32012R0302


Titolu u referenza

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2012 tal- 4 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

 ĠU L 99, 5.4.2012, p. 21–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2012

tal- 4 ta’ April 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 103h u 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli li tinkludi s-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Skont l-Artikolu 103a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 flimkien mal-Artikolu 125e ta’ dak ir-Regolament, l-għajnuna tal-Unjoni tista’ tingħata lill-gruppi ta’ produtturi ffurmati fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea riċentiment, fl-iktar reġjuni imbiegħda tal-Unjoni u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew. Dik l-għajnuna għandha tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta’ gruppi ta’ produtturi, tiffaċilita l-operat amministrattiv tagħhom u tippermetti lill-gruppi ta’ produtturi biex jilħqu l-kriterji ta’ rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ prodotturi, li huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħaxix.

(2) L-Artikoli 36 sa 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 [2], jistabbilixxu r-regoli ddettaljati fir-rigward ta’ gruppi ta’ produtturi. Sabiex ikunu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-operaturi artifiċjalment joħolqu l-kundizzjonijiet sabiex jiksbu pagamenti ta’ għajnuna tal-Unjoni, bl-għan li jinkisbu vantaġġi li jmorru kontra l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, xieraq li l-Istati Membri jintalbu jistabbilixxu regoli li jżommu lill-produtturi milli jaqilbu minn grupp ta’ produtturi għal ieħor biex jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Unjoni għal perjodu itwal mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u biex iżommu lill-Istati Membri milli jirrikonoxxu entitajiet legali jew partijiet definiti b’mod ċar ta’ entitajiet bħal dawn bħala gruppi ta’ produtturi, meta dawn l-entitajiet jistgħu diġà jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

(3) L-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jirrikjedi li gruppi ta’ produtturi jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent f’fażijiet lill-Istat Membru kompetenti. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk it-tul ta’ żmien tal-pjan ta’ rikonoxximent propost huwiex twil iż-żejjed mingħajr raġuni u għandhom jitolbu modifiki meta grupp ta’ produtturi jista’ jilħaq il-kriterji ta’ rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi qabel it-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 125e(1).

(4) Skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet li fuqhom il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jitolbu tibdiliet fil-pjanijiet waqt l-implimentazzjoni tagħhom. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni tajba ta’ dak ir-Regolament u fl-interess tal-prevedibbiltà finanzjarja u l-ġestjoni baġitarja soda, għandhom jiġu stipulati regoli li jistipulaw perċentwali massimu għal żieda proposta tan-nefqa skont pjan ta’ rikonoxximent approvat. Madankollu, għandhom japplikaw limiti differenti għal pjanijiet ta’ rikonoxximent approvati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet ta’ gruppi ta’ produtturi.

(5) Għal raġunijiet ta’ dixxiplina baġitarja u sabiex tkun ottimizzata l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji b’mod sostenibbli u effettiv, xieraq li jkun previst limitu massimu għall-finanzjament tal-Unjoni tal-għajnuna biex tkun koperta parti mill-investimenti msemmija fl-Artikolu 103(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal raġunijiet ta’ sigurtà finanzjarja u ta’ ċertezza legali, għandha titħejja lista ta’ investimenti li ma jistgħux ikunu koperti mill-pjanijiet ta’ rikonoxximent.

(6) Għal raġunijiet ta’ dixxiplina baġitarja, jeħtieġ ukoll li jkun previst limitu massimu għan-nefqa li għandha tkun iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) b’rabta mal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u li titwaqqaf sistema ta’ notifika, li permezz tagħha, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent qabel l-approvazzjoni tagħhom.

(7) Sabiex ikun evitat kwalunkwe arrikkament mhux iġġustifikat meta membru jitlaq lill-grupp ta’ produtturi tiegħu u jibbenefika minn investimenti mill-impriża tiegħu stess, għandhom jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-grupp ta’ produtturi biex jirkupra l-investiment jew il-valur residwu tal-investiment meta l-perjodu ta’ amortizzazzjoni jkun għadu ma skadix.

(8) Għall-benefiċċju tal-prevedibbiltà finanzjarja u l-previżjoni baġitarja, xieraq li jkunu previsti regoli aktar dettaljati dwar in-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni rigward l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent tal-gruppi ta’ produtturi.

(9) Il-verifiki għandhom isiru b’mod li jippermettu lill-Istati Membri biex jirreaġixxu malajr għal kwalunkwe abbuż possibbli li jimplika riskju għall-baġit tal-Unjoni. Għal dak l-iskop, xieraq li jissaħħu l-verifiki meta jkunu żvelati irregolaritajiet sinifikanti.

(10) L-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007, jistipula li fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi huwa partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba sostanzjata kif dovut, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għall-massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 103b(1)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(11) Skont l-Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, f’reġjuni tal-Istati Membri fejn l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tagħhom tirrappreżenta mill-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola kollha tagħhom, l-assistenza finanzjarja tista’ tkun rimburżata mill-Unjoni fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat.

(12) L-Artikolu 92(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula li l-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta t-talba għall-awtorizzazzjoni sabiex tingħata assistenza finanzjarja nazzjonali fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx matul dan il-perjodu t-talba għandha tkun meqjusa li kienet approvata. Madankollu, il-perjodu ta’ tliet xhur jista’ jkun sospiż meta Stat Membru jagħmel talba mhux kompluta.

(13) L-esperjenza wriet li l-proċedura għall-adozzjoni u n-notifika lill-Istat Membru ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni ħafna drabi tirrikjedi iktar minn tliet xhur u li d-data attwali li minn meta talba tkun meqjusa approvata mhux dejjem tista’ tkun identifikata. Għall-benefiċċju taċ-ċertezza legali, xieraq li jkun previst li l-Kummissjoni tapprova jew tirrifjuta t-talba permezz ta’ Deċiżjoni formali.

(14) L-Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jillimita l-proporzjon tal-assistenza finanzjarja li jista’ jkun awtorizzat għal massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-membri ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi jew mill-organizzazzjoni ta’ produtturi stess. L-Artikolu 95(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jillimita l-proporzjoni tar-rimborż tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għal 60 % tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Għal raġunijiet ta’ dixxiplina baġitarja, jeħtieġ li jkun stipulat limitu massimu ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali li jista’ jkun rimborżat mill-Unjoni b’riferiment għall-ammont massimu tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni li tista’ tingħata għall-fondi operazzjonali mwaqqfa mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

(15) Għall-benefiċċju tas-simplifikazzjoni, xieraq li tkun irfinuta l-proċedura għan-notifika tal-prezzijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix fis-suq intern fuq bażi volontarja.

(16) Għaldaqstant ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(17) Sabiex ikun żgurat li l-aspettattivi leġittimi tal-produtturi huma rispettati, jeħtieġ li jkun stipulat li ċerti emendi magħmula minn dan ir-Regolament ma japplikawx għall-pjanijiet ta’ rikonoxximent li kienu aċċettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex tkun ikkontrollata n-nefqa baġitarja u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi ekonomiċi, għandu jkun previst li pjanijiet ta’ rikonoxximent li kienu aċċettati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħall-pjanijiet ta’ rikonoxximent adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fejn il-gruppi ta’ produtturi konċernati għadhom ma tawx l-impenn finanzjarju tagħhom jew għadhom ma daħlux f’arranġamenti legalment vinkolanti ma’ partijiet terzi fir-rigward tal-investimenti rilevanti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(18) Sabiex tkun żgurata t-tranżizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli l-ġodda applikabbli għar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, l-emenda rilevanti magħmula minn dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għal sitwazzjonijiet fejn it-talba għall-awtorizzazzjoni biex titħallas l-assistenza finanzjarja nazzjonali tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, iżda meta l-Kummissjoni tkun għadha ma ddeċidietx dwar ir-rimborż. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-Artikolu 95(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jkompli japplika daqslikieku mhux emendat minn dan ir-Regolament.

(19) Sabiex tkun ikkontrollata n-nefqa tal-Unjoni għas-settur tal-frott u l-ħaxix, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(20) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-President teigħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 36(2) jiżdied il-punt (e) li ġej:

"(e) ir-regoli biex ikun evitat li produttur jibbenefika mill-assistenza tal-Unjoni għall-gruppi ta’ produtturi għal perjodu itwal minn 5 snin."

(2) Fl-Artikolu 37, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

"L-investimenti msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu ma għandhomx jinkludu l-investimenti elenkati fl-Anness Va"

(3) L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ pjan ta’ rikonoxximent flimkien mal-provi dokumentati kollha. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal limitu iqsar taż-żmien."

(b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Wara l-verifiki tal-konformità msemmija fl-Artikolu 111, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, skont kif xieraq:

(a) taċċetta b’mod provviżorju l-pjan u tagħti rikonoxximent preliminari;

(b) titlob tibdiliet għall-pjan, inklużi tibdiliet b’relazzjoni mat-tul ta’ żmien tagħhom. B’mod partikolari, l-Istat Membru għandu jivvaluta jekk il-fażijiet proposti humiex twal mingħajr raġuni u għandu jitlob modifiki meta grupp ta’ produtturi jista’ jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c) tiċħad il-pjan, speċjalment fil-każ meta l-entitajiet legali jew partijiet definiti b’mod ċar ta’ dawn l-entitajiet li japplikaw għal rikonoxximent preliminari bħala gruppi ta’ produtturi diġà jissodisfaw il-kriterji għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi.

L-aċċettazzjoni provviżorja tista’, fejn ikun meħtieġ, tingħata biss jekk il-bidliet mitluba skont il-punt (b) ikunu ġew inkorporati fil-pjan."

(c) Jiżdiedu l-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

"4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Lulju ta’ kwalunkwe sena partikolari, dwar id-deċiżjonijiet li provviżorjament jaċċettaw il-pjanijjjiet ta’ rikonoxximent u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pjanijiet, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness Vb.

5. Ladarba jkunu stipulati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(4), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-grupi ta’ produtturi kkonċernati b’opportunità li jemendaw jew jirtiraw il-pjanijiet ta’ rikonoxximent tagħhom Meta grupp ta’ produtturi ma jirtirax il-pjan tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta dan il-pjan b’mod definit suġġett għal tali emendi li l-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra neċessarji.

6. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tgħarraf lill-entità legali jew lill-parti ta’ -entità legali ddefinita b’mod ċar bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 5".

(4) Fl-Artikolu 39, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jitolbu li jsiru bidliet fil-pjanijiet matul l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn it-talbiet għandu jkollhom magħhom il-provi dokumentati kollha meħtieġa.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-pjanijiet ta’ rikonoxximenti jistgħu jkunu emendati matul taqsima annwali jew taqsima semestrali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawn il-bidliet għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss jekk il-grupp tal-produtturi jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bihom minnufih.

Il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, matul sena partikolari u fir-rigward ta’ dik is-sena, li jżidu l-ammont totali tan-nefqa stabbilita fil-pjan ta’ rikonoxximent b’massimu ta’ 5 % tal-ammont totali approvat inizjalment jew li jnaqqsuh b’perċentwali massimu li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri, fiż-żewġ każijiet, sakemm l-objettivi kumplessivi tal-pjan ta’ rikonoxximent jinżammu u sakemm in-nefqa kumplessiva tal-Unjoni fil-livell tal-Istat Membru kkonċernat ma taqbiżx l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata għal dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 47(4).

Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet ta’ gruppi ta’ produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 48, il-limitu ta’ 5 % għandu japplika għall-ammont totali tan-nefqa stabbilit fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent tal-gruppi ta’ produtturi amalgamati."

(5) Fl-Artikolu 44, jiżdied it-tielet paragrafu kif ġej:

"L-investimenti jistgħu jkunu implimentati fuq azjendi individwali u/jew binjiet ta’ membri produtturi tal-grupp ta’ produtturi, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-pjan ta’ rikonoxximent. Jekk il-membru jitlaq mill-grupp ta’ produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment u l-valur residwu tiegħu, meta l-perjodu ta’ ammortizzazzjoni għadu ma skadix, jiġi rkuprat."

(6) L-Artikolu 47 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 47

Kontribuzzjoni tal-Unjoni

1. Suġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jammonta għal:

(a) 75 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 50 % f’reġjunijiet oħra.

L-Istat Membru jista’ jħallas l-għajnuna nazzjonali tiegħu bħala ħlas b’rata fissa. Mhux se tkun meħtieġa fl-applikazzjoni l-inklużjoni ta’ provi dwar l-użu tal-għajnuna.

2. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, mogħti f’termini ta’ għotja kapitali jew ta’ ekwivalenti ta’ għotja kapitali, m’għandux ikun ta’ iktar minn, bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment:

(a) 50 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 30 % fir-reġjuni l-oħra.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jintrabtu li jikkontribwixxu tal-inqas 5 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ispejjeż eliġibbli tal-investiment għandhom iħallsu tal-inqas:

(a) 25 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 45 % fir-reġjuni l-oħra.

3. Suġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna msemmi fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun determinat għal kull grupp ta’ produtturi abbażi tal-valur tiegħu ta’ produzzjoni kkumerċjalizzata u għandu jkun suġġett għar-regoli li ġejjin:

(a) fir-rigward ta’ gruppi ta’ produtturi fi Stati Membri li saru Membri tal-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ma għandu japplika l-ebda limitu fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom, u għandu japplika limitu ta’ 70 %, 50 % u 20 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom rispettivament;

(b) fir-rigward ta’ gruppi ta’ produtturi fir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 [***], il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun limitata għal 25 %, 20 %, 15 %, 10 % u 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom rispettivament.

4. In-nefqa totali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhiex taqbeż l-EUR 10000000 għal kull sena kalendarja.

Abbażi tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 38(4), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ allokazzjoni u tistabbilixxi t-total disponibbli tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull Stat Membru kull sena abbażi ta’ dawk il-koeffiċjenti. Jekk għal kwalunkwe sena, l-ammont totali li jirriżulta min-notifiki msemmija fl-Artikolu 38(4), ma jaqbiżx l-ammont masimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għandu jkun stabbilit fil-livell ta’ 100 %

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tingħata skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu. Ma għandha tingħata l-ebda kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ rikonoxximent li ma kinux innotifikati skont l-Artikolu 38(4).

Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull Stat Membru għandha tkun l-iktar rata riċenti ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel id-data prevista fl-Artikolu 38(4).

(7) Fl-Artikolu 92, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba permezz ta’ Deċiżjoni fi żmien tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda fil-ġurnata wara dik meta l-Kummissjoni tkun irċeviet talba kompluta. Jekk il-Kummissjoni ma titlobx informazzjoni addizzjonali fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur, it-talba għandha tkun meqjusa kompluta."

(8) Fl-Artikolu 95(4), tiżdied is-sentenza li ġejja:

"L-ammont rimborżat ma għandux jaqbeż 48 % tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 103b(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007."

(9) Fl-Artikolu 97, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(c) sal-31 ta’ Jannar ta’ kwalunkwe sena, l-ammonti finanzjarji li jikkorrispondu għal kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent inkluża s-sena ta’ implimentazzjoni kurrenti. Għandhom jingħataw l-ammonti approvati jew dawk stmati. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull grupp ta’ produtturi u kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjan:

(i) l-ammont totali tal-perjodu annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent, il-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni, l-Istati Membri u l-gruppi ta’ produtturi u/jew il-membri tal-gruppi ta’ produtturi;

(ii) it-tqassim tal-għajnuna msemmija rispettivament fl-Artikolu 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007."

(10) Fl-Artikolu 98, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 3 għandhom isiru skont il-mudelli li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għall-Istati Membri. Dawn il-mudelli ma għandhomx japplikaw sakemm ma jkunx ġie infurmat il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli."

(11) Fl-Artikolu 112, jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

"3a. Ir-riżultati tal-verifiki fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu evalwati biex ikun stabbilit jekk kwalunkwe problema li tinqala’ hijiex ta’ natura sistemika, bil-possibbiltà ta’ irregolaritajiet fir-rigward ta’ azzjonijiet, benefiċjarji jew entitajiet simili. L-evalwazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta’ dawn is-sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżami ieħor li jista’ jkun meħtieġ, u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħtieġa.

Jekk il-verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti f’reġjun jew f’parti minn reġjun jew għal grupp ta’ produtturi speċifiku, l-Istat Membru għandu jwettaq verifiki addizzjonali matul is-sena kkonċernata u għandu jżid il-perċentwali ta’ applikazzjonijiet korrispondenti li għandhom ikunu vverifikati fis-sena ta’ wara.

3b. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema gruppi ta’ produtturi għandhom isirulhom il-verifiki fuq il-post abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

L-analiżi tar-riskju għandha tqis b’mod partikulari:

(a) l-ammont tal-għajnuna;

(b) ir-riżultati tal-verifiki fis-snin ta’ qabel;

(c) element li jiżgura l-każwalità; kif ukoll

(d) parametri oħra li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri."

(12) Jiżdied l-Anness Va, kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(13) Jiżdied l-Anness Vb, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1. Il-punti (2), (3)(b) u (12) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal pjanijiet ta’ rikonoxximent li kienu aċċettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-punt 6 tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 47(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ma għandux japplika għal pjanijiet ta’ rikonoxximent li kienu aċċettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li fir-rigward tiegħu jew:

(a) il-grupp ta’ produtturi kkonċernat diġà ta l-impenn finanzjarju tiegħu inkella daħal f’arranġament legalment vinkolanti ma’ partijiet terzi fir-rigward ta’ investimenti rilevanti msemmja fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew

(b) il-pjan ta’ rikonoxximent konċernat ikopri biss l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3. Għal pjanijiet ta’ rikonoxximent aċċettati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda li fir-rigward tiegħu il-grupp ta’ produtturi għadu ma kkommettix ruħu finanzjarjament jew għadu ma daħalx f’arranġamenti legalment vinkolanti ma’ partijiet terzi fir-rigward ta’ investimenti rilevanti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) sal- 1 ta’ Lulju 2012, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar pjanijiet ta’ rikonoxximent li għalihom japplika dan il-paragrafu;

(b) meta tistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-notifiki li jkunu waslu skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tingħata f’konformità ma’ dawk il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni;

(c) il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif stipulat f’konformità mat-tieni sunparagrafu tal-Artikolu 47(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(d) ladarba jkunu stipulati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(4) tar-Regolament ta’ Imlimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-gruppi ta’ produtturi li għalihom japplika dan il-paragrafu b’opportunità li jemendaw jew jirtiraw il-pjanijiet ta’ rikonoxximent tagħhom. Fil-każ ta’ rtirar, in-nefqa imġarrba mill-grupp ta’ produtturi wara l-aċċettazzjoni inizjali tal-pjan fir-rigward tal-formazzjoni u l-amministrazzjoni tiegħu, għandha tkun rimborżata mill-Unjoni sa ammont li ma jaqbiżx it-3 % tal-għajnuna li l-grupp ta’ produtturi jkun intitolat għaliha skont l-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jekk il-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom ikun ġie implimentat.

4. Il-punt (8) tal-Artikolu 1 ma għandux japplika għal każijiet meta t-talba għall-awtorizzazzjoni biex titħallas l-assistenza finanzjarja nazzjonali tkun approvata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, iżda meta l-Kummissjoni tkun għadha ma ddeċidietx dwar ir-rimborż tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 95 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l- 4 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

[***] ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1."

--------------------------------------------------

ANNESS I

"ANNESS Va

INVESTIMENTI MHUX ELIĠIBBLI MSEMMIJA FIT-TIENI PARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 37

1. Investimenti f’mezzi ta’ trasport li se jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni mill-grupp ta’ produtturi, għajr għal:

(a) investimenti f’mezzi interni tat-trasport; fil-mument tax-xiri, il-grupp ta’ produtturi għandu jiġġustifika b’mod xieraq mal-Istat Membru kkonċernat li l-investimenti għandhom jintużaw biss għat-trasport intern.

(b) tagħmir addizzjonali ta’ fuq il-vetturi għall-ħżin imkessaħ jew mezzi tat-trasport f’atmosfera kkontrollata.

2. Xiri ta’ art li tiswa’ iktar minn 10 % tal-infiq kollu eliġibbli fuq l-operazzjoni kkonċernata u li mhijiex mibnija, għajr meta x-xiri jkun meħtieġ sabiex jitwettaq investiment inkluż fil-pjan ta’ rikonoxximent;

3. Tagħmir sekondaman li kien mixtri permezz ta’ assistenza mill-Unjoni jew dik nazzjonali matul is-seba’ snin preċedenti.

4. Kiri, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru taċċetta l-kiri bħala alternattiva għax-xiri ġġustifikata ekonomikament.

5. Xiri ta’ proprjetà ta’ beni immobbli li kienet mixtrija permezz ta’ assistenza mill-Unjoni jew nazzjonali matul l-10 snin preċedenti.

6. Investimenti f’ishma.

7. Investimenti jew tipi simili ta’ azzjonijiet barra l-ażjendi u/jew il-binjiet ta’ grupp ta’ produtturi jew tal-membri tiegħu."

--------------------------------------------------

ANNESS II

"ANNESS Vb

Mudelli għan-notifika għal kull grupp ta’ produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 38(4)

Notifika skont l-Artikolu 38 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011

Stat Membru:

L-għadd totali ta' Gruppi ta' Produtturi proposti għal rikonoxximent:

Munita:

Munita nazzjonali

Data:

ID (jekk in- numru diġ ngħata)

Isem

L-għadd ta' membri

Snin fil-perjodu tat-tranżizzjoni

Snin ta' implimentazzjoni

Għajnuna għall-inkoraġġiment tal-formazzjoni u l-iffaċilitar tal-operat amministrattiv. L-Artikolu 103a (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Għajnuna biex tkopri parti mill-investimenti. L-Artikolu 103a (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Valur tal- produzzjoni kkumerċjalizzata

(L-Art 42 Reg 543/2011)

Kontribuzzjoni totali mill-Unjoni

Kontribuzzjoni totali mill-Istat Membru

Total tal-Grupp ta' Produtturi

Total

Kontribuzzjoni mill-Unjoni

Kontribuzzjoni mill-Istat Membru

Nefqa totali

Kontribuzzjoni mill-Unjoni

Kontribuzzjoni mill-Istat Membru

kontribuzzjoni tal-grupp ta' produtturi u tal- tal-membri tal- grupp ta' produtturi

(1) = (2) + (3)

(2)

(3)

(4) = (5) + (6) + (7)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9) = (2) + (5)

(10) = (3) + (6)

(11) = (1) + (4)

1/5

201…

2/5

201…

3/5

201…

4/5

201…

5/5

201…

Total

Kull Grupp ta' Produtturi (PG) għandu jimla' paġna Excel individwali

+++++ TIFF +++++

Notifika skont l-Artikolu 38 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011

Stat Membru:

L-għadd totali ta' Gruppi ta' Produtturi proposti għal rikonoxximent:

Munita:

Munita nazzjonali

Data:

L-għadd ta' Gruppi ta' Produtturi proposti għal rikonoxximent

Snin

Għajnuna għall-inkoraġġiment tal-formazzjoni u l- iffaċilitar tal-operat amministrattiv. L-Artikolu 103a (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Għajnuna biex tkopri parti mill-investimenti. L-Artikolu 103a (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Valur tal- produzzjoni kkumerċjalizzata

(L- Art 42 Reg 543/2011)

Kontribuzzjoni totali mill-Unjoni

Kontribuzzjoni totali mill-Istat Membru

Total tal-Grupp ta' Produtturi

Total

Kontribuzzjoni mill-Unjoni

Kontribuzzjoni mill-lstat Membru

Nefq a totali

Kontribuzzjoni mill-Unjoni

Kontribuzzjoni mill-lstat Membru

kontribuzzjoni tal-grupp ta' produtturi u tal- tal-membri tal-grupp ta' produtturi

(1) = (2) + (3)

(2)

(3)

(4) = (5) + (6) + (7)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9) = (2) + (5)

(10) = (3) + (6)

(11) = (1) + (4)

201…

201…

201…

201…

201…

201…

Total

Din il-paġna Excel tirreferi għall-Gruppi ta' Produtturi [PGs] kollha proposti għal rikonoxximent skont l-Istat Membru"

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet