32012R0208


Titolu u referenza

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2012 tad- 9 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

 ĠU L 72, 10.3.2012, p. 32–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2012

tad- 9 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b'mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal- 15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 121/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] stabbilixxa skema fejn il-prodotti tal-ikel jistgħu jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni. Għal dik il-fini, jistgħu jkunu disponibbli l-prodotti fil-ħażniet tal-intervent jew, meta ħażniet tal-intervent adattati għall-iskema tat-tqassim tal-ikel ma jkunux disponibbli, il-prodotti tal-ikel jistgħu jinxtraw mis-suq. Għall-2012 u l-2013, dik l-iskema hija inkluża fil-lista ta' miżuri eleġibbli għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni [4], f'limitu annwali ta' EUR 500 miljun.

(2) Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet annwali. Il-pjan annwali ta' tqassim għall-2012 kien adottat fl- 10 ta' Ġunju 2011 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 [5] abbażi biss tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. L-Istati Membri għandhom jiġu allokati r-riżorsi addizzjonali disponibbli fis-sena baġitarja tal-2012 għat-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar bil-bżonn fl-Unjoni b'riżultat tal-emenda tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bir-Regolament (UE) Nru 121/2012.

(3) Sabiex jiġi infurzat il-limitu baġitarju annwali, meta jkun rilevanti, l-ispejjez tat-trasferiment ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu inklużi fl-allokazzjoni finanzjarja totali disponibbli għal kull Stat Membru biex jiġi implimentat il-pjan ta' tqassim tal-2012. Barra minn hekk, għandhom jiġu aġġustati l-iskadenzi ffissati mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal- 14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni [6] għat-talbiet tal-ħlas u l-esekuzzjoni tal-ħlas mill-awtoritajiet, sabiex jiġi żġurat li r-riżorsi allokati fil-pjan ta' tqassim tal-2012 jkunu eleġibbli biss għall-appoġġ tal-Unjoni jekk dak il-ħlas jkun sar fis-sena baġitarja tal-2012.

(4) Jekk jitqies il-perjodu ta' żmien imqassar li fadal għall-Istati Membri biex jimplimentaw il-pjan ta' tqassim għall-2012 b'konsegwenza tad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 121/2012, ikun xieraq li tingħata estensjoni tal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 fir-rigward tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-pjan annwali u l-ikkompletar tal-operazzjonijiet tal-ħlas għall-prodotti mobilizzati fis-suq.

(5) Dik ir-reviżjoni tal-pjan ta' tqassim tal-2012 qed issir fi żmien meta l-arranġamenti amministrattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjan qed joqorbu lejn it-tmiem tagħhom, il-kwantitajiet tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li huma allokati mill-ġdid wara d-deċiżjoni tal-Finlandja li tirrinunzja għal parti mill-allokazzjoni tagħha tal-ħalib tat-trab xkumat jew għal valutazzjoni mill-ġdid tal-ammonti preċiżi fil-ħażniet tal-intervent ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat jekk l-Istati Membri ikunux oservaw l-obbliġi stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 li jirtiraw 70 % taċ-ċereali u t-trab tal-ħalib xkumat sal-iskadenzi ffissati f'dak l-Artikolu.

(6) Minħabba l-fatt li l-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan ta' tqassim tal-2012 huwa diġà avvanzat u biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed possibbli biex jipproċedu għall-azzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan emendat, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Fl-2012, it-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi implimentat skont il-pjan annwali ta' tqassim stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-pjan tal-2012 jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I.

Il-kwantitajiet għal kull tip ta' prodott li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent huma stabbiliti fil-punt (b) ta' dak l-Anness.

L-allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni huma stabbiliti fil-punt (c) ta' dak l-Anness.

2. L-użu taċ-ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq huwa awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Artikolu 2

It-trasferiment ġewwa l-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jiġi awtorizzat, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta-Regolament (UE) Nru 807/2010. L-allokazzjonijiet indikattivi lill-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż tat-trasferimenti ġewwa l-Unjoni, kif metħieġ skont il-pjan annwali ta' tqassim imsemmi fl-Artikolu 1, huma stabbiliti fil-punt (d) tal-Anness I."

(2) L-Artikoli 2a sa 2d huma mdaħħla:

"Artikolu 2a

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan annwali ta' tqassim tal-2012 għandu jintemm fit- 28 ta' Frar 2013.

Artikolu 2b

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim għall-2012, l-operazzjonijiet ta' ħlas għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti mill-operatur, fil-każ ta' prodotti li għandhom jiġu mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għandhom jitwettqu qabel il- 15 ta' Ottubru 2012.

Artikolu 2c

Għall-pjan ta' tqassim tal-2012, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, fejn ikun rilevanti, ma għandhomx japplikaw għall-kwantitajiet tal-ħażniet tal-intervent li ġejjin:

(a) 5,46 tunnellata ta' ċereali maħżuna fir-Renju Unit u allokati lill-Bulgaria;

(b) 0,651 tunnellata ta' ċereali maħżuna fil-Finlandja u allokati lill-Bulgaria;

(c) 249,04 tunnellata ta' ċereali maħżuna fi Franza u allokati lil Franza;

(d) 635,325 tunnellata ta' ħalib tat-trab xkumat,maħżuna fl-Estonja u allokati lill-Estonja.

Artikolu 2d

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim tal-2012, għandhom jitressqu talbiet għall-ħlas lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru sat- 30 ta' Settembru 2012. Ħlief f'każi ta' force majeure, ma jiġux aċċettati talbiet li jitressqu wara dik id-data.

Għandha tkun eleġibbli biss in-nefqa fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I, għall-finanzjament mill-Unjoni, jekk din tkun tħallset mill-Istat Membru lill-benefiċjarju sa mhux aktar tard mill- 15 ta' Ottubru 2012."

(3) L-Annessi I u II huma sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id- 9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

[3] ĠU L 44, 16.2.2012, p. 1.

[4] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

[5] ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.

[6] ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

PJAN ANNWALI TA' TQASSIM GĦALL-2012

(a) Ammonti totali tar-riżorsi finanzjarji elenkati għal kull Stat Membru:

(f'EUR) |

Stat Membru | Ammont |

Il-Belġju | 11710463 |

Il-Bulgarija | 21439346 |

Ir-Repubblika Ċeka | 135972 |

L-Estonja | 2359486 |

L-Irlanda | 2594467 |

Il-Greċja | 21651199 |

Spanja | 80401345 |

Franza | 70563823 |

L-Italja | 95641425 |

Il-Latvja | 5558220 |

Il-Litwanja | 7491644 |

Il-Lussemburgu | 171704 |

L-Ungerija | 13715022 |

Malta | 721992 |

Il-Polonja | 75296812 |

Il-Portugall | 19332607 |

Ir-Rumanija | 60689367 |

Is-Slovenja | 2533778 |

Is-Slovakkja | 5098384 |

Il-Finlandja | 2892944 |

Total | 500000000 |

(b) Kwantità għal kull tip ta' prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intevent tal-Unjoni għat-tqassim għal kull Stat Membru fil-limiti stabbiliti fil-punt(a) ta' dan l-Anness:

(f'tunnellati) |

Stat Membru | Ċereali | Ħalib tat-trab xkumat |

Il-Belġju | | 1560,275 |

Il-Bulgarija | 39150,874 | |

Ir-Repubblika Ċeka | 450,000 | |

L-Estonja | | 635,325 |

L-Irlanda | | 727,900 |

Il-Greċja | | 2682,575 |

Spanja | | 10093,975 |

Franza | 249,040 | 8858,925 |

L-Italja | | 12337,975 |

Il-Latvja | | 870,050 |

Il-Litwanja | | 1032,575 |

L-Ungerija | | 1807,425 |

Malta | 1230,373 | |

Il-Polonja | | 9662,825 |

Il-Portugall | | 2524,725 |

Ir-Rumanija | 112527,069 | |

Is-Slovenja | | 287,750 |

Is-Slovakkja | 8976,092 | |

Il-Finlandja | | 489,300 |

Total | 162583,448 | 53571,600 |

(c) Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

(f'EUR) |

Stat Membru | Ammont |

Il-Belġju | 8346393 |

Il-Bulgarija | 14004438 |

Ir-Repubblika Ċeka | 70619 |

L-Estonja | 1136698 |

L-Irlanda | 1200145 |

Il-Greċja | 15656380 |

Spanja | 57977800 |

Franza | 51172604 |

L-Italja | 68479620 |

Il-Latvja | 3736468 |

Il-Litwanja | 5281095 |

Il-Lussemburgu | 161225 |

L-Ungerija | 9751550 |

Malta | 493784 |

Il-Polonja | 54100415 |

Il-Portugall | 13763634 |

Ir-Rumanija | 39979504 |

Is-Slovenja | 1883893 |

Is-Slovakkja | 3590632 |

Il-Finlandja | 1871094 |

Total | 352657991 |

(d) Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż ta' trasferiment ġewwa l-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

(f'EUR) |

Stat Membru | Ammont |

Il-Bulgarija | 2300431 |

Ir-Repubblika Ċeka | 12211 |

Il-Greċja | 126066 |

Spanja | 401345 |

Franza | 17915 |

L-Italja | 399005 |

Il-Latvja | 5509 |

L-Ungerija | 61128 |

Malta | 63361 |

Il-Polonja | 205907 |

Il-Portugall | 108700 |

Ir-Rumanija | 5970071 |

Is-Slovenja | 7073 |

Is-Slovakkja | 305884 |

Il-Finlandja | 15394 |

Total | 10000000 |

ANNESS II

(a) Trasferimenti taċ-ċereali ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena baġitarja 2012:

| Kwantità (f'tunnellati) | Detentur | Riċevitur |

1 | 33989,414 | Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja | Държавен фонд "Земеделие" — Разплащателна агенция, il-Bulgarija |

2 | 5161,460 | RPA, Ir-Renju Unit | Държавен фонд "Земеделие" — Разплащателна агенция, il-Bulgarija |

3 | 450,000 | SJV, L-Isvezja | SZIF, Ir-Repubblika Ċeka |

4 | 1230,373 | SJV, L-Isvezja | L-Aġenzija tal-Pagamenti tal-Ministeru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, Malta |

5 | 16856,043 | BLE, Il-Ġermanja | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija |

6 | 41360,295 | Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija |

7 | 54310,731 | SJV, L-Isvezja | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija |

8 | 147,000 | FranceAgriMer, Franza | Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja |

9 | 8829,092 | SJV, L-Isvezja | Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja |

(b) Trasferimenti tat-trab tal-ħalib xkumat ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena tal-baġit 2012:

| Kwantità (f'tunnellati) | Detentur | Riċevitur |

1 | 2682,575 | BLE, Il-Ġermanja | OPEKEPE, Il-Greċja |

2 | 330,350 | SZIF, Ir-Repubblika Ċeka | FEGA, Spanja |

3 | 6308,425 | OFI, L-Irlanda | FEGA, Spanja |

4 | 3455,200 | RPA, Ir-Renju Unit | FEGA, Spanja |

5 | 2118,875 | RPA, Ir-Renju Unit | FranceAgriMer, Franza |

6 | 7904,825 | BIRB, Il-Belġju | AGEA, L-Italja |

7 | 1476,375 | OFI, L-Irlanda | AGEA, L-Italja |

8 | 2749,625 | Dienst Regelingen Roermond, Il-Pajjiżi l-Baxxi | AGEA, L-Italja |

9 | 207,150 | SJV, L-Isvezja | AGEA, L-Italja |

10 | 870,050 | Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja | Servizz ta' Appoġġ Rurali Il-Latvja |

11 | 1807,425 | RPA. Ir-Renju Unit | Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal. L-Ungerija |

12 | 3294,150 | BLE. Il-Ġermanja | ARR. Il-Polonja |

13 | 1675,025 | Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja | ARR. Il-Polonja |

14 | 4692,825 | RPA. Ir-Renju Unit | ARR. Il-Polonja |

15 | 2524,275 | RPA. Ir-Renju Unit | IFAP I.P. Il-Portugall |

16 | 287,750 | Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi | Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja. Is-Slovenja |

17 | 489,300 | Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi | Aġenzija għall-Affarijiet Rurali. Il-Finlandja |

"

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet