32011R0459


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 124, 13.5.2011, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2011

tat- 12 ta’ Mejju 2011

li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE [1], b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat- 22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE [2], jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 78/2009 li huwa att regolatorju separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulati mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) [3].

(2) Il-preskrizzjonijiet tekniċi neċessarji għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 għandhom ikunu ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/90/KE tat- 23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x’taqsam mal-protezzjoni ta’ pedestrijani u utenti oħra vulnerabbli tat-triq qabel u fil-każ ta’ ħabta ma’ vettura bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE [4].

(3) Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-valutazzjonijiet inizjali, kif imwettqa mill-fabbrikanti tal-vetturi u s-servizzi tekniċi u skont ir-Regolament (KE) Nru 631/2009, ġew identifikati erba’ oqsma differenti fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għandhom ikunu ċċarati ulterjorment. Id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu emendati jikkonċernaw ir-rekwiżiti ġenerali li huma bbażati fuq ir-rekwiżiti eżeistenti tal-ewwel fażi, kif stabbiliti fid-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5]. Ċerti limiti għall-valutazzjoni importanti fir-rekwiżiti ġenerali hemm bżonn li jiġu adattati biex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u sabiex ir-rekwiżiti tal-ewwel fażi tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 jiġu allinjati ma’ dawk stipulati li jikkonċernaw l-ewwel fażi tad-Direttiva 2003/102/KE.

(4) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it- 12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.

[2] ĠU L 195, 25.7.2009, p. 1.

[3] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[4] ĠU L 31, 4.2.2004, p. 21.

[5] ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) Il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a) Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i) Fil-punt 3.2, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Għal vetturi b’għoli ta’ bamper iktar baxx li jkun daqs jew iktar minn 425 mm u inqas minn 500 mm, il-manifattur jista’ jagħżel li japplika jew dan it-test jew dak stabbilit fil-Kapitolu III."

(ii) Fil-punt 3.3, il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel paragrafu:

"F’każ li l-vettura tkun ittestjata skont it-Taqsima 2.1 (a) jew (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009, il-manifattur jista’ japplika għal deroga li tikkonċerna żona ta’ eżenzjoni ta’ wisa’ massima ta’ 132 mm fil-post ta’ ganċ tal-irmonk li jinqala’."

(iii) Fil-punt 4.6, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

"F’każ li l-vettura tkun ittestjata skont it-Taqsima 2.1 (a) tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 78/2009, il-qiegħ tal-impattatur jista’ jkun ukoll fil-livell ta’ referenza ta’ mal-art fil-ħin tal-ewwel kuntatt mal-bamper, b’tolleranza ta’ ± 10 mm."

(b) Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i) Fil-punt 3.2, il-ħames paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Kull punt tat-test ta’ ħabta magħżul għall-forma ta’ ras tifel/adult magħmul żgħir għandu jkun ukoll f’mill-inqas 165 mm lura mit-tarf ta’ quddiem tal-bonit, jew lura minn distanza perimetrika ta’ 1000 mm skont liema minnhom tkun l-iktar lura mill-punt tat-test magħżul, sakemm ebda punt fl-arja tat-test fuq distanza laterali ta’ 165 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-bonit ma timplika, fil-każ ta’ test ta’ ħabta mal-parti ta’ fuq tas-sieq fuq it-tarf ta’ quddiem tal-bonit, enerġija kinetika ta’ impatt ta’ aktar minn 200 J."

(ii) Fil-punt 3.2.3, is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu:

"Iż-żona impattata tiġi stabbilita bl-ewwel punt ta’ kuntatt tal-forma ta’ ras ma’ wiċċ il-bonit."

(c) Fil-Kapitolu VI, il-punt 3.2, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-punti tat-test magħżula għall-impattatur f’forma ta’ ras adult mal-ħġieġa ta’ quddiem għandhom ikunu minimu 165 mm minn xulxin, minimu 82,5 mm ’il ġewwa mil-linja ta’ barra tal-ħġieġa sħiħa ta’ quddiem, inkluż materjal igglejżjat mhux trasparenti irrispettivament miż-żoni ta’ viżjoni, minimu 82,5 mm ’il quddiem mil-linja ta’ referenza ta’ wara tal-ħġieġa ta’ quddiem jew ’il quddiem fid-distanza perimetrika ta’ 2100 mm, liema minnhom tkun l-aktar ’il quddiem fil-punt magħżul tat-test tal-ħabta u għandu jiġi żgurat li l-forma ta’ ras ma tagħmel kuntatt mal-ebda struttura tal-bodi minn barra (eż. it-tarf ta’ wara tal-bonit, l-idejn tal-wajpers) qabel il-kuntatt inizjali mal-ħġieġa ta’ quddiem (ara l-Figura 8)."

(d) Fil-Kapitolu VII, il-punt 3.3.2, is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu:

"Iż-żona impattata tiġi stabbilita bl-ewwel punt ta’ kuntatt tal-forma ta’ ras ma’ wiċċ il-bonit."

(2) Il-Parti V huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Punt 3.7 jinbidel b’dan li ġej:

"3.7. L-ewwel frekwenza naturali tal-impattatur għandha tkun ’il fuq minn 5000 Hz u huwa rakkomandat li jintużaw aċċelerometri mdgħajfa bi proporzjon imdgħajjef ta’ madwar 0,7."

(b) Il-punt 4.7 jinbidel b’dan li ġej:

"4.7. L-ewwel frekwenza naturali tal-impattatur għandha tkun ’il fuq minn 5000 Hz u huwa rakkomandat li jintużaw aċċelerometri mdgħajfa bi proporzjon imdgħajjef ta’ madwar 0,7."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet