32011R0680


Titolu u referenza

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2011 tal- 14 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

 ĠU L 185, 15.7.2011, p. 62–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2011

tal- 14 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 [1], u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 87(3), l-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) u l-Artikolu 131(4) tiegħu,

Billi:

(1) Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament.

(2) Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jużaw l-għażla li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-pagamenti diretti li huma esklużi mill-iskema ta’ pagament uniku.

(3) Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jużaw l-għażliet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 69(1) u 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(4) L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3.5 % tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati.

(5) Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkulati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 [2]. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri li beħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(6) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku, li jiġu billi l-limiti massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54, 68 u 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jitnaqqsu mil-limiti massimi mogħtija fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-Anness VIII msemmi sabiex tiġi ffinanzjata l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikat mill-Istati Membri u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament uniku, minħabba li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew fl-għadd ta’ drittijiet tal-bidwi għall-pagamenti.

(7) Għandhom jiġu stabbiliti l-pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2011 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament.

(8) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2011 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(9) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix fl-2011 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(10) Għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għandhom jiġu ppubblikati, abbażi tan-notifika tagħhom, il-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix fl-2011 skont l-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(11) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 69(3) u fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

4. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

5. L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stabbiliti fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

6. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

7. Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

8. L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor fl-2011, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

9. L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-2011, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.

10. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness X għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l- 14 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[2] ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont l-Artikoli 52, 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

| Il-Belġju | Id-Danimarka | Spanja | Franza | L-Italja | L-Awstrija | Il-Portugall | Is-Slovenja | Il-Finlandja | L-Isvezja |

Il-primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż | | 855 | | | | | 21892 | | 600 | |

Il-primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż | | | | | | | 7184 | | 200 | |

Il-primjum għall-baqar li jreddgħu | 77565 | | 261153 | 525622 | | 70578 | 78695 | | | |

Il-primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu | 19389 | | 26000 | | | 99 | 9462 | | | |

Il-primjum speċjali għaċ-ċanga | | 33085 | | | | | | 10077 | | 37446 |

Il-primjum għall-qtil għall-annimali adulti | | | 47175 | | | | 8657 | | | |

Il-primjum għall-qtil għall-għoġġiela | 6384 | | 560 | | | | 946 | | | |

It-tadam — l-Artikolu 54(1) | | | | 4017 | | | 16667 | | | |

Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 54(2) | | | | 33025 | 850 | | | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

| Spanja | Franza | L-Italja | Il-Pajjiżi l-Baxxi | Il-Portugall | Il-Finlandja |

–Għajnuna għaż-żrieragħ | 10347 | 2310 | 13321 | 726 | 272 | 1150 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-limiti massimi baġitarji għall-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

Nota: L-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) li huma inklużi fil-limitu massimu tal-iskema ta’ pagament uniku.

Il-Greċja: EUR 30000000

Is-Slovenja: EUR 4800000

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Il-Belġju | 6389 |

Il-Bulgarija | 19326 |

Ir-Repubblika Ċeka | 31826 |

Id-Danimarka | 15800 |

Il-Ġermanja | 2000 |

L-Estonja | 1253 |

L-Irlanda | 25000 |

Il-Greċja | 108000 |

Spanja | 247865 |

Franza | 456600 |

L-Italja | 316950 |

Il-Latvja | 5130 |

Il-Litwanja | 9503 |

L-Ungerija | 77290 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 21965 |

L-Awstrija | 11900 |

Il-Polonja | 40800 |

Il-Portugall | 32411 |

Ir-Rumanija | 25545 |

Is-Slovenja | 11699 |

Is-Slovakkja | 11000 |

Il-Finlandja | 47555 |

L-Isvezja | 3434 |

Ir-Renju Unit | 29800 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Il-limiti massimi baġitarji għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Il-Belġju | 6389 |

Il-Bulgarija | 19326 |

Ir-Repubblika Ċeka | 31826 |

Id-Danimarka | 4300 |

Il-Ġermanja | 2000 |

L-Estonja | 1253 |

L-Irlanda | 25000 |

Il-Greċja | 78000 |

Spanja | 178265 |

Franza | 272600 |

L-Italja | 147950 |

Il-Latvja | 5130 |

Il-Litwanja | 9503 |

L-Ungerija | 46164 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 14000 |

L-Awstrija | 11900 |

Il-Polonja | 40800 |

Il-Portugall | 19510 |

Ir-Rumanija | 25545 |

Is-Slovenja | 6899 |

Is-Slovakkja | 11000 |

Il-Finlandja | 47555 |

L-Isvezja | 3434 |

Ir-Renju Unit | 29800 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

L-ammonti li għandhom jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) ta’ dak ir-Regolament

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Il-Belġju | 6389 |

Id-Danimarka | 15800 |

L-Irlanda | 23900 |

Il-Greċja | 70000 |

Spanja | 144200 |

Franza | 74000 |

L-Italja | 144900 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 21965 |

L-Awstrija | 11900 |

Il-Portugall | 21700 |

Is-Slovenja | 4800 |

Il-Finlandja | 4762 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Il-limiti baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Il-Belġju | 508479 |

Id-Danimarka | 997381 |

Il-Ġermanja | 5769994 |

L-Irlanda | 1339421 |

Il-Greċja | 2223798 |

Spanja | 4676132 |

Franza | 7477752 |

L-Italja | 4048143 |

Il-Lussemburgu | 37679 |

Malta | 4726 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 852443 |

L-Awstrija | 676748 |

Il-Portugall | 435505 |

Is-Slovenja | 105247 |

Il-Finlandja | 521080 |

L-Isvezja | 724349 |

Ir-Renju Unit | 3946682 |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

Il-pakketti finanzjarji annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Il-Bulgarija | 400035 |

Ir-Repubblika Ċeka | 667365 |

L-Estonja | 80656 |

Ċipru | 40902 |

Il-Latvja | 111260 |

Il-Litwanja | 289729 |

L-Ungerija | 958593 |

Il-Polonja | 2280455 |

Ir-Rumanija | 877278 |

Is-Slovakkja | 292357 |

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri għall-għoti tal-pagamenti separati għaz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Ir-Repubblika Ċeka | 44245 |

Il-Latvja | 3308 |

Il-Litwanja | 10260 |

L-Ungerija | 41010 |

Il-Polonja | 159392 |

Ir-Rumanija | 5051 |

Is-Slovakkja | 19289 |

--------------------------------------------------

ANNESS IX

L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri għall-għoti tal-pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | |

Ir-Repubblika Ċeka | 414 |

L-Ungerija | 4756 |

Il-Polonja | 6715 |

Is-Slovakkja | 690 |

--------------------------------------------------

ANNESS X

Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti tranżizzjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 128 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2011

(f’eluf ta’ EUR) |

Stat Membru | Ċipru | Ir-Rumanija | Is-Slovakkja |

It-tadam — l-Artikolu 128(1) | | 869 | 335 |

Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam — l-Artikolu 128(2) | 3359 | | |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet