32012R0261


Titolu u referenza

Regolament (UE) Nru 261/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

 ĠU L 94, 30.3.2012, p. 38–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (UE) Nru 261/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 14 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja [3],

Billi:

(1) Riformi suċċessivi tal-organizzazzjoni komuni tas-suq li jkopru l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, li bħalissa jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [4], ġew immirati lejn l-orjentazzjoni tas-suq, jiġifieri, li s-sinjali tal-prezzijiet jitħallew jiggwidaw id-deċiżjonijiet tar-raħħala fit-termini ta’ x’jipproduċu u kemm jipproduċu, sabiex tissaħħaħ is-sitwazzjoni kompetittiva tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u s-sostenibbiltà tiegħu fil-kuntest tal-kummerċ globalizzat. Kien għalhekk deċiż, li jiżdiedu l-kwoti gradwalment bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008 u (KE) Nru 479/2008 u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 [5], (ir-riforma "l-Verifika tas-Saħħa" tal-2008-2009), sabiex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema ta’ kwoti tal-ħalib sal-2015.

(2) Fil-perijodu mill-2007 sal-2009, seħħew żviluppi eċċezzjonali fis-swieq tas-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li fl-aħħar irriżultaw f’kollass tal-prezzijiet fl-2008/09. Inizjalment, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp fl-Oċeanja ġabu tnaqqis sinifikanti fil-provvisti, li wasslu għal żieda malajr u sinifikanti fil-prezzijiet. Għalkemm il-provvisti fid-dinja bdew jirkupraw, u l-prezzijiet bdew jirritornaw għal livelli aktar normali, il-kriżi finanzjarja u ekonomika sussegwenti affettwat b’mod negattiv lill-produtturi tal-prodotti tal-ħalib tal-Unjoni, u aggravat il-volatilità tal-prezzijiet. Żieda fil-prezzijiet tal-prodotti rriżultaw f’żieda sinifikanti tal-ispejjeż tal-għalf u spejjeż oħra ta’ input inkluż l-enerġija. Sussegwentement, tnaqqis fid-domanda madwar id-dinja, kif ukoll fl-Unjoni, inkluż id-domanda għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, f’perijodu li matulu l-produzzjoni tal-Unjoni baqgħet stabbli, wasslet għal waqgħa fil-prezzijiet tal-Unjoni sal-livell l-aktar baxx tax-xibka tas-sikurezza. Dan it-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib ma rriżultax fi prezzijiet aktar baxxi tal-prodotti tal-ħalib fil-livell tal-konsumatur, u ġġenera, għas-setturi fi tmiem il-katina, twessigħ fil-marġni gross għal ħafna mill-ħalib u prodotti u pajjiżi fis-settur tal-ħalib, u b’hekk żamm lid-domanda tagħhom milli taġġusta għall-prezzijiet baxxi tal-prodott, b’hekk naqqas l-irkupru tal-prezzijiet u ħarrax l-impatt tal-prezzijiet baxxi fuq il-produtturi tal-ħalib bil-vijabilità ta’ ħafna minnhom tpoġġiet f’riskju serju.

(3) Bħala reazzjoni għal din is-sitwazzjoni diffiċli fis-suq tal-ħalib, f’Ottubru 2009 twaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti dwar il-Ħalib (HLG), bil-għan li jiddiskuti l-arranġamenti għal żmien medju u fit-tul għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li, fil-kuntest tal-għeluq tal-kwoti tal-prodotti tal-ħalib fl-2015, kellhom jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tas-suq u d-dħul tal-produtturi tal-ħalib u t-tisħiħ tat-trasparenza tiegħu.

(4) L-HLG kiseb kontribut orali u bil-miktub minn gruppi kbar Ewropej interessati fil-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib li jirrappreżentaw lir-raħħala, lill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib, lin-negozjanti tal-prodotti tal-ħalib, lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-HLG irċieva kontibuzzjonijiet minn esperti akkademiċi mistiedna, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u mis-servizzi tal-Kummissjoni. Saret ukoll konferenza tal-partijiet interessati dwar il-ħalib fis- 26 ta’ Marzu 2010 li awtorizzat li firxa usa’ ta’ atturi fil-katina tal-provvista jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-HLG ippreżenta r-rapport tiegħu fil- 15 ta’ Ġunju 2010. Ir-rapport kien fih analiżi tal-istat attwali tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ffukaw fuq ir-relazzjonijiet kuntrattwali, is-saħħa ta’ negozjar tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jew ta’ bejn il-fergħat, it-trasparenza (inkluż aktar elaborazzjoni tal-Għodda Ewropea għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet), il-miżuri tas-suq u l-futures, l-istandards tal-ikkummerċjar u t-tikkettar tal-oriġini u l-innovazzjoni u r-riċerka. Bħala l-ewwel pass, dan ir-Regolament jindirizza l-ewwel erbgħa minn dawn il-kwestjonijiet.

(5) L-HLG innota li s-setturi li jipproduċu u li jipproċessaw il-prodotti tal-ħalib huma differenti ħafna bejn l-Istati Membri. Hemm ukoll sitwazzjoni varjabbli ħafna bejn l-operaturi u t-tipi ta’ operaturi fi Stati Membri individwali. Madankollu f’ħafna każijiet il-konċentrazzjoni tal-provvista hija baxxa li tirriżulta fi żbilanċ fis-saħħa tan-negozjar fil-katina tal-provvista bejn ir-raħħala u l-imħaleb. Dan l-iżbilanċ jista’ jwassal għal prattiki kummerċjali mhux ġusti; b’mod partikolari, ir-raħħala jistgħu ma jkunux jafu fil-mument tal-kunsinja liema prezz ikunu sejrin jirċievu għall-ħalib tagħhom minħabba li l-prezz huwa spiss iffissat ħafna aktar tard mill-imħaleb fuq il-bażi tal-valur miżjud miksub, li huwa ħafna drabi lil hinn mill-kontroll tar-raħħala.

(6) Hemm għalhekk problema ta’ trażmissjoni tal-prezz tul il-katina, b’mod partikolari rigward il-prezzijiet tal-prodott meta jitlaq mir-razzett, li l-livell tagħhom ġeneralment ma jevolvix skont l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. Min-naħa l-oħra, matul l-2009, il-provvista tal-ħalib ma ġietx aġġustata fil-pront għal domanda aktar baxxa. Fil-fatt, f’xi Stati Membri produtturi kbar, ir-raħħala irreagixxew għal prezzijiet aktar baxxi, billi pproduċew aktar milli fis-sena preċedenti. Il-valur miżjud fil-katina tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib sar dejjem aktar ikkonċentrat fis-setturi aktar ‘l isfel fil-katina, speċjalment fl-imħaleb u l-bejjiegħa bl-imnut, bi prezz finali għall-konsumatur li ma jkunx rifless fil-prezz imħallas lill-produtturi tal-ħalib. L-atturi kollha fil-katina tal-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, inkluż is-settur tad-distribuzzjoni, għandhom jiġu inkuraġġiti jikkollaboraw biex jindirizzaw dan l-iżbilanċ.

(7) Fil-każ tal-imħaleb, il-volum ta’ ħalib li jiġi kkunsinjat lilhom matul l-istaġun mhux dejjem ikun ippjanat sew. Anke fil-każ ta’ kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib li huma proprjetà tar-raħħala, li għandhom l-faċilitajiet tal-ipproċessar, u jipproċessaw 58 % tal-ħalib mhux ipproċessat tal-Unjoni, hemm nuqqas potenzjali ta’ addattament tal-provvista għad-domanda: ir-raħħala huma obbligati li jikkunsinjaw il-ħalib tagħhom kollu għall-kooperattiva tagħhom u l-kooperattiva hija obbligata li taċċetta dak il-ħalib kollu.

(8) L-użu ta’ kuntratti formalizzati u bil-miktub li jinkludu elementi bażiċi konklużi qabel il-kunsinja mhuwiex mifrux. Madankollu, tali kuntratti jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi fil-katina tal-prodotti tal-ħalib u sabiex iżidu l-kuxjenza dwar il-bżonn li jittieħed kont aħjar tas-sinjali tas-suq, biex titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet u biex jaddattaw il-provvista mad-domanda, kif ukoll biex jgħinu biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti.

(9) Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar tali kuntratti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sistemi tagħhom tal-liġi kuntrattwali, jiddeċiedu li jagħmlu użu ta’ dawn il-kuntratti obbligatorji sakemm jagħmlu dan b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni u jirrispettaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni. Fid-dawl tad-diversità tas-sitwazzjonijiet li jeżistu madwar l-Unjoni fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-liġi tal-kuntratti, fl-interessi tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Għandhom japplikaw kundizzjonijiet ugwali għall-kunsinji kollha ta’ ħalib mhux ipproċessat f’territorju partikolari. Għalhekk, jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu, minn raħħal lil proċessur tal-ħalib għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-kunsinji ta’ ħalib mhux ipproċessat li jkun ġej minn Stati Membri oħra iżda mhux neċessarju li tapplika għall-kunsinji lil Stati Membri oħra. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jirrikjedux l-ewwel xerrej jagħmel offerta bil-miktub lir-raħħal biex jidħol f’tali kuntratt.

(10) Sabiex jiġu żgurati standards minimi xierqa għal kuntratti bħal dawn u biex jiġi żgurat li l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq komuni jaħdmu sew, għandhom jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet bażiċi għall-użu ta’ kuntratti bħal dawn fuq il-livell tal-Unjoni. Dawn il-kundizzjonijiet bażiċi kollha għandhom, madankollu, jiġu nnegozjati bil-libertà. Madankollu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabilità tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u s-suq għall-produtturi tal-ħalib f’ċerti Stati Membri fejn l-użu ta’ kuntratti estremament qosra hu mifrux mhux ħażin, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu tul ta’ żmien minimu għal kuntratti li għandu jiġi inkluż f’ tali kuntratti u/jew offerti. Tali tul ta’ żmien minimu għandu madankollu jiġi impost biss fuq kuntratti bejn l-ewwel xerrejja u l-produtturi tal-ħalib jew fl-offerti li jsiru mill-ewwel xerrejja lill-produtturi tal-ħalib. Barra minn hekk, m’għandux ixekkel il-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-produtturi tal-ħalib għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu li ma jidħlux f’dan it-tul ta’ żmien minimu jew li jirrifjutawh. Fost il-kundizzjonijiet bażiċi, huwa importanti li l-prezz pagabbli għall-kunsinja ikun jista’ jiġi stabbilit fil-kuntratt, skont l-għażla tal-partijiet kontrattanti, bħala prezz statiku jew prezz li jvarja li jiddependi fuq fatturi ddefiniti, bħall-volum u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinjat, mingħajr ma tiġi eskluża l-possibilità ta’ kumbinazzjoni ta’ prezz statiku għal ċertu volum u prezz ta’ formula għal volum addizzjonali ta’ ħalib mhux ipproċessat ikkunsinjat f’kuntratt wieħed.

(11) Kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib li jkollhom fl-istatuti tagħhom jew fir-regoli u deċiżjonijiet ibbażati fuqhom, dispożizzjonijiet b’effetti simili għal dawk tal-kundizzjonijiet bażiċi għall-kuntratti mniżżla f’dan ir-Regolament għandhom, għal raġunijiet ta’ sempliċità, jiġu eżentati mill-ħtieġa li jsir kuntratt bil-miktub.

(12) Sabiex tissaħħaħ l-effettività tas-sistema bbażata fuq kuntratti stipulata hawn fuq, meta partijiet intermedjarji jiġbru l-ħalib mingħand ir-raħħala biex jgħadduh lill-proċessuri, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibilità li japplikaw dik is-sistema ukoll lill-dawk l-intermedjarji

(13) L-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li r-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss safejn ikun determinat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-qafas tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli.

(14) Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp vijabbli tal-produzzjoni u sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għar-raħħala tal-prodotti tal-ħalib, is-saħħa tan-negozjar tagħhom vis-à-vis il-proċessuri tal-ħalib għandha tissaħħaħ u għalhekk għandha tirriżulta fi tqassim aktar ġust tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista. Għalhekk, sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, għandha tiġi adottata dispożizzjoni skont l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-TFUE sabiex tippermetti lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi magħmula unikament minn raħħala tal-prodotti tal-ħalib jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom biex jinnegozjaw b’mod konġunt it-termini tal-kuntratt, inkluż il-prezz, għal parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni kollha tal-membri tagħha mal-imħaleb. Madankollu, huma biss l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jfittxu u jakkwistaw rikonoxximent skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, inklużi l-kooperattivi, li jipproċessaw il-ħalib mhux ipproċessat kollu tal-membri tagħhom billi l-ebda kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat lil proċessuri oħra ma hi involuta. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibilità ta’ rikonoxximent de facto taħt dan ir-Regolament għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi eżistenti rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali.

(15) Sabiex ma jiddgħajjifx il-funzjonament effikaċi tal-kooperattivi u fl-interess taċ-ċarezza, għandu jiġi speċifikat li meta sħubija ta’ raħħal f’kooperattiva tinvolvi obbligu, fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħalib kollha tar-raħħal jew parti minnha, li jiġi kkunsinjat ħalib mhux ipproċessat, li għalih dawk il-kundizzjonijiet huma stipulati fl-istatut tal-kooperattiva jew fir-regoli u deċiżjonijiet ibbażati fuqhom, dawk il-kundizzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal negozjar min-naħa ta’ organizzazzjoni tal-produtturi.

(16) Barra minn hekk, sabiex tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, din il-possibbiltà għandha tkun soġġetta għal limiti adatti espressi f’termini ta’ persentaġġ tal-produzzjoni tal-Unjoni u tal-produzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru kopert minn tali negozjati. Il-limitu espress f’termini ta’ persentaġġ tal-produzzjoni nazzjonali għandu japplika l-ewwel għall-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat fl-Istat Membru produttur jew f’kull wieħed mill-Istati Membri produtturi. L-istess limitu ta’ persentaġġ għandu japplika wkoll għall-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat li jiġi kkunsinjat lil kwalunkwe Stat Membru partikolari ta’ destinazzjoni.

(17) Minħabba l-importanza tad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) b’mod partikolari għar-reġjuni rurali vulnerabbli, u bil-għan li jiġi żgurat il-valur miżjud u biex tinżamm il-kwalità, partikolarment, tal-varjetajiet ta’ ġobon li jibbenefikaw minn DPO jew IĠP, u fil-kuntest tal-fatt li s-sistema tal-kwoti tal-ħalib qiegħda tiskadi, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw regoli biex jirregolaw il-provvista ta’ tali ġobon prodott fiż-żona ġeografika definita. Ir-regoli għandhom ikopru l-produzzjoni kollha kemm hi tal-ġobon ikkonċernat u għandhom jintalbu minn organizzazzjoni interprofessjonali, organizzazzjoni tal-produtturi jew grupp kif definit fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal- 20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġni għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [6]. Tali talba għandha tkun appoġġjata minn maġġoranza kbira ta’ produtturi tal-ħalib li tirrappreżenta l-maġġorparti l-kbira tal-volum tal-ħalib użat għal dak il-ġobon u, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat u ta’ gruppi, mill-maġġorparti l-kbira tal-produtturi tal-ġobon li jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon. Barra minn hekk, dawn ir-regoli għandhom jiġu soġġetti għal kundizzjonijiet stretti, b’mod partikolari bil-għan li jiġi evitat li ssir ħsara lill-kummerċ tal-prodotti fi swieq oħra u biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-minoranzi. Stati Membri għandhom immedjatament jippubblikaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-regoli adottati, jiżguraw li jsiru spezzjonijiet regolari, u jirrevokaw ir-regoli f’każ li ma jkunx hemm konformità.

(18) F’xi setturi ġew introdotti regoli fuq il-livell tal-Unjoni għal organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat. Dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom rwoli utli sabiex jippermettu djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati wkoll fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, flimkien mad-dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-pożizzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-liġi tal-kompetizzjoni, sakemm l-attivitajiet ta’ dawk l-organizzazzjonijiet ma jgħawġux il-kompetizzjoni jew is-suq intern jew jaffettwaw b’mod ħażin il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq agrikolu. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-atturi relevanti kollha jieħdu sehem fl-organizzazzjonijiet interprofessjonali.

(19) Sabiex issegwi l-iżviluppi fis-suq, il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni f’waqtha dwar il-volumi tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinjat. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex tiżgura li l-ewwel xerrej jikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri b’mod regolari u li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

(20) Il-Kummissjoni għandha bżonn ukoll ta’ notifiki mill-Istati Membri fir-rigward tan-negozjati kuntrattwali, ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat kif ukoll ir-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għall-fini li tiġi mmonitorjata u analizzata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipprepara r-rapporti li għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-suq tal-prodotti tal-ħalib.

(21) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma ġġustifikati fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib u l-istruttura tal-katina tal-provvista. Huma għandhom għalhekk jiġu applikati għal perijodu twil biżżejjed li jippermettilhom li jkollhom effett totali. Madankollu, minħabba n-natura wiesgħa tagħhom, huma għandhom ikunu temporanji u soġġetti għal reviżjoni bil-għan li wieħed ikun jista’ jara kif tħaddmu u jekk għandhomx ikomplu japplikaw. Dan għandu jiġi ttrattat f’żewġ rapporti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, li partikolarment ikopru inċentivi potenzjali biex ir-raħħala jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta li għandhom jiġu sottomessi sat- 30 ta’ Ġunju 2014 u sal- 31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament.

(22) L-ekonomija ta’ ċerti reġjuni żvantaġġjati fl-Unjoni tiddependi b’mod qawwi fuq il-produzzjoni tal-ħalib. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni, il-politiki ġenerali jeħtieġ li jiġu adattati biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tagħhom. Il-politika agrikola komuni diġà fiha miżuri speċifiċi għal dawk ir-reġjuni żvantaġġjati. Miżuri ta’ politika addizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib f’ tali reġjuni. Dawn l-effetti għandhom madankollu jiġu evalwati fir-rapporti msemmija hawn fuq fuq il-bażi li l-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tkun tista’ tissottometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23) Bil-għan li jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabilitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jiġu definiti b’mod ċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali u tal-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, ir-regoli dwar l-istabbiliment u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna amministrattiva fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u l-kalkolu tal-volum tal-ħalib mhux ipproċessat koperti min-negozjati minn organizzazzjoni tal-produtturi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(24) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat, in-notifikazzjonijiet minn dawk l-organizzazzjonijiet tal-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn negozjati, in-notifikazzjonijiet li jridu jsiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni rigward dawk l-organizzazzjonijiet u r-regoli għar-regolamentazzjoni tal-provvista tal-ġobon li tibbenefika minn DPO jew minn IĠP, f’regoli dettaljati rigward ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-kontenut, il-format u l-iskedar tad-dikjarazzjonijiet obbligatorji f’dak is-settur, ċerti aspetti tal-kuntratti għall-kunsinja mir-raħħala ta’ ħalib mhux ipproċessat u n-notifika, lill-Kummissjoni, tal-għażliet meħuda mill-Istat Membru f’dan ir-rigward għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni [7].

(25) Fid-dawl tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u minħabba n-natura speċjali ta’ dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011 jekk ċerti ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib humiex inkompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, jekk in-negozjati minn organizzazzjoni tal-produtturi rigward iktar minn Stat Membru wieħed jistgħux isiru u jekk ċerti regoli stabbiliti mill-Istati Membri biex jirregolaw il-provvista ta’ tali varjetajiet ta’ ġobon b’DPO jew minn IĠP għandhomx jiġu rrevokati.

(26) Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122, il-punt li ġej ġie miżjud:

"(iiia) ħalib u prodotti tal-ħalib;";.

(2) fl-Artikolu 123, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat li:

(a) ikunu talbu formalment ir-rikonoxximent u huma magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u marbut ma’ tal-anqas wieħed mill-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista: l-ipproċessar jew il-kummerċ, inkluża d-distribuzzjoni, tal-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

(b) ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha jew xi wħud minn dawk imsemmija fil-punt (a);

(c) iwettqu f’reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, b’kont meħud tal-interessi tal-membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat u tal-konsumaturi, attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) ikunu jtejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ data statistika fuq il-prezzijiet, volumi u tul ta’ kuntratti għall-kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat li kienu diġà ġew konklużi preċedentement, u permezz tal-provvista ta’ analiżi ta’ żviluppi potenzjali futuri tas-suq fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali;

(ii) ikunu jgħinu l-koordinazzjoni aħjar tal-mod li bih il-prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jitpoġġew fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji tas-suq;

(iii) jippromwovu l-konsum u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kemm fis-suq intern kif ukoll f’dak estern;

(iv) jesploraw is-swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

(v) ifasslu formoli standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta’ ħalib mhux ipproċessat lix-xerrejja u/jew il-forniment ta’ prodotti pproċessati lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jintlaħqu kundizzonijiet kompetittivi ġusti u li jiġi evitat it-tagħwiġ tas-suq;

(vi) jagħtu informazzjoni u jwettqu r-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata favur prodotti aktar xierqa għall-ħtiġijiet tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward il-kwalità tal-prodott u ħarsien tal-ambjent;

(vii) isostnu u jiżviluppaw il-potenzjali tal-produzzjoni tas-settur tal-ħalib, inter alia billi tiġi promossal-innovazzjoni u jiġu appoġġati programmi għar-riċerka u l-iżvilupp applikati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, speċjalment sabiex jinħolqu prodotti b’valur miżjud li jkunu aktar attraenti għall-konsumatur;

(viii) ifittxu metodi li jillimitaw l-użu ta’ prodotti tas-saħħa tal-annimali filwaqt li jtejbu l-ġestjoni ta’ kontributi oħra u jtejbu s-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-annimali;

(ix) jiżviluppaw metodi u strumenti għat-titjib tal-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq;

(x) jisfruttaw il-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din il-biedja kif ukoll il-produzzjoni tal-prodotti b’denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; kif ukoll

(xi) jipromwovu l-produzzjoni integrata jew metodi oħra ta’ produzzjoni ambjentalment tajbin.";

(3) fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II, it-Taqsima li ġejja hija miżjuda:

"Taqsima IIA

Regoli li jikkonċernaw organizzazzjonijiet ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

Artikolu 126a

Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib l-entitajiet legali kollha jew partijiet definiti b’mod ċar tal-entitajiet legali li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm:

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122;

(b) ikollhom numru minimu ta’ membri u/jew ikopru volum minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fiż-żona fejn joperaw;

(c) ikun hemm evidenza suffiċjenti li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm tul iż-żmien u kemm mil-lat tal-effettività u l-konċentrazzjoni tal-provvista;

(d) ikollhom statut li hu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

2. Bħala reazzjoni għal applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li din l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b’mod effikaċi kwalunkwe mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li ġew rikonoxxuti qabel it- 2 ta’ April 2012 fuq il-bażi ta’ liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragarafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet tal-prodotturi skont il-punt (iiia) tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li kienu rikonoxxuti qabel 2 ta’ April 2012 fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sat- 3 ta’ Ottubru 2012.

4. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba’ xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta’ appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b) iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu stabbiliti minnhom, kontrolli biex jiġi aċċertat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu;

(c) f’każ ta’ nonkonformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri provduti f’dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u jiddeċiedu għandux, jekk ikun meħtieġ, jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d) jinfurmaw lill-Kummissjoni darba fis-sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu b’kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkun ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 126b

Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu lill-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kemm-il darba dawn it-tali organizzazzjonijiet:

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 123(4);

(b) iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’wieħed jew aktar mir-reġjuni tat-territorju kkonċernat;

(c) jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 123(4)(a);

(d) ma jkunux huma stess li jwettqu l-produzzjoni, l-ipproċessar jew l-ikkummerċjar ta’ prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat li ġew rikonoxxuti qabel it- 2 ta’ April 2012 fuq il-bażi ta’ liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragarafu 1 għandhom jitqiesu bħala rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat skont l-Artikolu 123(4).

3. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni ta’ bejn fergħat skont il-paragrafu 1 u/jew 2, għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni ta’ bejn fergħat fi żmien erba’ xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta’ appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b) iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu determinati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat ikunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(c) f’każ ta’ nonkonformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u jiddeċiedu għandux, jekk ikun meħtieġ, jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(i) ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

(ii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tkun involuta fi kwalunkwe ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fl-Artikolu 177a(4), bla ħsara għal kwalunkwe piena oħra li għandha tiġi imposta skont il-liġi nazzjonali;

(iii) l-organizzazzjoni ta’ bejn fergħat ma tikkonformax mal-obbligu tan-notifika msemmi fl-Artikolu 177a(2);

(e) jinfurmaw lill-Kummissjoni darba fis-sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu b’kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 126c

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib rikonoxxuta skont l-Artikolu 122, tista’ tinnegozja f’isem il-membri raħħala tagħha, rigward parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew għal din il-produzzjoni kollha, kuntratti għall-kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat minn raħħal lil proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185f(1).

2. In-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produttur jistgħu isseħħu:

(a) kemm jekk ikun hemm kif ukoll jekk ma jkunx hemm trasferiment tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mir-raħħala lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(b) kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le rigward il-produzzjoni konġunta għal uħud jew għall-membri raħħala kollha;

(c) sakemm, għal organizzazzjoni ta’ produtturi partikolari:

(i) il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati ma jaqbiżx it-3,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni; u

(ii) il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru; u

(iii) il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kunsinjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru;

(d) sakemm ir-raħħala kkonċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f’każi ġġustifikati kif dovut fejn ir-raħħala jkollhom żewġ unitajiet distinti ta’ produzzjoni li jkunu jinsabu f’żoni ġeografiċi differenti;

(e) sakemm il-ħalib mhux ipproċessat mhuwiex kopert minn obbligu ta’ kunsinja li jirriżulta mis-sħubija li raħħal ikollu f’kooperattiva skont il-kundizzjonijiet spjegati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f’dawn l-istatuti jew derivati minnhom; u

(f) sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati.

3. Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (ii) u (iii) tal-punt (c) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista’ tinnegozja skont il-paragrafu 1 sakemm, fir-rigward ta’ dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawk in-negozjati li huwa prodott jew ikkunsinjat fi Stat Membru li għandu produzzjoni annwali totali ta’ ħalib mhux ipproċessat ta’ anqas minn 500000 tunnellata ma jaqbiżx il-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru.

4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jinkludu wkoll assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, b’mezzi li tikkunsidra xierqa, l-ammonti ta’ produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-iktar informazzjoni aġġornata disponibbli.

6. B’deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tiddeċiedi f’każ individwali li n-negozjati partikolari magħmula mill-organizzazzjoni produttriċi għandu jew jinfetaħ mill-ġdid jew ma għandux iseħħ bl-ebda mod jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li jkun hemm ħsara serja għall-proċessuri SME tal-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

Għal negozjati li jkopru iktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikoli 195(2) jew 196b(2). F’każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li magħha huma relatati n-negozjati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

7. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) "awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni" tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas- 16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat [];

(b) "SME" tfisser mikroimpriża, impriża żgħira jew impriża medja skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas- 6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definzzjoni ta’ mikroimpriża, impriża żgħira jew medja [].

8. L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati skont dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 u paragrafu 6.

Artikolu 126d

Regolamentazzjoni tal-provvista għall-ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

1. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122, organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat rikonoxxuta skont l-Artikolu 123(4) jew grupp ta’ operaturi msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta’ żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta’ ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta’ ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 u, jekk ikun xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta’ dak il-ġobon li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

3. Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, ż-żona ġeografika ta’ oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 relatata ma’ dak il-ġobon.

4. Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

(a) għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom il-għan li jadattaw il-provvista ta’ dak il-ġobon skont id-domanda;

(b) għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

(c) jistgħu jsiru vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jiġġeddu wara dan il-perijodu wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(d) m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-kummerċ ta’ prodotti ħlief dawk ikkonċernati mir-regoli msemmija fil-paragrafu 1;

(e) m’għandhomx ikunu jirrigwardaw l-ebda transazzjoni wara l-ewwel darba li l-ġobon ikkonċernat jiġi kkummerċjalizzat;

(f) m’għandhomx jippermettu l-iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn il-prezzijiet jiġu stabbiliti bħala gwida jew bħala rakkomandazzjoni;

(g) m’għandhomx irendu bħala mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta’ dak il-prodott ikkonċernat li altrimenti jkun disponibbli;

(h) m’għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu biex jidħlu persuni ġodda fis-suq, jew iwasslu għal effetti ħżiena fuq il-produtturi żgħar;

(i) għandhom jikkontribwixxu għas-sostenn tal-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat.

(j) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-Artikolu 126c.

5. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli bil-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 huma rrispettati, u fejn ikun instab mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tali kundizzjonijiet ma jkunux ġew irrispettati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mill-ewwel dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

8. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin taddotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni ssib li dawk ir-regoli ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern jew jipperikolaw il-kummerċ ħieles jew li l-kisba tal-objettivi tal-Artikolu 39 tat-TFUE jkun kompromess. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) jew fl-Artikolu 196b(2).

Artikolu 126e

Is-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabilitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ikunu ddefiniti b’mod ċar, sabiex jikkontribwixxu għall-effettività tal-azzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet mingħajr xkiel żejjed, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 196a li jistipula:

(a) il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali u assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b) regoli relatati mal-istabbiliment u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti relevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(c) regoli addizzjonali rigward il-kalkolu tal-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert min-negozjati msemmija fl-Artikolu 126c(2)(c) u l-Artikolu 126c(3).

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati meħtieġa għal:

(a) l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat spjegati fl-Artikoli 126a u 126b;

(b) in-notifika msemmija fl-Artikolu 126c(2)(f);

(c) in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 126a(4)(d), l-Artikolu 126b(3)(e), l-Artikolu 126c(8) u l-Artikolu 126d(7);

(d) il-proċeduri relatati mal-għajnuna amministrattiva fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).

(4) fl-Artikolu 175 il-kliem "skont l-Artikoli 176 sa 177 ta’ dan ir-Regolament" huwa sostitwit bil-kliem "soġġett għall-Artikoli 176 sa 177a ta’ dan ir-Regolament";

(5) l-Artikolu li ġej ġie miżjud:

"Artikolu 177a

Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat rikonoxxuti bl-iskop li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 123(4)(c) ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk:

(a) il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u

(b) fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) jew l-Artikolu 196b(2), ma tkunx sabet li l-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

3. Il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel il-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jiskadi.

4. Il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li ġejjin għandhom f’kull każ ikunu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk dawn:

(a) jistgħu jwasslu għal diviżjoni ta’ kwalunkwe għamla fis-swieq tal-Unjoni;

(b) jistgħu jaffettwaw it-tħaddim korrett tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c) jistgħu joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, u mhumiex essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni segwita mill-attività tal-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat;

(d) jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet;

(e) jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma ġewx issodisfati, hija għandha, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) jew l-Artikolu 196b(2), tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE japplika għall-ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma in kwistjoni.

Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni ta’ bejn fergħat ikkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni ta’ bejn fergħat ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6. Fil-każ ta’ ftehimiet pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, toħroġ dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).";

(6) L-Artikolu 184, huwa emendat kif ġej:

(a) punt 6 ġie sostitwit b’dan li ġej:

"6. qabel il- 31 ta’ Diċembru 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2012 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib, flimkien, jekk ikunu meħtieġa, ma’ proposti adatti;";

(b) il-punt li ġej ġie miżjud:

"9. sat- 30 ta’ Ġunju 2014 u sal- 31 ta’ Diċembru 2018 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b’mod partikolari dwar il-funzjonament tal-punt (iiia) tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 u tal-Artikolu 123(4) u tal-Artikoli 126c, 126d, 177a, 185e u 185f, li jivvaluta, partikolarment, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġjati, f’rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f’tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex ir-raħħala jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta’ produzzjoni konġunta flimkien ma’ kwalunwke proposta xierqa.",

(7) L-Artikoli li ġejjin ġew imdaħħla:

"Artikolu 185e

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

Mill- 1 ta’ April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkunsinjat lilhom kull xahar.

Għall-fini ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 185f, "l-ewwel xerrej" tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex:

(a) jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt;

(b) ibigħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessal-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta’ meta għandhom isiru tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).

Artikolu 185f

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li kull kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn raħħal lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li l-ewwel xerrejja jridu jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-kunsinja mir-raħħala ta’ ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta għal kuntratt għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi li l-kunsinji, minn raħħal, ta’ ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu wkoll jiddeċiedi liema stadju jew stadji tal-kunsinja għandha/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-kunsinja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta’ kollettur wieħed jew aktar. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "kollettur" tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ.

2. Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt għandhom:

(a) isiru qabel ma ssir il-kunsinja,

(b) ikunu bil-miktub, u

(c) jinkludu, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(i) il-prezz li għandu jitħallas għall-kunsinja, li għandu:

- ikun statiku u jiġi stabbilit fil-kuntratt, u/jew

- jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkunsinjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinjat;

(ii) il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista’ u/jew għandu jiġi kkunsinjat u l-ħin ta’ dawn il-kunsinji;

(iii) it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi jew tul ta’ żmien definit jew ta’ tul indefinit bi klawsoli ta’ terminazzjoni;

(iv) id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta’ ħlas;

(v) l-arranġamenti għall-ġbir jew il-kunsinja tal-ħalib mhux ipproċessat; u

(vi) regoli applikabbli fil-każ ta’ force majeure.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ma jkunx hemm għalfejn kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat huwa kkunsinjat minn raħħal lil kooperattiva li r-raħħal huwa membru tagħha jekk l-istatuti ta’ din il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti jew li huma derivati minn dawn l-istatuti jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom effetti simili bħal dawk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

4. L-elementi kollha tal-kuntratti għall-kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat konkluż mir-raħħala, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c), għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

Minkejja l-ewwel subparagrafu,

(i) meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-kunsinja ta’ ħalib mhux ipproċessat obbligatorji skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jistabbilixxi tul ta’ żmien minimu, applikabbli biss f’kuntratti bil-miktub bejn ir-raħħal u l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u m’għandux ixekkel il-funzjonament xieraq tas-suq intern; u/jew

(ii) meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat irid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lir-raħħal skont il-paragrafu 1, huwa jista’ jagħmel dispożizzjoni li l-offerta trid tinkludi tul ta’ żmien minimu tal-kuntratt, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u m’għandux ixekkel il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-driitt tar-raħħal li jirrifjuta tali tul ta’ żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F’dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-paragrafu 2(c).

5. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażliet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 196b(2).";

(8) fil-Kapitolu I tal-Parti VII, l-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

"Artikolu 196a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li taddotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 126e(1) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit- 2 ta’ April 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 126e(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni biex tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 126e(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 196b

Il-proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna ta’ kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni ta’ Swieq Agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. []

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(9) fl-Artikolu 204, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"7. F’dak li jirrigwarda s-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-punt (iiia) tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122, l-Artikolu 123(4) u l-Artikoli 126a, 126b, 126e u 177a għandhom japplikaw mit- 2 ta’ April 2012 sat- 30 ta’ Ġunju 2020 u l-Artikoli 126c, 126d, 185e u 185f għandhom japplikaw mit- 3 ta’ Ottubru 2012 sat- 30 ta’ Ġunju 2020.".

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Għandu japplika mit- 2 ta’ April 2012.

Madankollu, l-Artikoli 126c, 126d, 185e u 185f tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif imdaħħla minn dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mit- 3 ta’ Ottubru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l- 14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. Schulz

Għall-Kunsill

Il-President

N. Wammen

[1] ĠU C 218, 23.7.2011, p. 110.

[2] ĠU C 192, 1.7.2011, p. 36.

[3] Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta’ Frar 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Frar 2012.

[4] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[5] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.

[6] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

[7] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[] ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Nota editorjali: It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġie aġġustat biex jieħu kont tar-remunerazzjoni tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Liżbona; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

[] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.";

[] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.",

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet