32012R0511


Titolu u referenza

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012

tal- 15 ta’ Ġunju 2012

dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b’mod partikolari l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 126e(2) u l-Artikolu 185f(6) tiegħu,

Billi:

(1) It-Taqsima IIA tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 imdaħħla bir-Regolament (UE) Nru 261/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] fiha regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(2) L-Artikoli 126a u 126b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxu regoli dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Skont dawk l-Artikoli għandhom isiru notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw ir-rikonoxximent. Għat-tħejjija tar-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 184(9) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, hemm bżonn ta’ informazzjoni dwar l-għadd ta’ entitajiet rikonoxxuti, id-daqs tagħhom f’termini ta’ volumi ta’ ħalib mhux ipproċessat prodotti mill-produtturi membri tagħhom u, fejn xieraq, dwar ir-raġunijiet għal rifjut jew irtirar tar-rikonoxximent tagħhom.

(3) L-Artikolu 126c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula regoli dwar in-negozjati kuntrattwali għall-kunsinna ta' ħalib mhux ipproċessat. Skont dak l-Artikolu in-notifiki għandhom isiru minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-Istati Membri.

(4) L-Artikolu 126d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li jkunu adottataw biex jirregolaw il-provvista ta’ ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5) Skont l-Artikolu 185f tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri li jiddeċiedu li kull kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħhom minn bidwi għal proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat għandha tkunu koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-Partijiet u/jew jiddeċiedu li l-ewwel ix-xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-kunsinna ta' ħalib mhux ipproċessat mill-bdiewa, iridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li jkunu adottataw fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali.

(6) Għandhom jiġu stipulati regoli uniformi dwar il-kontenut ta’ dawk in-notifiki u d-data li fiha l-aħħar għandhom jiġu sottomessi.

(7) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri, skont l-Artikolu 126a(4)(d) u l-Artikolu 126b(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu kull sena, rigward deċiżjonijiet meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti bi:

(a) l-għadd ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala l-"assoċjazzjonijiet", u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li ingħataw ir-rikonoxximent, u, fejn applikabbli, il-volumi ta’ ħalib mhux ipproċessat negozjabbli annwalment prodotti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet;

(b) l-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-rikonnoximent sottomessi minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali li huma rrifjutaw u sommarju tar-raġunijiet għal tali rifjut;

(c) l-għadd ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat u sommarju tar-raġunijiet għal dan l-irtirar.

2. Fejn notifika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tikkonċerna organizzazzjoni jew assoċjazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali, in-notifika għandha tindika, fejn applikabbli, il-volumi tal-ħalib mhux ipproċessat negozjabbli annwali prodotti mill-membri ta’ kull Stat Membru.

Artikolu 2

1. In-notifiki tal-volumi ta’ ħalib mhux ipproċessat koperti minn negozjati kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 126c(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom isiru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri

(a) fejn isseħħ il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat u,

(b) jekk differenti, fejn isseħħ il-kunsinna lil proċessur jew kollettur.

2. Notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir qabel il-bidu tan-negozjati u għandha tindika l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-istima tal-assoċjazzjoni tal-volum tal-produzzjoni li għandu jiġi kopert min-negozjati u l-perjodu ta’ ħin mistenni tal-kunsinna tal-volum tal-ħalib mhux ipproċessat.

3. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull organizzazzjoni jew assoċjazzjoni tal-produtturi għandha, minbarra n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tinnotifika l-volum ta' ħalib mhux ipproċessat, speċifikat għal kull Stat Membru ta’ produzzjoni, li ġie attwalment mgħoti b’kunsinna taħt kuntratti nnegozjati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 3

1. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 126c(8) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a) il-volum totali ta’ ħalib ipproċessat, speċifikat għal kull Stat Membru tal-produzzjoni, mogħti b’kunsinna fit-territorju tagħhom taħt kuntratti nnegozjati permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti skont l-Artikolu 126c(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fis-sena kalendarja preċedenti, kif notifikat lill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament;

(b) l-għadd ta’ każijiet li fihom l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni iddeċidew li negozjat partikolari għandu jinfetaħ mill-ġdid jew ma għandux iseħħ skont l-Artikolu 126c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u sommarju qasir ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

2. Fejn in-notifiki li waslu taħt l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament huma marbuta ma’ negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-Kummissjoni biex tivvaluta jekk il-kompetizzjoni hijiex eskluża jew jekk saritx ħsara serja lill-proċessuri SME tal-ħalib mhux ipproċessat.

Artikolu 4

1. In-notifiki skont l-Artikolu 126d(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jinkludu r-regoli adottati mill-Istati Membri biex jirregolaw il-provvista tal-ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll nota mqassra li tindika:

(a) l-isem tal-ġobon,

(b) l-isem u t-tip ta’ organizzazzjoni li qed jitolbu ir-regolazzjoni tal-provvista;

(c) il-mezzi magħżula għar-regolazzjoni tal-provvista;

(d) id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli;

(e) il-perjodu taż-żmien fejn japplikaw ir-regoli.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni meta jirrevokaw regoli qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1.

Artikolu 5

In-notifiki msemmija fl-Artikolu 185f(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jinkludu r-regoli adottati mill-Istati Membri rigward il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 185f(1) tagħha, kif ukoll in-nota mqassra li tindika:

(a) jekk l-Istat Membru iddeċiediex li l-kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat minn bidwi għal proċessur għandu jkun kopert minn kuntratt bil-miktub bejn il-Partijiet u, jekk iva, l-istadju jew l-istadji tal-kunsinna meħtieġa li ikunu koperti minn tali kuntratti, jekk issir il-kunsinna permezz ta' kollettur wieħed jew aktar, u kwalunkwe żmien minimu għal kuntratti bil-miktub;

(b) jekk l-Istat Membru iddeċiediex li l-ewwel xerrej ta’ ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għall-kuntratt lill-bidwi, u, fejn xieraq, id-dewmien minimu ta' kuntratt li jrid ikun inkluż fl-offerta.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il- 15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 94, 30.3.2012, p. 38.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet