32011L0072


Titolu u referenza

Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 246, 23.9.2011, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 14 ta' Settembru 2011

li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3] tirregola l-emissjonijiet tal-egżost mill-magni li jkunu installati fit-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija bil-ħsieb li jkomplu jiġu ssalvagwardjati s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Id-direttiva 2000/25/KE pprovdiet li l-limiti tal-emissjonijiet applikabbli fl-2010 għall-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni bit-tqabbid bil-kompressjoni, imsejħa limiti tal-Istadju III A, kellhom jiġu sostitwiti bil-limiti aktar stretti tal-Istadju III B, li jidħlu fis-seħħ b'mod gradwali mill- 1 ta' Jannar 2011 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, u mill- 1 ta' Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni. L-Istadju IV, li jipprevedi limiti tal-emissjonijiet aktar stretti mill-Istadju III B, ser jidħol fis-seħħ b'mod gradwali mill- 1 ta' Jannar 2013 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill- 1 ta' Jannar 2014 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq.

(2) It-tranżizzjoni għall-Istadju III B tinvolvi bidla fit-teknoloġija li teħtieġ spejjeż sinifikanti għall-implimentazzjoni għat-tfassil mill-ġdid tal-magni u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi avvanzati. Madankollu, il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali attwali jew kwalunkwe tnaqqis fir-ritmu ekonomiku m'għandux iwassal għal tnaqqis fl-istandards ambjentali. Din ir-reviżjoni tad-Direttiva 2000/25/KE għandha għaldaqstant titqies bħala eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-investimenti fit-teknoloġiji li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent huma importanti għall-promozzjoni tat-tkabbir, tal-impjiegi u tas-sigurtà tas-saħħa fil-ġejjieni.

(3) Id-Direttiva 2000/25/KE tipprevedi skema ta' flessibbiltà li tippermetti lill-manifatturi tat-tratturi li jixtru, waqt stadju indikat, numru limitat ta' magni li ma jikkonformawx mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli matul dan l-istadju, iżda li huma approvati f'konformità mar-rekwiżiti tal-istadju li jippreċedi immedjatament dak applikabbli.

(4) Mill-2005, id-Direttiva 2000/25/KE pprovdiet l-evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal flessibbiltajiet addizzjonali fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet għall-Istadji III B u IV. Sabiex jiġi provdut serħan temporanju lill-industrija meta tkun għaddejja għall-istadju li jmiss, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-iskema ta' flessibbiltà.

(5) Matul l-Istadju III B, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq u li jidħlu fis-servizz għandhom, f'kull kategorija tal-magna, ma jeċċedux l-40 % tan-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi f'dik il-kategorija tal-magna. L-għażla alternattiva li numru stabbilit ta' tratturi jitħallew jitqiegħdu fis-suq u li jiddaħħlu fis-servizz taħt l-iskema ta' flessibbiltà għandha tiġi addatta b'dan il-mod.

(6) Il-manifatturi ta' tratturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jibbenefikaw minn programmi Ewropej ta’ appoġġ finanzjarju jew minn kwalunkwe programm ta’ appoġġ rilevanti pprovduti mill-Istati Membri. Dawk il-programmi ta' appoġġ jistgħu jiffavorixxu proġetti li jimpjegaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli bl-ogħla standards ta' emissjonijiet.

(7) Id-Direttiva 2000/25/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(8) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jirriflettu diffikultà temporanja li tiffaċċja l-industrija. Effettivament, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri għandha tiġi ristrettagħat-tul ta' żmien tal-Istadju III B.

(9) Il-limiti tal-emissjonijiet attwali għandhom isiru aktar stretti, inkluż fir-rigward tal-partiċelli ultrafini tal-karbonju iswed speċifikament billi jiġu introdotti limiti fuq in-numru tal-partiċelli fil-leġiżlazzjoni futura jekk dan ikun iġġustifikat mill-istimi rilevanti ta’ impatt,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2000/25/KE

Id-Direttiva 2000/25/KE b’dan hija emendata kif ġej:

(1) fl-Artikolu 1, għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

- "— "skema ta' flessibbiltà" tfisser il-proċedura ta' eżenzjoni li permezz tagħha Stat Membru jippermetti t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' numru limitat ta' tratturi f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3a,

- — "kategorija tal-magna" tfisser il-klassifikazzjoni tal-magni li tgħaqqad il-medda tal-qawwa mal-istadju tal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost,

- — "magħmula disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' trattur jew magna għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk mingħajr ħlas,

- — "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li trattur jew magna jkunu magħmula disponibbli fis-suq,

- — "dħul fis-servizz" tfisser l-ewwel użu, għall-iskop maħsub għalihom, fl-Unjoni ta’ trattur jew magna. Id-data li fiha jiġu reġistrati, jekk ikun applikabbli, jew jitqiegħdu fis-suq għandha titqies bħala d-data tad-dħul fis-servizz.";

(2) L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 3a

Skema ta' flessibbiltà

B’deroga mill-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, fuq talba tal-manifattur tat-trattur, u bil-kondizzjoni li l-awtorità ta' approvazzjoni tkun tat il-permess rilevanti għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness IV, numru limitat ta’ tratturi mgħammra b'magni approvati f'knofrmità mar-rekwiżiti tal-istadju tal-limiti tal-emissjonijiet li jippreċedi immedjatament dak applikabbli jistgħu jidħlu fis-servizz.

L-iskema ta' flessibbiltà għandha tibda meta stadju speċifikat isir applikabbli u għandu jkollha l-istess tul daqs l-istadju nnifsu. L-iskema ta' flessibbiltà stipulata fit-Taqsima 1.2 tal-Anness IV għandha, madankollu, tkun ristretta għat-tul tal-Istadju III B jew għal 3 snin meta ma jkun jeżisti l-ebda stadju sussegwenti.";

(3) L-Anness IV huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill- 24 ta' Settembru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l- 14 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. Buzek

Għall-Kunsill

Il-President

M. Dowgielewicz

[1] ĠU C 107, 6.4.2011, p. 26.

[2] Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Lulju 2011.

[3] ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAT-TRATTURI U L-MAGNI MQIEGĦDA FIS-SUQ TAĦT L-ISKEMA TA' FLESSIBBILTÀ STIPULATA FL-ARTIKOLU 3a

1. AZZJONIJIET MILL-MANIFATTURI TA’ TRATTURI

1.1. Ħlief matul l-Istadju III b, manifattur tat-tratturi li jixtieq jagħmel użu mill-iskema ta' flessibbiltà għandu jitlob permess mill-awtorità ta' approvazzjoni biex iqiegħed it-tratturi fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. In-numru ta' tratturi m’għandux jeċċedi l-limiti stipulati fit-taqsimiet 1.1.1 u 1.1.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3a.

1.1.1. In-numru ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbiltà m'għandhomx, f’kull kategorija tal-magna, jaqbżu l-20 % tan-numru annwali ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi b’magni f’dik il-kategorija tal-magna (ikkalkulata bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar 5 snin fis-suq tal-Unjoni). Fil-każ li manifattur tat-tratturi jkun ikkumerċjalizza tratturi fl-Unjoni għal perijodu ta' inqas minn 5 snin il-medja tiġi kklakulata abbażi tal-perijodu reali li matulu l-manifattur tat-tratturi ikun ikkumerċjalizza t-tratturi fl-Unjoni.

1.1.2. Bħala għażla alternattiva għat-taqsima 1.1.1, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandux, f'kull medda tal-qawwa, jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Medda tal-qawwa tal-magna P (kW) | Numru ta’ tratturi |

19 ≤ P < 37 | 200 |

37 ≤ P < 75 | 150 |

75 ≤ P < 130 | 100 |

130 ≤ P ≤ 560 | 50 |

1.2. Matul l-Istadju III B, manifattur tat-tratturi li jixtieq jagħmel użu mill-iskema ta' flessibbiltà għandu jitlob permess mill-awtorità ta' approvazzjoni biex iqiegħed it-tratturi fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. In-numru ta' tratturi ma għandux jeċċedi l-limiti stipulati fit-taqsimiet 1.2.1 u 1.2.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3a.

1.2.1. In-numru ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandhomx, f’kull kategorija tal-magna, jeċċedu l-40 % tan-numru annwali ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi b’magni f’dik il-kategorija tal-magna (ikkalkulata bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar 5 snin fis-suq tal-Unjoni). Fil-każ li manifattur tat-tratturi jkun ikkumerċjalizza tratturi fl-Unjoni għal perijodu ta' inqas minn 5 snin il-medja tiġi kklakulata abbażi tal-perijodu reali li matulu l-manifattur tat-tratturi ikun ikkumerċjalizza t-tratturi fl-Unjoni.

1.2.2. Bħala għażla alternattiva għat-taqsima 1.2.1, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandux, f'kull medda ta' qawwa, jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Medda tal-qawwa tal-magna P (kW) | Numru ta’ tratturi |

37 ≤ P < 56 | 200 |

56 ≤ P < 75 | 175 |

75 ≤ P < 130 | 250 |

130 ≤ P ≤ 560 | 125 |

1.3. Il-manifattur tat-tratturi għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità ta’ approvazzjoni dan it-tagħrif:

(a) kampjun tat-tikketti li għandhom jitwaħħlu ma’ kull trattur li fih ser tiġi installata magna mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà. It-tikketti għandu jkollhom il-kliem li ġej: "Nru TAT-TRATTUR … (sekwenza tat-tratturi) TA' … (numru totali ta' tratturi fil-medda ta' qawwa rispettiva) B’MAGNA Nru … BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (Direttiva 2000/25/KE) Nru …"; u

(b) kampjun tat-tikketta supplimentari li għandha titwaħħal fuq il-magna li fiha l-kliem imsemmi fit-taqsima 2.2.

1.4. Il-manifattur tat-tratturi għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ approvazzjoni bi kwalunkwe tagħrif meħtieġ relatat mal-implimentazzjoni tal-iskema ta' flessibbiltà li l-awtorità ta’ approvazzjoni tista' titlob sabiex tieħu deċiżjoni.

1.5. Il-manifattur tat-tratturi għandu jagħmel rapport kull 6 xhur lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ kull Stat Membru, fejn it-trattur jitqiegħed fis-suq dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-flessibbiltà li qiegħed juża. Ir-rapport għandu jinkludi data kumulattiva dwar in-numru ta’ tratturi mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà, in-numri tas-serje tal-magni u t-tratturi, u l-Istati Membri fejn it-trattur ikun iddaħħal fis-servizz. Din il-proċedura għandha titkompla sakemm l-iskema ta' flessibbiltà tkun għadha tintuża, mingħajr l-ebda eċċezzjoni.

2. AZZJONIJIET MILL-MANIFATTUR TAL-MAGNA

2.1. Manifattur ta' magni jista' jqiegħed fis-suq magni taħt l-iskema ta' flessibbilità approvata f'konformità mat-taqsimiet 1 u 3 ta' dan l-Anness.

2.2. Il-manifattur tal-magna għandu jimmarka b'tikketta dawk il-magni b’dan il-kliem: "Magna mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta" flessibbilità’ f'konformità mar-rekwiżiti msemmija fit-taqsima 5 tal-Anness I.

3. AZZJONIJIET MILL-AWTORITÀ TA' APPROVAZZJONI

L-awtorità ta' approvazzjoni għandha tivvaluta l-kontenut tat-talba għall-iskema ta' flessibbiltà u tad-dokumenti inklużi magħha. Għaldaqstant, għandha tgħarraf lill-manifattur tat-tratturi bid-deċiżjoni tagħha jekk tħallix jew le l-użu tal-iskema ta’ flessibbiltà kif mitlub.".

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet