32012R1152


Titolu u referenza

Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd

 ĠU L 343, 14.12.2012, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 21 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja [2],

Billi:

(1) Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom aċċess ugwali għall-ilmijiet u r-riżorsi tal-Unjoni soġġett għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 [3] jistipula deroga mir-regola tal-aċċess ugwali, billi jawtorizza lill-Istati Membri biex jirrestrinġu s-sajd għal ċerti bastimenti tas-sajd f’ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tagħhom.

(3) Fit- 13 ta’ Lulju 2011, skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-arranġamenti li jikkonċernaw l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku. Dak ir-rapport kkonkluda li r-reġim ta’aċċess huwa stabbli ħafna u li kompla jopera b’mod sodisfaċenti mill-2002 ‘il hawn.

(4) Ir-regoli eżistenti li jirrestrinġu l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku kellhom effetti pożittivi fuq il-konservazzjoni billi rrestrinġew l-isforz tas-sajd fl-aktar parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li huma importanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ ċerti komunitajiet kostali.

(5) Id-deroga daħlet fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 2003 u tiskadi fil- 31 ta’ Diċembru 2012. Il-validità tagħha għandha tiġi estiża sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ regolament ġdid, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

(6) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill- 1 ta’ Jannar 2013 sal- 31 ta’ Diċembru 2014 li jirrestrinġu s-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fil-kosta li tmiss magħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti tal-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill- 1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il- 21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. Schulz

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. Mavroyiannis

[1] ĠU C 351, 15.11.2012, p. 89.

[2] Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2012.

[3] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet