32012R0459


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 142, 1.6.2012, p. 16–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012

tad- 29 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat- 18 ta’ Lulju 2008 li jimplimentaw u jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi [3] jistabbilixxi rekwiżi tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet li jinbidlu fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabilità tat-tagħmir għall-kontra tat-tniġġis, sistemi dijanjostiċi ta’ abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-karburant u aċċessibilità ta’ tiswija tal-vettura u informazzjoni dwar il-manutenzjoni.

(2) Skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-istandard tan-numru tal-partiċella (NP) għandu jiġi definit għal vetturi mgħammra b'magna b'ignition pożittiva li għandhom jiġu approvati skont l-istandards tal-Euro 6.

(3) Il-partiċelli li joħorġu mill-vetturi jistgħu jiġu depożitati fl-alveoli tal-pulmun tal-bniedem, li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal mard respiratorju u kardjovaskulari u żieda fil-mortalità. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-pubbliku li jkollu livell għoli ta’ protezzjoni minn dawk il-partiċelli.

(4) Bħalissa qed jintuża l-protokoll ta’ kejl tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) li ġie żviluppat għal vetturi diżil biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva. Madankollu, teżisti evidenza li l-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-emissjonijiet tal-partiċella ta’ ignition pożittiva jistgħu jvarjaw minn dawk ta’ vetturi diżil. L-ispettri tad-daqs tal-partiċella u l-kompożizzjonijiet kimiċi, u l-effettività tat-teknika attwali għall-kejl biex tikkontrolla emissjonijiet ta’ partiċella ta’ dannu għandhom jinżammu taħt reviżjoni. Fil-futur tista' tkun meħtieġa reviżjoni ta’ dak il-protokoll ta’ kejl għal vetturi b'ignition pożittiva.

(5) Abbażi tal-għarfien tal-lum, il-livell ta’ emissjonijiet tal-partiċella minn magni konvenzjonali, port fuel injection (PFI) li jinjettaw il-karburant fil-manifolds tad-dħul jew portijiet tad-dħul aktar milli direttament fil-kamra ta’ kombustjoni huwa baxx. Għaldaqstant jidher li huwa ġustifikat li l-azzjoni regolatorja għalissa tiġi limitata għal vetturi mgħammra b'magni b'injezzjoni diretta, mingħajr ma jiġu esklużi aktar riċerki u monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-emissjoni tal-partiċella tal-magni kollha b'ignition pożittiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjoni kimika ta’ partiċelli li ħarġu kif ukoll l-emissjonijiet reali waqt is-sewqan, u l-Kummissjoni għandha tipproponi aktar miżuri regolatorji jekk ikun meħtieġ, billi tikkunsidra wkoll is-sehem futur tas-suq ta’ magni PFI.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 stabbilixxa limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1011 #/km għal vetturi diżil Euro 6. F'konformità mal-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni newtrali fit-teknoloġija, il-limitu rispettiv ta’ emissjoni għal vetturi Euro 6 b'ignition pożittiva għandu jkun l-istess minħabba li m'hemmx evidenza li tissuġġerixxi li l-partiċelli li ħarġu mill-magni PI għandhom tossiċità speċifika aktar baxxa mill-partiċelli li ħarġu minn magni diżil.

(7) Filters tal-partiċella tal-gażolina (GPF), teknoloġija effettiva ta’ wara t-trattament għal partiċelli li qed jonqsu li qed joħorġu minn vetturi b'ignition pożittiv, huma mistennija jkunu dipsonibbli għal integrazzjoni f'xi vetturi Euro 6 bi prezz raġonevoli. Barra minn hekk, jidher aktarx li f'qafas ta’ żmien ta’ tliet snin wara d-dati mandatorji tal-Euro 6 li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jista' jinkiseb tnaqqis simili ta’ emissjonijiet PN b'miżuri interni tal-magna bi prezzijiet sostanzjalment inqas għal ħafna applikazzjonijiet. Kwalunkwe miżura tal-magna għandha tkun applikabbli għall-kundizzjonijiet kollha tat-tħaddim tal-magni sabiex tiżgura li, fin-nuqqas ta’ tagħmir wara t-trattament, il-livelli ta’ emissjoni fil-kundizzjonijiet reali tas-sewqan ma jiggravawx.

(8) Sabiex ikun permess għat-teknoloġiji kollha meħtieġa li għandhom jiġu żviluppati u biex jippermetti biżżejjed żmien minn qabel, għandu jiġi adottat approċċ f'żewġ passi, li japplika l-limiti ta’ numru ta’ partiċelli tad-diżil Euro 6 kif ukoll għal vetturi b'ignition pożittivi b'injezzjoni diretta fit-tieni fażi tiegħu.

(9) Għandha tingħata attenzjoni lill-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan u l-iżvilupp ta’ proċeduri rispettivi tat-test. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tintroduċi proċeduri korrispondenti ta’ kejl minn tal-inqas tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Euro 6.

(10) Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-impatt tal-miżuri PN ta’ tnaqqis fuq l-emissjonijiet CO2 għal vetturi b'ignition pożittiva.

(11) Skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip għall-istandards tal-emissjoni tal-Euro 6 ladarba jiġu introdotti l-limiti minimi tas-sistema ta’ dijanjożi fuq il-vettura (OBD). OBD hija għodda importanti biex tidentifika ħsarat ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis.

(12) Fil-Komunikazzjoni tagħha 2008/C 182/08 dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6) [4] il-Kummissjoni ssuġġeriet serje ta’ limiti minimi ta’ OBD li jirriflettu b'mod wiesgħa l-limiti applikati għal ħafna mill-vetturi ħfief fl-Istati Uniti u l-Kanada mill-2013 'il quddiem, fejn il-maġġoranza tas-sistemi OBD tal-vetturi huma konformi mal-leġiżlazzjoni stabbilita mill-Californian Air Resources Board (CARB). Allinjament tar-rekwiżiti tal-Unjoni ma’ dawk tal-Istati Uniti jkunu konformi mal-objettivi tal-armonizzazzjoni internazzjonali u jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

(13) Madanakollu, ir-rekwiżiti tal-OBD fl-Istati Uniti fihom sfida teknoloġika għal manifatturi tal-vetturi li ma jesportawx lejn l-Istati Uniti. Għaldaqstant, għandu jiġi adottat perjodu inizjali ta’ tliet snin ta’ rekwiżiti OBD aktar laxk, li jipprovdi aktar żmien minn qabel lill-industrija.

(14) Il-limiti minimi finali tal-OBD Euro 6 għal CO, NMHC u PM stipulati fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom ikunu aktar laxki mill-valuri li ġew issuġġeriti fil-Komunikazzjoni 2008/C 182/08, li jirriflettu diffikultajiet tekniċi f'dawk l-oqsma. Barra minn hekk, ma għandu jiġi adottat l-ebda livell minimu għal OBD Euro 6 għal numri ta’ partiċelli f'dan ir-Regolament.

(15) Il-ħtieġa ambjentali, il-vijabilità teknika u l-ispiża/l-proporzjoni ta’ benefiċċju ta’ limiti minimi ta’ OBD Euro 6 aktar ristretti applikabbli għas-CO u NMHC u tal-issettjar ta’ numru ta’ partiċella tal-limitu minimu ta’ OBD Euro 6 għandhom jiġu evalwati fi stadju aktar tard. Kwalunkwe emenda li hija riżultat tar-rekwiżiti regolatorji f'dak ir-rigward għandha tiġi introdotta biss bi żmien biżżejjed minn qabel għall-industrija. Meta wieħed jikkunsidra l-kumplessità tas-sistemi OBD, dan iż-żmien meħtieġ huwa tipikament minn tlieta sa erba' snin.

(16) Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(17) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3, fl-aħħar tal-punt 17, il-punt finali għandu jinbidel għal punt u virgola.

2. Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt 18. li ġej:

"18. "magna b'injezzjoni diretta" tfisser magna li tista' topera b'mod li l-karburant huwa injettat fl-arja li tidħol wara li titneħħa l-arja permezz ta’ valvijiet fuq ġewwa."

3. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

"7. Sa tliet snin wara d-dati applikabbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda u fuq l-għażla tal-manifattur għandu japplika limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1012 #/km għal vetturi li għandhom magna b'ignition pożittiva ta’ injezzjoni diretta."

4. L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tħassar.

2. L-Anness I, XI u XVI huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id- 29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

[2] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[3] ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

[4] ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, huwa emendat b’dan li ġej:

1. It-test fit-tieni ringiela tal-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (limiti tal-emissjoni Euro 5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Numru ta’ partiċelli (NP)"

2. It-Tabella 2 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

"Tabella 2

Limiti ta’ emissjoni Euro 6

Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition)

[1] [2] [3]

| Massa ta’ referenza (RM) (kg) | Il-valuri ta’ limitu |

Massa ta’monossidu tal-karbonju (CO) | Massa ta’ idrokarburi totali (THC) | Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu (NMHC) | Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx) | Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx) | Massa ta’ materja f’partiċelli (PM) [1] | Għadd ta’ partiċelli (PN) |

L1 (mg/km) | L2 (mg/km) | L3 (mg/km) | L4 (mg/km) | L2 + L4 (mg/km) | L5 (mg/km) | L6 (#/km) |

Kategorija | Klassi | | PI | CI | PI | CI | PI | CI | PI | CI | PI | CI | PI [2] | CI | PI [2] [3] | CI |

M | — | Kollha | 1000 | 500 | 100 | — | 68 | — | 60 | 80 | — | 170 | 4,5 | 4,5 | 6,0 × 1011 | 6,0 × 1011 |

N1 | I | RM ≤ 1305 | 1000 | 500 | 100 | — | 68 | — | 60 | 80 | — | 170 | 4,5 | 4,5 | 6,0 × 1011 | 6,0 × 1011 |

II | 1305 < RM ≤ 1760 | 1810 | 630 | 130 | — | 90 | — | 75 | 105 | — | 195 | 4,5 | 4,5 | 6,0 × 1011 | 6,0 × 1011 |

III | 1760 < RM | 2270 | 740 | 160 | — | 108 | — | 82 | 125 | — | 215 | 4,5 | 4,5 | 6,0 × 1011 | 6,0 × 1011 |

N2 | — | Kollha | 2270 | 740 | 160 | — | 108 | — | 82 | 125 | — | 215 | 4,5 | 4,5 | 6,0 × 1011 | 6,0 × 1011 |

[1] Limitu ta’ 5,0 mg/km għall-massa tal-emissjonijiet tal-partikulati japplika għal vetturi tat-tip approvat għal-limiti ta’ emissjonijie ta’ din it-tabella mal-protokoll ta’ kejl tal-massa tal-partikulati ta’ qabel, qabel l- 1.9.2011.

[2] Il-limiti tal-massa f’partiċelli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.

[3] Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, limitu tal-emissjoni tan-numru tal-partiċelli ta’ 6,0 × 1012#/km għandu japplika għal vetturi b’injezzjoni diretta Euro 6 PI fuq l-għażla tal-manifattur. Sa mhux aktrar tard minn dawk id-dati għandu jiġi implimentat metodu tat-test ta’ approvazzjoni tat-test li jiżgura l-limitu effettiv tan-numru tal-partikolu li joħorġu taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan."

--------------------------------------------------

ANNESS II

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 692/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1. L-Appendiċi 6 tal-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) F’punt 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

"Dan in-numru għandu jkun segwit minn karattru wieħed jew aktar li jirrifletti l-kategoriji differenti tal-vetturi skont it-tabella 1 hawn taħt."

(b) It-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

"Tabella 1

Qari:

Standard ta’ emissjonijiet "Euro 5a" = jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għal materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet "Euro 5b" = ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 5 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli għal vetturi CI u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet "Euro 6a" = jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet "Euro 6b" = ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet Euro 6 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli (valuri preliminari għal vetturi PI) u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet "Euro 6c" = ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 6, jiġifieri standard ta’ emissjonijiet Euro 6b u l-istandards tan-numru ta’ partiċelli finali għal vetturi PI;

Standard tal-OBD "Euro 5" = rekwiżiti Base Euro 5 OBD eskluż fir-rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD "Euro 5+" = jinkludu l-proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD "Euro 6-" = limiti rilassati tal-limitu OBD;

Standard OBD "Euro 6- flimkien mal-IUPR" = jinkludi limiti ta’ limitu rilassati tal-OBD u proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR);

Standard tal-OBD "Euro 6-1" = Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti preliminari tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.4 tal-Anness XI u IUPR parzjalment rilassat;

Standard tal-OBD "Euro 6-2" = Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti finali tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness XI."

Karattru | Standard ta’ emissjonijiet | Standard tal-OBD | Kategorija u klassi tal-vettura | Magna | Data tal-implimentazzjoni: tipi ġodda | Data tal-implimentazzjoni: vetturi ġodda | L-aħħar data ta’ reġistrazzjoni |

A | Euro 5a | Euro 5 | M, N1 klassi I. | PI, CI | 1.9.2009 | 1.1.2011 | 31.12.2012 |

B | Euro 5a | Euro 5 | M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi (eskluża M1G) | CI | 1.9.2009 | 1.1.2012 | 31.12.2012 |

C | Euro 5a | Euro 5 | M1G biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi | CI | 1.9.2009 | 1.1.2012 | 31.8.2012 |

D | Euro 5a | Euro 5 | N1 klassi II | PI, CI | 1.9.2010 | 1.1.2012 | 31.12.2012 |

E | Euro 5a | Euro 5 | N1 klassi III, N2 | PI, CI | 1.9.2010 | 1.1.2012 | 31.12.2012 |

F | Euro 5b | Euro 5 | M, N1 klassi I. | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2013 | 31.12.2013 |

G | Euro 5b | Euro 5 | M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi (eskluża M1G) | CI | 1.9.2011 | 1.1.2013 | 31.12.2013 |

H | Euro 5b | Euro 5 | N1 klassi II | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2013 | 31.12.2013 |

I | Euro 5b | Euro 5 | N1 klassi III, N2 | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2013 | 31.12.2013 |

J | Euro 5b | Euro 5+ | M, N1 klassi I. | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2014 | 31.8.2015 |

K | Euro 5b | Euro 5+ | M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi (eskluża M1G) | CI | 1.9.2011 | 1.1.2014 | 31.8.2015 |

L | Euro 5b | Euro 5+ | N1 klassi II | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2014 | 31.8.2016 |

M | Euro 5b | Euro 5+ | N1 klassi III, N2 | PI, CI | 1.9.2011 | 1.1.2014 | 31.8.2016 |

N | Euro 6a | Euro 6- | M, N1 klassi I | CI | | | 31.12.2012 |

O | Euro 6a | Euro 6- | N1 klassi II | CI | | | 31.12.2012 |

P | Euro 6a | Euro 6- | N1 klassi III, N2 | CI | | | 31.12.2012 |

Q | Euro 6b | Euro 6- | M, N1 klassi I | CI | | | 31.12.2013 |

R | Euro 6b | Euro 6- | N1 klassi II | CI | | | 31.12.2013 |

S | Euro 6b | Euro 6- | N1 klassi III, N2 | CI | | | 31.12.2013 |

T | Euro 6b | Euro 6-flimkien mal-IUPR | M, N1 klassi I | CI | | | 31.8.2015 |

U | Euro 6b | Euro 6-flimkien mal-IUPR | N1 klassi II | CI | | | 31.8.2016 |

V | Euro 6b | Euro 6-flimkien mal-IUPR | N1 klassi III, N2 | CI | | | 31.8.2016 |

W | Euro 6b | Euro 6-1 | M, N1 klassi I | PI, CI | 1.9.2014 | 1.9.2015 | 31.8.2018 |

X | Euro 6b | Euro 6-1 | N1 klassi II | PI, CI | 1.9.2015 | 1.9.2016 | 31.8.2019 |

Y | Euro 6b | Euro 6-1 | N1 klassi III, N2 | PI, CI | 1.9.2015 | 1.9.2016 | 31.8.2019 |

ZA | Euro 6c | Euro 6-2 | M, N1 klassi I | PI, CI | 1.9.2017 | 1.9.2018 | |

ZB | Euro 6c | Euro 6-2 | N1 klassi II | PI; CI | 1.9.2018 | 1.9.2019 | |

ZC | Euro 6c | Euro 6-2 | N1 klassi III, N2 | PI; CI | 1.9.2018 | 1.9.2019 | |

ZX | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Il-vetturi kollha | Batterija kompletament elettrika | 1.9.2009 | 1.1.2011 | |

ZY | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Il-vetturi kollha | Ċellola tal-karburant kompletament elettrika | 1.9.2009 | 1.1.2011 | |

ZZ | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Il-vetturi kollha li jużaw ċertifikati skont punt 2.1.1 tal-Anness I | PI; CI | 1.9.2009 | 1.1.2011 | |

2. L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a) il-punti 2.3.3 u 2.3.4 li ġejjin huma mdaħħla:

"2.3.3. Il-limiti minimu tal-OBD għall-vetturi li huma tat-tip approvati skont il-limitu tal-emissjonijiet Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 minn 3 snin wara d-dati li ngħataw fl-Artikolu 10(4) u 10(5) ta’ dak ir-Regolament jinsabu fit-tabella li ġejja:

Il-limiti ta’ limitu tal-OBD Euro 6

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.

| Massa ta’ referenza (RM) (kg) | Massa ta’ monossidu tal-karbonju | Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu | Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu | Massa ta’ materja f’partiċelli | Għadd ta’ partiċelli |

(CO) (mg/km) | (NMHC) (mg/km) | (NOx) (mg/km) | (PM) (mg/km) | (PN) (#/km) |

Kategorija | Klassi | | PI | CI | PI | CI | PI | CI | CI | PI | CI | PI |

M | — | Kollha | 1900 | 1750 | 170 | 290 | 90 | 140 | 12 | 12 | | |

N1(3) | I | RM ≤ 1305 | 1900 | 1750 | 170 | 290 | 90 | 140 | 12 | 12 | | |

II | 1305 < RM ≤ 1760 | 3400 | 2200 | 225 | 320 | 110 | 180 | 12 | 12 | | |

III | 1760 < RM | 4300 | 2500 | 270 | 350 | 120 | 220 | 12 | 12 | | |

N2 | — | Kollha | 4300 | 2500 | 270 | 350 | 120 | 220 | 12 | 12 | | |

Nota ta’ spjegazzjoni:

Il-limiti tal-OBD stabbiliti fit-tabella huma suġġett għal reviżjoni li għandha titmexxa mill-Kummissjoni sal- 1 ta’ Settembru 2014. Fejn dawn il-limiti jidhru li mhumiex teknikament vijabbli, il-valuri tagħhom jew id-dati mandatorji tal-applikazzjoni għandhom jiġu emendati skont dan, filwaqt li tikkunsidra l-effetti ta’ rekwiżiti oħra ġodda li se jiġu introdotti għall-vetturi Euro 6. Fejn ir-reviżjoni turi ħtiġijiet ambjentali kif ukoll vijabilità teknika u benefiċċju mhux monetarju, għandhom jiġu adotatti valuri aktar strinġenti u limiti tal-limitu tal-OBD għal numri tal-partikolu jew, fejn applikabbli, jiġi introdott tniġġis ieħor regolat. Waqt li tagħmel dan, l-industrija għandha tingħata biżżejjed żmien biex tintroduċi l-iżviluppi tekniċi.

2.3.4. Sa tliet snin wara d-dati speċifiċi fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, il-limiti tal-limitu OBD li ġejjin għandhom jiġu applikati għal vetturi li huma approvati tat-tip skont il-limiti l-ġodda ta’ emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, skont l-għażla tal-manifattur:

Il-limiti preliminari ta’ limitu tal-OBD Euro 6

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.";

| Massa ta’ referenza (RM) (kg) | Massa ta’ monossidu tal-karbonju | Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu | Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu | Massa ta’ materja f’partiċelli |

(CO) (mg/km) | (NMHC) (mg/km) | (NOx) (mg/km) | (PM) (mg/km) |

Kategorija | Klassi | | PI | CI | PI | CI(2) | PI | CI | CI | PI |

M | — | Kollha | 1900 | 1750 | 170 | 290 | 150 | 180 | 25 | 25 |

N1(3) | I | RM ≤ 1305 | 1900 | 1750 | 170 | 290 | 150 | 180 | 25 | 25 |

II | 1305 < RM ≤ 1760 | 3400 | 2200 | 225 | 320 | 190 | 220 | 25 | 25 |

III | 1760 < RM | 4300 | 2500 | 270 | 350 | 210 | 280 | 30 | 30 |

N2 | — | Kollha | 4300 | 2500 | 270 | 350 | 210 | 280 | 30 | 30 |

(b) Il-Punt 2.14 jinbidel b’dan li ġej:

"2.14. Għall-kuntrarju ta’ punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 83, it-tagħmir li ġeh għandu jkun immonitorjat għal nuqqas totali jew tneħħija jekk tal-aħħar ikun irriżulta f’qabża mil-limiti tal-emissjoni applikabbli:

- mill- 1 ta’ Settembru 2011, imaqbad tal-partiċelli li huma ffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

- għal vetturi ċertifikati jew kontra il-limitu tal-limiti tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, sistemi ta’ wara t-trattament ta’ NOx iffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

- għal vetturi ċertifikati kontra jew il-limiti tal-limitu tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC) iffittja għal magni tal-ignition b’kompressjoni bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni.

It-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun immonitorjat ukoll għal xi nuqqas li jista’ jwassal għal qabża tal-limiti tal-limitu OBD applikabbli."

(c) Fil-punt 3.1.5 tal-Appendiċi 1, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

"Għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda, il-monitoraġġ meħtieġ mill-punt 2.9 ta’ dan l-Anness għandu jkollu IUPR akbar jew daqs 0,1 sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 rispettivament."

3. Fl-Anness XVI, il-Punt 6.2 jinbidel b’dan li ġej:

"6.2. Il-manifattur għandu juri li l-użu ta’ dawn is-sensuri msemmija fil-punt 6.1 u ta’ kwalunkwe sensur ieħor fuq il-vettura jirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija tas-sewwieq kif jissemma fil-punt 3, bit-turija ta’ messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. "emissions too high — check urea" — "emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-urea", "emissions too high — check AdBlue" — "emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-AdBlue", "emissions too high — check reagent" — "emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla r-reaġent"), u s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq kif tissemma fit-taqsima 8.3, meta jseħħu s-sitwazzjonijiet li jissemmew fit-taqsima 4.2, 5.4 jew 5.5.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt huma maħsuba li jiġru dawn is-sitwazzjonijiet:

- fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 5 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx ta’ dik it-tabella mmultiplikat b’fattur ta’ 1,5;

- fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 6 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx tat-tabelli stabbiliti fil-punti 2.3.2, 2.3.3 jew 2.3.4 tal-Anness XI.

L-emissjonijiet NOx matul it-test biex juru l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ogħla minn 20 % tal-valur imsemmi fit-tieni paragrafu."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet