52005DC0065


Titolu u referenza

Green Paper - Suċċessjonijiet u testmenti {SEG(2005) 270}

/* KUMM/2005/0065 finali */

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
  doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc doc doc doc doc   doc doc doc doc

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 01.03.2005

KUMM(2005) 65 finali

GREEN PAPER

Suċċessjonijiet u testmenti{SEG(2005) 270}

(PREżENTAT MILL-KUMMISSJONI)

Introduzzjoni

Din il- Green Paper tiftaħ konsultazzjoni wiesgħa fir-rigward tas-suċċessjonijiet ab intestat jew testamentarji li fihom aspetti internazzjonali.

Il-Kummissjoni tistieden lill-persuni kollha interessati sabiex jibgħatulha it-tweġibiet tagħhom, flimkien ma’ kull kontribuzzjoni oħra utli, qabel it-30 ta’ Settembru 2005, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direzzjoni Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà

Unità C1 – Ġustizzja ĊiviliB – 1049 BrusselFax: + 32 (0) 2 299 64 57Indirizz elettroniku: jls-coop-jud-civil@cec.eu.int

Il-persuni li jwieġbu għal din il-konsultazzjoni se jkollhom jippreċiżaw jekk humiex kontra li t-tweġibiet u l-osservazzjonijiet tagħhom jidhru fuq is-sit Internet tal-Kummissjoni.

* * *

VOKABULARJU

« Att awtentiku » : dokument li jikkonstata fatt jew att legali, u li l-awtentiċità tiegħu hi stabbilita minn awtorità pubblika (per eżempju Att notarili).

« Postilla » : formalità prevista mill-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar ir-rikonoxximent tad-dokumenti barranin.

« Commorientes » : persuni li għandhom il-kwalità ta’ werrieta bejniethom (eż. missier u iben) u li jmutu f’ kondizzjonijiet li wieħed ma jkunx jista’ jistabbilixxi min minnhom miet l-ewwel.

« Kompetenza legali internazzjonali » : poter tat-tribunali ta’ pajjiż partikolari li jiddeċiedu każ li jippreżenta karattru internazzjonali.

« Kompetenza residwa » : regoli ta’ kompetenza internazzjonali tal-tribunali li m’ġewx armonizzati f' livell komunitarju.

« De cujus » : Dak li hu l-bażi tas-suċċessjoni (il-mejjet).

« Exequatur » : formalità neċessarja għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza barranija.

« Forum » : tribunal kompetenti jew li ngħatat il-pussess.

« Patti tas-suċċessjoni » : Ftehim konlużi qabel il-mewt fuq suċċessjoni waħda jew bosta suċċessjonijiet futuri.

« Suċċessjoni ab intestato » : suċċessjoni bla testment.

« Testmenti konġunti » : Testment magħmul minn żewġ persuni jew bosta persuni fl-istess att, jew favur ta’ terz, jew skond provvediment reċiproku u ta' xulxin.

* * *

L-adozzjoni ta’ strument Ewropew fil-qasam tas-suċċessjonijiet diġà dehret fost il-prioritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Vjenna[1] ta’ l-1998. Il-Programm ta’ miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-kamp ċivili u kummerċjali[2], adottat mill-Kunsill u l-Kummissjoni fl-aħħar tas-sena 2000, jipprevedi l-elaborazzjoni ta’ strument f’dan il-qasam. Aktar reċenti, il-Programm ta’ L-Aja[3] jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta Green Paper li jkopri l-problematika kollha: liġi applikabbli, kompetenza u rikonoxxenza, miżuri amministrattivi (ċertifikati ta’ wirt, reġistrazzjoni ta’ testmenti).

Iż-żieda fil-mobbilità tal-persuni fi ħdan spazju bla fruntieri interni, kif ukoll l-iżvilupp fin-numru ta’ unjonijiet bejn ċittadini ta’ Stati Membri differenti, li ħafna drabi jkunu akkumpanjati b’akkwiżizzjoni ta’ assi li jinsabu fit-territorju ta’ bosta pajjiżi ta’ l-Unjoni, tikkomplika b’mod uniku s-suċċessjoni.

Id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-protagonisti ta’ suċċessjoni transnazzjonali huma marbuta fil-biċċa l-kbira mad-disparità fir-regoli sostenzjali, fin-normi proċedurali u fir-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet li jikkontrollaw dan il-qasam fl-Istati Membri.

Issa, il-kamp tas-suċċessjoni m’għandux normi komunitarji tad-dritt internazzjonali privat adottati sal-lum. B’hekk jidher illi l-adozzjoni ta’ regoli armonizzati fil-livell Ewropew huwa indispensabbli.

Il-parti l-kbira tas-suċċessjonijiet jiġu solvuti b’mod li mhux kontenzjuż. B’hekk, l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni komunitarja li titratta esklussivament in-nomina ta’ ġurisdizzjonijiet kompetenti sabiex jaqtgħu t-tilwim dwar suċċessjonijiet, u li titratta r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom, m’hix suffiċjenti.

Sabiex jiġi ssemplifikat l-inkarigu tal-protagonisti ta’ suċċessjoni transnazzjonali, u sabiex il-problemi konkreti taċ-ċittadini jiġu mwieġba, strument komunitarju għandu bilfors jitratta wkoll ir-rikonoxximent tad-dokumenti u atti extraġudizzjarji (testmenti, atti notarili, atti amministrattivi). Armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli tal-liġi materjali ta’ l-Istati Membri ma kinitx prevista, l-azzjoni għandha tittieħed mill-angolu tal-kunflitt tal-liġijiet. Il-Kummissjoni hi tal-fehma konsegwentement, li l-ebda progress ma jkun sar fuq pjan komunitarju, fil-kamp tas-suċċessjonijiet, mingħajr ma tkun ġiet indirizzata bi priorità l-kwistjoni tal-liġi applikabbli.

F’dan ir-rigward, hu meħtieġ li l-ewwelnett ninterrogaw ruħna dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ kunflitti ta’ liġi li għandhom jikkostitwixxu il-qalba ta’ inizjattiva leġislattiva u li jistgħu potenzjalment ikopru oqsma wiesa’ ħafna: il-validità tat-testmenti, kwalità tal-werrieta, riżervi tas-suċċessjoni, likwidazzjoni u qsim tal-wirt, indiviżjoni...

Il-kwistjoni tal-kriterju ta’ konnessjoni għandu wkoll ikun is-suġġett ta’ azzjoni speċjali. Kif jiġri spiss fil-liġi internazzjonali privat, it-tentazzjoni se tkun kbira li jkun mixtieq jinstab “il-“ kriterju ta’ konnessjoni, dak li, waħdu, għandu jsolvi l-problemi kollha. Dan jista’ jkun in-nazzjonalità, privileġġata għal bosta żmien, jew ir-residenza abbitwali, li hi aktar “il-moda”.

Iżda, fil-kamp tas-suċċessjonijiet, l-ebda kriterju mhu mingħajr l-inkonvenjenti tiegħu. L-aħħar domiċilju tal-mejjet, użat bħala kriterju ta’ għaqda, għandu jkun jista’ per eżempju jinvolvi l-applikazzjoni ta’ liġi li għandha ftit wisq rbiet mas-suċċessjoni: meta id- de cujus m’għandux in-nazzjonalità tal-pajjiż fejn imut u meta il-parti l-kbira ta’ l-assi tiegħu jinsabu f’pajjiż ieħor. Hemm bżonn konsegwentement li nippersistu sabiex insibu kriterju uniku ta’ konnessjoni? Huwa preferabbli li tiġi aċċettata ċerta flessibbilità, li tinkludi l-għotja ta’ rwol lill-għażla tal-partijiet ?

Fil-fatt, ikun x’ikun il-kriterju ta’ għaqda magħżul min-norma komunitarja tal-futur għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli, wieħed ma jistgħax jeskludi li dan il-kriterju se jkun, f’ċerti sitwazzjonijiet, ftit adattat għall-aspettattivi leġittimi tal-parteċipanti involuti fis-suċċessjoni. Dawn l-aspettattivi jikkostitwixxu parametru li għandu jittieħed in konsiderazzjoni fil-kuntest ta’ suq wieħed li jiggarantixxi l-moviment ħieles lill-persuni. Persuna tista’ b’hekk toqgħod għal xi żmien f’pajjiż mingħajr ma takkwista l-iċken patrimonju, għaliex hi bi ħsiebha tmur lura meta jiskadilha ż-żmien għall-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha, fejn fil-fatt il-familja tagħha kienet qed tabita u fejn jinsabu l-assi tagħha. Jekk din il-persuna tmut fil-pajjiż fejn kienet qed tgħix, jista’ jkun ġustifikat li l-liġi tan-nazzjonalità tagħha tikkontrolla s-suċċessjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, l-konnessjoni għal-liġi tan-nazzjonalità għandha nuqqas ta’ leġittimità jekk id- de cujus kien ilu li telaq mill-pajjiż ta’ l-oriġini tiegħu u jekk dan kien qed jgħix fi Stat Membru fejn jinsabu l-irbiet tiegħu, familjari u patrimonjali.

* * *

Jekk huwa essenzjali li tiġi stabbilita l-liġi applikabbli, il-kwistjoni tal-kompetenza ġudizzjarja m’għandhiex tiġi stmata anqas. F’ċerti Stati Membri, l-intervenzjoni ta’ mħallef hi obbligatorja; f’każijiet oħra, din tibqa’ indispensabbli għal-likwidazzjoni tas-suċċessjonijiet kumplessi jew konfliġġenti.

Li tilleġiżla fil-qasam tal-kompetenza ġudizzjarja timplika wkoll għarfien dwar jekk għandux jiġi ffissat kriterju uniku ta’ konnessjoni, jew, għall-kuntrarju ta’ dan, tinkludi ċerta flessibbilità.

Barra minhekk, bl-għarfien li f’bosta Stati Membri, is-suċċessjonijiet huma regolati l-aktar barra mill-qrati, ħafna drabi bl-għajnuna ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ ċerti professjonijiet legali, għandna nistaqsu lilna nnfusna dwar xi regoli eventwali ta' kompetenza internazzjonali li jikkonċernaw dawn l-awtoritajiet u professjonijiet.

Waqt l-eżami ta’ dawn l-aspetti kollha, se jkun neċessarju li jiġu studjati numru kbir ta’ kwistjonijiet partikulari, bħal l-patti tas-suċċessjoni, ir-riżervi tal-wirt u t-“trusts” tas-suċċessjoni. Din l-istituzzjoni, li mhix magħrufa mill-parti l-kbira tas-sistemi ġuridiċi, hija madankollu wżata ta’ spiss f’diversi Stati Membri.

Fl-aħħarnett, fil-kamp tas-suċċessjoni, intervenzjoni leġislattiva tal-Komunità għandha wkoll ikollha l-għan li telimina l-ostakoli amministrattivi u prattiċi. F’din il-perspettiva, il-ħolqien ta’ “ċertifikat Ewropew ta’ werriet” għandu jkun maħsub. Din it-talba tidher espliċitament fil-Programm ta’ l-Aja, kif ukoll ir-reġistrazzjoni tat-testmenti.

regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet .

2.1. Mistoqsijiet Ġenerali.

Il-karattru universali ta’ dawn ir-regoli futuri m’għandhomx jiġu kkontestati: limitazzjoni ta’ l-applikazzjoni tar-regoli tal-kunflitt ta’ liġijiet armonizzati għas-sitwazzjonijiet internazzjonali li huma strettament “intra-komunitarji”, u filwaqt li jeskludu dawk li jimplikaw l-ordnijiet ġuridiċi ta' pajjiżi terzi, se tkun qed tagħmel ix-xogħol ta' l-individwi u l-professjonisti tal-liġi aktar ikkumplikat.

L-ewwelnett, hu meħtieġ li ninterrogaw ruħna dwar sa fejn twassal tal-konnessjoni fil-kamp tas-suċċessjoni, sakemm l-istess materji mhumiex bilfors irregolati mil-liġi tas-suċċessjoni fis-sistemi ġuridiċi kollha. L-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet se jkollhom b’hekk jiġu akkumpanjati b’definizzjoni tal-kamp tal-liġi tas-suċċessjoni.

It-tieni nett, għandu jiġi ddeterminat kriterju wieħed jew diversi kriterji ta’ konnessjoni.

Fl-aħħarnett, hu importanti li nkunu nafu jekk il-leġislazzjoni komunitarja futura, lilhinn mid-deċiżjoni dwar il-werrieta u tad-drittijiet tagħhom, hix se titratta wkoll klwasoli ta’ trażmissjoni lill-werrieta tal-patrimonju tas-suċċessjoni.

Mistoqsija 1 : Liema mistoqsijiet għandhom jintrabtu mal-liġi tas-suċċessjoni ? B’mod partikolari, ir-regoli ta’ konflitt ta’ liġi ser ikollhom jillimitaw lilhom infushom għad-deċiżjoni dwar il-werrieta u tad-drittijiet tagħhom, jew se jkollhom ukoll ikopru il-likwidazzjoni u l-qsim tas-suċċessjoni ? Mistoqsija 2 : Liema kriterju ta’ konnessjoni għandu jintuża biex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli ? Għandna nutilizzaw l-istess kriterju għall-kamp kollhu kopert mil-liġi applikabbli, jew nistgħu nutilizzaw kriterji differenti għal aspetti differenti tas-suċċessjoni ? B’mod partikolari, ir-regola komunitarja ta’ konflitt għandha tiddistingwi bejn il-mobbli u l-immobbli ? Għandna nirriżervaw ċertu rwol lil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab l-immobbli ? |

2.2. Testmenti u patti tas-suċċessjoni.

Għal dak li jirrigwarda l-validità tat-testmenti, il-liġijiet ta’ l-Istati Membri adottaw soluzzjonijiet li jvarjaw ħafna, kemm fil-kapaċità li tagħmel testment, il-forom tat-testmenti, il-validità tas-sustanza, it-testmenti konġunti[4], il-patti tas-suċċessjoni[5] jew ir-revokabilità. Ir-regoli ta’ kunflitt ukoll huma differenti.

Mistoqsija 3 : Liema liġi għandha tapplika għal : - il-kapaċità ġenerali li tagħmel testment? - il-validità : fil-forma tat-testment ? is-sustanza tat-testmenti ? tat-testmenti konġunti ? tal-patti tas-suċċessjoni ? tar-revoka tat-testmenti ? Kif għandha tiġi fformulata r-regola tal-kunflitt sabiex tieħu in konsiderazzjoni l-modifika eventwali tal-qbil bejn id-data ta' stabbiliment tat-testment u d-data tal-mewt ? |

- 2.3. Commorientes.

L-ordni li fiha jmutu żewġ persuni suxxettibbli għall-wirt ta’ xulxin jista’ jkollha inċidenza fuq id-drittijiet tal-werrieta proprji tagħhom. Meta persuni jmutu fl-istess avveniment, ċerti Stati Membri jippreżumu li dawn mietu fl-istess mument, oħrajn jistabbilixxu l-ordni li fiha dawn ġew preżunti li mietu. Jekk suċċessjonijiet ta’ commorientes huma rregolati minn liġijiet diverġenti, jista’ jkun impossibbli li jiġu llikkwidati.

Mistoqsija 4 : Kif tista’ tiġi riżolta l-kwistjoni ta’ l-inkompatibbilità eventwali tal-liġijiet applikabbli għas-suċċessjonijiet tal-commorientes ? |

2.4. L-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Għalkemm l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-parti l-kbira tagħhom, ma jippermettux li l-liġi tas-suċċessjoni tiġi magħżula mill-futur de cujus jew mill-werrieta, il-mistoqsija xorta tibqa’ rilevanti. Ikun x’ikun il-kriterju ta’ konnessjoni magħżul, wieħed ma jistax jeskludi l-fatt li dan ser ikun, f’ċerti każijiet, mhux adattat għall-aspettazzjonijiet leġittimi tal-protagonisti ta’ suċċessjoni. B’hekk, ċerta flessibilità se tkun tista’ tiġi prevista.

Mistoqsija 5 : Għandha tiġi inkluża l-possibbiltà għall-futur de cujus (f’suċċessjoni testamentarja jew ab intestat) li jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu, bil-ftehim jew mingħajr il-ftehim tal-werrieta preżunti tiegħu ? Din għandha tingħata lill-werrieta wara l-ftuħ tas-suċċessjoni ? Mistoqsija 6 : Jekk tiddaħħal l-għażla tal-liġi tas-suċċessjoni, għandhom jiġu limitati l-possibbilitajiet ta’ għażla u determinati l-klawsoli tagħha ? b’kondizzjoni li dawn ma kinux ġew magħżula bħala konnessjoni oġġettiva, għandhom jiġu nklużi l-kriterji li ġejjin nazzjonalità, domiċilju, residenza abitwali jew oħrajn? Mistoqsija 7 : F’liema mument għandhom ikunu preżenti dawn il-konnessjonijiet ? Dawn għandhom jiġu ssortjati skond kondizzjonijiet partikolari (tul ta’ żmien, żamma sad-data tal-mewt ...) ? Mistoqsija 8 : L-għażla tal-liġi applikabbli għandha tiġi applikata għat-testmenti konġunti u għall-patti tas-suċċessjoni ? Din l-għażla għandha tiġi organizzata? Jekk fl-affermattiv, b’liema mod ? Mistoqsija 9 : Persuna miżżewġa għandha tingħata l-possibbiltà li tagħżel il-liġi applikabbli għas-sistema matrimonjali tagħha sabiex tiġi rregolata s-suċċessjoni tagħha ? |

2.5. Riżervi tas-suċċessjoni.

Is-sistemi ġuridiċi ta’ l-Istati Membri kollha jipproteġu lill-qraba li l-mejjet ikun xtaq jiddiżereda. Din il-protezzjoni ħafna drabi tieħu l-forma ta’ riżerva tal-wirt, iżda dan il-mekkaniżmu mhuwiex rikonoxxut unanimament fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Mistoqsija 10 : L-applikazzjoni tar-riżerva tas-suċċessjoni għandha tinżamm meta l-liġi speċifikata mir-regola tal-kunflitt ma tirrikonoxxix din l-istituzzjoni jew meta tiddefinixxi l-isfera ta’ applikazzjoni tagħha b’mod differenti ? Jekk fl-affermattiv, skond liema klawsoli ? |

2.6. It- trusts tas-suċċessjoni.

Jekk trust tieħu karattru internazzjonali, it-tribunali u awtoritajiet oħra kompetenti msejħa fil-każ għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw liema liġijiet huma applikabbli għalih. Barra mill-fakultà mogħtija mill-kostitwenti tat- trusts li jagħżlu l-liġi applikabbli, l-elaborazzjoni ta’ regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet li għandhom x’jaqsmu mat- trust jistgħu isiru neċessarji.

Mistoqsija 11 : Għandhom jiġu adottati regoli partikolari ta’ kunflitt ta’ liġijiet fil-kamp tat-trusts ? Jekk fl-affermattiv, liema ? |

2.7. Renvoi.

L-unifikazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet fuq skala komunitarja se jagħmel inutli ir- renvoi meta l-elementi kollha ta' konnessjoni ser ikunu lokalizzati fi Stat Membri wieħed. Iżda l-kwistjoni se titqajjem meta r-regoli ta’ kunflitt jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż terz.

Mistoqsija 12 : L-istrument komunitarju tal-futur għandu jinkludi r-renvoi jekk ir-regoli ta’ kunflitt armonizzati jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż terz ? Jekk iva, skond liema klawsoli u sa fejn ? |

2.8. Mistoqsijiet preliminari.

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni kultant iġġiegħel lir-regolament tagħha jiddependi mir-risposta għal mistoqsija msejjħa “preliminari”, li tista’ tkun irregolata minn liġi oħra : il-validità ta’ żwieġ jew ta’ koabitazzjoni, b’ħolqien ta’ konnessjoni parentela ...

Mistoqsija 13 : Liema regola ta’ konflitt ta’ liġijiet għandha tiġi adottata sabiex tkun determinata l-liġi applikabbli għall-kwistjonijiet preliminari għall-effetti tas-suċċessjoni ? |

Regoli ta’ kompetenza

L-Istati Membri adottaw kriterji differenti ħafna : l-aħħar domiċilju tal-mejjet, domiċilju tal-konvenut jew tal-kwerelant, il-post fejn jinsabu ċerti assi, jew inkella in-nazzjonalità tal-mejjet jew ta’ parti jew l-oħra fil-kawża. F’dan il-kamp, hu meħtieġ li jittieħdu in konsiderazzjoni interessi differenti ħafna : dawk tal-preżunti werrieta, li kultant joqgħodu f’pajjiżi differenti, iżda wkoll dawk ta’ pajjiżi differenti li huma kkonċernati, b’mod partikolari għaliex xi assi jinsabu fit-territorju tagħhom.

3.1. L-għażla ta’ kap b’ kompetenza ġudizzjarja.

L-ewwel possibbiltà għandha tkun li jiġi ddeterminat forum uniku ta' kompetenza, billi tiġi injorata anki d-distinzjoni użata li ssegwi n-natura, mobbli jew immobbli, ta’ l-assi tas-suċċessjoni. Iżda, billi nsegwu l-eżempju ta’ dak li jista’ jsir fil-kamp tal-liġi applikabbli, jgħandu jkun konċepibbli li jiġu adottati regoli aktar flessibbli, u dan, b’bosta modi differenti.

Mistoqsija 14 : Huwa mixtieq li naslu għall-uniċità tal-fora fil-kamp tas-suċċessjoni ? Hu possibbli li tiġi abbandunata l-kompetenza tal-forum tal-post fejn jinsabu l-assi ? Jekk kriterju uniku ġenerali għandu jinżamm, liema għandu jkun ? Mistoqsija 15 : Jista’ jiġi maħsub li l-werrieta jitħallew li jirrikorru għal tribunal ta’ Stat Membru li mhux dak magħżul minn regola prinċipali eventwali ta’ kunflitt tal-kompetenza ? Jekkfl-affermattiv, taħt liema kondizzjonijiet ? Mistoqsija 16 : Waqt proċedura tas-suċċessjoni pendenti fi Stat Membru, għandha tiġi ammessa l-possibbiltà li tribunal fi Stat Membri ieħor fejn jinsabu assi tas-suċċessjoni jiġi mistoqsi li jieħu miżuri provviżorji u konservatorji ? Mistoqsija 17 : Fl-istrument komunitarju tal-futur għandhom jiġu ntrodotti dispożizzjonijiet li jippermettu t-trasferiment ta’ każ ta’ tribunal ta’ Stat Membru lejn tribunal ta’ Stat Membru ieħor, u jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet ? |

L-applikazzjoni tal-kriterji definiti mill-istrument tal-futur jista’ jaħtar tribunal ta’ pajjiż terz. F’dan il-każ, mhux bilfors huwa mixtieq li l-kompetenza tat-tribunali ta’ l-Istati Membri tiġi rrinunċjata unilateralment, waqt li kriterji oħra ta’ konnessjoni, mneħħija mill-pjan intra-kommunitarju, għandhom ikunu pertinenti sabiex jiġi delimitat unilateralment il-kompetenza ta’ dawn il-ġurisdizzjonijiet meta mqabbla ma’ dik ta’ pajjiż terz. Li tħalli f’idejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri, bħala “kompetenza residwa”, ir-responsabbiltà li jirrispondu għal din il-mistoqsija, ma tħallix li tinsab soluzzjoni komuni u tista’ toħloq kunflitti ta’ kompetenza oħra.

Nimmaġinaw li l-kriterju tal-kompetenza komunitarja tkun l-aħħar domiċilju tal-mejjet. Ċittadin ta’ l-Istat Membru A jmut f’pajjiż terz li fih reċentement kien stabbilixxa d-domiċilju tiegħu. Il-werrieta kollha tiegħu jinsabu fl-Istat Membru A, u l-parti l-kbira ta’ l-assi tiegħu jinsabu fl-Istat Membru B. F’dan il-każ, il-liġi komunitarja (l-aħħar domiċilju tal-mejjet) ma jaħtar l-ebda Stat Membru, la l-A u lanqas il-B, filwaqt li s-suċċessjoni għandha rabta ferm aktar mill-viċin ma’ dawn iż-żewġ Stati Membri milli mall-pajjiż terz ta’ l-aħħar domiċilju tal-mejjet. Ir- renvoi għar-regoli nazzjonali sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni tista’ tipprovoka problema ġdida. Jekk l-Istat Membru A japplika l-kriterju tan-nazzjonalità u l-Istat Membru B dak tal-post fejn jinsabu l-assi : kunflitt pożittiv ta’ kompetenzi. Fil-każ kuntrarju : kunflitt negattiv ta’ kompetenzi.

Mistoqsija 18 : Liema elementi huma rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-kompetenza tat-tribunali ta’ l-Istati Membri f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija hawn fuq? Mistoqsija 19 : Dawn ir-regoli speċjali tal-kompetenza għandhom japplikaw ukoll għall-assi li jinsabu fuq it-territorju ta’ pajjiż terz ji jivvendka kompetenza esklussiva fuqhom ? |

3.2. Proċedura li għandha x’taqqsam mat-trasferiment ta’ l-assi tal-proprjetà immobbli.

It-trasferiment tal-proprjetà ta’ l-assi tal-proprjetà jagħti lok għal reġistrazzjoni fuq reġistri differenti. F’ċerti Stati Membri, l-informazzjoni f’dawn ir-reġistri m'humiex magħmula ħlief fil-preambolu ta’ sentenza mogħtija jew att stabbilit mill-awtoritajiet nazzjonali. Wieħed jista’ jaħseb li l-emenda tar-reġistri tista’ tiġi effettwata fuq il-bażi tad-dokumenti mogħtija fi Stat Membru ieħor.

Mistoqsija 20 : Il-kompetenza ta’ l-awtoritajiet tal-post fejn jinsabu l-assi tal-proprjetà immobbli li jiddependu mis-suċċessjoni għandha tiġi riżervata, meta il-kompetenza prinċipali hi attribwita lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor sabiex : - tħejji d-dokumenti neċessarji għall-emenda tar-reġistri tal-proprjetà ? - tirrealizza atti ta’ amministrazzjoni u trasferimenti tal-proprjetà ? Mistoqsija 21 : Jista’ wieħed jelabora dokumenti komunitarji uniformalizzati li għandhom ikunu wżati fl-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-assi ? Jekk affermattiv, liema dokumenti attwalment eżistenti se jkunu jistgħu jiġu uniformalizzati? Jista’ wieħed jaqta’ barra jew jissimplifika ċerti proċeduri li huma bħalissa neċessarji fl-ambitu tas-suċċessjonijiet internazzjonali ? Jekk fl-affermattiv, liema ? |

3.3. Kompetenzi ta’ l-awtoritajiet non ġudizzjarji.

Minħabba l-importanza tal-funzjonijiet eżerċitati mill-awtoritajiet non ġudizzjarji – nutara jew aġenti ta’ diversi amministrazzjonijiet – se jkun permess lill-werrieta li jirrealizzaw ċerti formalitajiet ma’ awtoritajiet viċin tagħhom jew huma m'humiex residenti fil-post magħżul mir-regola ta' kompetenza prinċipali.

Mistoqsija 22 : Għandu jiġi previst li r-regola ta’ kmopetenza armonizzata għandha tapplika bl-istess mod lill-awtoritajiet l-oħra suxxettibbli li jintervjenu fil-kamp tas-suċċessjoni ? Mistoqsija 23 : Għandu jiġi previst li ċerti formalitajiet jistaw jiġu effettwati quddiem l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor li mhux dak magħżul mir-regola prinċipali tal-kunflitt ta’ kompetenza? Din l-għażla għandha tiġi organizzata? |

3.4. It- trusts

Ġaladarba is-suġġett tas-suċċessjonijiet hu eskluż mill-kamp t’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, ma jeżistux regoli ta’ kompetenza komunitarja għat-tilwim li jikkonċernaw it- trusts tas-suċċessjoni li m’humiex ser ikunu koperti minn l-imsemmi Regolament.

Mistoqsija 24 : Liema regoli ta’ kompetenza għandu jkun fih l-istrument komunitarju futur fil-kamp tat-trusts tas-suċċessjoni? |

regoli ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni.

Il-leġislazzjoni komunitarja futura għandha tissimplifika l-inkarigu tal-werrieta billi tippermetti r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ l-atti u d-dokumenti neċessarji għar-rikonoxximent tad-drittijiet tagħhom : deċiżjonijiet ġudizzjarji, atti notarili, testmenti, dokumenti li jaffermaw il-kwalià tal-werrieta, setgħat mogħtija lil persuni inkarigati mill-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tas-suċċewssjonijiet ...

Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Filwaqt li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-liġi applikabbli u l-kompetenza, il-leġislazzjoni futura se tilħaq grad ta’ fiduċja reċiproka għolja ħafna, li b’hekk trendi inutli l-manteniment ta’ miżuri intermedjarji għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Jekk madankollu raġunijiet ta’ rifjut kienu miżmuma, dawn għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha.

Mistoqsija 25 : Għar-rikonoxximent tas-sentenzi l-exequatur jista’ jiġi mneħħi? Bil-kontra, għandhom jiġu nklużi raġunijiet tar-rifjut tar-rikonoxximent u ta’ l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ? Jekk fl-affermattiv, liema ? Mistoqsija 26 : Jista’ wieħed jaħseb li sentenza mogħtija fi Stat Membru fil-kamp tas-suċċessjoni għandha tkun rikonoxxuta leġittimament u tippermetti li jiġu emendati mingħajr proċedura r-reġistri ta' l-artijiet fi Stat Membru ieħor? Għandu wieħed ikun ispirat mill-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003? |

4.2. Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ l-atti u tat-testmenti.

F’ċertu numru ta’ Stati Membri, in-nutara u awtoritajiet oħra jifformolaw atti awtentiċi dwar id-devolviment u l-likwidazzjoni tas-suċċessjonijiet. Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-atti għandhom ikunu previsti.

Barra minhekk, hu xieraq li ninterrogaw ruħna dwar regoli possibbli applikabbli għat-testmenti ta’ barra, li ħfna drabi ma jistgħux jipproduċu l-effetti tagħhom għall-aħħar.

Mistoqsija 27 : Jista’ wieħed japplika għall-atti awtentiċi stabbiliti fil-kamp tas-suċċessjonijiet l-istess sistema ta' rikonoxximent u ta' eżekuzzjoni bħal fil-każ tas-sentenzi ? Konsegwentement, jista’ wieħed jaħseb li l-atti notarili stabbiliti fi Stat Membru fil-kamp tas-suċċessjoni jippermettu l-emenda tar-reġistri ta’ l-artijiet mingħajr proċeduri oħra fl-Istati Membri l-oħra ? Ghandu wiehed ikun ispirat mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003? Mistoqsija 28 : Għandhom jiġu maħsuba regoli partikolari li jfittxu li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fl-Istat Membru tat-testmenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor ? |

4.3. L-amministraturi terzi (inklużi t- trusts tas-suċċessjoni).

L-għażla ta’ terzi inkarigati mill-amministrazzjoni jew mil-likwidazzjoni tas-suċċessjonijiet hi, skond l-Istati Membri, fakultattiva jew obbligatorja. L-għażla ta’ dawn il-persuni, kif ukoll il-prerogattivi tagħhom, li jvarjaw minn sistema għall-oħra, m'humiex dejjem rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra.

Fil-każ tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija dwar trusts tas-suċċessjoni, għandna nistaqsu lilna nnfusna dwar l-effetti tar-rikonoxximent tat- trusts infushom fuq l-emenda tar-reġistri ta’ l-artijiet.

Mistoqsija 29 : Jista’ wieħed jaħseb fir-rikonoxximent bi dritt fl-Istati Membri kollha ta’ l-għażla u l-poteri ta’ amministraturi terzi? Għandu wieħed jaħseb għal motivi li jippermettu l-konstatazzjoni ta' din il-ħatra u l-poteri tagħha? Mistoqsija 30 : Għandu jiġi maħluq ċertifikat li juri l-ħatra ta’ l-amministratur terz u li jiddiskrivi l-poteri tiegħu? Liema persuna jew awtorità għandha tkun inkarigata mill-istabbiliment ta’ dan iċ-ċertifikat? X’għandu jkun fih dan iċ-ċertifikat? Mistoqsija 31 : Ir-rikonoxximent tat-trusts tas-suċċessjoni għandha tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ oġġetti ta’ trust u ta’ titoli għaliha li jiġu mdaħħla fir-reġistri ta’ l-artijiet? Fil-każ kuntrarju, liema dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati? Mistoqsija 32 : Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet li jippreservaw l-applikazzjoni tar-riżerva tas-suċċessjoni prevista mil-liġi tas-suċċessjoni jew liġi oħra li tirrivendika l-applikazzjoni ta’ din il-protezzjoni, għalkemm teżisti trust? Jekk fl-affermattiv, liema ? |

provi tal-kwalità ta’ werriet : iċ-ċertifikat ewropew tal-werriet .

IL-PROVA TAL-KWALITÀ TA’ WERRIET LI MIġJUBA B’DIVERSI MODI SKOND IS-SISTEMI ġURIDIċI. HU ESSENZJALI LI L-WERRIETA JKUNU JISTGħU JISTABBILIXXU D-DRITTIJIET TAGħHOM SABIEX JIEħDU PUSSESS TA’ L-OġġETTI TAS-SUċċESSJONI MOGħTIJA LILHOM MINGħAJR MA JIDħLU F’PROċEDURI. FIL-PREżENZA TA’ REGOLI ARMONIZZATI TAL-KUNFLITT TAL-LIġIJIET, IT-TWAQQIF TA’ ċERTIFIKAT B’EFFETTI UNIFORMI FIL-KOMUNITÀ KOLLHA HI REALIZZABBLI. DIN TKUN TIKKONSISTI F’VALUR MIżJUD ċAR.

Bosta mistoqsijiet għandhom jiġu mwieġba : il-kondizzjonijiet għat-twaqqif taċ-ċertifikat, il-kontenut u l-konsegwenzi tiegħu.

Mistoqsija 33 : Liema effetti jistgħu jiġu prodotti għaċ-ċertifikat?

Mistoqsija 34 : Liema informazzjoni għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat?

Mistoqsija 35 : F’liema Stat Membru għandu jintbagħat? Għandha titħalla f’idejn kull Stat Membru individwali l-għażla libera ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jikkonkludu dan iċ-ċertifikat, jew, meta tikkonsidra il-kontenut tal-funzjonijiet taċ-ċertifikat, għandhom jiġu ffisati ċerti kriterji ?

reġistrazzjoni tat-testmenti.

Ir-riċerka tat-testmenti, b’mod partikolari meta dawn saru f’pajjiż ieħor, tikkostitwixxi ostaklu li bosta drabi jirriżulta insormontabbli.

Mistoqsija 36 : Għandu jiġi maħsub it-twaqqif ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni tat-testmenti fl-Istati Membri kollha? Għandu jiġi maħluq reġistru ċentralizzat? Mistoqsija 37 : Liema klawsoli għandhom jiġu deċiżi sabiex tiġi ffaċilitata l-aċċess għall-elementi nazzjonali tas-sistema jew għar-reġistru ċentralizzat mill-werrieta preżunti u l-awtoritajiet kompetenti (inkluż mill-Istati Membru tagħhom stess)? |

leġislazzjoni.

It-twaqqif ta’ spazju ġudizzjarju Ewropew jimplika t-tneħħija jew is-semplifikazzjoni tal-formalitajiet.

Mistoqsija 38 : It-tneħħija tal-formalitajiet kollha ta’ leġislazzjoni jew ta’ postilla ta’ atti pubbliċi magħmula fi Stat Membru u li jirrigwardaw suċċessjoni għandha tikkawża xi problemi? |

Resqa leġislattiva .

FID-DAWL TA’ DAK LI NTAQ HAWN FUQ, L-ELABORAZZJONI TA' KORP TA' REGOLI TAL-KOMMUNITÀ DWAR IS-SUċċESSJONIJIET U T-TESTMENTI SE TIKKOSTITWIXXI XOGħOL VAST U KUMPLESS.

Mistoqsija 39 : Nistgħu naħsbu fl-elaborazzjoni ta’ strument uniku u sħiħ? Fil-każ kuntrarju, f’liema ordni u skond liema stadji għandu jiġi organizzat ix-xogħol? |

[1] ĠU C 19 tat-23.1.1999.

[2] ĠU C 12 tal-15.1.2001.

[3] Ara l-konklużżjonijiet tal-Presidenza, Kunsill Ewropew ta’ Brussel, l-4 u 5 ta’ Novembru 2004.

[4] Testmenti magħmula minn żewġ persuni fl-istess att.

[5] Ftehim dwar suċċessjoni waħda jew diversi suċċessjonijiet li għadhom ma nfetħux.

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet