32012L0024


Titolu u referenza

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/24/UE tat- 8 ta’ Ottubru 2012 li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-konnesjonijiet motorizzati ta’ tratturi u l-protezzjoni tagħhom Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 274, 9.10.2012, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/24/UE

tat- 8 ta’ Ottubru 2012

li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-konnesjonijiet motorizzati ta’ tratturi u l-protezzjoni tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE [1], u b’mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1) It-Taqsima 4.2 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE [2] tistipula dispożizzjonijiet ġenerali għal konnessjoni motorizzata (PTO) fuq quddiem. It-Tabella 2 ta’ dak l-Anness tistipula l-applikazzjoni tal-istandard ISO 8759-1:1998 għall-kategoriji ta’ tratturi mgħammra b’konnessjoni motorizzata fuq quddiem li jistabbilixxi wkoll dimensjonijiet għall-postazzjoni tal-PTO ta’ quddiem. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti għall-postazzjoni mhumiex kompatibbli ma’ għadd kbir ta’ tratturi għall-agrikoltura u l-foresti minħabba r-rekwiżiti ġodda tad-disinn.

(2) Ir-rekwiżiti għal konnessjoni motorizzata ta’ quddiem li huma stabbiliti fid-Direttiva 86/297/KEE jikkonċernaw biss kwistjonijiet ta’ sikurezza, jiġifieri, il-postazzjoni tal-PTO, ir-rekwiżiti ta’ lqugħ u ż-żona l-vojta (mhux iħallini ndaħħallek kumment allura ħa nniżlu hawn: fil-Euramis sibtha żona ta’ żgombru u togħġobni iktar wara li rajt xi tfisser eżattament "clearance zone". F’idejk. Il-postazzjoni tal-PTO impost bid-Direttiva 86/297/KEE mhux kompatibbli ma’ diversi kategoriji ta’ tratturi li attwalment jinsabu fis-suq u l-għodod immuntati tagħhom. It-Tabella 2 tal-Anness I tad-Direttiva 86/297/KEE diġà teskludi l-kategoriji tat-tratturi T4.1 u T4.3 mir-rekwiżiti tal-postazzjoni.

(3) Tratturi tal-kategoriji T1, T2, T3, T4.2 u T5, apparti dawk tal-kategoriji T4.1 u T4.3 li attwalment huma eżentati mir-rekwiżiti tal-klawsola 4.2 tal-istandard ISO 8759-1:1998, ma jistgħux ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(4) Bosta tratturi jistgħu jkunu mgħammra b’tipi ta’ konnessjoni motorizzata speċjali, li għalihom l-istandard ISO 8759-1:1998 ma japplikax.

(5) Fil-każ ta’ tratturi tal-kategorija T3, l-istandard japplika biss meta t-trattur ikun mgħammar b’konnessjoni motorizzata kif speċifikat f’dak l-istandard. Madankollu, kategoriji oħra ta’ vetturi, bħat-tratturi T2 u ċerti tratturi T1 iżgħar, jistgħu jiġu mgħammra b’tipi ta’ konnessjonijiet motorizzati speċjali, li mhumiex koperti mill-istandard. Konsegwentement, l-eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-istandard ISO 8759-1:1998 għandha tiġi estiża wkoll għal tratturi tal-kategoriji T1 u T2.

(6) Hemm diffikultajiet tal-istess tip fil-kategoriji C korrispondenti.

(7) Billi l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard ISO 8759-1:1998 bl-eċċezzjoni tal-klawsola 4.2, għandhom japplikaw għat-tratturi kollha tal-kategoriji T u C li huma mgħammra b’konnessjonijiet motorizzati ta’ quddiem, it-Tabella 2 ma tibqax meħtieġa u għaldaqstant għandha titħassar.

(8) Għaldaqstant, id-Direttiva 86/297/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

(9) Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 86/297/KEE huwa emendat kif ġej:

(1) Il-punt 4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.2. Dispożizzjonijiet għal konnessjonijiet motorizzati ta’ quddiem

L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 8759-1:1998, bl-eċċezzjoni tal-klawsola 4.2. tiegħu, japplikaw għat-tratturi kollha tal-kategoriji T u C li huma mgħammra b’konnessjonijiet motorizzati kif speċifikat f’ dan l-istandard."

(2) It-Tabella 2 titħassar.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Ottubru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill- 1 ta’ Novembru 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it- 8 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[2] ĠU L 186, 8.7.1986, p. 19.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet