32011R0499


Titolu u referenza

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2011 tat- 18 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 945/2010 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

 ĠU L 134, 21.5.2011, p. 15–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2011

tat- 18 ta’ Mejju 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 945/2010 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b’mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal- 15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro [2], b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) Għadd ta’ Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal- 14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni [3], li ma għandhomx jużaw ċerti kwantitajiet ta’ prodotti allokati lilhom skont il-pjan tal-2011 adottat mill-Kummissjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 945/2010 [4].

(2) Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-Kummissjoni tista’ talloka r-riżorsi disponibbli lil Stati Membri oħra, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom u l-użu reali li jagħmlu ta’ prodotti magħmula disponibbli u allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta’ qabel.

(3) B'din ir-Reviżjoni għall-pjan tal-2011, li qed issir fi żmien meta l-arranġamenti addizjonali nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjan għandhom jersqu lejn it-tmiem tagħhom, ikun xieraq li l-kwantitajiet riallokati ma jiġux ikkunsidrati biex ikun ikkalkulat jekk l-Istati Membri jkunux osservaw l-obbligazzjonijiet tagħhom, stipulati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 945/2010 u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, li jirtiraw 70 % taċ-ċereali sad-dati ta’ iskadenza stabbiliti fir-Regolamenti msemmija.

(4) Ir-Regolament (UE) Nru 945/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 945/2010 huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"għall-pjan ta’ distribuzzjoni 2011, l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 ma għandhomx japplikaw il-kwantitajiet taċ-ċereali li ġejjin fil-Finlandja:

- 12856 tunnellata allokati lill-Italja u

- 306 tunnellati allokati lis-Slovenja."

(b) L-Annessi I u III huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it- 18 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel Silva Rodríguez

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

[3] ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.

[4] ĠU L 278, 22.10.2010, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi I u III tar-Regolament (UE) Nru 945/2010 huma emendati kif ġejjin:

(1) L-Anness I jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"ANNESS I

PJAN ANNWALI TA’ TQASSIM GĦALL-2011

(a) Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2011 f'kull wieħed mill-Istati Membri:

(f'EUR) |

Stat Membru | Distribuzzjoni |

Belgique/België | 10935075 |

България | 11042840 |

Česká republika | 45959 |

Eesti | 755405 |

Éire/Ireland | 1196457 |

Elláda | 20045000 |

España | 74731353 |

France | 72741972 |

Italia | 102023445 |

Latvija | 6723467 |

Lietuva | 7781341 |

Luxembourg | 107483 |

Magyarország | 14146729 |

Matla | 640243 |

Polska | 75422222 |

Portugal | 20513026 |

România | 49578143 |

Slovenija | 2441755 |

Slovakia | 4809692 |

Suomi/Finland | 4318393 |

Total | 480000000 |

(b) Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intervent tal-UE għat-tqassim f’kull Stat Membru skont l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan l-Anness:

(f’tunnellati) |

Stat Membru | Ċereali | Butir | Trab tal-ħalib xkumat | Zokkor |

Belgique/België | 74030 | — | 1687 | |

България | 103318 | — | — | |

Česká Republika | 401 | — | — | 9 |

Eesti | 7068 | — | — | — |

Eire/Ireland | 250 | 109 | — | |

Elláda | 88836 | 976 | — | |

España | 305207 | — | 23507 | |

France | 491108 | — | 11305 | |

Italia | 480539 | — | 28281 | |

Latvija | 50663 | — | 730 | |

Lietuva | 61000 | — | 704 | |

Luxembourg [1] | — | — | — | |

Magyarország | 132358 | — | — | |

Matla | 5990 | — | — | |

Polska | 441800 | — | 15743 | |

Portugal | 61906 | 458 | 5000 | |

România | 370000 | — | 5600 | |

Slovenija | 14465 | — | 500 | |

Slovakia | 45000 | — | — | |

Suomi/Finland | 25338 | — | 899 | |

Total | 2759277 | 1543 | 93956 | 9 |

(2) L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) Trasferimenti intra-UE ta' ċereali awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011:

| Kwantità (tunnellati) | Detentur | Destinatarju |

1. | 39080 | BLE, Deutschland | BIRB, Belgique |

2. | 57631 | Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika | Държавен фонд "Земеделие" — Разплащателна агенция, България |

3. | 250 | FranceAgriMer, France | OFI, Ireland |

4. | 88836 | Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország | OPEKEPE, Elláda |

5. | 305207 | FranceAgriMer, France | FEGA, España |

6. | 467683 | BLE, Deutschland | AGEA, Italia |

7. | 27670 | PRIA, Eesti | Rural Support Service, Latvia |

8. | 5990 | AMA, Austria | Aġenzija tal-Pagamenti Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet, Malta |

9. | 75912 | BLE, Deutschland | ARR, Polska |

10. | 61906 | FranceAgriMer, France | IFAP I.P., Portugal |

11. | 146070 | SZIF, Česká republika | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |

12. | 162497 | Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország | Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România |

13. | 14159 | AMA, Austria | Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija |

14. | 12856 | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland | AGEA, Italia |

15. | 306 | Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland | Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija" |

(b) Fil-punt B, il-punt 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. | 13147 | BLE, Deutschland | ARR, Polska" |

[*] Luxembourg: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 101880, li għandhom jitqabblu mat-trab tal-ħalib xkumat tal-Lussemburgu."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet