2011/381/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4447) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 169 , 29/06/2011 P. 0028 - 0039
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4447) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/381/UE) IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu, Wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, Billi: (1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE [2] stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika għal-lubrikanti li huma validi sat- 30 ta’ Ġunju 2011. (4) Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fil-fond fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (5) Id-Deċiżjoni 2005/360/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza. (6) Għandu jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jissotomettu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni. (7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-grupp ta’ prodotti "lubrikanti" għandu jinkludi l-kategoriji li ġejjin: Kategorija 1 : fluwidi idrawliċi u żjut tat-trażmissjoni tat-tratturi Kategorija 2 : griżijiet u griżijiet tat-tubu tal-istern Kategorija 3 : żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina, aġenti tar-rilaxx tal-konkrit, lubrikanti tal-ħbula tal-wajer, żjut tat-tubu tal-istern u lubrikanti oħrajn ta’ telf totali Kategorija 4 : żjut two-stroke Kategorija 5 : żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar. Artikolu 2 Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) "lubrikant" tfisser preparazzjoni magħmula minn fluwidi bażiċi u addittivi; (2) "fluwidu bażiku" tfisser fluwidu lubrikanti li l-proprjetajiet tiegħu tal-fluss, kemm jibqa’ tajjeb matul iż-żmien, il-lubriċità u r-reżistenza għall-kedd, kif ukoll il-proprjetajiet tiegħu fir-rigward tas-sospensjoni tal-kontaminanti ma ġewx imtejba permezz tal-inklużjoni ta’ addittiv(i); (3) "sustanza" tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksuba bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreżerva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat, iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma jeffettwa l-istabbiltà tas-sustanza jew jibdel il-kompożizzjoni tagħha; (4) "sustanza li tgħaqqad" tfisser sustanza waħda jew aktar fil-fluwidu bażiku użata biex tgħaqqad jew timmodifika r-rejoliġija ta’ fluwidu jew griż lubrikanti; (5) "komponent ewlieni" tfisser kwalunkwe sustanza li ssarraf għal aktar minn 5 % tal-piż tal-lubrikant; (6) "addittiv" tfisser sustanza jew taħlita li l-funzjonijiet ewlenin tagħha huma t-titjib tal-proprjetajiet tal-fluss, kemm jibqa’ tajjeb matul iż-żmien, il-lubriċità u r-reżistenza għall-kedd jew is-sospensjoni tal-kontaminanti; (7) "griż" tfisser taħlita solida għal semisolida li tikkonsisti f'sustanza li tgħaqqad u tista' tinkludi ingredjenti oħrajn li jagħtu proprjetajiet speċjali f'lubrikant likwidu. Artikolu 3 Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti "lubrikanti" kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti "lubrikanti", kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti "lubrikanti" għandu jkun "027". Artikolu 6 Id-Deċiżjoni 2005/360/KE hija rrevokata. Artikolu 7 1. B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti "lubrikanti" sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE. 2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti "lubrikanti" sottomessi mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda sat- 30 ta’ Ġunju 2011 l-aktar tard jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 2005/360/KE jew fil-kriterji stipulati f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati. 3. Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE, dik l-Ekotikketta tal-UE tista' tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, l- 24 ta’ Ġunju 2011. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1. [2] ĠU L 118, 5.5.2005, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS QAFAS Għanijiet tal-kriterji Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari lejn il-promozzjoni ta’ prodotti li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ilma u l-ħamrija matul l-użu tagħhom u fihom frazzjoni kbira ta’ materjal b’bażi bijoloġika. KRITERJI 1. Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati 2. Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi 3. Rekwiżiti addizzjonali għat-tossiċità akkwatika 4. Bijodegradabbiltà u potenzjal bijoakkumulattiv 5. Materja prima rinnovabbli 6. Prestazzjoni teknika minima 7. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika (a) Rekwiżiti Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju. Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji lill-korp kompetenti, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif jixraq. Il-fornitur tal-addittiv, is-sustanza li tgħaqqad jew il-fluwidu bażiku jista’ jipprovdi l-informazzjoni rilevanti direttament lill-korp kompetenti. Fejn possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-EN ISO 17025 jew ekwivalenti. Fejn jixraq, jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom. Fejn jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti. L-iskema ġenerali għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe sustanza konstitwenti fi prodott lubrikant qed tingħata fit-Tabella 1. (b) Limiti tal-kejl Is-sustanzi konstitwenti kollha li huma preżenti b’aktar minn 0 010 % (w/w) u li huma miżjuda intenzjonalment u/jew iffurmati intenzjonalment wara xi reazzjoni kimika fil-lubrikant applikat, għandhom jiġu imsemmija b’mod ċar b’isimhom u l-konċentrazzjonijiet tal-massa li fihom huma preżenti u fejn applikabbli, in-numri tagħhom tar-Reġistru tal-CAS u tar-Reġistru tal-KE. Il-kriterji għandhom japplikaw kif ġej: - għal-lubrikant applikat għal kriterji 1a, 6 u 7, - għal kull sustanza imsemmija miżjuda jew ffurmata intenzjonalment b’aktar minn 0 010 % (w/w) għall-kriterji 1b u 2, - għal kull sustanza imsemmija miżjuda jew ffurmata intenzjonalment b’aktar minn 0.10 % (w/w) għall-kriterji 3, 4 u 5. Barra minn hekk, il-frazzjoni totali tas-sustanzi msemmija fejn ma japplikawx il-kriterji fformulati 3 u 4 għandha tibqa’ anqas minn 0,5 % (w/w). KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE Kriterju 1 – Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati (a) Sustanzi u taħlitiet perikolużi Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux ikollu sustanzi (fi kwalunkwe forma, inkluż forma nano) li jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1], jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [2] u l-anqas ma għandu jkun fih is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3]. Il-frażijiet tar-riskju hawn taħt ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Il-forom nano miżjuda mal-prodott intenzjonalment iridu jagħtu prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju għal kwalunkwe konċentrazzjoni. Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju: Dikjarazzjoni ta’ Periklu [4] | Frażi ta’ Riskju [5] | H300 Fatali jekk jinbela’ | R28 | H301 Tossiku jekk jinbela’ | R25 | H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs | R65 | H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda | R27 | H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda | R24 | H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs | R26 | H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs | R23 | H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi | R46 | H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi | R68 | H350 Jista’ jikkawża l-kanċer | R45 | H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jinġibed man-nifs | R49 | H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer | R40 | H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità | R60 | H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. | R61 | H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. | R60; R61; R60-61 | H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. | R60-R63 | H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità | R61-R62 | H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità | R62 | H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. | R63 | H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. | R62-63 | H362 Jista’ jikkawża ħsara lit-tfal imreddgħa | R64 | H370 Jikkawża ħsara lill-organi | R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28 | H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi | R68/20; R68/21; R68/22 | H372 Jikkawża ħsara lill-organi wara espożizzjoni għal żmien twil jew ripetuta | R48/25; R48/24; R48/23 | H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi wara espożizzjoni għal żmien twil jew ripetuta | R48/20; R48/21; R48/22 | H400 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika | R50 | H410 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil | R50-53 | H411 Tossiku għall-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil | R51-53 | H412 Jagħmel ħsara lill-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil | R52-53 | H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għall-żmien twil lill-ħajja akkwatika | R53 | EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu | R59 | EUH029 Meta jmiss mal-ilma jarmi gass tossiku | R29 | EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku | R31 | EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku ħafna | R32 | EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn | R39-41 | Dan il-kriterju għandu japplika wkoll għad-dikjarazzjonijet ta’ periklu u l-frażijiet tar-riskju li ġejjin: Dikjarazzjoni ta’ Periklu [6] | Frażi tar-Riskju [7] | H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinġibed man-nifs | R42 | H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda | R43 | H314 Jikkawża ħruq kbir fil-ġilda u ħsara fl-għajnejn | R34; R35 | H319 Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn | R36 | H315 Jikkawża irritazzjoni fil-ġilda | R38 | EUH066 Espożizzjoni ripetuta tista’ twassal għal tnixxif jew qsim fil-ġilda | R66 | H336 Jista’ jikkawża n-ngħas u sturdament | R67 | Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu l-0 010 % (w/w). Jekk jiġu imsemmija limiti speċifiċi ta’ konċentrazjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c), dawn għandhom jibqgħu anqas minn wieħed f’għaxra (1/10) tal-valur l-iżjed baxx tal-konċentrazzjoni speċifika indikata sakemm dan il-valur ma jaqax taħt il-0,010 % (w/w). Derogi mill-Kriterju 1a huma elenkati fit-Tabella 1. Valutazzjoni u verifika tal-kriterju: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tikkonsisti minimalment għal dak speċifikat fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għal forma partikolari tas-sustanza, inkluż il-forom nano, użati fil-prodott. Għalhekk, l-applikant għandu jipprovdi stqarrija tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista tal-ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza relatati skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandu jkun hemm biżżejjed dejta disponibbli li tippermetti l-evalwazzjoni tal-perikli ambjentali (indikati permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu H400 – H413 jew il-frażijiet tar-riskju: R 50, R 50/53, R 51/53, R 52, R 52/53, R 53), tal-prodott skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8]. L-evalwazzjoni ta’ prodott għall-perikli għall-ambjent għandha ssir permezz ta’ metodu konvenzjonali kif indikat fl-Anness III għad-Direttiva 1999/45/KE jew permezz tal-metodu ta’ addizzjoni fit-taqsima 4.1.3.5.2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu, kif imfisser fil-parti C tal-Anness III għad-Direttiva 1999/45KE jew permezz tat-taqsima 4.1.3.3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-riżultati tal-ittestjar tal-preparazzjoni (il-preparazzjoni tal-prodott jew il-pakkett ta’ addittivi) bħala tali jistgħu jintużaw biex jimmodifikaw il-klassifika fir-rigward tat-tossiċità akkwatika li kienet tinkiseb kieku ntuża l-metodu konvenzjonali jew tal-addizzjoni. (b) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta preżenti f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (w/w). Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab hawn: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom ikunu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza skont l-Anness II, il-paragrafu 3.2.1(c) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 453/2010 [9]. Kriterju 2 – Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi Is-sustanzi msemmija li ġejjin ma jistgħux ikunu fi kwantitajiet li jaqbżu l-0 010 % (w/w) tal-prodott finali: - Sustanzi li jidhru fil-Lista tal-Unjoni tas-sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10] kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2455/2001/KE [11] u l-Lista OSPAR tal-Kimiċi għall-Azzjoni Prijoritarja (http://www.ospar.org/content/content.asp?menu = 00950304450000_000000_000000) - Komposti tal-aloġenu organiku u komposti tan-nitrit - Metalli jew komposti metalliċi bl-eċċezzjoni tas-sodju, il-potassju, il-magneżju u l-kalċju. Fil-każ tas-sustanzi li jgħaqqdu, jistgħu jintużaw ukoll komposti tal-litju u/jew tal-aluminju sa livelli ta’ konċentrazzjoni limitati mill-kriterji l-oħrajn inklużi fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni u verifika: il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi msemmija bil-miktub u ffirmata mill-applikant. Kriterju 3 – Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tossiċità akkwatika L-applikant għandu juri l-konformità billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 3.1 jew tal-kriterju 3.2. Kriterju 3.1. – Rekwiżiti għal-lubrikant u l-komponenti ewlenin tiegħu Għandha tiġi pprovduta dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta tal-komponenti ewlenin u t-taħlita. Għandha tiġi imsemmija dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni dwar kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin: alka u dafnja [12]. Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni għandha tkun mill-inqas 100 mg/L. Għandha tiġi msemmija dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal-lubrikant applikat fuq kull wieħed mit-tliet livelli trofiċi li ġejjin: alka, dafnja u ħut. Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta għal lubrikant fil-Kategorija 1 u 5 għandha tkun mill-inqas 100 mg/l u għal lubrikant fil-Kategorija 2, 3 u 4 mill-inqas 1000 mg/l. It-Tabella 2 fiha sommarju tar-rekwiżiti għall-kategoriji differenti ta’ lubrikant skont il-Kriterju 3.1. Valutazzjoni u verifika: huma aċċettati kemm dejta tat-tossiċità tal-baħar kif ukoll tal-ilma ħelu. It-testijiet isiru skont, u bl-użu ta’ speċijiet rilevanti għat-test, imsemmija fil-linji gwida li ġejjin: ISO/DIS 10253 jew OECD 201 jew Parti C.3. tal-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 [13] għall-alka, ISO TC 147/SC5/WG2 jew OECD 202 jew Parti C.2. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għad-dafnja u OECD 203 jew Parti C.1 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut. Huma permessi wkoll metodi tal-ittestjar ekwivalenti kif maqbula ma’ korp kompetenti. Huma aċċettati biss (72 siegħa) ErC50 għall-alka, (48 siegħa) EC50 għad-dafnja u (96 siegħa) LC50 għall-ħut. Kriterju 3.2. – Rekwiżiti għal kull sustanza msemmija preżenti b’aktar minn 0,10 % (w/w) Għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi akkwatiċi li ġejjin għandha tissemma dejta dwar ir-riżultati tat-test tat-tossiċità kronika fil-forma ta’ Konċentrazzjoni ta’ Effett Mhux Osservat (NOEC - No Observed Effect Concentration): dafnja u ħut. Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tossiċità kronika jkunu neqsin, għandhom jiġu pprovduti r-riżultati tat-testijiet tat-tossiċità akkwatika akuta għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin; alka u dafnja. Sustanza waħda jew aktar li juru ċertu grad ta’ tossiċità akkwatika huma permessi f’kull waħda mill-ħames kategoriji ta’ lubrikanti għal konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 1. Valutazzjoni u verifika: Dejta dwar Konċentrazzjoni ta’ Effett Mhux Osservat (NOEC) għaż-żewġ livelli trofiċi, dafnja u ħut, huma stabbiliti permezz tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: Parti C.20 u Parti C.14 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għal dafnja u ħut rispettivament, jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti kif maqbul mal-korp kompetenti. Kemm dejta dwar it-tossiċità akuta tal-baħar jew tal-ilma ħelu huma aċċettati dwar l-alka u d-dafnja. It-testijiet fl-ilma baħar isiru skont, u bl-użu ta’, speċijiet rilevanti għat-test, imsemmija fil-linji gwida li ġejjin: ISO/DIS 10253 jew OECD 201 jew Parti C.3. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-alka, ISO TC 147/SC5/WG2 jew OECD 202 jew Parti C.2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għad-dafnja u OECD 203 jew Parti C.1 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut. Huma permessi wkoll metodi ekwivalenti tat-test kif maqbul mal-korp kompetenti. Jiġu aċċettati biss (72 siegħa)ErC50 għall-alka u (48 siegħa)EC50 għad-dafnja. Valutazzjoni u verifika għall-Kriterji 3.1 u 3.2: għandhom jiġu sottomessi lill-korp kompetenti rapporti ta’ testijiet ta’ kwalità għolja jew dejta mill-letteratura (ittestjar skont protokolli aċċettabbli u l-GLP) inkluż ir-referenzi, u li juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għat-tossiċità akkwatika fit-Tabella 1. Fil-każ ta’ sustanzi jew preparazzjonijiet li jinħallu ftit (< 10 mg/l) jista’ jintuża l-metodu tal-Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma (WAF — water-accommodated fraction) għad-determinazzjoni tat-tossiċità akkwatika. Il-livell ta’ tagħbija stabbilit, xi drabi magħruf bħala LL50 u marbut mat-tagħbija letali, jista’ jintuża direttament fil-kriterji tal-klassifikazzjoni. Il-preparazzjoni ta’ Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti skont waħda mil-linji gwida li ġejjin; ECETOC Rapport Tekniku Nru 20 (1986), l-Anness III għall-OECD 1992 301 jew id-Dokument ta’ Gwida ISO 10634, jew l-ASTM D6081-98 (Prattika standard għall-Ittestjar tat-Tossiċità Akkwatika għal-Lubrikanti: (Standard practice for Aquatic Toxicity Testing for Lubricants:) Preparament tal-Kampjun u Interpretazzjoni tar-Riżultati jew metodi ekwivalenti (Sample Preparation and Results Interpretation or equivalent methods)). Barra minn hekk, id-demostrazzjoni tan-nuqqas ta’ tossiċità għal sustanza fil-limiti tagħha ta’ kemm tinħall fl-ilma għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti ta’ dan il-kriterju. Studju tat-tossiċità akkwatika mhux meħtieġ li jsir meta: - il-klassifika tas-sustanza, fluwidu bażiku jew addittiv diġà tissemma fil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanza tal-Lubrikant jew - tista’ tiġi sottomessa ittra valida ta’ konformità minn korp kompetenti jew - mhux probabbli li s-sustanza taqsam membrani bijoliġiċi MM > 800 g/mol jew dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å) jew, - is-sustanza hija polimeru u l-frazzjoni tal-piż molekulari anqas minn 1000 g/mol tkun inqas minn 1 % jew - is-sustanza ftit li xejn tinħall fl-ilma (solubbiltà fl-ilma < 10 μg/l), għaliex tali sustanzi mhumiex meqjusa tossiċi għall-alka u d-dafnja fis-sistema akkwatika. Is-solubbiltà tas-sustanzi fl-ilma għandha tiġi determinata, fejn jixraq skont l-OECD 105 jew metodi ta’ testijiet ekwivalenti. Il-frazzjoni tal-piż molekulari inqas minn 1000 g/mol ta’ polimeru għandha tiġi determinata skont il-Parti A.19 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ta’ testijiet ekwivalenti. Kriterju 4 – Bijodegradibbiltà u potenzjal bijoakkumulattiv Ir-rekwiżiti għall-potenzjal tal-bijodegradabbiltà u l-bijoakkumulattività għandhom jiġu sodisfatti għal kull sustanza imsemmija preżenti ‘l fuq minn 0,10 % (w/w). Il-lubrikant ma għandux ikun fih sustanzi li huma kemm: mhux bijodegradabbli u (potenzjalment) bijoakkumulattivi. Madankollu, il-lubrikant jista’ jkun fih sustanza waħda jew aktar b’ċertu grad ta’ degradibbiltà jew bijoakkumulazzjoni potenzjali jew attwali sa konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 1. Valutazzjoni u verifika: il-konformità għandha tintwera billi tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja: Rapporti ta’ testijiet ta’ kwalità għolja jew dejta mill-letteratura (ittestjar skont protokolli aċċettabbli u l-GLP) inkluż ir-referenzi dwar il-bijodegradabbiltà u meta meħtieġ dwar il-bijoakkumulazzjoni (potenzjali) ta’ kull sustanza konstitwenti. 4.1. Bijodegradazzjoni Sustanza titqies li hija finalment bijodegradabbli (aerobika) jekk: 1. Fi studju tal-bijodegradabbiltà ta’ 28 jum skont il-Parti C.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, OECD 306, OECD 310 jinkisbu l-livelli li ġejjin tal-bijodegradazzjoni: - fit-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali bbażati fuq il-karbonju organiku maħlul ≥ 70 %; - fit-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali bbażati fuq it-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju ≥ 60 % tal-massimu teoretiku. F’dawn it-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali l-prinċipju ta’ apertura ta’ għaxart ijiem (10) mhux neċessarjament japplika. Jekk is-sustanza tilħaq il-livell rikjest ta’ bijodegradazzjoni fi żmien 28 jum iżda mhux fl-apertura ta’ għaxart ijiem (10), tiġi assunta rata ta’ bijodegradazzjoni aktar bil-mod. 2. Il-BOD5/ThOD jew il-proporzjon BOD5/COD ≥ 0,5. Il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD) jista’ jintuża biss jekk l-ebda dejta abbażi tal-Parti C.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, OECD 306 jew OECD 310 jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ test ekwivalenti ma jkunu disponibbli. Il-BOD5 għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.5. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ekwivalenti filwaqt li l-COD għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.6. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ekwivalenti. Sustanza titqies li hija bijodegradabbli b’mod inerenti jekk turi: - bijodegradazzjoni > 70 % fil-Parti C.9. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew test tal-OECD 302 C għall-bijodegradazzjoni b’mod interenti jew metodi ekwivalenti, jew - bijodegradazzjoni > 20 % imma < 60 % wara 28 jum fil-Parti C.4. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, testijiet tal-OECD 306, l-OECD 310 ibbażati fuq it-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju jew metodi ekwivalenti. It-test tal-bijodegradazzjoni ma hemmx għalfejn isir meta: - il-klassifikazzjoni tas-sustanza, fluwidu bażiku jew addittiv tissemma diġà fil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanzi Lubrikanti jew tista’ tiġi sottomessa ittra valida ta’ konformita minn korp kompetenti - Sustanza mhix bijodegradabbli jekk ma tissodisfax il-kriterji tal-bijodegradabbiltà finali jew b’mod inerenti. L-applikant jista’ juża wkoll dejta read-across biex jistima l-bijodegradabbiltà ta’ sustanza. "Read-across" għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà ta’ sustanza għandha tkun aċċettabbli jekk is-sustanza ta’ referenza tkun differenti bi grupp funzjonali wieħed biss jew framment mis-sustanza applikata fil-prodott. Jekk is-sustanza ta’ referenza tkun bijodegradabbli diġà jew b’mod inerenti u l-grupp funzjonali jkollu effett pożittiv fuq il-bijodegradabbiltà aerobika, allura s-sustanża applikata tista’ wkoll tiġi kkunsidrata li hija faċilment bijodegradabbli jew b’mod inerenti. Gruppi funzjonali jew frammenti b’effett pożittiv fuq il-bijodegradazzjoni huma: l-alkoħol alifatiku u aromatiku [-OH], l-aċidu alifatiku u aromatiku [-C(= O)-OH], l-aldeid [-CHO], l-ester [-C(= O)-O-C], l-amidu [-C(= O)-N jew –C(= S)-N]. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudju fuq is-sustanza ta’ referenza. Fil-każ ta’ tqabbil ma’ framment mhux inkluż hawn fuq, għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudji fuq l-effetti pożittivi tal-grupp funzjonali fuq il-bijodegradazzjoni ta’ sustanzi strutturalment simili. 4.2. Bijoakkumulazzjoni Il-bijoakkumulazzjoni (potenzjali) ma hemmx għalfejn tkun stabbilita meta s-sustanza: - għandha MM > 800 g/mol, jew - għandha dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å), jew - għandha koeffiċjent tal-parti oktanol-ilma, log Kow, valur ta’ < 3 jew > 7, jew - għandha BCF imkejjel ta’ 100 L/kg, jew - hija polimeru u l-frazzjoni tal-piż molekulari anqas minn 1000 g/mol tkun inqas minn 1 %. Billi l-biċċa l-kbira tas-sustanzi użati fil-lubrikanti huma idrofobiċi b’mod sinifikanti, il-valur BCF għandu jkun ibbażat fuq il-kontentut tal-piż lipidu u għandha tingħata attenzjoni biex ikun hemm żmien ta’ espożizzjoni suffiċjenti. Il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.13 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti. Il-koeffiċjent tal-parti oktanol-ilma (log Kow) għandu jiġi vvalutat skont il-Parti A.8 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew OECD 123 jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti. Fil-każ ta’ sustanza organika differenti minn aġent tensjoattiv fejn mhuwiex disponibbli valur esperminentali, jista’ jintuża metodu ta’ kalkulazzjoni. Huma permessi il-metodi tal-kalkulazzjoni li ġejjin: CLOGP, LOGKOW, (KOWWIN) u SPARC. Valuri log Kow stmati minn kwalunkwe minn dawn il-metodi ta’ kalkulazzjoni < 3 or > 7 jindikaw li s-sustanza mhijiex mistennija li tagħmel bijoakkumulazzjoni. Il-valuri Log Kow huma applikabbli biss għal kimiċi organiċi. Sabiex jiġi vvalutat il-potenżjal ta’ bijoakkumulazzjoni ta’ komposti mhux organiċi, aġenti tensjoattivi u xi komposti organometalliċi, għandu jsir kejl BCF. Kriterju 5 – Materji primi rinnovabbli Il-prodott formulat għandu jkun fih kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi rinnovabbli li għandhom ikunu: - ≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 1, - ≥ 45 % (m/m) għall-Kategorija 2, - ≥ 70 % (m/m) għall-Kategorija 3, - ≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 4, - ≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 5. Kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi rinnovabbli jfisser il-persentaġġ tal-massa tal-komponent A × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent A, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt A] flimkien mal-persentaġġ tal-massa tal-komponent B × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent B, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt B] flimkien mal-persentaġġ tal-massa tal-komponent C × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent C, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt C] u jkompli hekk. L-applikant għandu jindika fuq l-applikazzjoni it-tip(i), is-sors(i) u l-oriġini tal-materjal(i) rinnovabbli tal-komponenti ewlenin. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Kriterju 6 – Prestazzjoni teknika minima (a) Għal Fluwidi idrawliċi: tal-inqas il-kriterji tal-prestazzjoni teknika kif stabbilit fl-ISO 15380 attwali, it-Tabelli 2 sa 5. Il-fornitur għandu jelenka liema 2 elastomers ġew ittestjati fuq l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tiegħu. (b) Għal Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar: tal-inqas ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni teknika kif stabbilit f’DIN 51517. Il-fornitur għandu jelenka liema taqsima intgħażlet (I, II jew III) fuq l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tiegħu. (c) Għal żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina: tal-inqas il-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni kif stabbiliti fil-RAL UZ 48 tal-Blue Angel. (d) Għaż-żjut two-stroke għall-applikazzjonijiet tal-baħar: tal-inqas il-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni stabbiliti fin-"NMMA Certification for Two-Stroke Cycle Gasoline Engine Lubricants" tal-NMMA TC-W3. (e) Għaż-żjut two-stroke għall-applikazzjonijiet terrestri: tal-inqas jissodisfaw il-livell EGD tal-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni stabbiliti f’ISO 13738:2000. (f) Għal lubrikanti l-oħrajn kollha: tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata. Kriterju 7 – Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej: - "— Inqas ħsara għall-ilma u l-ħamrija waqt l-użu - — Fih frazzjoni kbira ta’ materjal b’bażi bijoloġika". Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-"Guidelines for the use of the EU Ecolabel logo (Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE)" fuq is-sit tal-Internet: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Tabella 1 Kriterji għal-lubrikant u għal kull sustanza msemmija | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | KategorijaKriterji | Fluwidi idrawliċi u żjut tat-trażmissjoni tat-tratturi | Griżijiet u griżijiet tat-tutbu tal-istern | Żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina, aġenti tar-rilaxx tal-konkrit, lubrikanti tal-ħbula tal-wajer u lubrikanti oħrjan ta’ telf totali | Żjut terrestri u tal-baħar two-stroke | Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar | Dikjarazzjonijiet ta’ periklu Ambjentali jew għas-Saħħa jew Frażi tar-Riskju tal-lubrikant fi żmien l-applikazzjoni (Deroga għall-Kriterju 1a) | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Dikjarazzjoni ta’ periklu Ambjentali jew għas-Saħħa jew Frażi tar-Riskju tal-lubrikant fi żmien l-applikazzjoni | Xejn (L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE) | Xejn (L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE) | Xejn (L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE) | Xejn (L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE) | Xejn (L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE) | Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi (Kriterju 1b u 2) | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Elenkati fl-OSPAR, il-lista tal-Unjoni tas-sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma; aloġeni organiċi; nitriti; metalli u komposti metalliċi bl-eċezzjoni ta’ Na, K, Mg, Ca au għas-sustanzi li jgħaqqdu Li, Al; CMR cat 1,2 (R45, R46, R49, R60 jew R61); il-lista tal-kandidati għall-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 | < 0,010 % | < 0,010 % | < 0,010 % | < 0,010 % | < 0,010 % | Tossiċità akkwatika (Criterion 3.2 only) | Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Mhux tossiku (D) | Tossiċità akuta > 100 mg/L jew NOEC > 10 mg/L | Mhux limitat | Jagħmel il-ħsara (E) | 10 mg/L < Tossiċità akuta ≤ 100 mg/L jew 1 mg/L < NOEC ≤ 10 mg/L | ≤ 20 | ≤ 25 | ≤ 5 | ≤ 25 | ≤ 20 | Tossiku (F) | 1 mg/L < Tossiċità akuta ≤ 10 mg/L jew 0.1 mg/L < NOEC ≤ 1 mg/L | ≤ 5 | ≤ 1 | ≤ 0.5 | ≤ 1 | ≤ 5 | Tossiku ħafna (G) | Tossiċità akuta ≤ 1 mg/L jew NOEC ≤ 0,1 mg/L | ≤ 0,1/M [14] | ≤ 0,1/M [14] | ≤ 0,1/M [14] | ≤ 0,1/M [14] | ≤ 1/M [14] | Bijodegredazzjoni u Bijoakkumulazzjoni (Kriterju 4) | Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Finalment bijodegradabbli aerobikament (A) | > 90 | > 75 | > 90 | > 75 | > 90 | Bijodegradabbli aerobikament b’mod interenti (B) | ≤ 5 | ≤ 25 | ≤ 5 | ≤ 20 | ≤ 5 | Mhux bijodegradabbli U mhux bijoakkumulattiv (C) | ≤ 5 | ≤ 5 | ≤ 10 | ≤ 5 | Mhux bijodegradabbli U bijoakkumulattiv (X) | ≤ 0,1 | ≤ 0,1 | ≤ 0,1 | ≤ 0,1 | ≤ 0,1 | Frazzjoni mhux ivvalutata għat-tossiċità akkwatika (Kriterju 3.2) jew bijodegredazzjoni/bijoakkumulazzjoni (Kriterju 4) | Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | | < 0,5 | < 0,5 | < 0,5 | < 0,5 | < 0,5 | Rennovabbiltà (Kriterju 5) | Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Ibbażat fuq il-karbonju | ≥ 50 % | ≥ 45 % | ≥ 70 % | ≥ 50 % | ≥ 50 % | | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Prestazzjoni teknika minima (Kriterju 6) | Fluwidi idrawliċi: ISO 15380 Tabelli 2 sa 5 Żjut tat-tra’missjoni tat-tratturi tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom. | Tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom. | Żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina: Bħal RAL UZ 48. Oħrajn: tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom. | Żjut-2T tal-baħar: Bħal f’NMMA TC-W3. Żjut-2T terrestri: bħal-livell EGD f’ISO 13738:2000 | Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar DIN 51517 | fattur tal-multiplikazzjoni (M) | Valur LC50 jew EC50 ("L(E)C50") ta’ sustanza | 1 | 0,1 < L(E)C50 ≤ 1 | 10 | 0,01 < L(E)C50 ≤ 0.1 | 100 | 0,001 < L(E)C50 ≤ 0.01 | 1000 | 0,0001 < L(E)C50 ≤ 0 001 | Għal sustanzi li għandhom valur LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,0001 mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’intervalli ta’ fattur ta’ 10). | Tabella 2 Rekwiċiti tat-tossiċità akkwatika għall-kategoriji differenti tal-lubrikanti – Rekwiżiti tad-dejta u l-komponenti ewlenin tiegħu Kriterju 3.1 | Kategorija 1 | Kategorija 2 | Kategorija 3 | Kategorija 4 | Kategorija 5 | Tossiċità akkwatika akuta għal-lubrikant ippreparat frisk fuq tliet livell trofiċi, alka dafnja u ħut | > 100 mg/L | > 1000 mg/L | > 1000 mg/L | > 1000 mg/L | > 100 mg/L | Tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni fuq iż-żewġ livelli trofiċi alka u dafnja | > 100 mg/L | > 100 mg/L | > 100 mg/L | > 100 mg/L | > 100 mg/L | [1] ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1. [2] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. [3] ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. [4] Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. [5] Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE. [6] Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. [7] Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE. [8] ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. [9] ĠU L 133, 31.5.2010, p. 1. [10] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. [11] ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1. [12] Krustaċju jista’ jissostitwixxi dafnja f’din id-Deċiżjoni meta tiġi sottomessa dejta dwar il-baħar [13] ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1. [] M huwa l-fattur tal-multiplikazzjoni ta’ 10 għal sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akkwatiku bħal fit-Tabella 1b fid-Direttiva 2006/8/KE (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12). --------------------------------------------------