Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2011 tal- 21 ta' Frar 2011 li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross
ĠU L 47, 22.2.2011, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2011
tal- 21 ta' Frar 2011
li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 tal-Kummissjoni [2], jelenka fl-Anness B tiegħu, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni [3]. L-Anness A tal-imsemmi Regolament, li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ durum, tħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat- 3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 [4].
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal- 11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku [5], jistipula, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni [sena tas-suq] 2010/11, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent għar-ross u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom.
(3) Mill- 1 ta' Settembru 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f'dak li jirrigwarda r-ross.
(4) Mill- 1 ta' Settembru 2010, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross magħżula b'applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 għandu għalhekk ikun irrevokat.
(5) Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għar-ross għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta' dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament tal-Unjoni. F'każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni tar-ross huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx dawk iż-żoni li fihom jiġi prodott ir-ross f'ammonti żejda u l-intervent ma ntużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent għar-ross.
(6) Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb tal-iskema ta' intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bit-tagħrif kollu neċessarju għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.
(7) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iċ-ċentri tal-intervent għar-ross imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009 huma elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma' kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-internet [6].
Artikolu 2
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 għandu jiġi rrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il- 21 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel Barroso
[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
[2] ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.
[3] ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.
[4] ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10.
[5] ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
[6] L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_agencies&vm=detailed&sb=Title)
--------------------------------------------------
ANNESS
Ċentri ta' intervent għar-ross
IL-BULGARIJA
Пловдив
SPANJA
CADIZ
CORDOBA
SEVILLA
ZARAGOZA
ALBACETE
CIUDAD REAL
CUENCA
LÉRIDA
BADAJOZ
CACERES
NAVARRA
FRANZA
BOUCHES-DU-RHONE
GARD
IL-GREĊJA
ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ
ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ
ΒΟΛΟΣ
ΛΑΜΙΑ
L-UNGERIJA
Jász-Nagykun-Szolnok
Békés
Szabolcs-Szatmár-Bereg
L-ITALJA
Piemonte
IL-PORTUGALL
Silo de Évora
Silo de Cuba
IR-RUMANIJA
IANCA
BRAILA
FAUREI
BARAGANUL
PALAS
COGEALAC
MOVILA
FETESTI
TANDAREI
BUCU
ALEXANDRIA
CORABIA
CARPINIS
--------------------------------------------------
| Fuq |