L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom
Official Journal L 307 , 23/11/2011 P. 0002 - 0002
It-testi oriġinali tal-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istat u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi ċċekkjat fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat tal-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi kummerċjali u t-trejlers tagħhom L-emendi għar-Regolament 54 ippubblikat fil-ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41. Li jinkorpora: Is-suppliment 17 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: fis- 17 ta’ Marzu 2010. L-emendi għat-test ewlieni tar-Regolament Paragrafu 1, immodifika għal dan li ġej (inkluża l-addizzjoni ta’ nota ta' qiegħ il-paġna (**)): "1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI Dan ir-Regolament ikopri tajers pnewmatiċi ġodda ddisinjati primarjament għall-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N, O3 u O4. [*] [**]. Madankollu, ma japplikax għat-tipi ta’ tajers identifikati bis-simboli tal-kategorija tal-veloċità li jikkorrispondu għal veloċitajiet taħt it-80 km/h. [*] Kif imfisser fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi R.E.3 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1 kif emendat l-aħħar bl-Emenda. 4). [**] Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tajers bħala komponent. Ma jillimitax l-installazzjoni tagħhom fuq kwalunkwe kategorija ta’ vetturi." --------------------------------------------------