Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE tad- 19 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għad-dazji tal-baħar
ĠU L 193, 23.7.2011, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE
tad- 19 ta’ Lulju 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għad-dazji tal-baħar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal- 10 ta’ Frar 2004 dwar is-sistema tad-dażju tal-baħar fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi d-Deċiżjoni 89/688/KEE [2] tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis relattivament għad-dażju tal-baħar għall-prodotti lokali fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej imsemmija fl-Anness tagħha. Id-differenzjal massimu awtorizzatu hu, skont il-prodotti u d-dipartiment extra-Ewropew ikkonċernati, ta’ 10, 20 jew 30 punt perċentwali.
(2) B’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw rapport lill-Kummissjoni fil- 31 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ tassazzjoni previsti f’dik id-Deċiżjoni. Ġie ppreżentat suppliment fit- 22 ta’ Diċembru 2008 u l-informazzjoni ġdida li ġiet mitluba mill-Kummissjoni fil- 15 ta’ April 2009 ġiet mibgħuta lilha fis- 16 ta’ April 2010. Ir-rapport mill-awtoritajiet Franċiżi inkluda talba sabiex il-lista ta’ prodotti li għalihom tista’ tiġi applikata tassazzjoni differenzjata tiġi adattata għall-Gujana Franċiża.
(3) Abbażi tar-rapport mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill ir-rapport previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/162/KE kif ukoll proposta għall-emendament ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-proposti jikkonċernaw jew l-erba’ DOM, jew speċifikament lill-Gujana Franċiża.
(4) Fl-ewwel lok, għandu jingħad li m’għadhiex teżisti l-produzzjoni lokali ta’ ċerti prodott fid-DOM ikkonċernat, u l-awtoritajiet Franċiżi m’għadhomx japplikaw it-tassazzjoni differenzjata għal ċerti prodotti oħra minħabba li dawk prodotti lokalment issa għandhom prezz ekwivalenti għal dak ta’ prodotti li joriġinaw minn barra d-DOM. Għalhekk jaqbel li dawn il-prodotti jiġu eliminati mil-listi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE. Dan huwa l-każ, fil-Gwadelup, tal-marġarina (prodott 151710 [3], taċ-ċagħaq, taż-żrar, eċċ. (prodott 251710). Għall-Martinique, huma kkonċernati l-preparazzjonijiet kontra l-iffriżar u fluwidi ppreparati għat-tneħħija tas-silġ (prodott 3820), il-marġerina (prodott 151710) u ċerti aċidi (prodott 2811). Fl-aħħarnett, għar-Réunion, huma kkonċernati ż-żejt tas-soja (prodott 150790), ċerti żjut taż-żebbuġ (prodott 15100090), ċerti prodotti kimiċi (prodotti 28281000 u 28289000) u ċerti materjali fotografiċi (prodott 37051000).
(5) Fit-tieni lok, id-differenzjal ta’ tassazzjoni effettivament applikat hu, għal għadd limitat ta’ prodotti, inferjuri ħafna għal dak massimu awtorizzat. Għalhekk jaqbel li jitnaqqas id-differenzjal massimu awtorizzat għal dawn il-prodotti għaliex m’hemmx raġunijiet konkreti li jwasslu għat-twemmin li żieda fid-differenzjal ta’ tassazzjoni eżistenti tista’ ssir neċessarja fil-futur qrib. Għall-Gwadelup, il-prodotti kkonċernati huma ċerti laħmijiet (prodott 0210), ċerti ħxejjex (prodotti 0702, 0705, 07061000, 070700, 070960 u 070990), ċerti prodotti tal-ikel għall-annimali (prodott 2309), ċerta żebgħa (prodotti 3208, 3209 u 3210), ċerti prodotti abrażivi (prodott 6805), u ċerti lentijiet tan-nuċċalijiet (prodott 70151000). Għall-Gujana Franċiża, il-prodotti kkonċernati huma ċerti rossijiet (prodott 100620). Għall-Martinique, huma kkonċernati ċerti ċereali (prodott 10089090), ċerti tqiq (prodott 1102) kif ukoll ċagħaq, żrar eċċ (prodott 251710).
(6) Fit-tielet lok, f’ċerti każijiet, il-prodotti lokali ma jidhrux inqas kompetittivi minn dawk li jiġu minn barra d-DOM. Dawn jirrigwadaw prodotti li jaqgħu fil-parti A tal-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE fejn il-volum tal-produzzjoni kkonċernat fid-DOM huwa sinifikanti u fejn, minkejja li d-differenzjal applikat huwa żgħir, l-ebda importazzjonijiet ta’ prodotti ekwivalenti ma ġew reġistrati matul l-aħħar tliet snin li ġew analizzati. Għalhekk jaqbel li dawn il-prodotti kkonċernati jiġu eliminati mil-listi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE. Għall-Gwadelup, huma kkonċernati ċerti residwi ta’ produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel (prodott 2302). Għar-Réunion, huma kkonċernati ċerti lissiji residwali mill-manifattura ta’ polpa tal-għuda (prodott 380400).
(7) L-adattazzjonijiet li jikkonċernaw b’mod speċifiku lill-Gujana Franċiża, jiġifieri d-dħul ta’ prodotti ġodda u ż-żieda, għal ċerti prodotti, tad-differenzjal awtorizzat huma ġġustifikati f’kull każ fir-rigward taż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti lokali meta mqabbla mal-prodotti ekwivalenti importati, li huma prodotti fit-territorju Ewropew tal-Unjoni.
(8) L-adattazzjonijiet li għandhom isiru, taħt dawn l-aspetti, għall-Gujana Franċiża jikkonsistu fil-parti l-kbira ż-żieda fil-listi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE tal-prodotti li diġà kienu manifatturati lokalment fl-2004 u li għalihom ma saret l-ebda talba ma kienet saret fl-2004 biex jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal tassazzjoni differenzjata.
(9) Fis-settur tal-agrikoltura, is-sajd u l-industriji agro-alimenatri, il-prodotti li jaqbel li jiġu inklużi fil-listi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE huma ċerti laħmijiet (prodotti 0201, 0202, 0203, 0204, 0208 u 0210), ċerti ħut (0304 u 0305), ċerti preparazzjonijiet tal-laħam (prodotti 1601 u 1602), ċertu żokkor (prodott 1702), il-prodotti tal-ħobż jew tal-pastiċċerija (prodott 1905), ċerti ħxejjex jew frott ippreservati (prodotti 2001 u 2006), il-ġammijiet (prodott 2007), ċerti zlazi (prodotti 2103), is-silġ alimentari (prodott 2105), prodotti alimentari varji ppreservati (prodott 2106) u ċerti likuri u xorb ieħor li fih ir-rum (prodotti 220870 u 220890).
(10) Fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, il-prodotti kkonċernati huma ċerti prodotti tal-materja plastika (prodotti 3919 u 3926), ċerti xogħlijiet bis-siment jew bil-ġebla artifiċjali (prodott 681019), ċerti xogħlijiet bil-ħadid (prodotti 7210, 721420, 7216, 72179090, 7309, 7310 u 7314).
(11) Għall-prodotti derivati mill-forestrija u prodotti oħrajn mixxellanji, il-prodotti kkonċernati huma injam varju u prodotti varji tax-xogħol tal-injam (prodotti 44039995, 440722, 44079996, 44092991, 44092999, 4418 (ħlief is-subintestaturi 44181050, 44182050, 441871, 441872 u 441879)) ċerti għamara (prodott 94034010 u 9406 ħlief is-subintestatura 94060031), ċerti prodotti stampati (prodotti 4910 u 4911), ċerti ħwejjeġ meħjutin (prodotti 6109, 6205 u 6206).
(12) Għal ċerti prodotti li diġà jinsabu fil-listi li hemm fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, jaqbel, għall-Gujana Franċiża, li jiġi estiż id-differenzjal massimu kkonċernat għaż-żewġ subintestaturi tan-nomenklatura magħquda li għalihom bħalissa ma tapplikax, jew li jiżdied id-differenzjal massimu, jew saħansitra t-tnejn f’daqqa.
(13) B’dan il-mod jaqbel li jiġu inklużi l-meraq tal-frott kollha (prodott 2009), l-ilmijiet minerali kollha miżjuda biz-zokkor jew materjal li jagħmel ħelu jew aromattizzati (prodott 2202) u l-oġġetti ta’ trasport jew ippakkjar tal-materjal tal-plastik (prodott 3923) fil-lista C tal-prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal tassazzjoni differenzjata ta’ 30 punti perċentwali u li jitneħħew il-meraq tax-xorb tal-intestatura 200980, l-ilmijiet tal-intestatura 220210 u l-oġġetti ta’ trasport jew ippakkjar fil-materjal tal-plastik (prodott 3923) tal-lista B li għalihom differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punti perċentwali huwa attwalment awtorizzat.
(14) Fir-rigward tas-simentijiet, jaqbel li jiġi ssostitwit, fil-lista B tal-prodotti li jistgħu jkunu suġġetti għal differenzjali ta’ tassazzjoni ta’ 20 punti perċentwali, is-siment l-abjad (prodott 25232100), mis-simentijiet Portland l-oħra (prodott 252329). Għal strutturi u l-partijiet ta’ strutturi bil-ħadid fondut, ħadid jew azzar, jaqbel li jiġi applikat differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punt perċentwali awtorizzati għall-prodotti kollha tal-intestatura 7308 u mhux biss għal dawk li jinsabu fis-subintestatura 730890. Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda x-xogħlijiet bl-aluminju, jaqbel li jiġi applikat differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punt perċentwali għall-prodotti kollha tal-intestatura 7610 u mhux biss għal dawk il-prodotti tal-intestatura 761090. Dan ifisser li tista’ tiġi applikata tassazzjoni differenzjata wkoll għall-bibien, twieqi, xambrelli u għetiebi tal-intestatura 761010.
(15) Fl-aħħarnett, dejjem fir-rigward tal-Gujana Franċiża, jaqbel li jiġu inklużi fil-listi tal-prodotti li jistgħu jiġu suġġetti għal tassazzjoni differenzjata tliet prodotti li għalihom s’issa ma teżisti l-ebda produzzjoni lokali iżda li dwarhom hemm pjanijiet konkreti ta’ bidu ta’ produzzjoni f’qasir żmien. Il-podotti kkonċernati huma: il-ħalib, (prodott 0401), l-ilmiet minerali (prodott 2201) u ċerti xogħlijiet bil-ġebel u materji minerali oħra (prodott 6815).
(16) Id-Deċiżjoni 2004/162/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill- 1 ta’ Frar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, id- 19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Sawicki
[1] Opinjoni tal- 5 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
[2] ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64.
[3] Skont il-klassifikazzjoni fin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni.
--------------------------------------------------
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE huwa emendat kif ġej:
(1) Il-Parti A hija emendata kif ġej:
(a) fil-punt 1jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "0210, 0702, 0705, 07061000, 070700, 070960, 070990, 2309, 6805", u l-prodott "2302" huwa eliminat;
(b) fil-punt 2, jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "100620, 2201";
(c) fil-punt 3 jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "10089090, 1102, 251710" u l-prodott "2811" huwa eliminat;
(d) fil-punt 4, huma eliminati l-prodotti li ġejjin: "37051000, 380400";
(2) Il-Parti B hija emendata kif ġej:
(a) fil-punt 1 jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "3208, 3209, 3210, 70151000" u l-prodotti li ġejjin huma eliminati: "0210, 0702, 0705, 07061000, 070700, 070960, 070990, 2302, 2309, 6805";
(b) fil-punt 2 jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "0201, 0202, 0203, 0204, 0208, 0210, 0304, 0305, 0401, 1905, 2105, 252329, 3919, 3926, 4910, 4911, 6109, 6205, 6206, 681019, 6815, 7210, 721420, 7216, 72179090, 7308, 7309, 7310, 7314, 7610", u l-prodotti li ġejjin huma eliminati: "100620, 200980, 220210, 25232100, 3923, 730890, 761090";
(c) fil-punt 3 huma eliminati l-prodotti li ġejjin: "10089090, 1102, 3820 ħlief 38200000,".
(d) fil-punt 4 huma eliminati l-prodotti li ġejjin: "150790, 15100090, 28281000, 28289000";
(3) Il-Parti C hija emendata kif ġej:
(a) fil-punt 1 huma eliminati l-prodotti li ġejjin: "151710, 251710, 3208, 3209, 3210, 70151000";
(b) fil-punt 2 jiddaħħlu l-prodotti li ġejjin: "1601, 1602, 1702, 2001, 2006, 2007, 2009, 2103, 2106, 2202, 220870 [*], 220890 [*], 3923, 44039995, 440722, 44079996, 44092991, 44092999, 4418 ħlief 44181050, 44182050, 441871, 441872 u 441879, 94034010, 9406 ħlief 94060031";
(c) fil-punt 3 huma eliminati l-prodotti li ġejjin: "151710, 251710".
[*] Biss għall-prodotti li fihom ir-rum taħt l-intestaura 220840.
--------------------------------------------------
| Fuq |