32011R1229


Titolu u referenza

Regolament (UE) Nru 1229/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni

 ĠU L 326, 8.12.2011, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (UE) Nru 1229/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas- 16 ta’ Novembru 2011

li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-Artikolu 60, l-Artikolu 61(5) u l-Artikolu 72(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, u b’mod partikolari l-Artikolu 234(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u r-rekwiżit għal unanimità fil-Kunsill previst fl-Artikolu 234(3) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1985 [2],

Billi:

(1) It-titjib fit-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li tinsab fis-seħħ.

(2) Numru ta’ regolamenti relattivi għall-politika agrikola komuni saru obsoleti, anki jekk formalment baqgħu fis-seħħ.

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/69 tas- 17 ta’ Ottubru 1969 dwar il-finanzjament Komunitarju tan-nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari [3] eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti sussegwenti.

(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1467/70 tal- 20 ta’ Lulju 1970 li jiffissa ċerti regoli ġenerali li jirregolaw l-intervenzjoni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum [4] eżawrixxa l-effetti tiegħu bħala konsegwenza ta’ riformi suċċessivi tas-settur tat-tabakk mill-1992 ‘l hawn.

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/75 tas- 16 ta’ Diċembru 1975 dwar l-istandardizzazzjoni tat-trattament applikat mill-Istati Membri individwali għall-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri ta’ siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali [5] eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie inkluż f’atti sussegwenti.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77 tas- 17 ta’ Mejju 1977 li introduċa sistema ta’ primjums għal ħalib u prodotti tal-ħalib mhux kummerċjalizzati u għall-konverżjoni ta’ merħliet li jipproduċu l-ħalib [6] introduċa miżuri applikabbli sal-1981 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1853/78 tal- 25 ta’ Lulju 1978 li jadotta regoli ġenerali b’konnessjoni ma’ miżuri speċjali għaż-żerriegħa tar-riġnu [7] introduċa miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2874/77 tad- 19 ta’ Diċembru 1977 li jistabbilixxi miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tar-riġnu [8] li ma baqax validu fit- 30 ta’ Settembru 1984, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2580/78 tal- 31 ta’ Ottubru 1978 li jestendi s-sena 1977/78 tal-marketing taż-żejt taż-żebbuġa, li jipprovdi għall-miżuri speċjali għal dan is-settur, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 878/77 rigward ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati fl-agrikoltura [9] kien ikopri biss is-snin tas-suq 1977/78 u 1978/79 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1/81 tal- 1 ta’ Jannar 1981 li jistabbilixxi regoli ġenerali għas-sistema ta’ ammonti ta’ kumpens tal-adeżjoni għaċ-ċereali [10] kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/81 tat- 30 ta’ Ġunju 1981 li jirrestrinġi l-għajnuniet ta’ investiment għall-produzzjoni tal-ħalib [11] eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti sussegwenti.

(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2989/82 tad- 9 ta’ Novembru 1982 dwar l-għoti ta’ għajnuna għal konsum ta’ butir fid-Danimarka, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu [12] introduċa biss miżuri temporanji u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3033/83 tas- 26 ta’ Ottubru 1983 li jabolixxi l-ammont ta’ kumpens tal-"adeżjoni" applikabbli għal inbejjed likurużi [13] kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 564/84 tal- 1 ta’ Marzu 1984 dwar is-sospensjoni ta’ għajnuniet għal investiment fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib [14] kien ikopri biss is-sena 1984 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2997/87 tat- 22 ta’ Settembru 1987 li jistipula, fir-rigward tal-ħops, l-ammont ta’ għajnuna lil produtturi għall-ħsad tal-1986, u li jipprovdi għal miżuri speċjali għal ċerti reġjuni ta’ produzzjoni [15] introduċa miżuri speċjali applikabbli sas-sena 1995 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1441/88 tal- 24 ta’ Mejju 1988 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 822/87 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid [16] ta s-setgħa lill-Kunsill sabiex jemenda ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji li rriżultaw mill-adeżjoni tal-Portugall mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1720/91 tat- 13 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [17] introduċa diversi miżuri eċċezzjonali fl-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet, li kienu japplikaw sa mhux iktar tard mit- 30 ta’ Ġunju 1992, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 740/93 tas- 17 ta’ Marzu 1993 li jistipula kumpens Komunitarju għal waqfien definittiv tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Portugall [18] introduċa miżura speċjali sabiex tibqa’ implimentata sas-sena 1996 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 741/93 tas- 17 ta’ Marzu 1993 dwar l-applikazzjoni tal-prezz komuni tal-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Portugall [19] kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Portugall mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 744/93 tas- 17 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għal kunsinji ta’ prodotti għajr frott u ħxejjex fil-Portugall [20] kien dwar l-applikabbiltà għall-Portugall tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3817/92 tat- 28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għall-importazzjonijiet fi Spanja ta’ prodotti għajr frott u ħxejjex [21], li sussegwentement ġie mħassar, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2443/96 tas- 17 ta’ Diċembru 1996 li jipprovdi miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett tal-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [22] kien ikopri biss is-sena 1997 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/97 tat- 30 ta’ Ottubru 1997 dwar it-titjib tal-produzzjoni fil-Komunità tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk [23] kien intiż li jintroduċi primjum speċjali għas-sena tas-suq 1997/1998 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(22) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2330/98 tat- 22 ta’ Ottubru 1998 li jipprovdi għal offerta ta’ kumpens lil xi produtturi tal-ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib li kellhom restrizzjonijiet temporanji fit-twettieq tan-negozju tagħhom [24] kien ikopri biss miżura speċjali temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2800/98 tal- 15 ta’ Diċembru 1998 dwar miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati skont il-politika agrikola komuni minħabba l-introduzzjoni tal-euro [25] kien intiż biex jipprovdi biss għal miżuri tranżitorji u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(24) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 tas- 17 ta’ Diċembru 1998 dwar programm ta’ għoti ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa [26] kien intiż biex jipprovdi għal miżura waħda ta’ darba, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 tat- 22 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u li jiffissal-primjums u l-limiti tal-garanziji għall-weraq tat-tabakk skont il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001 [27] kien ikopri biss il-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(26) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 546/2002 tal- 25 ta’ Marzu 2002 li jiffissal-primjums u l-livelli ta’ garanziji għat-tabakk tal-werqa skont il-grupp ta’ varjetà u l-Istat Membru, għall-ħsad tal-2002, 2003 u 2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 [28] kien ikopri biss il-ħsad tal-2002, l-2003, l-2004 u tal-2005, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 tas- 17 ta’ Marzu 2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess enoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 [29] kien intiż biex jintroduċi deroga li kienet tapplika biss sal- 31 ta’ Diċembru 2008 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(28) Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, dawk l-atti obsoleti għandhom jitħassru,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2052/69, (KEE) Nru 1467/70, (KEE) Nru 3279/75, (KEE) Nru 1078/77, (KEE) Nru 1853/78, (KEE) Nru 2580/78, (KEE) Nru 1/81, (KEE) Nru 1946/81, (KEE) Nru 2989/82, (KEE) Nru 3033/83, (KEE) Nru 564/84, (KEE) Nru 2997/87, (KEE) Nru 1441/88, (KEE) Nru 1720/91, (KEE) Nru 740/93, (KEE) Nru 741/93, (KEE) Nru 744/93, (KE) Nru 2443/96, (KE) Nru 2200/97, (KE) Nru 2330/98, (KE) Nru 2800/98, (KE) Nru 2802/98, (KE) Nru 660/1999, (KE) Nru 546/2002 u (KE) Nru 527/2003 huma b’dan imħassra.

2. It-tħassir tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1; u

(b) il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-atti msemmijin fil-paragrafu 1 lil atti oħra tal-Unjoni li mhumiex imħassra b’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is- 16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. Buzek

Għall-Kunsill

Il-President

W. Szczuka

[1] ĠU C 107,6.4.2011, p. 72.

[2] Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ottubru 2011

[3] ĠU L 263, 21.10.1969, p. 6.

[4] ĠU L 164, 27.7.1970, p. 32.

[5] ĠU L 326, 18.12.1975, p. 1.

[6] ĠU L 131, 26.5.1977, p. 1.

[7] ĠU L 212, 2.8.1978, p. 1.

[8] ĠU L 332, 24.12.1977, p. 1.

[9] ĠU L 309, 1.11.1978, p. 13.

[10] ĠU L 1, 1.1.1981, p. 1.

[11] ĠU L 197, 20.7.1981, p. 32.

[12] ĠU L 314, 10.11.1982, p. 25.

[13] ĠU L 297, 29.10.1983, p. 1.

[14] ĠU L 61, 2.3.1984, p. 34.

[15] ĠU L 284, 7.10.1987, p. 19.

[16] ĠU L 132, 28.5.1988, p. 1.

[17] ĠU L 162, 26.6.1991, p. 27.

[18] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 5.

[19] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 7.

[20] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 11.

[21] ĠU L 387, 31.12.1992, p. 12.

[22] ĠU L 333, 21.12.1996, p. 2.

[23] ĠU L 303, 6.11.1997, p. 3.

[24] ĠU L 291, 30.10.1998, p. 4.

[25] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 8.

[26] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 12.

[27] ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10.

[28] ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4.

[29] ĠU L 78, 25.3.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet