32012R0259


Titolu u referenza

Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta’ użu ta’ fosfati u komposti ta’ fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 94, 30.3.2012, p. 16–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 14 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta’ użu ta’ fosfati u komposti ta’ fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-atti leġislattivi ntbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja [2],

Billi:

(1) Fir-Rapport tagħha tal- 4 ta’ Mejju 2007 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni evalwat, skont ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3], l-użu tal-fosfati fid-diterġenti. Wara aktar analiżi, ġie konkluż li l-użu tal-fosfati fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandu jkun limitat sabiex titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-fosfati fid-diterġenti għal riskji tal-ewtrofikazzjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tneħħija tal-fosfati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi. Dan l-iffrankar tal-ispejjeż huwa ferm akbar mill-ispiża tar-riformulazzjoni tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur bl-alternattivi għall-fosfati.

(2) Alternattivi effiċjenti għad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat għandhom bżonn ammonti żgħar ta’ komposti oħra tal-fosfru, bażikament fosfonati li, jekk użati fi kwantitajiet akbar jistgħu jkunu ta’ tħassib għall-ambjent. Filwaqt li huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu ta’ sustanzi alternattivi bi profil ambjentali aktar favorevoli mill-fosfati u minn prodotti oħra tal-fosfru fil-manifattura tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, tali sustanzi għandhom, taħt kundizzjonijiet normali tal-użu tagħhom, ma jippreżentaw l-ebda riskju, jew riskju iżgħar, għall-bnedmin u/jew għall-ambjent. Għalhekk is-sistema REACH [4] għandha, meta jkun xieraq, tintuża biex tali sustanzi jiġu evalwati.

(3) L-interazzjoni bejn il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru teħtieġ għażla għaqlija tal-ambitu u l-livell tal-limitazzjoni fl-użu tal-fosfati fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur. Il-limitazzjoni għandha tapplika mhux biss għal fosfati, imma wkoll għal komposti tal-fosfru kollha sabiex tipprekludi sostituzzjoni sempliċi ta’ komposti tal-fosforu oħra għall-fosfati. Il-limitu tal-kontenut tal-fosfru għandha tkun baxxa biżżejjed li effettivament tipprevjeni l-marketing ta’ formulazzjonijiet tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat, filwaqt li tkun għolja biżżejjed li tippermetti l-kwantità minima tal-fosfati meħtieġa għall-formulazzjonijiet alternattivi.

(4) Attwalment mhux sewwa li jkunu estiżi l-limitazzjonijiet fuq l-użu tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għad-diterġenti industrijali u istituzzjonali fil-livell tal-Unjoni minħabba li alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli għall-użu tal-fosfati f’dawk id-diterġenti għadhom mhumiex disponibbli. Fir-rigward tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, x’aktarx li fil-futur qarib l-alternattivi jkunu ħafna aktar disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li titwaqqaf restrizzjoni fuq l-użu tal-fosfati f’dawk id-diterġenti. Tali restrizzjoni għandha tapplika minn data futura sakemm alternattivi għall-fosfati jkunu ħafna aktar disponibbli, sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda. Huwa xieraq ukoll li jiġi speċifikat kontenut massimu permessibli ta’ fosfru, ibbażat fuq evidenza li tinkludi restrizzjonijiet nazzjonali eżistenti għall-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur. Madankollu, jeħtieġ ukoll li jiġi stipulat li l-Kummissjoni, qabel ma dik ir-restrizzjoni tibda tapplika fl-Unjoni kollha, għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-valur limitu abbażi tad-data disponibbli l-aktar reċenti u, jekk ikun ġustifikat, tippreżenta proposta leġiżlattiva. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt fuq l-ambjent, l-industrija u l-konsumaturi ta’ diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur b’livelli ta’ fosfru ogħla u aktar baxxi mill-valur limitu stabbilit fl-Anness VIa u alternattivi, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet fosthom il-kost tagħhom, id-disponibbiltà, l-effiċjenza tal-ħasil u l-impatt fuq it-trattament tal-ilma mormi.

(5) Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jitħares l-ambjent billi titnaqqas l-ewtrofikazzjoni kkawżata mill-fosfru fid-diterġenti użati mill-konsumaturi. Għalhekk, ma jkunx xieraq li l-Istati Membri li diġà għandhom restrizzjonijiet rigward il-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, jiġu sfurzati jadottaw dawk ir-restrizzjonijiet qabel ma tibda tapplika ir-restrizzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ikun xieraq li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu bil-mod ir-restrizzjonijiet kif stabbiliti f’dan ir-Regolament l-iktar kmieni possibbli.

(6) Definizzjoni ta’ "ħasil" għandha tkun inkluża fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 minflok referenza għall-istandard relevanti tal-ISO biex jitħaffef il-qari, u definizzjonijiet ta’ "diterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur" u "diterġent tal-magni tal-ħasil awtomatiċi tal-platti għall-konsumatur" għandhom ikunu inklużi wkoll. Barra minn hekk, ikun xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ "tqegħid fis-suq" u li tiddaħħal definizzjoni ta’ "tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq".

(7) Sabiex tingħata informazzjoni eżatta fl-iqsar skala ta’ żmien possibbli, ikun xieraq li jiġi modernizzat il-mod li bih il-Kummissjoni tippubblika l-listi ta’ awtoritajiet kompetenti u laboratorji approvati.

(8) Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jiġi adattat għall-progress xjentifiku u tekniku, biex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar diterġenti bbażati fuq solventi u biex jiddaħħlu limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa individwali bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta’ fwieħa, il-poter li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ emendi għall-Annessi ta’ dak ir-Regolament li jkunu meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(9) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(10) Hu xieraq li jkun hemm provediment għad-differiment tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jippermetti l-operaturi, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jifformulaw mill-ġdid id-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u d-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat billi jużaw alternattivi matul iċ-ċiklu ta’ riformulazzjoni normali sabiex ikunu minimizzati l-ispejjeż tagħhom.

(11) Ġaladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-fosfati mid-diterġenti għal riskji tal-ewtrofikazzjoni, li tnaqqas l-ispejjeż tat-tneħħija tal-fosfati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi kif ukoll li tiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li l-miżuri nazzjonali bi speċifikazzjonijiet tekniċi differenti ma jistgħux jiżguraw avvanz komprensiv fil-kwalità tal-ilma li jaqsam il-fruntieri nazzjonali, u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ taddotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Konfermement mall-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanjiet.

(12) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandu jkun emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 1(2), it-tielet u r-raba’ inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej, u għandu jiżdied il-ħames inċiż:

- "— it-tikkettjar addizzjonali ta’ diterġenti, inklużi allerġeni ta’ fwieħa;

- — l-informazzjoni li l-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-persunal mediku tal-Istati Membri;

- — il-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur.";

(2) l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

"1a. "Diterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur" tfisser diterġent għall-ħwejjeġ li jitqiegħed fis-suq għall-użu minn persuni mhux professjonisti, inkluż fil-laundrettes pubbliċi.

1b. "Diterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur" tfisser diterġent imqiegħed fis-suq għall-użu f’magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi minn persuni mhux professjonali.";

(b) il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. "Ħasil" tfisser il-proċess li bih residwu mhux mixtieq jitneħħa minn substrat jew minn ġo substrat u jinġieb fi stat ta’ taħlil jew tifrix.";

(c) il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"9. "Tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jitqies li hu tqegħid fis-suq.

9a. "Tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas.";

(3) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 4a

Il-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru

Id-diterġenti elenkati fl-Anness VIa li ma jikkonformawx mal-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stabbiliti f’dak l-Anness m’għandhomx jitqegħdu fis-suq mid-dati ffissati fih.";

(4) fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-listi tal-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 1, u tal-laboratorji approvati, imsemmija fil-paragrafu 2.";

(5) fl-Artikolu 11, paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. Barra minn hekk, il-pakketti tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandu jkollhom l-informazzjoni stipulata fit-taqsima B tal-Anness VII.";

(6) l-Artikolu 12, paragrafu 3 tħassar;

(7) l-Artikoli 13 u 14 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"L-Artikolu 13

Adattament tal-Annessi

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tintroduċi l-emendi meħtieġa biex l-Annessi I sa VII u VIII jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fejn hu possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża standards Ewropej.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delagati skont l-Artikolu 13a, sabiex tintroduċi emendi fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ diterġenti bbażati fuq solventi.

3. Fejn il-limiti individwali ta’ konċentrazzjoni bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta’ fwieħa huma stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 13a sabiex tadatta l-limitu ta’ 0,01 % iffissat fit-taqsima A tal-Anness VII kif inhu xieraq.

L-Artikolu 13a

L-eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati huwa mogħti lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid- 19 ta’ April 2012. Sat- 19 ta’ Lulju 2016 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal aktar perjodi ta’ ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu..

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

L-Artikolu 14

Klawsola dwar il-moviment liberu

1. L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ diterġenti, u/jew ta’ surfactants għal diterġenti, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għal raġunijiet trattati f’dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jistabbilixxu regoli nazzjonali li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom ma ġewx stabbiliti restrizzjonijiet tal-kotenut fl-Anness VIa fejn iġġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u fejn alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli huma disponibbli.

3. L-Istati Membri jistgħu jżommu regoli nazzjonali li kienu fis-seħħ fid- 19 ta’ Marzu 2012 rigward restrizzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom għadhom ma bdewx japplikaw restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa. Tali miżuri nazzjonali eżistenti għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni sat- 30 ta’ Settembru 2012 u jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data meta japplikaw ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa.

4. Mid- 19 ta’ Marzu 2012 sal- 31 ta’ Diċembru 2016 l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali li jimplimentaw ir-restrizzjoni fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stipulati fil-punt 2 tal-Anness VIa, meta jkun ġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u meta jkunu hemm alternattivi teknikament u ekonomikament fattibli u disponibbli. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u dwar regoli fuq is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni [*****].

5. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

(8) fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Meta Stat Membru jkollu raġunijiet ġustifikabbli biex jaħseb li diterġent speċifiku, għalkemm jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali jew riskju għall-ambjent, jista’ jieħu l-miżuri provviżorji xierqa kollha skont in-natura tar-riskju, sabiex jiżgura li d-diterġent konċernat ma jibqax ikun ta’ riskju, jitneħħa mis-suq jew jiġi rtirat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien jew li d-disponibbiltà tiegħu tiġi ristretta.

L-Istat Membru għandu jinforma minnufih b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu għal din id-deċiżjoni.";

(9) l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 16

Rapport

1. Sal- 31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u fid-dawl ta’ kull informazzjoni xjentifika ġdida jew eżistenti li jkollha għad-dispożizzjoni fir-rigward ta’ sustanzi użati li fihom il-fosfati u f’formulazzjonijiet alternattivi, tevalwa permezz ta’ evalwazzjoni fid-dettal jekk ir-restrizzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandhiex tiġi modifikata. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-impatt fuq l-ambjent, l-industrija u l-konsumaturi tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur b’livelli ta’ fosfru ogħla u aktar baxxi mill-valur limitu imniżżla fl-Anness VIa, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet fosthom il-kost, id-disponibbiltà, l-effiċjenza tal-ħasil u l-impatti fuq it-trattament tal-ilma mormi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik il-valutazzjoni bir-reqqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni, abbażi ta’ din il-valutazzjoni dettaljata imsemmija fil-paragrafu 1, tqis lir-restrizzjoni tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru użati fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur teħtieġ reviżjoni, hija għandha, sal- 1 ta’ Lulju 2015, tippreżenta, proposta leġiżlattiva xierqa. Kull tali proposta għandu jkollha l-għan li timminimizza l-impatt negattiv mill-prodotti kollha tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur fuq l-ambjent usa’, filwaqt li jitqies kull kost ekonomiku kif identifikat f’dik il-valutazzjoni bir-reqqa. Sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi ta’ tali proposta, ma jiddeċidux xort’oħra sal- 31 ta’ Diċembru 2016, il-valur limitu stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandu jsir il-limitu għall-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mid-data stipulata f’dak il-punt.";

(10) l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 18

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu il-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dan jista’ jinkludi wkoll miżuri xierqa li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jipprevjenu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ diterġenti jew surfactants għal diterġenti li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament. Il-penali provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet jew kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu miżuri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jżommu konsenji ta’ diterġenti li ma jħarsux dan ir-Regolament.";

(11) it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness VIa għar-Regolament (KE) Nru 648/2004;

(12) l-Anness VII għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fit-taqsima A, it-test li ġej ġie imħassar:

"Jekk limiti individwali ta’ konċentrazzjonijiet ibbażati fuq riskji għall-allerġeni ta’ fwieħa jiġu sussegwentement stabbiliti mill-SCCNFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ tali limiti biex jissostitwixxu l-limitu ta’ 0,01 % msemmi hawn fuq. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemedaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).",

(b) it-taqsima B hija sostitwita b’dan li ġej:

"B. Tikketti b’informazzjoni dwar id-dożaġġ

Kif preskritt fl-Artikolu 11(4), id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikketti għandhom japplikaw għall-ipakkettar ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali.

Diterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ għall-Konsumatur

Il-pakketti ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali maħsuba għall-użu bħala diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

- il-kwantitajiet rakkomandati u/jew l-istruzzjonijiet dwar dożaġġi espressi f’millilitri jew grammi xierqa għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard, għal livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil u tagħmel provvediment għal proċess ta’ ħasliet f’ċiklu wieħed jew tnejn,

- għal diterġenti magħmula għal xogħol iebes, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ tgħabija ta’ drapp "maħmuġ ftit", u għal diterġenti għal drapp delikat, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ ħasla ta’ drapp "kemm kemm maħmuġin", li jistgħu jinħaslu b’kontenut ta’ pakkett f’ilma ftit tqil, li jikkorrispondi għal 2,5 millimoli CaCO3/l,

- kemm tesa’ kull kikkra ta’ kejl, jekk tkun mogħtija, għandu jkun indikat f’millimetri jew grammi, u għandu jkun hemm marki biex jindikaw id-doża xierqa ta’ diterġent għal ħasla b’magna tal-ħasil standard b’livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil.

It-tagħbija għal magni tal-ħasil standard huma ta’ 4,5 kg ta’ drapp xott għal diterġenti magħmula għal xogħol iebes u 2,5 kg ta’ drapp xott għal diterġenti magħmula għal xogħol inqas iebes, bi qbil mad-definizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/476/KE tal- 10 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti tal-Eko-tikketta Komunitarja għad-Diterġenti tal-Ħasil [******]. Diterġent għandu jitqies diterġent għal xogħol iebes sakemm id-dikjarazzjonijiet tal-manifattur jipromwovu b’enfasi qawwija l-kura tad-drapp, fi kliem ieħor, ħasil b’temperatura baxxa, fibri u kuluri delikati.

Diterġenti tal-Magni tal-Ħasil tal-Platti Awtomatiċi għall-Konsumatur

L-ipakkettar ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali maħsuba għall-użu bħala diterġenti tal-magani tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

- id-dożaġġ standard espress fi grammi jew f’ml jew f’numru ta’ pilloli għaċ-ċiklu ta’ ħasil ewlieni għal reċipjenti ta’ fuq il-mejda maħmuġin ftit f’tgħabija mimlija b’montatura ta’ 12-il post f’magna tal-ħasil tal-platti, u tagħmel provvediment, fejn rilevanti, għal livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l- 14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. Schulz

Għall-Kunsill

Il-President

N. Wammen

[1] ĠU C 132, 3.5.2011, p. 71

[2] Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Frar 2012.

[3] ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

[4] Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

[*****] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.";

[******] ĠU L 187, 20.7.1999, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/264/UE (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).".

--------------------------------------------------

ANNESS

"ANNESS VIa

IL-LIMITAZZJONIJIET TAL-KONTENUT TAL-FOSFATI U KOMPOSTI OĦRA TAL-FOSFRU

Diterġent | Limitazzjonijiet | Data li fiha l-limitazzjoni tibda tgħodd |

1.Diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur | M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,5 grammi fil-kwantità rakkomandata tad-diterġent li għandu jintuża fiċ-ċiklu ewlieni tal-proċess ta’ ħasil għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII għal ilma pjuttost tqil għal drapp "maħmuġ ftit" fil-każ ta’ diterġenti magħmula għal xogħol iebes;għal drapp "kemm kemm maħmuġ" fil-każ ta’ diterġenti magħmula għal drapp delikat. | fit- 30 ta’ Ġunju 2013. |

2.Diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur | M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,3 grammi fid-dożaġġ standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII | l- 1 ta’ Jannar 2017" |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet