52005DC0120


Titolu u referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Strutturar mill-ġdid u impjieg li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea

/* KUMM/2005/0120 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
  doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.3.2005

KUMM(2005) 120 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Strutturar mill-ġdid u impjiegli tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Strutturar mill-ġdid u impjieg li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni pproponiet li tniedi mill-ġdid l-istrateġija ta’ Liżbona mmirata lejn tkabbir sostenibbli akbar u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u li dawn ikunu aħjar. It-twettiq ta’ dawn l-għanijiet hu msejjes fuq mobbiltà tar-riżorsi nazzjonali u Komunitarji kollha permezz ta’ partenarjat imsaħħaħ bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, imma wkoll permezz ta’ l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-parteċipanti kkonċernati kollha.

Il-prosperità u l-ġid taċ-ċittadini Ewropej jiddependu mill-adattament mgħaġġel ta’ l-parteċipanti ekonomiċi u ta’ ħaddiema għall-bidliet soċjo-ekonomiċi preżenti profondi permezz tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda imma wkoll permezz tal-kontrazzjoni, jew ukoll l-għajbien, ta’ l-attivitajiet preżenti kif ukoll ta’ l-impjieġi marbuta magħhom.

Fl-istess ħin, l-istrutturar mill-ġdid ta’ l-impriżi ħafna drabi jimplikaw ispejjeż għoljin mhux biss għall-ħaddiema kkonċernati imma wkoll għall-ekonomija lokali u reġjonali. Il-ħarsien tal-koeżjoni soċjali, fattur distintiv tal-mudell soċjali Ewropew, jeħtieġ it-twaqqif tal-politika ta’ akkumpanjament li għandha l-għan tnaqqas l-ispejjeż soċjali u li tippromwovi t-tfittxija għal għejun alternattivi ta’ impjiegi u ta’ dħul.

F’dawn il-kondizzjonijiet, jeħtieġ li tiġi żgurata tmexxija tajba ta’ l-istrutturi mill-ġdid, li timxi ma’ ħtieġa ekonomika u soċjali doppja. L-adattament għall-bidla hu essenzjali għall-impriżi: tmexxija mgħaġġla ta’ dawn il-proċessi tippermetti li tinżamm u li tiġi żviluppata l-kompetittività tagħhom. Barra minn hekk, il-rieda li tħares l-impjieg tal-ħaddiema u li tħaffef il-passaġġ tagħhom lejn impjieg ieħor ta' l-istess kwalità għandha wkoll impatt ekonomiku billi tenfasizza wieħed mill-vantaġġi kompetittivi prinċipali ta’ l-Unjoni Ewropea : il-kwalità tan-nies impjegati tagħha, garanzija tat-tkabbir fil-ġejjieni. Barra minn hekk, l-istrutturar mill-ġdid għandu jkun parti minn viżjoni fit-tul ta’ l-evoluzzjoni u tat-tmexxija ta’ l-ekonomija Ewropea, sabiex il-bidliet ikunu tassew mezz sabiex tissaħħaħ il-kompetittività.

Għaldaqstant, l-antiċipazzjoni u l-akkumpanjamant ta' dawn il-proċessi huma integrati b’mod sħiħ fl-istrateġija ta’ Liżbona u huma r-responsabbiltà kollettiva ta' l-awtoritajiet pubbliċi, ta' l-intrapriżi u ta’ l-imsieħba soċjali.

L-Aġenda soċjali adottata mill-Kummissjoni nhar id-9 ta’ Frar 2005, flimkien mal-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ l-istrateġija ta’ l-iżvilupp sostenibbli tistipula b’hekk li l-Kummissjoni sejra tiżviluppa strateġija għal dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija u l-istrutturar mill-ġdid dwar kooperazzjoni aħjar tal-politika Ewropea pertinenti, involviment akbar ta' l-imsieħba soċjali, sinerġija akbar bejn il-politika u l-istrumenti finanzjarji u l-adattament ta’ l-oqsfa ġuridiċi u konvenzjonali.

Il-fenomenu ta’ l-istrutturar mill-ġdid mhux reċenti. L-Unjoni ilha tizviluppa politika u strumenti f’dan il-qasam. B’hekk, hi qabel kellha rwol essenzjali għall-istruturi mill-ġdid fl-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar u, dan l-aħħar, għall-bini ta’ bastimenti u t-tessuti.

Dawn l-azzjonijiet ma jikkonċernawx biss is-setturi f’diffikultà. Tul dawn l-aħħar snin, gruppi settorjali ta’ livell għoli ġew imwaqqfa biex jiddefinixxu l-perspettivi strateġiċi ta’ bosta setturi.

Barra minn hekk, minn perspettivi orrizontali, numru ta’ strateġiji politiċi Ewropej jikkontribwixxu għall-għan ta’ antiċipazzjoni u ta’ akkumpanjament ta’ l-istrutturar mill-ġdid: id-direttivi dwar it-tagħrif u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, id-djalogu soċjali Ewropew, il-politika ta’ l-impjieg, l-istrumenti finanzjarji ta’ appoġġ, il-politika industrijali u ta’ l-impriżi, il-politika ta’ l-iżvilupp rurali, eċċ.

Din il-komunikazzjoni twaqqaf il-miżuri li għandhom jiġu żviluppati jew imsaħħa dwar il-mezzi varji li l-Unjoni tista’ timmobbilizza għal dan l-għan, kemm minn perspettivi orrizontali kif ukoll settorjali. Waqt l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, jeħtieġ li jiġu llimitati kemm jista’ jkun, l-ispejjeż imposti fuq l-impriżi, filwaqt li jiġi żgurat titjib tat-tħabbir u tat-tmexxija ta’ l-istrutturar mill-ġdid.

Kif miktub fil-Komunikazzjoni dwar l-istrateġija ta’ Liżbona, l-imsieħba soċjali Ewropej fuq livell interprofessjonali u settorjali għandhom rwol speċifiku fl-implimentazzjoni tal-linji differenti tal-politika ddikjarata hawn isfel. Huma għalhekk mistiedna jwieġbu għas-sejħa li hi indirizzata lilhom fil-punt 2.4, ta’ din il-Komunikazzjoni, li tikkostitwixxi fl-istess ħin it-tieni parti tal-konsultazzjoni dwar l-istrutturar mill-ġdid ta’ l-impriżi u l-Kumitati ta’ l-imprizi Ewropej taħt l-Artikolu 138(3) tat-Trattat.

L-ISFIDI PREŻENTI

Analiżi tal-fenomenu

Bosta drabi, l-istrutturar mill-ġdid ta’ l-impriżi jitqies bħala fenomu bażikament negattiv, l-effetti immedjati fuq l-impjieg jew fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol huma ħafna drabi enfasizzati. Madankollu, l-istrutturar mill-ġdid huwa bosta drabi indispensabbli għall-għajxien u l-iżivilupp ta’ l-impriżi. B’hekk jeħtieġ li dawn l-evoluzzjonijiet ikunu akkumpanjati b’mod li l-effetti tagħhom fuq l-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu kemm jista’ jkun temporanji u limitati.

L-istrutturar mill-ġdid fuq livell ta’ l-impriża huwa l-kompożizzjoni mill-ġdid permanenti tat-tessut tal-produzzjoni taħt l-effett ta’ bosta fatturi.

L-iżvilupp tas-suq waħdieni Ewropew u l-ftuħ internazzjonali ta’ l-ekonomiji jirrapreżentaw opportunitajiet ġodda rigward id-dinamiżmu ekonomiku u l-kompetittività ta’ l-impriza, kif ukoll tal-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. B’mod ġenerali, il-kompetittività fi ħdan is-suq intern ta’ l-UE tiffavorixxi fil-fatt il-prosperità u l-impjieg sostenibbli, peress li hi l-fattur ewlieni ta’ l-innovazzjoni, tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ġodda u tat-tiġdid ekonomiku.

L-innovazzjoni tekonoloġika tistiga wkoll l-istrutturar mill-ġdid. Minn naħa, il-firxa tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni l-ġodda jħaffu u jnaqqsu l-ispejjez ta’ l-iskambji internazzjonali u l-koordinazzjoni tal-produzzjoni, filwaqt li joħolqu applikazzjonijiet ġodda li joħolqu impjiegi aktar kreattivi u ta’ kwalità ogħla. Min-naħa l-oħra, l-iżvilupp tal-proċeduri ta’ fabrikazzjoni l-ġodda u l-metodi ta’ produzzjoni joħolqu moviment lejn l-impjiegi ta’ kwalità li jeħtieġu tip ieħor ta’ taħriġ u ta’ tagħlim xieraq. L-innovazzjonijiet ekoloġiċi joħolqu wkoll opportunitajiet ta’ impjieg ġodda u jtejbu l-ġid soċjali tagħna.

L-iżvilupp tal-qafas regolamentari (l-introduzzjoni ta’ Regolamenti ġodda jew ta’ deregolamentazzjoni) twassal għal emendi dwar is-swieqi tal-prodotti u tax-xogħol.

Bidliet kbar fit-talba tal-konsumaturi qegħdin iseħħu, bħala riżultat, pereżempju, tal-ħtiġijiet il-ġodda ta’ populazzjoni li dejjem qiegħda tixjieħ, minħabba sensibilità akbar għal kwistjonijiet ambjentali u minħabba l-evoluzzjoni tal-ġeografija tat-talba dinjija.

Ir-rikostruzzjoni tat-tessut produttiv iwassal għal aġġustamenti kontinwi:

Aspetti kwantitattivi: l-aġġustamenti jwasslu għal distribuzzjoni ġdida tal-ħaddiema permezz ta’ attivitajiet produttivi u s-servizzi. Fil-fatt, l-Ewropa tkompli toħloq impjiegi: 30 miljun nett bejn l-1977 u l-2002 bi qliegħ ta’ aktar minn 44 miljun fis-servizzi u telf ta’ mill-anqas 7 miljun fl-industrija u 7,5 miljuni fl-agrikultura. Kull sena 10% ta’ l-imprizi Ewropej jiġu stabbiliti u jinqerdu. Hu kkalkulat li kuljum bħala medja f’kull wieħed mill-Istati Membri, il-ħolqien u t-telf ta’ l-impjiegi jirrapreżentaw madwar 5000 u 15000 impjiegi kuljum. Aspetti kwalitattivi: it-tendenza fl-Ewropa hi li tmur lejn impjiegi ta’ kwalità aħjar u aktar produttivi, għal ċerti setturi. L-impjieg fis-settur tas-servizzi żied f’dawn l-aħħar 20 sena, bl-impjieg ta’ 2 persuni minn 3 fl-2003. l-impjieg fis-settur tas-servizzi lill-impriżi żied b’25% f’dawn l-aħħar 5 snin. Bejn l-1998 u l-2003, l-Ewropa (UE 15) rat rata ta’ żieda fl-impjieg tat-tliet kategoriji ta’ ħaddiema (b’kwalifiki baxxi +2.2%, intermedjarji +14.2% u għolja 25.1%). Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema li għandhom kwalifiki baxxi fl-impjieg globali naqsu. |

Il-passaġġ tal-ħaddiema minn settur għall-ieħor ma jsirx awtomatikament. Ċerti impjiegi b’mod partikolari dawk perikolużi, diffiċli jew li jniġġżu ma baqgħux jeżistu. Din tista’ titqies bħala ħaġa tajba jekk dawn l-impjiegi jiġu ssostiwiti b’impjiegi ġodda aħjar. Madankollu, l-impjiegi ġodda maħluqa ma jsibux bilfors ħaddiema fost il-persuni diżokkupati, peress li l-post u l-kwalifiki meħtieġa mhumiex bilfors l-istess fiż-żewġ każijiet.

Dawn l-evoluzzjonijiet jolqtu b’mod partikolari l-popli l-aktar vulnerabbli, speċjalment il-ħaddiema li ma tantx għandhom kwalifiki. Il-ħila ta’ l-Unjoni Ewropea li żżomm offerta ta’ impjiegi xierqa għal dawn il-ħaddiema hi deċiżiva għall-koeżjoni soċjali.

Barra minn hekk, apparti dan il-proċess permanenti, impatti marbuta ma’ sejbiet teknoloġiċi, ma’ żviluppi kummerċjali, għażliet ta’ politika pubblika jistgħu jkollhom impatt drammatiku fuq ċerti industriji u/jew ċerti reġjuni f’termini ta’ qerda tar-riżorsi umani u tnaqqis tat-tkabbir potenzjali. Dawn il-konsegwenzi negattivi jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ azzjoni xierqa mill-awtoritajiet pubbliċi u koordinazzjoni effettiva ta’ l-parteċipanti kkonċernati.

Ħtieġa biex jiġu akkompanjati l-effetti ta’ l-approfondiment tas-suq intern u tal-ftuħ kummerċjali

B’mod ġenerali l-ftuħ iwassal għal benefiċċji għat-tkabbir u l-impjieg imma, fl-istess ħin jinvolvi bidliet bi spejjeż kbar għall-impriżi u l-impjegati kkonċernati. Huma l-ħaddiema bl-inqas kwalifiki u dawk l-aktar vulnerabbli li jintlaqtu l-ewwel, b’mod li l-ftuħ iwassal għal tip ta’ distribuzzjoni mill-ġdid moħbija li għandha tinbidel. Din il-bidla tinħtieġ mhux biss għall-ġustizzja soċjali imma wkoll għal raġuni politiċi , minħabba d-differenza bejn l-ispejjeż, limitati fuq livell globali, imma wkoll viżibbli, tanġibbli u kkonċentrati – u l-benefiċċji ta’ ftuħ li anke fuq livell għoli, ma jistgħux jinstabu: din id-differenza tqanqal direttament reazzjonijiet ta’ rifjut tal-ftuħ. Hija fl-aħħar, ħtieġa eknomika, għaliex politika ta’ antiċipazzjoni mmirati jistgħu jippermettu li jitnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-bidla u jitħaffu it-tranżizzjonijiet.

L-istudji empiriċi juru ġeneralment li d-daqs ta’ dawn l-ispejjeż, għalkemm diffiċli li jiġi stmat, jibqa’ llimitat meta mqabbel mal-qligħ mistenni mill-ftuħ, permezz ta’rapport tar-rata ta’ wieħed għal għoxrin f’numru kbir ta’ każi. Madankollu, l-impatt tagħhom hu potenzjalment ħafna akbar għal bosta raġunijiet.

- l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ftuħ huma ġeneralment ikkonċentrati fuq ċerti setturi jew reġjuni;

- m’hemmx kumpens dirett bejn it-tip ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji li l-ftuħ iwassal;

- jgħaddi ftit żmien qabel l-ispejjeż u benefiċċji tal-ftuħ jidhru.

- l-ispejjez u l-benefiċċji ma jseħħux fl-istess post.

Ir-rabta bejn il-ftuħ u l-akkumpanjament ta’ l-effetti tiegħu hi espliċita għall-Istati Uniti, li dejjem qiesu n-negozji kummerċjali internazzjonali u l-introduzzjoni tal-miżuri ta’ akkumpanjament ta’ l-effetti tal-ftuħ bħaż-żewġ partijiet ta’ l-istess politika ta’ integrazzjoni internazzjonali. It-Trade Adjustment Assistance Reform Act ta’ l-2002 aktar milli rduppja l-mezzi finanzjarji allokati għal dan il-programm ($1,4 Biljun għas-sena 2004), u dan kien ta’ benefiċċju mhux biss għall-impriżi milquta imma wkoll għall-ħaddiema, li sofru l-effetti tal-ftuħ.

Hu loġiku, għall-UE, li tkun reponsabbli għall-ispejjeż tal-politika li timplimenta. Dan sejjer ikun aktar urġenti fis-snin li ġejjin, peress li l-perjodu quddiemna sejjer ikun mmarkat b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-kummerċ (tmiem tal-kwoti fuq it-tessuti, ftehim ta’ skambju ħieles bejn l-UE u ċ-Ċili) u bin-negozju ta’ ftehim ġodda (Konferenza ta’ Doha, ftehim ta’ skambju ħieles bejn l-UE u Mercosur, ftehim ta’ skambju ħieles bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf). Din hija d-direzzjoni tal-miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-indħil Komunitarju f’każ ta’ kriżi msemmi fil-punt 2.1.3 ta' din il-Komunikazzjoni.

Għalkemm l-Ewropa toħloq impjiegi ġodda kuljum, sabiex il-ħaddiema l-ġodda u dawk milquta mill-istrutturar mill-ġdid jibbenefikaw minn dawn, jeħtieġ li jitjieb it-tħaddim tas-suq tax-xogħol, jissaħħu s-setturi tal-politika għall-impjieg, jiġu mħabbra l-bidliet, u l-mekkaniżmi li jħaffu t-tranżizzjonijiet professjonali għandhom ikunu disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi msaħħa s-sħubija bejn il-parteċipanti kollha madwar l-identifikazzjoni tal-vantaġġi komparattivi potenzjali, l-istima ta’ l-evoluzzjoni li għandha tinkiseb fuq livell ta’ kull taqsima tas-suq u skond ix-xogħol, għaldaqstant f’kull żona tas-suq tal-ħaddiema – b’mod li l-parteċipanti kkonċernati jħabbru aħjar l-evoluzzjonijiet li jseħħu l-aktar fil-qrib tat-territorji u l-popli potenzjalment milquta. L-istess tip ta’ vantaġġ komparattiv għandu jitfittex f’ċerti żoni, pereżempju, bliet żgħar u ta’ daqs medju, b’livelli aktar baxxi ta’ traffiku, u żoni rurali attraenti, lejn livelli għola ta’ għajxien u xogħol huma magħmula possibbli permezz ta’ anqas spejjeż.

L-antiċipazzjoni u t-tmexxija tal-bidla għall-benefiċċju ta’ kulħadd

L-analiżi ta’ qabel turi li l-Ewropa mhix qiegħda tħabbat wiċċha ma’ nuqqas ekonomiku u soċjali ineżorabbli, imma ma’ sfida mhix solvuta, dik ta’ l-antiċipazzjoni u t-tmexxija tal-bidla.

M’għandniex ineħħu minn quddiem għajnejna, l-impatt importanti tal-fenomenu f’ċerti pajjiżi Ewropej li għadhom f’tranżizzjoni, milquta b’konverżjoni mill-ġdid ekonomika u soċjali profonda li teħtieġ sforz ta’ appoġġ partikolari li għandu jitwettaq permezz ta’ politika ta’ koeżjoni. Madankollu, l-istrutturar mill-ġdid jolqot l-Unjoni kollha. Il-politika u l-istrumenti Komunitarji għandhom iqisu d-diversità ta’ l-effetti skond ir-reġjuni u jipprovdu tweġibiet xierqa għat-territorju Ewropej kollu.

It-tw EġIBIJIET FUQ LIVELL KOMUNITARJU – IR-RWOL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Dawn it-tweġibiet jagħmlu parti mill-qafas aktar ġenerali ta’ l-istrateġija ta’ tkabbir u ta’ impjieg propost mill-Kummissjoni t-2 ta’ Frar 2005 li tikkostitiwixxi l-isfond ta’ politika bl-għan li taħtaf bis-sħiħ l-opportunitajiet u tevita li l-istrutturar mill-ġdid jinbidel f’traġedja umana u soċjali.

Huwa ċar li numru kbir tat-tweġibiet konkreti għall-isfidi preżenti jseħħu fuq livell sotto-Ewropew. Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha strumenti utli biex tħabbar u takkumpanja l-bidla. Fil-fatt, hi għandha rwol importanti fit-tliet oqsma.

- permezz tas-setturi tal-politika orrizontali li tmexxi, tikkoordina jew tħeġġeġ. Hi tikkontribwixxi biex toħloq il-kondizzjonijiet ta’ żvilupp ekonomiku u tekonoloġiku fit-tul u tiffaċilita l-antiċipazzjoni tal-bidla.

- billi taddota ruħha b’ħila xierqa ta’ identifikazzjoni ta’ l-evoluzzjonijiet settorjali u bi strumenti ta’ indħil f’każ ta’ impatti kkonċentrati f’ċerti setturi jew reġjuni, l-Unjoni Ewropea tiffavorixxi koordinazzjoni effiċjenti tal-partijiet interessati kollha.

- billi tirrikonoxxi r-rwol li l-imsieħba soċjali jistgħu jkollhom biex jantiċipaw u jimmaniġjaw il-bidla, hi tagħtihom l-opportunità li jsiru parteċipanti.

Il-mobilizzazzjoni tal-politika Komunitarja orrizontali

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tagħha Ir-riforma ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-impjieg Ir-riforma ta’ strumenti finanzjarji u r-rwol tal-Fondi Strutturali, kif ukoll f’każ ta’ kriżi Il-politika industrijali Il-politika tal-kompetizzjoni Il-politika esterna It-titjib ta’ l-istrumenti ta’ miżura |

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika Komunitarja

- Jeħtieġ li jkun hemm aktar konverġenza u sinerġiji bejn it-tipi ta’ politika, azzjonijiet u għanijiet interni differenti.

Dan jeħtieġ koordinazzjoni soda fi ħdan il-Kummissjoni, li għandha tiġi żviluppata permezz tal-ħolqien ta’ task-force intern li jgħaqqad id-dipartimenti kkonċernati tal-Kummissjoni, kif ukoll djalogu regolari mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ir-riforma ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-impjieg (EES)

Imsejsa fuq il-propożizzjoni ta’ tnehid ta’ Liżbona, il-Kummissjoni sejra tipproponi li tirrevedi l-EES fl-2005. Il-qafas tal-politika ta’ l-impjieg sejjer jikkonċentra fuq tliet prijoritajiet, kollha rilevanti għall-antiċipazzjoni u t-tmexxija ta’ l-istrutturar mill-ġdid: tħajjar u żżomm numru akbar ta’ nies fuq is-suq tax-xogħol, ittejjeb il-kapaċità ta’ l-addatament tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi u investiment akbar fir-riżorsi umani.

Bi qbil ma’ din l-istrateġija riveduta, l-ESS sejra tħajjar aktar is-setturi tal-politika nazzjonali li jikkontribwixxu għall-antiċipazzjoni u għall-akkumpanjament ta’ l-istrutturar mill-ġdid.

Riforma ta’ l-istrumenti finanzjarji Komunitarji għal antiċipazzjoni u tmexxija aħjar ta’ l-istrutturar mill-ġdid .

Fil-proposta tagħha dwar il-perspettivi finanzjarji għal perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni pproponiet li timmira aktar il-fondi strutturali lejn l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona, permezz tal-Linji ta' Gwida Strateġiċi Komunitarji li se joħolqu s-sisien ta’ l-istrateġiji nazzjonali. Il-Fond Soċjali Ewropew qiegħed jiffinanzja diġà azzjonijiet ta’ antiċipazzjoni u ta’ tmexxija ta’ l-istrutturar mill-ġdid. L-abbozz tar-Regolament il-ġdid ta’ l-ESF jikkonferma mill-ġdid dan ir-rwol, b’mod partikolari permezz ta’:

- titjib fil-kapaċità ta’ adattament tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi “fil-kuntest ta’ l-istrutturar mill-ġdid settorjali u ta’ l-impriżi”;

- l-appoġġ ta’ l-investiment fil-riżorsi umani u t-taħriġ tul iż-żmien kollu tiegħu. L-ESF tista’ f’dan il-każ tgħin fl-iżvilupp tas-sistemi ta’ taħriġ ta’ kwalità, immirati lejn il-ħtiġijiet fuq livell lokali u msejjsa fuq sħubija kbira.

- it-twaqqif ta’ sħubiji u ta' ftehim għall-impjieg u l-innovazzjoni fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; sejjer jiffavorixxi pereżempju l-iżvilupp ta’ sistemi u ta’ għodda li għandhom l-għan li jantiċipaw il-bidliet ekonomiċi u soċjali;

- it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza ta’l-parteċipanti permezz, pereżempju, ta’ taħriġ tal-“maniġers tal-bidla”;

- it-tisħiħ tas-sinerġiji u l-isħubiji bejn il-parteċipanti tat-taħriġ professjonali u ta’ l-iżvilupp reġjonali.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandu rwol importanti wkoll biex jiżviluppa attivitajiet ġodda, permezz ta’ l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, it-tixrid ta’ l-innovazzjoni u t-twaqqif ta’ infrastrutturi bl-għan ta’ tmexxija sostenibbli tar-riżorsi.

Fid-dawl ta’ l-izvilupp rurali, il-kontribuzzjoni taż-żoni rurali għal dawn l-għanijiet sejjer ikun ta’ tip differenti minn dak mistenni miż-żoni urbani: f’żoni ta’ densità baxxa l-kompetittività hi bosta drabi miksuba permezz ta’ diversifikazzjoni ta’ l-ekonomiji, modernizzazzjoni ta’ snajja’ tradizzjonali u teknoloġiji, dispożizzjoni ta’ servizzi innovattivi, l-isfruttament ta’ kumditajiet ambjentali, eċċ.

L-istrumenti finanzjarji ewlenin li l-Istati Membri sejrin ikollhom disponibbli f’dan il-qasam sejrin jiġu mill-Fond għall-Iżvilupp Rurali u l-Agrikultura. F’dan il-kuntest, politika tas-settur (agrikultura, industrija, servizzi) u tat-territorju (reġjonali, rurali, urbani, lokali) għandhom jaġixxu b’modi kumplimentari u integrati sabiex ikabbru l-impatt ta’ tkabbir u impjieg tagħhom.

Programmi oħra jikkontribwixxu wkoll biex iħabbru u jintegraw aħjar il-bidliet ekonomiċi. Il-Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka għandu l-għan isaħħaħ il-bażi xjentifiċi u tekonoloġiċi ta’ l-industrija ta’ l-Unjoni sabiex iħeġġu l-eċċellenza u l-kreattività tar-riċerka Ewropea u biex tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali ta’ l-ekonomija tagħha.

Il-programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ għandhom rwol ewlieni biex jgħinu għall-ħolqien ta’ ekonomika kompettitivà u dinamika msejsa fuq l-għarfien, li tiffavorixxi l-mobbiltà. Dan l-aspett sejjer jissaħħaħ ukoll permezz ta’ l-adozzjoni tal-Programm l-ġdid integrat għat-tagħlim kontinwu għall-perjodu 2007-2013.

Kapaċità ta’ indħil Komunitarju f’każ ta’ kriżi

Minkejja l-isforzi ta’ titjib ta’ l-antiċipazzjoni tal-bidla , skossi eventwali b’impatt reġjonali jew settorjali qawwi jistgħu jseħħu (ara l-punt 1.1 hawn fuq), li jeħtieġu indħil pubbliku sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet meħtieġa.

Għal dan, il-politika reġjonali, uriet l-effiċjenza tagħha. Din hi r-raġjuni għala l-Kummissjoni pproponiet, fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji 2007-2013, il-kostituzzjoni tar-riżervi għal eventwalitajiet fi ħdan il-Fondi Strutturali (li jitilgħu għal 1% tal-fondi “Konverġenza” u ta’ 3% tal-fondi “Kompetittività” kull sena u għal kull Stat Membru) li sejrin jiġi mmobbiliżati wkoll minħabba dan, b’rabta qawwija ma’ l-awtoritajiet reġjonali u ma’ l-imsieħba soċjali. Hi pproponiet ukoll il-ħolqien ta’ fondi għal aġġustament għat-tkabbir li għandu €1 Biljun /sena.

Il-politika ind ustrijali u dik ta’ l-impriżi

a) Is-segwitu tal-Kummissjoni ta’ April 2004

Il-Kummissjoni sejra tkompli l-implimentazzjoni tal-politika industrija mġedda li pproponiet f'April 2004. Dan iseħħ b’mod partikolari b’titjib tal-qafas regolamentari applikabbli għall-impriżi, permezz ta’ l-appoġġ ta’ l-isforzi tagħhom favur l-innovazzjoni u tal-kompettività u permezz ta’ azzjoni kkoordinata aħjar b’mod partikolari fuq livell settorjali.

b) Segwitu settorjali u reġjonali msaħħaħ

Antiċipazzjoni aħjar tal-bidla jseħħ permezz ta’ għarfien aħjar tas-setturi, tal-perspettivi tagħhom u l-istrumenti li jintużaw biex jiffavorixxu t-tkabbir u l-impjieg. Tul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni waqqfet gruppi ta’ livell għoli, li huma gruppi informali u temporanji li jgħaqqdu l-partijiet interessati, sabiex iqabblu l-perspettivi dwar id-diffikultajiet u l-opportunitajiet ta’ kull settur u joħolqu viżjoni komuni.

Barra minn hekk, ċerti setturi huma impenjati f’bidliet mgħaġġla u profondi, li jistgħu jkollhom impatt qawwi f’ċerti reġjuni li m’għandhomx diversità biżżejjed ġħall-impjiegi offruti u l-kwalifiki ta’ l-impjegati. Fid-dawl ta’ dawn l-esperjenzi u riskji, il-Kummissjoni bi ħsiebha timpenja ruħha f’superviżjoni aktar mill-qrib tas-setturi suxxetibbli għall-evoluzzjonijiet sinifikanti għal tul ta’ żmien qasir. Hi sejra tikkonċentra lilha nfisha fuq l-analiżi ta’ l-evoluzzjoni tal-kompetittività, dwar l-opportunitajiet u t-thedid ta’ l-ambjent, dwar il-konsegwenzi fuq livell reġjonali u fiq il-miżuri suxxetibbli li jittieħdu fuq livell Komunitarju biex iħabbru u jakkumpanjaw il-bidla. Rigward il-kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ taħriġ, jekk hemm bżonn, hi sejra tinvolvi l-Kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali Ewropew.

Dawn l-arranġamenti sejrin jiġu speċifikati f’komunikazzjoni li qiegħda titħejja dwar id-dimensjoni settorjali tal-politika industrijali. Għas-sena ta’ l-2005, minbarra fuq l-industrija tal-karozzi il-Kummissjoni se tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-evoluzzjoni tas-settur tat-tessuti u l-bini tal-vapuri.

c) Azzjonijiet oħra

Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet li tniehdi inizjattivi teknoloġiċi konġunti biex tiffinanzja programmi ta’ żvilupp ta’ prodotti jew servizzi utli soċjalment, suxxetibbli li joħolqu vantaġġ kompetittiv u li joħolqu swieqi u impjiegi ġodda.

Il-pjattaformi teknoloġiji, sejrin joffru forum fejn il-partijiet ikkonċernati kollha sejrin jidentifikaw il-ħtiġijiet skond l-istat attwali tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku.

Jeħtieġ ukoll li jitkabbru kemm jista’ jkun, l-opportunitajiet ta’ impjieġi ġodda miġjuba permezz ta’ tendenzi attwali. Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Tekonoloġiji Ekoloġiċi hu fattur strateġiku hawnhekk.

Il-politika tal-kompetizzjoni

B’mod ġenerali, applikazzjoni stretta tar-regoli ta’ kompetizzjoni, li tinkludi l-kontroll ta’ l-għajnuna statali, tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal tkabbir u impjieg fit-tul u tgħin biex ikun hemm prodotti u servizzi aħjar li fl-istess ħin jirreflettu l-valuri distinti Ewropej, b’mod partikolari rispett għall-ambjent, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol aċċetabbli.

Fil-qasam ta’ l-għajnuna statali, il-Kummmissjoni taħdem fuq riforma tal-poltika tagħha ta’ kontroll ta’ l-għajnuna statali, b’mod partikolari bl-għan li tikkontrobwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona billi l-għajnuna statali titmexxa lejn il-kategoriji li jikkontribwixxu l-aktar għat-tkabbir u l-impjieg.

B'rigward il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-intrapriżi, ir-Regolament ġdid ta’ Inkorporazzjoni jiffaċilita l-istrutturar mill-ġdid industrijali u s-soluzzjonijiet għall-isfidi ta’ l-ekonomija globali, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura li l-inkorporazzjonijet li joħolqu irregolaritajiet fil-kompetizzjoni jitwaqqfu jew jiġu emendati.

Rappreżentanti ta’ l-impjegati huma f’pożizzjoni li jgħarrfu l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni fl-ambitu ta’ l-istħarriġ li jkun qed isir dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni partikolari

- skond ir-Regolament ta’ Inkorportazzjoni u bl-istess mod il-proċeduri ta’ antitrust , rappreżentanti ta’ l-impjegati diġà għandhom id-dritt li jinstemgħu bħala partijiet terzi; jistgħu jressqu osservazzjonijiet bil-miktub, jieħdu sehem fis-smigħ u jitolbu li ssir laqgħa;

- skond ir-regoli u proċeduri fil-qasam ta’ l-għajnuna statali, ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom il-ħila bħala partijiet terzi li jressqu tagħrif lill-Kummissjoni, li tista’ tqis wara li ressqet tagħrif bħal dan lill-Istat- Membru kkonċernat għal opinjoni; il-Kummissjoni tista’ wkoll tiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ l-impjegati biex tisma’ l-opinjonijiet tagħhom dwar każi partikolari.

Il-politika esterna

L-Aġenda soċjali tistipula, permezz ta’ azzjonijiet esterni, il-promozzjoni ta’ l-impjieg, tal-politika soċjali u ta’xogħol deċenti għal kulħadd. Dan sejjer jinvolvi l-promozzjoni tad-drittijiet soċjali fondamentali, l-iżvilupp tad-djalogu soċjali, tar-responsabbiltà soċjali ta’ l-imprizi u tal-kopertura tal-protezzjoni soċjali, kif ukoll tal-promozzjoni ta-tmexxija proattiva tal-bidla fuq livell dinji. Dawn l-għanijiet sejrin jitkomplew fil-qafas ta’ l-iskambji bejn l-UE u l-imsieħba tagħha, kif ukoll ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali (ILO, OECD, NU, u l-organizzazzjonijiet involuti fil-gvern ekonomiku - IMF, Bank Dinji u WTO).

Fil-qasam kummerċjali, il-Kummissjoni sejra tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-konferenza tan-negozjati ta’ Doha tkun fattur ta’ żvilupp. Hi sejra tieħu ħsieb ukoll li ssaħħaħ il-ħarsien tal-proprjetà intelletwali u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Fl-aħħar, hi sejra tkompli tieħu l-miżuri meħtieġa u stipulati fil-ftehim tad-WTO, biex tirribatti l-effetti avversi tal-prassi li jivvjolaw il-prinċipji ta’ bażi ta’ ekonomija ta’ suq (dumping u sussidji illegali)

It-tisħiħ ta’ l-istrumenti ta’ miżura ta’ l-istru tturar mill-ġdid

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Superviżjoni għall-Bidla f’Dublin se jintalab biex jiżviluppa l-għodda ta’ l-analiżi kwantitattiva u kwalitattiva u ta’ superviżjoni ta’ l-istrutturar mill-ġdid sabiex jagħti sisien aktar sodi għad-dibattitu pubbliku dwar l-istrutturar mill-ġdid u r-rilokazzjonijiet.

It-tisħiħ ta’ l-isħubija għat-tibdil

It-tisħiħ tad-djalogu soċjali settorjali Ir-responsabbiltà soċjali ta’ l-impriżi Il-ħolqien ta’ forum “Strutturar mill-ġdid”. |

- Minbarra s-sejħa li hi magħmula lilhom fil-punt 2.4 hawn isfel, l-imsieħba soċjali għandhom rwol deċiżiv, b’mod partikolari f’żewġ oqsma :

- fi ħdan il-Kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali Ewropew, għandhom jiżviluppaw mezzi biex iħabbru l-bidla strutturali, imsejsa b’mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tan-negozjati msemmija fil-punt 2.4 hawn isfel, kif ukoll fuq xogħlijiet żviluppati rigward is-superviżjoni settorjali u reġjonali;

- permezz ta’ l-għarfien tagħhom tas-setturi, huma jistgħu javżaw u jwissu l-awtoritajiet pubbliċi, f’kull livell. Jekk l-imsieħba soċjali jiddeċiedu li jwissu dwar żvilupp li jħasseb, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq superviżjoni settorjali u reġjonali msaħħa skond id-dispożizzjonijiet iddefiniti fil-punti 2.1.3 u 2.1.4 hawn isfel.

Il-Kummissjoni sejra tippreżenta dalwaqt Komunikazzjoni dwar ir-Responsabbiltà Soċjali ta’ l-Impriżi, li għandha x’taqsam b’mod partikolari ma’ l-inizjattivi pożittivi meħudha mill-impriżi flimkien mal-partijiet interessati f’każ ta’ strutturar mill-ġdid. L-evidenza turi li l-Kumpaniji li huma kapaċi jieħdu ħsieb strutturar mill-ġdid b’mod soċjalment responsabbli ħafna drabi huma dawk li għandhom riżultati tajba f’termini ta’ kompetittività u fl-addattament għas-suq.

Fl-2005, il-Kummissjoni sejra twaqqaf Forum dwar “Strutturar mill-ġdid”. Imsejsa fuq ix-xogħol żviluppat mill-korpi eżistenti, il-missjoni ta' dan il-Forum sejra tkun li jsegwi b'mod regolari l-evoluzzjonijiet b’dan il-mod u li jippromwovi l-istruttura ta’ l-inizjattivi differenti, li jimplika l-parteċipazzjoni, minbarra dik tal-Kummissjoni, ta’ istituzzjonijiet Ewropej oħra kif ukoll ta’ l-imsieħba soċjali u tar-rappreżentanti tal-Komunità xjentifika.

L-addatament tal-qafas regolamentari u konvenzjonali

Il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni Il-Green Paper dwar l-Evoluzzjoni tad-dritt tax-xogħol. Il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema |

- L-ewwelnett, hawnhekk jeħtieġ li jiġu mfakkra, l-azzjonijiet ta’ modernizzazzjoni u ta’simplifikazzjoni tar-Regolament stipulati fil-Programm ta’ Azzjoni ta’ Liżbona).

Fil-qafas tal- Green Paper dwar l-Iżvilupp tal-Liġi tax-Xogħol, il-Kummissjoni sejra tanalizza l-iżviulpp preżenti tal-mudelli ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol u r-rwol tal-liġi tax-xogħol meta wieħed ikollu jaħbat wiċċu ma’ dawn l-iżviluppi filwaqt li tipprovdi ambjent li jiffavorixxi t-tranżizzjonijiet effettivi fis-suq tax-xogħol.

Bl-iskop li tippromwovi l-mobbiltà intra-Komunitarja, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta ta’ Direttiva relatata mat-titjib tal-probabbiltà għad-drittijiet ta’ pensjoni supplimentari.

It-tieni fażi ta’ konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali Ewropej dwar l-i strutturar mill-ġdid ta’ l-impriżi u l-Kumitati ta’ l-impriżi Ewropej.

Din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni tikkonsisti fl-istedina ta’ l-imsieħba soċjali biex jimpenjaw ruħhom aktar dwar il-mezzi ta’ antiċipazzjoni u ta’ tmexxija ta’ l-istrutturar mill-ġdid. Huma fil-fatt il-parteċipanti prinċipali għal azzjoni effiċjenti rigward l-istrutturar mill-ġdid.

Din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni għandha l-ewwelnett tikkonsisti fl-istedina ta’ l-imsieħba soċjali sabiex jissoktaw ix-xogħol li diġà għaddej billi jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ l-aħjar prassi tal-linji gwida tagħhom dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-Kumitat ta’ l-impriżi Ewropej.

Il-Kummissjoni kienet avżathom dwar il-kwistjoni ta’ l-istrutturar mill-ġdid minn Jannar 2002, billi talbithom jidentifikaw u jiżviluppaw prassi tajba rigward l-istrutturar mill-ġdid madwar l-Ewropa kollha. Għaldaqstant, l-imsieħba soċjali, identifikaw il-linji gwida ta’ referenza għat-tmexxija tal-bidla. L-iskop ta’ dan il-pass il-ġdid hu li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji ta’ gwida, kif ukoll l-iżvilupp ġejjieni tagħhom, b’mod partikolari biex jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ dawn il-linji gwida.

Barra minn hekk, f’April 2004, il-Kummissjoni nediet l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kumitati ta’ impriżi Ewropej. Dawn ta’ l-aħħar għandhom rwol kruċjali fit-tħabbir u t-temxxija ta’ l-istrutturar mill-ġdid. L-imsieħba soċjali, impenjaw, hawnhekk ukoll, riflessjoni fuq livell Ewropew bl-għan li jistabbilixxu l-prinċipji u l-linji gwida dwar l-eżami tal-Kumitati stabbiliti.

Rigward dawn ix-xogħlijiet u kontribuzzjonijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ li jkun hemm aktar djalogu soċjali Ewropew dwar dawn iż-żewġ kwistjonijiet marbutin mill-qrib, fil-qafas tas-sħubija għat-tkabbir u l-impjieg li jinsab fil-qalba ta’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona. B’hekk, hi tinkoraġġixxi l-imsieħba soċjali Ewropej biex iżidu x-xogħlijiet li għaddejjin u li jibdew negozjati bl-għan li jwaqqfu ftehim bejniethom fuq il-modi u l-mezzi meħtieġa.

- sabiex jimplimentaw mekkaniżmi ta’ applikazzjoni u ta’ segwitu tal-linji gwida li diġà ġew definiti rigward l-istrutturar mill-did, kif ukoll dwar diskussjoni fuq l-iżvilupp tagħhom;

- sabiex jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ l-aħjar prassi stabbilita fil-linji ta’ gwida dwar l-istrutturar mill-ġdid li diġà ġiet iddefinita, kif xieraq;

- sabiex jippromwovu l-aħjar prassi fil-ħidma tal-Kumitati ta’ l-impriżi Ewropej biex itejbu l-effikaċja tagħhom, b’mod partikolari rigward ir-rwol tagħhom bħala aġenti tal-bidla;

- biex jiżviluppaw strateġija komuni dwar il-punti l-oħra ta’ din il-Komunikazzjoni li jikkonċernaw lilhom, b’mod partikolari t-taħriġ, il-mobbiltà, l-aspett settorjali u ta’ l-antiċipazzjoni.

Il-Kummissjoni se ssegwi x-xogħlijiet ta’ l-imsieħba soċjali f’dan is-suġġett u se tanalizza l-progress mwettaq minn issa sas-Summit soċjali fi tliet partijiet ta’ l-2006.

Konklużjoni

Il-Kummissjoni temmen li l-istrutturar mill-ġdid m’għandhux iwassal għal telf soċjali u nuqqas ta’ sustanza ekonomika. Min-naħa l-oħra hu jista’ jiggarantixxi progress ekonomiku u soċjali. Madankollu, bil-kundizzjoni li dawn jkunu mħabbra kif suppost, li l-impriżi jistgħu jmexxuhom b’mod effiċjenti u mgħaġġel u li l-azzjoni pubblika tikkontribwixxi li l-bidla titwettaq f’kondizzjonijiet tajba.

Politika bl-għan li twaqqaf il-bidla, biex ikunu ffriżati l-istrutturi ekonomiċi, se tkunu biss qed tipposponi l-problema u tkabbar l-effetti ħżiena tagħha. Huma għandhom l-ħabta li jnaqqsu l-innovazzjonijiet u jwasslu għal nuqqas ta’ kompetittività ta’ l-imprizi Ewropej. Min-naħa l-oħra, il-politika li tnaqqas l-impjieg tal-ħaddiema jkollha effetti gravi fuq it-tkabbir potenzjali u l-koeżjoni soċjali.

It-tweġibiet li għandhom jingħataw fuq livell Komunitarju għandhom għalhekk jitnisġu madwar dawn l-erba’ ħtiġijiet :

- Bżonn ta’ koerenza bejn is-setturi tal-poltika kkonċernati jekk it-tkabbir u l-istrutturar mill-ġdid għandhom jeqirdu r-riżorsi umani.

- Bżonn fit-tul li jkopru s-setturi tal-politika Komunitarja differenti . Il-parteċipanti ekonomiċi u soċjali għandhom ikunu jistgħu jħabbru minn qabel biex jaġixxu.

- Ħtieġa ta’ parteċipazzjoni ta’l-parteċipanti kkonċernati kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali.

- Kunsiderazzjoni ta' l-aspett territorjali peress li hu fuq livell lokali li l-antiċipazzjoni tal-bidla hi l-aktar effiċjenti. F’dan id-dawl, il-politika reġjonali u ta’ koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom rwol ta’ katalizzatur.

Anness

Miżuri proposti

- Ir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg tiffoka fuq tliet prijoritajiet: iż-żieda fir-rata ta’ l-impjiegi, iż-żieda fl-addatabbiltà tal-ħaddiema u ta’ l-impriżi, investiment akbar fir-riżorsi umani.

- Ir-riforma ta’ l-istrumenti finanzjarji, sabiex b’mod partikolari tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, ta’ l-ESF u tal-programm Ewropej ta' edukazzjoni u ta' taħriġ kontinwu għall-istrateġija ta' Liżbona.

- Il-ħolqien ta’ fondi ta’ aġġustament għat-tkabbir (b’madwar Biljun €) u riżervi għal eventwalitajiet fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni (b’madwar 1% tal-fond “Konverġenza” u ta’ 3% tal-fond “Kompetittività”) biex jilqgħu l-iskossi eventwali.

- Il-promozzjoni ta’ normi soċjali fondamentali, ta’ xogħol deċenti u ta’ djalogu soċjali fis-setturi tal-politiki esterni.

- It-tisħiħ tas-superviżjoni ta’ l-istrutturar mill-ġdid mill-European Restructuring Monitor.

- Superviżjoni settorjali u reġjonali msaħħa tas-setturi suxxetibbli li jaraw evoluzzjonijiet sinjifikanti fil-kompetittività ta’ żmien qasir tagħhom.

- L-involviment aktar qawwi tal-Kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali dwar il-kwistjonijiet ta’ strutturar mill-ġdid.

- Ħolqien ta’ task-force interna tal-Kummissjoni dwar l-istrutturar mill-ġdid.

- Il-ħolqien ta’ forum “Strutturar mill-ġdid”.

- It-tnedija ta’ Green Paper dwar l-evoluzzjoni tal-liġi tax-xogħol.

- It-tħaffif tal-mobilità intra-Komunitarja tal-ħaddiema.

- It-tnedija tat-tieni fażi ta’ konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-Kumitati ta’ l-impriżi Ewropej, b’mod partikolari bl-għan li jinkoraġġixxu l-adozzjoni tal-linji ta' gwida ta' l-aħjar prassi dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-Kunsilli ta’ l-Impriżi Ewropej.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet