiem “il-Grupp ta’ l-Esperti”) se jitwaqqaf formalment minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni fi stadju iktar tard. Kull fejn meħtieġ, il-Kummissjoni se tadotta emendi għall-Annessi tad-Direttiva proposta, hija u ssegwi proċedura regolatorja tal-kumitat fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

L-analiżi dettaljata ta’ l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali (inklużi l-piżijiet amministrattivi) li twettqet għall-miżuri kollha, ippermettiet lill-Kummissjoni biex tidentifika dawk l-għażliet li jirrappreżentaw l-ispejjeż minimi għall-partijiet interessati kollha, u, ġeneralment, dawk l-ispejjeż huma inqas mill-istima tal-benefiċċji mistennija.

- L-għażla ta' strument

Hija proposta Direttiva ta’ qafas.

Mezzi oħra mhumiex tajba biżżejjed għar-raġunijiet li ġejjin:

Regolament jew Direttiva preskrittiva żżejjed ma kenitx tkun xierqa minħabba li l-punti tat-tluq għal kull kwistjoni huma differenti ħafna minn Stat Membru għall-ieħor; pereżempju, l-istruttura tas-settur agrikolu, il-kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi, il-leġiżlazzjoni u l-programmi nazzjonali eżistenti. Min-naħa l-oħra, rakkomandazzjonijiet sempliċi ma jkunux effiċjenti biex jiksbu l-għanijiet previsti għax dawn ma jkunux infurzati. Kull fejn jitqies fattibbli (jiġifieri, għall-ġbir ta’ imballaġġ vojt), id-Direttiva tħalli l-possibbiltà ta' l-awtoregolazzjoni għall-partijiet interessati kkonċernati.

4. Effetti fuq il-baġit

Huwa propost li tinħoloq kariga permanenti fil-Kummissjoni biex tamministra u tikkoordina l-Istrateġija u torganizza l-laqgħat kollha tal-Grupp ta' Esperti għall-iżvilupp tal-gwida, miżuri oħra u l-kalkolu u r-rappurtar ta' l-indikaturi. Infiq ieħor marbut ma’ attivitajiet li jaqgħu taħt din id-Direttiva se jkun kopert mill-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+ għall-perjodu 2007-2013). Mhuwiex mitlub ammont addizzjonali.

5. Aktar tagħrif

- Is-simulazzjoni, il-fażi sperimentali u l-perjodu tranżitorju

Mhux se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta.

- Klawżola ta' eżami/reviżjoni/estinzjoni

Il-proposta tinkludi klawżola ta' reviżjoni.

- Iż-Żona Ekonomika Ewropea

Din il-proposta tolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

- Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

L-Artikolu 1 jiddeskrivi s-suġġett tad-Direttiva.

L-Artikolu 2 jiddeskrivi l-ambitu tad-Direttiva.

L-Artikolu 3 fih id-definizzjonijiet meqjusa neċessarji għall-għanijiet tad-Direttiva.

L-Artikolu 4 jesiġi li l-Istati Membri jwaqqfu pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni (NAPs) biex jidentifikaw l-uċuħ tar-raba’, l-attivitajiet jew iż-żoni fejn ir-riskji huma inkwetani u għandhom jiġu indirizzati bi prijorità u biex jistabbilixxu miri u skedi ta’ żmien biex dawn jintlaħqu. L-esperjenza f’bosta Stati Membri wriet li pjanijiet ta' azzjoni koerenti huma l-aħjar għodda biex jinkisbu l-għanijiet maħsuba. Fid-dawl tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, in-NAPs għandhom jiġu adottati f'livell nazzjonali u/jew reġjonali. Waqt l-istabbiliment jew l-emendar tan-NAPs, il-pubbliku għandhu jingħata opportunitajiet f’waqthom u effettivi biex jipparteċipa fil-proċess, f’konformità ma’ l-ispirtu tad-Direttiva 2003/35/KE li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent[3]. Dan se jkun importanti biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u li jkollha suċċess. L-Istati Membri se jkollhom jagħtu attenzjoni biex iżommu l-koerenza ma' dak li hu inkluż fi pjanijiet rilevanti oħra u li jista' jkollu influwenza fuq l-użu tal-pestiċidi, bħall-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar u pjanijiet ta' żvilupp rurali.

L-Artikolu 5 jirrikjedi lill-Istati Membri iwaqqfu sistemi ta' taħriġ għad-distributuri u l-utenti professjonali tal-pestiċidi, sabiex ikun żgurat għarfien sħiħ dwar ir-riskji involuti. L-attendenza għat-taħriġ, li tkun ippruvata permezz taċ-ċertifikati, ma għandhiex tkun prerekwiżit għall-istabbiliment jew l-impjieg ta’ utenti professjonali tal-pestiċidi. Id-dettalji dwar il-proċeduri u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jitħallew f’idejn l-Istati Membri, iżda l-Anness I se jelenka s-suġġetti li dawn il-programmi ta’ taħriġ se jkollhom jindirizzaw.

L-Artikolu 6 jirrikjedi mill-Istati Membri li jiżguraw li għallinqas persuna waħda fl-impjieg ta’ distributuri li jbigħu pestiċidi tossiċi jew tossiċi ħafna tkun disponibbli biex tagħti tagħrif lill-klijenti, u li dawk l-utenti professjonali biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa jkollhom aċċess għall-pestiċidi. L-Istati Membri huma obbligati jippreskrivu li prodotti awtorizzati speċifikament biss se jkunu disponibbli għall-bejgħ lil utenti mhux professjonali, minħabba li dawn ma jkunux konxji mir-riskji daqs l-utenti professjonali.

L-Artikolu 7 jobbliga lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jippromwovu programmi ta’ għarfien u d-disponibbiltà tat-tagħrif lill-pubbliku dwar il-pestiċidi u l-alternattivi għalihom, sabiex jinfurmaw l-utenti mhux professjonali dwar ir-riskji u miżuri ta' prekawzjoni.

L-Artikolu 8 jirrikjedi lill-Istati Membri li jwaqqfu sistema għall-ispezzjoni teknika u manutenzjoni regolari tat-tagħmir għall-applikazzjoni li jkun qed jintuża. Tagħmir għall-applikazzjoni li jkun miżmum tajjeb u li jaħdem sewwa huwa essenzjali għall-garanzija kontinwa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (partikolarment l-operaturi) u l-ambjent fl-applikazzjoni tal-pestiċidi. Sabiex ikunu żgurati spezzjonijiet li jkunu ugwalment stretti madwar il-Komunità, għandhom jintużaw standards komuni u armonizzati, ibbażati fuq ir-rekwiżti essenzjali definiti fl-Anness II. L-aspetti organizzattivi (bħal sistemi ta’ spezzjoni pubbliċi jew privati, kontroll tal-kwalità tal-korpi ta’ spezzjoni involuti, il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet, l-aspetti ta' l-iffinanzjar, eċċ.) jibqgħu fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri, li jkollhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 9 jobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu l-bexx mill-ajru iżda jippermetti ċertu derogi. Il-bexx mill-ajru għandu jiġi pprojbit minħabba l-potenzjal għoli tiegħu għal effetti negattivi fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent mit-tifrix tal-bexx lil hinn mill-mira. Id-derogi jistgħu jingħataw fejn il-bexx mill-ajru jkollu vantaġġi u benefiċċji ambjentali ċari meta mqabbel ma' metodi ta’ bexx oħrajn jew fejn ma hemm l-ebda alternattiva vijabbli. Ir-rekwiżiti dettaljati għad-deroga jkunu adottati fil-livell ta’ l-Istati Membri, u dawn għandhom jirrappurtawhom lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 10 jobbliga lill-Istati Membri li jesiġu li l-bdiewa u l-utenti professjonali oħra tal-pestiċidi jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta’ l-ambjent akkwatiku permezz ta’ miżuri bħal strixex marġinali ta' protezzjoni u sisien tal-ħaxix mal-ġenb ta’ mogħdijiet ta’ l-ilma jew miżuri oħra xierqa bil-għan li jillimitaw it-tifrix.

L-Artikolu 11 jobbliga lill-Istati Membri biex jiddeżinjaw żoni fejn ikun permess tnaqqis sostanzjali, jew waqfien, fl-użu tal-pestiċidi f’konformità ma’ miżuri meħuda taħt leġiżlazzjoni oħra (bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar il-Ħabitats, eċċ.). Żoni bħal dawn għandhom jiġu ddeżinjati wkoll sabiex tiġi indirizzata l-protezzjoni speċifika meħtieġa minn gruppi vulnerabbli bħat-tfal. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġu żviluppati gwida, kriterji għall-għażla taż-żoni u l-aħjar prassi.

L-Artikolu 12 jobbliga lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jindirizzaw emissjonijiet minn punti individwali partikolarment mit-taħlit, it-tagħbija u t-tindif. Għandhom ikunu obbligati wkoll jieħdu miżuri biex jevitaw operazzjonijiet perikolużi minn utenti mhux professjonali li jużaw il-pestiċidi. Skambju ta’ tagħrif bejn l-Istati Membri dwar l-inizjattivi nazzjonali u dwar il-progress miksub se jkun organizzat permezz ta’ rappurtar li jinvolvi wkoll il-partijiet interessati li huma partikolarment attivi f’dan il-qasam.

L-Artikolu 13 jirrikjedi lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata ta’ l-Organiżmi ta’ Ħsara (IPM). L-istandards ġenerali għall-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara għandhom jiġi żviluppati u għandhom isiru mandatorji mill-2014. Barra minn hekk, l-istandards speċifiċi ta' l-IPM applikati madwar il-Komunità kollha għandhom jiġu żviluppati għal uċuħ tar-raba’ partikolari, iżda l-implimentazzjoni tagħhom għandhom tibqa' volontarja. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-miżuri meħuda sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ standards ġenerali ta’ l-IPM, u biex iħeġġu l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ l-IPM speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ minn utenti tal-pestiċidi.

L-Artikolu 14 jipprovdi li l-Istati Membri jkunu obbligati jiġbru u jirrappurtaw informazzjoni ta’ statistika dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-pestiċidi – id-dettalji huma proposti fir-Regolament dwar l-istatistika għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Din l-informazzjoni se tkun il-bażi għall-kalkolu ta’ l-indikaturi tar-riskju xierqa, li jinħtieġu biex ikun immonitorjat il-progress fit-tnaqqis tar-riskji globali mill-użu tal-pestiċidi. Għaddejja ħidma fuq l-iżvilupp ta’ l-indikaturi armonizzati tar-riskju. Meta tkun iffinalizzata, eventwalment se tiġi maqbula ġabra komuni ta’ indikaturi tar-riskju bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Sa dak iż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw l-indikaturi attwali tagħhom. Sabiex ikun evalwat l-impatt ta’ din id-Direttiva u ta’ miżuri oħrajn ta’ l-Istrateġija Tematika fit-tnaqqis tar-riskji globali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti li janalizzaw ix-xejriet fl-iżvilupp ta’ l-indikaturi rrappurtati mill-Istati Membri.

L-Artikolu 15 jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti li jipprovdu l-Istati Membri dwar il-miżuri li se jadottaw biex jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ta’ Qafas.

L-Artikoli 16 sa 22 fihom dispożizzjonijiet standard dwar il-Komitoloġija, l-istandardizzazzjoni, il-penalitajiet u d-dħul fis-seħħ.

Annessi

L-Annessi fihom dettalji dwar miżuri varji li l-Istati Membri għandhom jadottaw skond l-Artikoli tad-Direttiva. L-Annessi jistgħu jiġu mmodifikati skond l-Artikolu 18, fid-dawl ta’ l-esperjenza u l-ħtiġijiet identifikati mis-sistema ta' skambju ta’ informazzjoni u d-diskussjonijiet fil-Grupp ta’ l-Esperti.

L-Anness I jelenka l-elementi li għandhom jiġu indirizzati fil-programmi ta’ taħriġ.

L-Anness II fih ir-rekwiżiti essenzjali għall-ispezzjonijiet u l-verifiki ta’ manutenzjoni li għandhom jitwettqu fuq tagħmir għall-applikazzjoni li jkun qed jintuża.

2006/0132 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-perstiċidi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Skond l-Artikoli 2 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1600/2002/KE tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali[7], għandu jiġi stabbilit qafas ġuridiku komuni għall-ilħiq ta’ użu sostenibbli tal-pestiċidi.

(2) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva għandhom jikkomplementaw miżuri stipulati f'leġiżlazzjoni Komunitarja relata oħra, mingħajr ma jaffettwawhom, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru [...] dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti[8], id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma[9]; Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 396/2005 tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/[10].

(3) Pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni bil-għan li jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tar-riskji, inklużi perikli, u d-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi u li jippromwovu l-protezzjoni tal-pjanti mingħajr l-użu tal-pestiċidi għandhom jintużaw mill-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni jistgħu jiġu kkoordinati bi pjanijiet ta’ implimentazzjoni taħt leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jistgħu jintużaw biex jingħaqdu flimkien miri li għandhom jintlaħqu skond leġiżlazzjoni Komunitarja oħra marbuta mal-pestiċidi.

(4) L-iskambju ta’ tagħrif dwar il-miri u l-azzjonijiet li l-Istati Membri jistipulaw fil-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni tagħhom huwa element importanti għall-ilħiq tal-miri ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, jixraq li l-Istati Membri jintalbu jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, partikolarment dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni tagħhom u dwar l-esperjenzi tagħhom.

(5) Għat-tħejjija u l-modifika tal-programmi nazzjonali ta’ azzjoni, jixraq li jsir provvediment għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE[11].

(6) Huwa mixtieq li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta’ taħriġ għad-distributuri, il-konsulenti u l-utenti professjonali tal-pestiċidi sabiex permezz tagħhom, dawk li jużaw il-pestiċidi, jew li biħsiebhom jużawhom, ikunu konxji bis-sħiħ mir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u dwar il-miżuri xierqa biex dawn ir-riskji jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Attivitajiet ta’ taħriġ għall-utenti professjonali jistgħu jiġu kkoordinati ma’ dawk organizzati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD).[12]

(7) Fid-dawl tar-riskji possibbli mill-użu tal-pestiċidi, il-pubbliku ġenerali għandu jkun infurmat aħjar dwar ir-riskji marbuta ma’ l-użu tal-pestiċidi permezz ta’ kampanji għall-ħolqien tal-kuxjenza, informazzjoni mgħoddija permezz ta’ bejjiegħa bl-imnut u miżuri xierqa oħra.

(8) Sal-punt fejn it-tqandil u l-applikazzjoni tal-pestiċidi jirrikjedu l-istipular ta’ rekwiżiti minimi għas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jkopru r-riskji li joħorġu mill-esponiment tal-ħaddiema għal prodotti bħal dawn, kif ukoll ta' miżuri preventivi ġenerali u speċifiċi biex dawk ir-riskji jitnaqqsu, dawk il-miżuri huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol[13] u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/37/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol[14].

(9) Minħabba li d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/42/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)[15] se tipprovdi għal regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi u se tiżgura li r-rekwiżiti ambjentali jiġu sodisfatti, sabiex jitnaqqsu iktar l-impatti negattivi tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent ikkawżat minn tagħmir bħal dan, jixraq li jiġu pprovduti sistemi għal spezzjonijiet tekniċi regolari tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li diġà qed jintuża.

(10) Il-bexx mill-ajru għandu l-potenzjal li jikkawża impatti negattivi sinifikanti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent, partikolarment mit-tifrix tal-bexx lil hinn miż-żona fil-mira. Għalhekk, il-bexx mill-ajru għandu jiġi pprojbit b’mod ġenerali bil-possibbiltà ta’ deroga fejn ikun joffri vantaġġi ċari u wkoll benefiċċji ambjentali meta mqabbel ma' metodi oħra ta' bexx, jew fejn ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli.

(11) L-ambjent akkwatiku huwa partikolarment sensittiv għall-pestiċidi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex ikun evitat it-tniġġis ta’ l-ilma tal-wiċċ u tal-pjan billi jittieħdu miżuri xierqa bħall-istabbiliment ta' strixex marġinali ta' protezzjoni jew it-tħawwil ta’ sisien tal-ħaxix mal-ġenb ta' ilmijiet fil-wiċċ biex jitnaqqas l-esponiment ta’ ilmijiet għat-tifrix tal-bexx. Id-dimensjonijiet taż-żoni marġinali ta' protezzjoni għandhom jiddependu partikolarment fuq il-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima, id-daqs tal-mogħdija ta’ l-ilma, kif ukoll fuq karatteristiċi agrikoli taż-żoni kkonċernati. L-użu tal-pestiċidi f’żoni fejn jittella' l-ilma għax-xorb, fuq rotot għat-trasport jew matulhom, bħal linji tal-ferrovija, fuq uċuħ issiġillati jew permeabbli ħafna jista' jwassal għal riskji ogħla ta' tniġġis ta' l-ambjent akkwatiku. Għaldaqstant, f’żoni bħal dawn, l-użu tal-pestiċidi għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun, jew jiġi eliminat jekk ikun il-każ.

(12) L-użu tal-pestiċidi jista’ jkun partikolarment perikoluż f’żoni sensittivi ħafna, bħal siti tan-Natura 2000 li huma protetti skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi[16] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa [17]. F’postijiet oħrajn bħal parkijiet pubbliċi u grawnds ta’ l-isport jew fejn jilagħbu t-tfal, ir-riskji mill-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-pestiċidi huwa għoli. Għaldaqstant, f’żoni bħal dawn, l-użu tal-pestiċidi għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun, jew jiġi eliminat jekk ikun il-każ.

(13) L-użu tal-pestiċidi, inklużi d-dilwizzjoni u t-taħlit tal-kimiċi u t-tindif tat-tagħmir għall-applikazzjoni wara l-użu, u r-rimi taż-żejjed li jibqa’ fit-tank, imballaġġ vojt u pestiċidi li ma ntużawx, għandhom tendenza partikolari li, b’mod mhux intenzjonat, jesponu lill-bnedmin u l-ambjent għall-pestiċidi. Għaldaqstant, jixraq li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet biex jindirizzaw dawn l-attivitajiet bħala komplement għall-miżuri pprovduti fl-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12/KE tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart[18], u l-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż[19]. Dawk il-miżuri speċifiċi għandhom jinkludu wkoll l-utenti mhux professjonali minħabba li x’aktarx l-użu mhux tajjeb iseħħ f’dan il-grupp ta’ utenti minħabba n-nuqqas ta’ għarfien.

(14) L-applikazzjoni ta' standards ġenerali ta' Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara mill-bdiewa kollha għandha tirriżulta f'użu mmirat aħjar tal-miżuri kollha disponibbli għall-kontroll ta’ l-organiżmi ta’ ħsara, inklużi l-pestiċidi. Għaldaqstant, tikkontribwixxi għal iktar tnaqqis fir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. L-Istati Membri għandhom jippromwovu biedja b'użu mill-inqas tal-pestiċidi, partikolarment Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-metodi ta’ ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ l-istandards speċifiċi għal-uċuħ tar-raba' tal-Ġestjoni Integratata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara.

(15) Jeħtieġ li jitkejjel il-progress miksub fit-tnaqqis tar-riskji u l-impatti ħżiena mill-użu tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent. Il-mezzi xierqa huma indikaturi tar-riskju armonizzati li se jiġi stabbiliti fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jużaw dawn l-indikaturi għall-ġestjoni tar-riskju fil-livell nazzjonali u għal skopijiet ta’ rappurtar, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tikkalkula l-indikaturi biex tevalwa l-progress fil-livell Komunitarju. Sakemm isiru disponibbli l-indikaturi komuni, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jużaw l-indikaturi nazzjonali tagħhom.

(16) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(17) Minħabba li l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri biex titħares saħħet il-bniedem u l-ambjent mir-riskji possibbli marbuta ma’ l-użu tal-pestiċidi, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, minħabba d-daqs u l-effetti ta’ l-azzjoni, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-għanijiet.

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni ta' livell għoli ta' protezzjoni ambjentali fil-politiki tal-Komunità, f'konformità mal-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal eżerċizzju ta’ poteri ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[20].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1 Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ilħiq ta’ użu iktar sostenibbli tal-pestiċidi billi tnaqqas ir-riskji u l-impatti ta' l-użu tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent f'mod li huwa konsistenti mal-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-pjanti.

Artikolu 2 Ambitu

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-pestiċidi f’għamla ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif definiti fir-Regolament (KE) Nru [… ] dwar it-tqegħid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘użu’ tfisser l-operazzjonijiet kollha mwettqa b’pestiċidju, bħall-ħżin, it-tqandil, id-dilwizzjoni, it-taħlit u l-applikazzjoni

(b) ‘utent professjonali’ tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li tuża l-pestiċidi fil-qafas ta’ l-attività professjonali tagħha, inklużi operaturi, tekniċi, min iħaddem l-impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom fis-settur tal-biedja jew f'settur ieħor

(c) ‘distributur’ tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li tagħmel pestiċida disponibbli fis-suq inklużi l-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, vendituri u fornituri

(d) ‘konsulent’ tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li tagħti pariri dwar l-użu tal-pestiċidi inklużi servizzi privati ta’ pariri mogħtija minn persuni li jaħdmu għal rashom, aġenti kummerċjali, produtturi ta’ l-ikel jew bejjiegħa fejn ikun rilevanti

(e) ‘tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi’ tfisser kwalunkwe apparat iddiżinjat speċifikament għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jew ta’ prodotti li fihom il-pestiċidi

(f) ‘aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi’ tfisser apparat li jista’ jitwaħħal fuq tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li huma essenzjali għat-tħaddim tajjeb tiegħu, bħal żnienen, manometri, filters, passaturi u apparat għat-tindif tat-tank

(g) ‘bexx mill-ajru’ tfisser kwalunkwe applikazzjoni tal-pestiċidi permezz ta’ ajruplan jew elikotteru

(h) ‘ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara’ tfisser ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta' ħsara kif definita fir-Regolament (KE) Nru […]

(i) ‘indikatur tar-riskju’ tfisser parametru li jista’ jintuża biex jiġu evalwati l-impatti ta’ l-użu tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent.

Artikolu 4 Pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni biex inaqqsu r-riskji u d-dipendenza fuq il-pestiċidi

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni biex jistabbilixxu miri, miżuri u skedi ta’ implimentazzjoni għat-tnaqqis tar-riskji, inklużi perikli, u d-dipendenza fuq il-pestiċidi.

Huma u jfasslu u jirrevedu l-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu kif jixraq l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-miżuri previsti.

2. Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Il-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni għandhom jiġu riveduti għallinqas kull ħames snin u kull bidla fil-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni għandha tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3. Fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi t-tagħrif ikkomunikat skond il-paragrafu 2.

4. Id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni pubblika kif stipulata fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/35/KE għandhom japplikaw għall-preparazzjoni u l-modifika tal-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni.

Kapitolu IITaħriġ, Programmi ta’ għarfien u Bejgħ tal-pestiċidi

Artikolu 5 Taħriġ

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali, id-distributuri u l-konsulenti kollha jkollhom aċċess għal taħriġ xieraq.

It-taħriġ għandu jiġi ddiżinjat sabiex ikun żgurat li jinkiseb biżżejjed għarfien dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I.

2. Fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ċertifikazzjoni li jipprovdu evidenza ta’ attendenza għal sessjoni sħiħa tat-taħriġ li, bħala minimu, tkopri s-suġġetti elenkati fl-Anness I.

3. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3), tadatta l-Anness I għall-progress tekniku u xjentifiku.

Article 6 Rekwiżiti għall-bejgħ tal-pestiċidi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri li jbigħu l-pestiċidi kklassifikati bħala tossiċi jew tossiċi ħafna skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE[21] ikollhom għallinqas persuna waħda fl-impjieg tagħhom li għandha ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2) u li għandu jkun preżenti u disponibbli fil-post tal-bejgħ biex jipprovdi tagħrif lill-klijenti rigward l-użu tal-pestiċidi.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li l-bejgħ tal-pestiċidi li mhumiex awtorizzati għal użu mhux professjonali jkunu ristretti għal utenti professjonali li jkollhom fil-pussess tagħhom iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2).

3. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-distributuri li jqiegħdu fis-suq il-pestiċidi mhux għal użu professjonali biex jipprovdu tagħrif ġenerali dwar ir-riskji ta’ l-użu tal-pestiċidi, partikolarment il-perikli, l-esponiment, il-ħżin tajjeb, it-tqandil u l-applikazzjoni, kif ukoll ir-rimi.

Il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu stabbiliti fi żmien erba’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 20(1).

Artikolu 7 Programmi għall-Ħolqien ta’ Kuxjenza

L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw programmi ta’ għarfien u d-disponibbilità tat-tagħrif marbut mal-pestiċidi lill-pubbliku ġenerali, partikolarment fir-rigward ta' l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u alternattivi li mhumiex kimiċi.

Kapitolu IIITagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

Artikolu 8 Spezzjoni tat-tagħmir li qed jintuża diġà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħmir u l-aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li jintużaw professjonalment ikunu soġġetti għal spezzjonijiet f’intervalli regolari.

Għal dak il-għan, għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ċertifikazzjoni maħsuba biex jippermettu l-verifika ta’ l-ispezzjonijiet.

2. L-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw li t-tagħmir u l-aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sikurezza u dawk għall-ambjent elenkati fl-Anness II.

It-tagħmir u l-aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li huma konformi ma’ l-istandards armonizzati żviluppati skond l-Artikolu 17(1) għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sikurezza u għall-ambjent koperti minn standard armonizzat bħal dan.

3. Fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħmir u l-aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li jintużaw professjonalment ikunu ġew spezzjonati għallinqas darba u li tagħmir u aċċessorji għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li għaddew mill-ispezzjoni biss ikunu qed jintużaw professjonalment.

4. L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi responsabbli għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.

5. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3), tadatta l-Anness II skond il-progress tekniku u xjentifiku li jseħħ.

Kapitolu IVPrattiki u Użijiet Speċifiċi

Artikolu 9 Bexx mill-ajru

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bexx mill-ajru soġġett għall-paragrafi 2-6.

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku tagħrif dwar l-uċuħ tar-raba', iż-żoni u r-rekwiżiti partikolari għall-applikazzjoni fejn, b’deroga mill-paragrafu 1, jista' jiġi awtorizzat il-bexx mill-ajru.

3. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tad-derogi u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

4. Id-derogi jistgħu jingħataw biss meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. ma għandux ikun hemm alternattivi vijabbli oħrajn, jew għandu jkun hemm vantaġġi ċari f’termini ta’ impatti mnaqqsa fuq is-saħħa u l-ambjent meta mqabbel ma’ l-applikazzjoni tal-pestiċidi mill-art.

2. il-pestiċidi użati għandhom ikunu awtorizzati espliċitament għall-bexx mill-ajru

3. l-operatur li jbexxex mill-ajru għandu jkollu ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2).

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-miżuri meħtieġa għat-twissija tar-residenti, u persuni fil-qrib u għall-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-viċinat taż-żona mbexxa.

5. Utent professjonali li jixtieq japplika l-pestiċidi permezz tal-bexx mill-ajru għandu jressaq talba lill-awtorità kompetenti akkumpanjata minn data ta’ appoġġ li turi li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 huma sodisfatti.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżżommu reġistru tad-derogi mogħtija.

Artikolu 10 Miżuri speċifiċi ta' emerġenza għall-protezzjoni ta’ l-ambjent akkwatiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jintużaw pestiċidi qrib l-ilmijiet, tingħata preferenza lil:

4. prodotti li mhumex perikolużi għall-ambjent akkwatiku

5. l-iktar metodi ta’ applikazzjoni effiċjenti, inkluż l-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni b’tifrix minimu ( low-drift ).

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti żoni bafer xierqa, fejn il-pestiċidi ma għandhomx jintużaw jew jinħażnu, fuq għelieqi ma’ ġenb mogħdijiet ta’ l-ilma, u partikolarment biex jiġu mħarsa żoni fejn jittella’ ilma għax-xorb stabbiliti skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Id-dimensjonijiet taż-żoni bafer għandhom jiġu definiti bħala funzjoni tar-riskji ta’ tniġġis u l-karatteristiċi agrikoli taż-żona kkonċernata.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jillimitaw it-tifrix bl-arja tal-pestiċidi, għallinqas f'għelejjel vertikali, inklużi msaġar tas-siġar tal-frott, dwieli, u ħops direttament ma’ ġenb mogħdija ta’ l-ilma.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-pestiċidi titnaqqas kemm jista' jkun jew tiġi eliminata skond kif ikun xieraq, fuq jew mal-ġenb ta’ toroq, linji tal-ferrovija, uċuħ permeabbli ħafna jew infrastruttura oħra qrib ta’ ilmijiet fil-wiċċ jew tal-pjan, jew fuq uċuħ issiġillati b'riskju għoli ta’ skular ġo l-ilma tal-wiċċ jew is-sistemi tad-dranaġġ.

Artikolu 11 Tnaqqis ta’ l-użu tal-pestiċidi f'żoni sensittivi

L-Istati Membri għandhom, huma u jqisu r-rekwiżti meħtieġa ta’ l-iġjene u s-sikurezza pubblika, jiżguraw li l-miżuri li ġejjin jiġu adottati:

6. l-użu tal-pestiċidi għandu jiġi pprojbit jew ristrett sa l-inqas punt meħtieġ f’żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn popolazzjoni sensittiva, għallinqas f’parkijiet, ġonna pubbliċi u grawnds ta’ l-isport jew fejn jilagħbu t-tfal

7. l-użu tal-pestiċidi għandu jiġi pprojbit jew ristrett f’żoni speċjali ta’ konservazzjoni jew żoni oħra identifikati għall-iskopijiet ta’ l-istabbiliment tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 79/409/KEE u l-Artikoli 6, 10, u 12 tad-Direttiva 92/43/KEE.

Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-punt (b) tista' tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet tar-riskju rilevanti.

Artikolu 12 It-tqandil u l-ħżin ta’ pestiċidi u l-imballaġġ u l-fdalijiet tagħhom

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operazzjonijiet li ġejjin ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u l-ambjent:

8. il-ħżin, it-tqandil, id-dilwizzjoni u t-taħlit tal-pestiċidi qabel l-applikazzjoni

9. it-tqandil ta’ l-imballaġġ u l-fdalijiet tal-pestiċidi

10. it-trattament tat-taħlitiet li jifdal wara l-applikazzjoni

11. it-tindif tat-tagħmir li jintuża għall-applikazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fir-rigward tal-pestiċidi awtorizzati għal użu mhux professjonali biex jevitaw operazzjonijiet perikolużi waqt l-użu.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni ta’ ħżin għall-pestiċidi jkunu mibnija b’tali mod li ma jkunx hemm rilaxxi mhux intenzjonati.

Artikolu 13 Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu biedja b’użu baxx tal-pestiċidi, inkluża l-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, u biex jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jibdew jagħmlu użu mill-miżuri kollha disponibbli għall-ħarsien ta' l-uċuħ tar-raba' li jiffavorixxu aktar l-ambjent u jagħtu prijorità lil alternattivi b’riskju baxx kulfejn possibbli, u f'kull każ ieħor lill-prodotti bl-inqas impatt fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent fost dawk disponibbli għall-istess organiżmu ta’ ħsara.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jappoġġaw l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara.

3. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bdiewa jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, sistemi, inklużi taħriġ skond l-Artikolu 5, u għodod għall-monitoraġġ ta’ organiżmi ta’ ħsara u t-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll servizzi ta' konsulenza dwar il-ġestjoni integrata ta' organiżmi ta’ ħsara.

4. Sat-30 ta' Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3, u partikolarment, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara humiex fis-seħħ.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-1 ta’ Jannar 2014, l-utenti professjonali kollha tal-pestiċidi jimplimentaw l-istandards ġenerali għall-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara.

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inċentivi neċessarji kollha biex iħeġġu lill-bdiewa jimplimentaw standards ta’ Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara speċifiċi skond il-wiċċ tar-raba’.

7. L-istandards ġenerali għall-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu żviluppati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru […].

8. L-istandards speċifiċi għall-wiċċ tar-raba’ għal Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara msemmija fil-paragrafu 6 għandhom jiġu żviluppati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/34/KE.

Kapitolu VIndikaturi, Rappurtar u Skambju ta’ Tagħrif

Artikolu 14 Indikaturi

1. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3), tiżviluppa indikaturi tar-riskju armonizzati. Sakemm jiġu adottati dawk l-indikaturi, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw indikaturi nazzjonali eżistenti jew jadottaw indikaturi xierqa oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw data statistika miġbura skond ir-Regolament (KE) Nru [ESTAT…] għall-iskopijiet li ġejjin:

(a) il-kalkolu ta’ l-indikaturi komuni u armonizzati fil-livell nazzjonali

(b) l-identifikazzjoni ta’ xejriet fl-użu ta’ sustanzi attivi individwali, partikolarment meta jkunu ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq l-użu fil-livell Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru […]

(c) l-identifikazzjoni ta’ sustanzi attivi ta’ prijorità jew uċuħ tar-raba' ta' prijorità jew prassi insostenibbli li jirrikjedu attenzjoni partikolari, jew prassi tajba li tista' tiġi stabbilita bħala eżempju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva fir-rigward tat-tnaqqis tar-riskju u d-dipendenza fuq il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet imwettqa skond il-paragrafu 2 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4. Il-Kummissjoni għandha tuża d- data statistika miġbura skond ir-Regolament (KE) Nru [ESTAT…] u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tikkalkula l-indikaturi tar-riskju fil-livell Komunitarju, sabiex tagħmel stima tax-xejriet fir-riskji mill-użu tal-pestiċidi.

Din id- data u l-informazzjoni għandha tintuża wkoll mill-Kummissjoni biex tevalwa l-progress fl-ilħiq ta’ l-għanijiet ta' politiki Komunitarji oħra bil-għan li jnaqqsu l-impatt tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u ta’ l-annimali u fuq l-ambjent.

5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2(a) u l-paragrafu 3, l-indikaturi tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-dejta mdaħħla rigward il-perikli u l-esponiment, rekords dwar l-użu tal-pestiċidi, data dwar il-karatteristiċi tal-pestiċidi, dwar it-temp u dwar il-ħamrija.

Artikolu 15 Ir-Rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tressaq regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għal emendi.

Kapitolu VIDispożizzjonijiet finali

Artikolu 16 Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għal każijiet tal-ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li dawn ikunu infurzati. Il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnottifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-disposizzjonijiet, mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data msemmija fl-Artikolu 20(1), u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 17 L-istandardizzazzjoni

1. L-istandards imsemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/34/KE.

It-talba għall-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tista’ tiġi stabbilita f'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta' l-istandards armonizzati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

3. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti essenzjali li jkopri, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat imwaqqaf mid-Direttiva 98/34/KE u jagħtu l-argumenti tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni ta' dak il-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika bir-restrizzjonijiet, li żżomm, li żżomm bir-restrizzjonijiet jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 18 Kumitati

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002[22].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, bil-qies tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, bil-qies tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

Artikolu 19 Nefqa

Sabiex ikun appoġġat l-istabbiliment ta’ politika armonizzata u sistemi armonizzati fil-qafas ta’ l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, il-Kummissjoni tista’ tiffinanzja:

(a) l-iżvilupp ta’ sistema armonizzata inkluża database għall-ġbir u l-ħżin tat-tagħrif kollu marbut ma’ l-indikaturi tar-riskju tal-pestiċidi, u biex tagħmel dan it-tagħrif disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti, partijiet interessati oħrajn u l-pubbliku ġenerali.

(b) it-twettiq ta’ l-istudji neċessarji għall-preparazzjoni u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni, inkluż l-adattament ta’ l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku.

(c) l-iżvilupp ta’ gwida u l-aħjar prassi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 20 It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa l-aktar tard sentejn mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 21 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I Programmi ta' taħriġ.

Il-programmi ta' taħriġ għandhom jiġu ddiżinjati sabiex jiżguraw li jkun akkwistat biżżejjed tagħrif dwar is-suġġetti li ġejjin:

1. il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha rigward il-pestiċidi u l-użu tagħhom

2. il-perikli u r-riskji assoċjati mal-pestiċidi, u kif jiġu identifikati u kkontrollati, partikolarment:

a) riskji lill-bnedmin (operaturi, residenti, persuni fil-qrib, persuni li jidħlu f’żoni ttrattati u dawk li jmissu jew jieklu l-oġġetti ttrattati) u kif dawn jiggravaw b’fatturi bħat-tipjip.

b) sintomi ta’ avvelenament bil-pestiċidi u miżuri ta’ l-ewwel għajnuna

c) riskji għal pjanti mhux fil-mira, insetti li jagħmlu l-ġid, il-flora u l-fawna selvaġġa, il-bijodiversità u l-ambjent in ġenerali

3. kunċetti dwar strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, strateġiji u metodi għall-ġestjoni integrata ta’ l-uċuħ tar-raba’ u prinċipji tal-biedja organika; informazzjoni dwar standards ġenerali u speċifiċi għall-wiċċ tar-raba' kkonċernat dwar il-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara

4. inizjazzjoni għal evalwazzjoni komparattiva fil-livell ta’ l-utent biex l-utenti professjoni jiġu megħjuna jagħmlu l-iktar għażla xierqa minn fost il-prodotti kollha awtorizzati għal problema speċifika ta’ organiżmu ta’ ħsara f’sitwazzjoni speċifika.

5. miżuri biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji lill-bnedmin, lil speċijiet mhux fil-mira u lill-ambjent: prassi ta’ ħidma sikura għall-ħżin, it-tqandil u t-taħlit tal-pestiċidi, u r-rimi ta’ imballaġġ vojt, materjal ieħor ikkontaminat u pestiċidi li jibqa' (inklużi t-taħlitiet li jibqgħu fit-tank) kemm f’għamla ta’ konċentrat kif ukoll f’għamla dilwita; mod rakkomandat għall-kontroll ta’ l-esponiment ta’ l-operatur (tagħmir għall-protezzjoni personali)

6. proċeduri biex it-tagħmir għall-applikazzjoni jitlesta għat-tħaddim, inkluż l-ikkalibrar tiegħu, u għat-tħaddim tiegħu b'riskji minimi għall-utenti, bnedmin oħra, speċijiet ta' annimali u pjanti mhux fil-mira, il-bijodiversità u l-ambjent.

7. l-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu, u metodi speċifiċi ta’ bexx (eż. bexx b’volum żgħir, żnienen li ma jferrxux ħafna) kif ukoll l-għanijiet tal-kontroll tekniku tal-bexxiexa fl-użu u l-modi kif tittejjeb il-kwalità tal-bexx

8. azzjoni ta’ emerġenza biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent f’każ ta' tixrid u kontaminazzjoni aċċidentali

9. monitoraġġ tas-saħħa u faċilitajiet ta’ aċċess għar-rappurtar ta’ kwalunkwe inċident jew tħassib

10. żamma ta’ reġistru għal kull użu li jsir mill-pestiċidi, skond il-leġiżlazzjoni rilevanti.

ANNESS II Saħħa u Sikurezza kif ukoll rekwiżiti Ambjentali rigward l-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

L-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandha tkopri l-aspetti importanti kollha biex jitlaħaq livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent u effettività sħiħa ta’ l-operazzjoni ta’ l-applikazzjoni billi jkun żgurat tħaddim tajjeb ta’ l-apparat u l-funzjonijiet li ġejjin, fejn ikun xieraq:

(1) L-apparat għat-trażmissjoni ta' l-enerġija

Il-parti protettiva tal- power take-off drive shaft u l-parti protettiva tal- power input connection għandhom jiġu ffittjati u jkunu f'kundizzjoni tajba u l-parts ta’ sikurezza u kull part tat-trażmissjoni ta’ l-enerġija li tiċċaqlaq jew iddur ma għandhomx ikunu affettwati fit-tħaddim tagħhom sabiex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ l-operatur.

(2) Il-Pompa

Il-kapaċità tal-pompa għandha tkun adatta għall-ħtiġijiet tat-tagħmir u l-pompa għandha taħdem sewwa sabiex tiżgura rata ta’ applikazzjoni stabbli u affidabbli. Ma għandu jkun hemm l-ebda nixxija mill-pompa.

(3) Aġitazzjoni

It-tagħmir għall-aġitazzjoni għandu jiżgura riċirkolazzjoni tajba sabiex tinkiseb konċentrazzjoni uniformi fil-volum kollu tat-taħlita likwida tal-bexx fit-tank.

(4) It-tank tal-bexx likwidu

It-tankijiet tal-bexx, inklużi l-indikatur tal-kontenut tat-tank, it-tagħmir għall-mili, il-passaturi u l-filtri, l-apparat għall-iżvujtar, u l-apparat għat-taħlit, għandhom joperaw b’tali mod li jkunu mminimizzati t-tixridiet aċċidentali, id-distribuzzjonijiet mhux uniformi tal-konċentrazzjoni, l-esponiment ta’ l-operatur u kontenut residwu.

(5) Is-sistemi ta’ kejl u sistemi ta’ kontroll u regolazzjoni

Il-parts kollha għall-kejl, biex titfi u tixgħel u għall-aġġustament tal-pressjoni u/jew ir-rata tal-fluss għandhom jaħdmu b’mod affidabbli u ma għandu jkun hemm l-ebda nixxija. Il-kontroll tal-pressjoni u l-operazzjoni tal-parts għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jkun possibbli faċilment matul l-applikazzjoni. It-tagħmir għall-aġġustament tal-pressjoni għandu jżomm pressjoni kostanti ta’ ħidma b’revoluzzjonijiet kostanti tal-pompa, sabiex ikun żgurat li tiġi applikata rata stabbli tal-volum ta’ l-applikazzjoni.

(6) Pajpijiet u manek

Il-pajpijiet għandhom ikunu f’kundizzjoni tajba biex jevitaw id-disturbi tal-fluss tal-likwidu jew tixridiet aċċidentali fil-każ ta’ falliment. Ma għandu jkun hemm l-ebda nixxija mill-pajpijiet jew mill-manek meta jitħaddmu bil-pressjoni massima ottenibbli għas-sistema.

(7) Filtri

Sabiex ikunu evitati t-turbolenza u l-eteroġeneità fil-mod kif joħroġ il-bexx, il-filtri għandhom ikunu f'kundizzjoni tajba u d-daqs tax-xibka tal-filtru għandu jikkorrispondi għad-daqs taż-żnienen iffittjati fuq l-isprejer. Is-sistema li tindika meta l-filter ikun imblukkat għandha taħdem sewwa.

(8) Id-driegħ tal-bexxiexa (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz ta’ driegħ ippożizzjonat orizzontalment, li jinsab qrib il-wiċċ tar-raba' jew il-materjali li jrid jiġi ttrattat)

Id-driegħ tal-bexxiexa għandha tkun f’kundizzjoni tajba u stabbli fid-direzzjonijiet kollha. Is-sistema fejn titwaħħal u s-sistema għall-aġġustament u t-tagħmir għat-tnaqqis ta’ movimenti mhux intenzjonati u s-sistema li tikkumpensa għal niżla għandhom jaħdmu b’mod affidabbli.

(9) Żnienen

Iż-żnienen għandhom jaħdmu sewwa biex jikkontrollaw it-taqtir meta jieqaf il-bexx. Biex tkun żgurata l-omoġeneità ta’ kif joħroġ il-bexx, ir-rata ta’ fluss ta’ kull żennuna individwali ma għandhiex tiddevja b'iktar minn 5% mid-dejta fit-tabelli tar-rata tal-fluss ipprovduti mill-manifattur.

(10) Tqassim

It-tqassim trasversali u vertikali (fil-każ ta’ applikazzjonijiet lil uċuħ vertikali) tad-distribuzzjoni tat-taħlita tal-bexx u t-tqassim fid-direzzjoni tas-sewqan għandhom ikunu uniformi. Għandhom ikunu żgurati l-kwantità u d-distribuzzjoni xierqa tat-taħlita tal-bexx fuq iż-żona fil-mira.

(11) Blower (għal tagħmir li jbexxex il-pestiċidi permezz ta’ l-arja)

Il-blower għandu jkun f’kundizzjoni tajb u għandu jiżgura fluss stabbli u affidabbli ta’ arja.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Dan id-dokument huwa maħsub sabiex jakkumpanja u jissupplimenta l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Għaldaqstant, meta timtela din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u bla preġudizzju għal-leġibbiltà tagħha, għandu jsir tentattiv ħalli tiġi evitata r-ripetizzjoni ta' l-informazzjoni mogħtija fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Qabel timla din l-iskeda, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji ta' Gwida speċifiċi li tfasslu sabiex jipprovdu gwida u kjarifika għall-punti li ġejjin.

ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Direttva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja għall-ilħiq ta' użu sostenibbli tal-pestiċidi

IL-QAFAS ABM / ABB

Qasam (Oqsma) tal-Politika kkonċernata/i u Attività/ajiet assoċjati:

L-Ambjent (ABB Kodiċi 0703: L-implimentazzjoni tal-Politika u l-Leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-Ambjent

IL-LINJI TAL-BAĠIT

Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

Strument finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+ għall-perjodu 2007-2013) (07.03.07)

It-tul ta’ zmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Għall-perjodu 2007-2013, l-approprjazzjonijiet rikjesti sejrin ikunu koperti mir-riżorsi diġà previsti fil-programm LIFE+, u mhu qed jintalab l-ebda ammont adizzjonali.

Il-karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ):

Il-linja tal-baġit | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

07 03 07 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru [2] |

SINTEŻI TAR-RIŻORSI

Riżorsi Finanzjarji

Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

It-tip ta’ nefqa | In-Nru tas-Sezzjoni | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

Infiq operattiv[23] |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | A | 0.227 | 0.161 | 0.161 | 0.134 | 0.134 | 0.107 | 0.924 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | B | 0.151 | 0.153 | 0.170 | 0.143 | 0.129 | 0.109 | 0.855 |

Infiq amministrattiv fi ħdan l-ammont ta’ referenza[24] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | C | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji | A+c | 0.227 | 0.161 | 0.161 | 0.134 | 0.134 | 0.107 | 0.924 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | B+c | 0.151 | 0.153 | 0.170 | 0.143 | 0.129 | 0.109 | 0.855 |

Infiq amministrattiv li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza[25] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | D | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.648 |

L-ispejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | E | 0.000 | 0.111 | 0.031 | 0.111 | 0.031 | 0.111 | 0.395 |

L-ispiża finanzjarja totali indikattiva ta’ l-intervent

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-infiq fuq ir-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.335 | 0.380 | 0.300 | 0.353 | 0.273 | 0.326 | 1.967 |

TOTALI ta’ l-AĦ li jinkludu l-infiq tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.259 | 0.372 | 0.309 | 0.362 | 0.268 | 0.328 | 1.898 |

Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

…………………… | f | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

TOTAL ta’ AI li jinkludi l-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0.335 | 0.380 | 0.300 | 0.353 | 0.273 | 0.326 | 1.967 |

Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[26] (i.e. strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu tal-kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda)

Qabell-azzjoni[2007] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

L-għadd totali ta’ riżorsi umani | 1A*/ AD | 1A*/ AD | 1A*/ AD | 1A*/ AD | 1A*/ AD | 1A*/ AD |

IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Jeħtieġ li d-dettalji tal-kuntest tal-proposta jingħataw fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni speċifika suplementari li ġejja:

Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

Protezzjoni mtejba tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent kontra l-effetti ħżiena tal-pestiċidi (ara l-Memorandum ta' Spjegazzjoni, is-sezzjoni 'Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha'). Għal dan il-għan, jinħtieġu riżorsi finanzjarji għal:

- l-iżvilupp ta' sistema armonizzata, li tinkludi database adegwata għall-ġbir u l-ħżin ta' l-informazzjoni kollha relatata ma' l-indikaturi ta' riskju mill-pestiċidi, u t-tqegħid ta' din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ta' partijiet interessati oħra u l-pubbliku ġenerali.

- it-twettiq ta' studji meħtieġa għall-preparazzjoni u l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni, inkluż l-adattament ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva għall-avvanzi tekniċi; kif ukoll

- l-iżvilupp ta' gwida u l-aħjar prattika biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej huma għal kollox imħarsa.

Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġiji possibbli

Mingħajr l-involviment Komunitarju, jissuktaw is-sitwazzjonjiet diverġenti attwali fl-Istati Membri (ara wkoll is-sezzjoni 3 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni).

L-infiq operattiv huwa previst f'dik il-parti tal-baġit ta' LIFE+ li hija soġġetta għall-ġestjoni ċentrali diretta.

L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

It-tnaqqis ta’ l-impatti tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, u aktar ġeneralment, sabiex jintlaħaq użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi kif ukoll tnaqqis sinifikanti fir-riskji globali u fl-użu tal-pestiċidi, konsistenti mal-protezzjoni neċessarja ta’ l-uċuħ tar-raba’. B'mod partikolari, il-miri speċifiċi:

(i) it-tnaqqis kemm jista' jkun tal-perikli u tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidi;

(ii) it-titjib ta' kontrolli dwar l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi;

(iii) it-tnaqqis tal-livelli ta’ sustanzi perikolużi attivi, inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta’ dawk l-aktar perikolużi minn alternattivi aktar sikuri (inklużi dawk mhux kimiċi);

(iv) l-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ ta’ kultivazzjoni ta’ ftit jew ta’ l-ebda użu ta’ pestiċidi partikolarment billi titqajjem il-kuxjenza ta’ l-utenti, permezz tal-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta' prattika tajba, u l-kunsiderazzjoni ta’ l-applikazzjoni possibbli ta’ strumenti finanzjarji;

(v) l-istabbiliment ta' sistema trasparenti għar-rappurtar u għall-monitoraġġ tal-progress li jsir lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet ta’ l-istrateġija, inkluż l-iżvilupp ta’ indikaturi adegwati.

F'fażi ulterjuri, għandhom jiġu żviluppati indikaturi armonizzati, u jiġu adottati. Jintużaw għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni u l-effetti.

Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu/i[28] magħżul(a) għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Ġestjoni Ċentralizzata

XDirettament mill-Kummissjoni

Indirettament b'delega lil:

Aġenziji Eżekuttivi

Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

Korpi nazzjonali tas-settur pubbliku jew b'missjoni ta' servizz pubbliku

Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

Ma’ Stati Membri

ٱMa' Pajjiżi Terzi

ٱĠestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Sistema ta' monitoraġġ

L-Istati Membri se jkun jeħtiġilhom jirrappurtaw dwar l-azzjonijiet u l-miżuri kollha li jadottaw b'implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u – ġaladarba tkun f'postha l-leġiżlazzjoni meħtieġa – dwar l-użu reali tal-pestiċidi.

Il-kuntratti li tiffirmahom il-Kummissjoni għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandhom jipprovdu għals-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju min-naħa tal-Kummissjoni (jew ta' kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha) u l-verifiki min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri, jekk ikun hemm bżonn fil-post stess.

L-Evalwazzjoni

Evalwazzjoni ex-ante

Ara l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt li takkumpanja din il-proposta bħala Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni. L-impatti tal-miżuri kollha proposti tqiesu mil-lati ekonomiċi, soċjali, tas-saħħa u ambjentali.

Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-miżuri proposti fid-Diretiva ta' Qafas huma bbażati fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u fuq l-esperjenza ta' l-Istati Membri. L-Evalwazzjoni ta' l-Impatt qieset dawn il-valutazzjonijiet kollha.

It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Evalwazzjoni regolari ta' l-effikaċja tad-Direttiva fi ħdan 'il-Grupp ta' Esperti ta' l-Istrateġija Tematika', li sejjer jirrikkmanda l-gwida adegwata, l-aħjar prattika u l-emendi meħtieġa għad-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha.

IL-MIŻURI GĦAL KONTRA L-FRODI

Applikazzjoni sħiħa ta' l-istandards tal-kontroll intern Nri 14, 15, 16, 18, 19, 20 u 21, kif ukoll tal-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jitħarsu bl-applikazzjoni preventiva ta’ miżuri kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-attivitajiet illegali oħra permezz ta’ kontrolli effikaċi u bil-ġbir lura ta’ ammonti mħallsa mingħajr ġustifikazzjoni u, jekk jiġu identifikati irregolaritajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, f’konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, u mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999.

DETTALJI TAR-RIŻORSI

L-GħANIJIET TAL-PROPOSTA F’TERMINI TA’ L-ISPIżA FINANZJARJA TAGħHOM

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew staff temporanju[29] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST |

Staff iffinanzjat[30] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor[31] iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li jidderivaw mill-azzjoni

Verifika ta' l-implimentazzjoni fl-Istati Membri u l-organizzar ta' sistema ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni skond l-Artikolu 16 tal-Proposta, li twassal għal miżuri għall-adattament tad-Direttiva jew ta' l-Annessi tagħha, skond ma jkun f'loku, fid-dawl ta' l-avvanzi tekniċi.

Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

(Meta jissemma’ iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull wieħed minnhom)

( Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

X Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (rijallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

L-Ispiża amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – L-ispiża għall-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

Il-linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra: |

intra muros |

extra muros |

It-total ta’ l-assistenza teknika u amministrattiva | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 |

L-istaff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 | 0.108 |

Kalkolu– Uffiċjali u aġenti temporanji

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Is-salarju standard għal 1A*/AD kif previst fil-Punt 8.2.1 huwa €0.108 m.

Kalkolu – Staff iffinanzjat bis-saħħa ta’ l-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missionijiet | 0.000 | 0.004 | 0.004 | 0.004 | 0.004 | 0.004 | 0.020 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0.000 | 0.080 | 0.000 | 0.080 | 0.000 | 0.080 | 0.240 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[33] | 0.000 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.135 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

2 Total ta' l-Infiq ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq Amministrattiv totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.000 | 0.111 | 0.031 | 0.111 | 0.031 | 0.111 | 0.395 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta referenza

Għal kull sena bejn l-2009 u l-2013, huma previsti 4 missjonjiet, bi spiża kull waħda ta' €1 000, biex jispjegaw l-għanijiet u l-miżuri ta' l-Istrateġija Tematika u biex jgħinu lill-Istati Membri jimplimentawha.

L-organizzazzjoni ta' kull konferenza (spiża għal kull waħda: €80 000) hija prevista kull sentejn mill-2009 sa l-2013, sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati u l-awtoritajiet kompetenti dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' l-Istrateġija Tematika.

Laqgħat tal-Kumitat (spiża kull laqgħa: €27 000) huma previsti kull sena mill-2009 'l quddiem, sabiex ikun jista' jsir l-iskambju ta' l-informazzjoni, bil-għan ta' l-adozzjoni ta' linji ta' gwida u rakkomandazzjonijiet adegwati fit-tfittxija ta' aktar armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri.

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura għall-allokazzjoni annwali.

[1] ĠU L 157, 9.6.2001, p. 24.

[2] COM(2002) 349.

[3] ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

[4] ĠU C, , p.

[5] ĠU C, , p.

[6] ĠU C, , p.

[7] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

[8] ĠU L […]

[9] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2455/2001 (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

[10] ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3).

[11] ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

[12] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

[13] ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

[14] ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni ta’ l-2003.

[15] ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

[16] ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 6.5.2003, p. 36).

[17] ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[18] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

[19] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 166/2006 (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

[20] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[21] ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

[22] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

[23] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[24] Infiq fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[25] Infiq skond il-Kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[26] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[27] Additional columns should be added if necessary i.e. if the duration of the action exceeds 6 years

[28] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Rilevanti" ta’ dan il-punt.

[29] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[30] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[31] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza.

[32] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[33] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet