Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 tal- 10 ta’ Ġunju 2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010
ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011
tal- 10 ta’ Ġunju 2011
li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b’mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal- 15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro [2], b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal- 14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni [3], il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' tqassim li jkun iffinanzjat minn riżorsi disponibbli fis-sena baġitarja tal-2012. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent.
(2) L-Istati Membri involuti fil-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2012 kienu pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
(3) Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti.
(4) Jekk wieħed jikkunsidra l-fatt li d-disponibbiltà tal-ħażniet tal-intevent għall-forniment tal-iskema għat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn hija mnaqqsa sostanzjalment b’rabta mas-sena preċedenti, ikun xieraq li l-pjan annwali tal-2012 huwa adottat malli l-Istati Membri jkunu taw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. L-adozzjoni rapida għandha l-għan li tippermetti lill-istati Membri biex ikollhom ħin addizzjonali biex jorganizzaw l-implimentazzjoni tal-pjan annwali tal-Unjoni bil-ħsieb li tingħata l-okkazjoni lill-awtoritajiet nazzjonali biex isibu sorsi alternattivi tal-ikel.
(5) L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula li, fejn ma hemmx ross disponibbli fil-ħażniet tal-intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-forniment ta’ ross jew tal-prodotti tar-ross immobilizzati fis-suq. Skont dan, minħabba li attwalment mhemmx ħażniet tal-intervent tar-ross, għandha tiġi awtorizzata t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq.
(6) L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta’ prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan ta’ tqassim annwali. Jeħtieġ għalhekk, li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intra-Unjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan għall-2012, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
(7) Minħabba l-qagħda attwali tas-suq fis-sttur taċ-ċereali, li huwa kkaratterizzat minn livelli għolin ta' prezzijiet tas-suq, huwa xieraq, sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu żgurati, li l-garanzija finanzjarja, li għandha tkun irreġistrata mill-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni [impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment ta'] ċ-ċereali kif stipulat fl-Artikoli 4(3) u 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 tiżdied.
(8) Għall-implementazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, l-avveniment operattiv fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.
(9) Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-Kummissjoni talbet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni meta kienet qed tħejji dan il-pjan ta’ tqassim annwali.
(10) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-2012, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi implimentat skont il-pjan ta’ tqassim annwali stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
L-użu ta’ ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq huwa awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
Artikolu 2
It-trasferiment intra-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.
Artikolu 3
B’deroga mill-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2012, qabel ma jitneħħew iċ-ċereali mill-intervent, il-kuntrattur impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment għandu jirreġistra l-garanzija li tkun ekwivalenti għal EUR 150 kull tunnellata.
Artikolu 4
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l- 1 ta’ Ottubru 2011.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l- 10 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
José Manuel Silva Rodríguez
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
[2] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
[3] ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.
--------------------------------------------------
ANNESS I
PJAN ANNWALI TA’ TQASSIM GĦALL-2012
(a) Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2012 f'kull wieħed mill-Istati Membri
(f'EUR) |
Stat Membru | Tqassim |
Belgique/België | 2795058 |
България | 4183873 |
Česká republika | 122600 |
Eesti | 718782 |
Éire/Ireland | 1304105 |
Elláda | 4805742 |
España | 18084154 |
France | 15869928 |
Italia | 22103802 |
Latvija | 1558586 |
Lietuva | 1849759 |
Luxembourg | 47463 |
Magyarország | 3237794 |
Malta | 131505 |
Polska | 17310824 |
Portugal | 4524628 |
România | 12035925 |
Slovenija | 515467 |
Slovakia | 959383 |
Suomi/Finland | 1327965 |
Total | 113487343 |
(b) Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intervent tal-UE għat-tqassim f’kull Stat Membru skont l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan l-Anness:
(f’tunnellati) |
Stat Membru | Ċereali | Butir | Trab tal-ħalib xkumat |
Belgique/België | — | | 1560,273 |
България | 39144,763 | | — |
Česká republika [1] | 450,000 | | — |
Eesti [2] | — | | 383,316 |
Éire/Ireland | — | | 727,985 |
Elláda | — | | 2682,689 |
España | — | | 10095,040 |
France | — | | 8859,003 |
Italia | — | | 12338,912 |
Latvija | — | | 870,043 |
Lietuva | — | | 1032,583 |
Luxembourg [3] | — | | — |
Magyarország | — | | 1807,420 |
Malta | 1230,373 | | — |
Polska | — | | 9663,348 |
Portugal | — | | 2525,764 |
România | 112609,424 | | — |
Slovenija | — | | 287,747 |
Slovakia | 8976,092 | | — |
Suomi/Finland | — | | 741,304 |
Total | 162410,652 | | 53575,425 |
[*] Česká Republika: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 37356 li jridu jiġu kkontjati mal-allokazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat u EUR 33263 għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tal-butir tar Repubblika Ċeka.
[**] Eesti: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 30440 li għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tal-butir tal-Estonja.
[***] Luxembourg: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 44989 li għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat tal-Lussrmburgu.
--------------------------------------------------
ANNESS II
(a) Trasferimenti intra-Unjoni ta’ ċereali awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2012:
| Kwantità (tunnellati) | Detentur | Destinatarju |
1 | 33988,763 | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland | Държавен фонд "Земеделие" — Разплащателна агенция, България |
2 | 5156,000 | RPA, UK | Държавен фонд "Земеделие" — Разплащателна агенция, България |
3 | 450,000 | SJV, Sverige | SZIF, Česká Republika |
4 | 1230,373 | SJV, Sverige | Aġenzija tal-Pagamenti tal-Ministeru għar-Riżorsi Umani u l-Affarijiet Rurali, Malta |
5 | 16880,298 | BLE, Deutschland | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
6 | 41360,295 | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
7 | 54368,831 | SJV, Sverige | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |
8 | 147,000 | FranceAgriMer, France | Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika |
9 | 8829,092 | SJV, Sverige | Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika |
(b) Trasferimenti intra-Unjoni ta' trab tal-ħalib xkumat awtorizzati skont il-pjan għas-sena baġitarja 2012:
| Quantity (tonnes) | Holder | Recipient |
1 | 2682,688 | BLE, Deutschland | OPEKEPE, Elláda |
2 | 330,350 | SZIF, Česká Republika | FEGA, España |
3 | 6308,486 | OFI, Ireland | FEGA, España |
4 | 3456,204 | RPA, UK | FEGA, España |
5 | 2118,853 | RPA, UK | FranceAgriMer, France |
6 | 7905,602 | BIRB, Belgique | AGEA, Italia |
7 | 1476,378 | OFI, Ireland | AGEA, Italia |
8 | 2749,632 | Dienst Regelingen Roermond, Netherlands | AGEA, Italia |
9 | 207,300 | SJV, Sverige | AGEA, Italia |
10 | 870,042 | Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva | Rural Support Service, Latvia |
11 | 1807,420 | RPA, UK | Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország |
12 | 3294,212 | BLE, Deutschland | ARR, Polska |
13 | 1675,024 | Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva | ARR, Polska |
14 | 4693,285 | RPA, UK | ARR, Polska |
15 | 2525,314 | RPA, UK | IFAP I.P., Portugal |
16 | 287,747 | Dienst Regelingen Roermond, Netherlands | Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija |
17 | 252,008 | PRIA, Eesti | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland |
18 | 489,296 | Dienst Regelingen Roermond, Netherlands | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland |
--------------------------------------------------
| Fuq |