32011R1230


Titolu u referenza

Regolament (UE) Nru 1230/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni

 ĠU L 326, 8.12.2011, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (UE) Nru 1230/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas- 16 ta’ Novembru 2011

li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja [1],

Billi:

(1) It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ.

(2) Numru ta’ atti relattivi għall-politika kummerċjali komuni saru obsoleti, anki jekk formalment baqgħu fis-seħħ.

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1471/88 tas- 16 ta’ Mejju 1988 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet tal-patata ħelwa u l-lamtu tal-majoka intiżi għal ċerti użi [2] eżawrixxa l-effetti tiegħu billi l-kontenut tiegħu ġie inkorporat f'atti suċċessivi.

(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 478/92 tal- 25 ta’ Frar 1992 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 23091011 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex23099041, li joriġina fil-Gżejjer Faeroe u jkun ġej minnhom [3] kien intiż sabiex jiftaħ kwota tariffarja għas-sena 1992 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 tas- 26 ta’ Ottubru 1992 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [4] kien jittratta sitwazzjoni temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat- 28 ta’ Ottubru 1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu [5] kien intiż sabiex jippermetti tnaqqis fid-dazju doganali li jirriżulta minn ftehim internazzjonali li sussegwentement ġie sostitwit bil-ftehim ffirmat mal-Eġittu fit- 28 ta’ Ottubru 2009 li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Ġunju 2010 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat- 12 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta’ tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej mill-Iżrael kif inhu previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael [6] eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien ibbażat fuq Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat fl-1995 li ġie sostitwit sussegwentement mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Iżrael fl- 4 ta’ Novembru 2009 u li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 2010 u li kien jipprovdi għal kwoti ġodda ta’ rata tariffarja.

(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 tad- 29 ta’ Lulju 1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu, u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk [7] eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien intiż bħala strument interim għall-perjodu ta’ qabel ma daħlu fis-seħħ il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Alġerija fit- 22 ta’ April 2002 li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Settembru 2005, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Marokk fis- 26 ta’ Frar 1996 li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Marzu 2000 u li l-annessi agrikoli tiegħu ġew modifikati minn ftehimiet li daħlu fis-seħħ fl-2003 u l-2005, u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Eġittu fit- 28 ta’ Ottubru 2009 li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Ġunju 2010.

(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2798/1999 tas- 17 ta’ Diċembru 1999 li jistipula regoli ġenerali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2000 sal- 31 ta’ Diċembru 2000 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 906/98 [8] introduċa miżura applikabbli biss fis-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2000 tal- 24 ta’ Jannar 2000 li jġedded għall-2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji fl-1995 għal ċerti prodotti agrikoli proċessati [9] kien ikopri biss is-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/910/KE tas- 26 ta’ April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-waħda, Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, Fiġi, ir-Repubblika Kooperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, San Kristofru u Nevis, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe, u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodi ta’ kunsinna 2003/2004 u 2004/2005 [10] kienet ta’ natura temporanja u għalhekk eżawrixxiet l-effetti tagħha.

(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1923/2004 tal- 25 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet għall-Konfederazzjoni Svizzera fil-forma ta’ kwoti Komunitarji tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli proċessati [11] introduċa miżura applikabbli mill- 1 ta’ Mejju sal- 31 ta’ Diċembru 2004 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE tas- 16 ta’ April 2007 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 [12] eżawrixxiet l-effetti tagħha billi l-kontenut tagħha ġie inkorporat f'atti sussegwenti.

(14) Numru ta’ atti li jikkonċernaw ċerti pajjiżi saru obsoleti wara l-adeżjoni ta’ dawk il-pajjiżi mal-Unjoni.

(15) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/658/KE tal- 24 ta’ Settembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, min-naħa l-oħra, u għall-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, min-naħa l-oħra [13] saret obsoleta wara l-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni.

(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 278/2003 tas- 6 ta’ Frar 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Polonja [14] sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Polonja mal-Unjoni.

(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2003 tat- 2 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Ungerija u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Ungerija [15] sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni.

(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1039/2003 tat- 2 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Estonja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Estonja [16] sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Estonja mal-Unjoni.

(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2003 tat- 18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fis-Slovenja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati lejn is-Slovenja [17] sar obsolet wara l-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni.

(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2003 tat- 18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mil-Latvja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Latvja [18] sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Latvja mal-Unjoni.

(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1088/2003 tat- 18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Litwanja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Litwanja [19] sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Litwanja mal-Unjoni.

(22) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat- 18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Slovakka [20] sar obsolet wara l-adeżjoni tas-Slovakkja mal-Unjoni.

(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1090/2003 tat- 18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Ċeka [21] sar obsolet wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni.

(24) Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, dawn l-atti obsoleti għandhom jitħassru,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1471/88, (KEE) Nru 478/92, (KEE) Nru 3125/92, (KE) Nru 2184/96, (KE) Nru 2398/96, (KE) Nru 1722/1999, (KE) Nru 2798/1999, (KE) Nru 215/2000, (KE) Nru 278/2003, (KE) Nru 999/2003, (KE) Nru 1039/2003, (KE) Nru 1086/2003, (KE) Nru 1087/2003, (KE) Nru 1088/2003, (KE) Nru 1089/2003, (KE) Nru 1090/2003, (KE) Nru 1923/2004 u d-Deċiżjonijiet 98/658/KE, 2004/910/KE, 2007/317/KE huma b'dan imħassra.

2. It-tħassir tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1; u

(b) il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-atti msemmijin fil-paragrafu 1 lil atti oħra tal-Unjoni li mhumiex imħassra b'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is- 16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. Buzek

Għall-Kunsill

Il-President

W. Szczuka

[1] Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Settembru 2011

[2] ĠU L 134, 31.5.1988, p. 1.

[3] ĠU L 55, 29.2.1992, p. 2.

[4] ĠU L 313, 30.10.1992, p. 3.

[5] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 1.

[6] ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7.

[7] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 16.

[8] ĠU L 340, 31.12.1999, p. 1.

[9] ĠU L 24, 29.1.2000, p. 9.

[10] ĠU L 391, 31.12.2004, p. 1.

[11] ĠU L 331, 5.11.2004, p. 9.

[12] ĠU L 119, 9.5.2007, p. 30.

[13] ĠU L 314, 24.11.1998, p. 6.

[14] ĠU L 42, 15.2.2003, p. 1.

[15] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 10.

[16] ĠU L 151, 19.6.2003, p. 1.

[17] ĠU L 163, 1.7.2003, p. 1.

[18] ĠU L 163, 1.7.2003, p. 19.

[19] ĠU L 163, 1.7.2003, p. 38.

[20] ĠU L 163, 1.7.2003, p. 56.

[21] ĠU L 163, 1.7.2003, p. 73.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet