32010R0807


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal- 14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni

 ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010

tal- 14 ta’ Settembru 2010

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 43(g) u (h) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad- 29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità [2] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali [3]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2) Il-proċedura u r-regoli li jwaqqfu l-pjan ta’ tqassim annwali għall-prodotti minn ħażniet ta’ intervent stipulati mill-Kummissjoni fuq informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri jeħtieġu li jiġu simplifikati u l-orarju irid jiġi adattat fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ tqassim lid-destinatarji u l-ħtieġa ta’ ġestjoni finanzjarja tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku.

(3) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni aktar standardizzata fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f’din l-azzjoni, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kunċett ta’ "benefiċjarji" jew ta’ "destinatarji finali" tal-miżura. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni kif ukoll il-kontroll tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, huwa xieraq li jiġi previst li l-organizzazzjonijiet tal-karità maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitqiesu bħala destinatarji finali meta huma jiżguraw it-tqassim effettiv tal-oġġetti tal-ikel fil-livell lokali fejn jgħixu l-persuni l-aktar fil-bżonn, taħt ċerti forom.

(4) Il-forniment ta’ prodotti agrikoli u ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni normalment jolqot prodotti pproċessati jew ippakkjati minn prodotti miġbura mill-ħażniet ta’ intervent tal-Unjoni. Iżda, l-għan jista’ jinkiseb ukoll bil-forniment ta’ prodotti agrikoli u ikel ġejjin mill-istess kategorija ta’ prodotti li jitpoġġew fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn jagħmel tajjeb għall-forniment l-irtirar jew trasferiment ta’ prodotti mill-ħażniet ta’ intervent.

(5) Biex ikunu jistgħu jiġu ttrattati sitwazzjonijiet li fihom ċerti prodotti bażiċi jkunu temporanjament mhux disponibbli f’ħażniet ta’ intervent fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ pjan annwali jew matul l-implimentazzjoni tiegħu, l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prodotti konċernati jistgħu jkunu mobilizzati fis-suq tal-Unjoni, għalkemm biss taħt kondizzjonijiet li ma jkunux f’kunflitt mal-prinċipju ta’ provvista minn ħażniet ta’ intervent. Ir-regoli għal tali mobilizzazzjoni għandhom jiġu determinati.

(6) Biex ikun hemm konformità mal-prinċipju li għandha tingħata prijorità lil ħażniet ta’-intervent waqt il-mobilizzazzjoni ta’ prodotti biex jissupplixxu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, għandha tkun żgurata l-aħjar distribuzzjoni ta’ ħażniet pubbliċi eżistenti bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema meta l-pjan ikun adottat u operazzjonijiet ta’ trasferiment ġewwa l-Unjoni magħmula neċessarja minn nuqqas ta’ disponibbiltà tal-prodotti mitluba fi Stat Membri wieħed jew aktar għandhom ikunu koordinati.Għall-iskopijiet li jkun applikat l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/700, limitu ta’ kwantità minima għandu jkun iffissat wkoll li taħtu, għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni ekonomika tajba, ma jistgħux ikunu implimentati trasferimenti ġewwa l-Unjoni.

(7) Biex titħalla amministrazzjoni għaqlija tal-iskema u biex tkun organizzata l-implimentazzjoni tal-pjan annwali tal-Unjoni, ikun xieraq, l-ewwel nett, li jkunu stabbiliti, meta dak il-pjan ikun qed jiġi adottat, il-prodotti li għalihom l-indisponibbiltà temporanja tagħhom tiġġustifika l-mobilizzazzjoni fuq is-suq tal-istess prodott jew prodott fl-istess kategorija, u t-tieni nett li tiġi ffissata l-allokazzjoni finanzjarja li għandha tkun magħmula disponibbli lill-Istati Membri għal dan il-għan. Biex ikunu sodisfatti l-għanijiet fuq imsemmija, dik l-allokazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet mdaħħla mill-Istat Membru għall-pjan annwali, il-kwantitajiet tal-prodotti mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent u l-allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta’ qabel u l-użu effettiv tagħhom.

(8) Bl-istess għan li tingħata prijorità għall-użu ta’ ħażniet ta’ intervent, għandu jkun preskritt li fornimenti li jużaw prodotti li għandhom jiġu rtirati minn dawk il-ħażniet għandhom ikunu allokati qabel ma jibdew operazzjonijiet għal mobilizzazzjoni ta’ prodotti tal-istess kategorija fis-suq tal-Unjoni.

(9) Għandhom jinkisbu l-aħjar kondizzjonijiet biex jitwettqu t-tipi differenti ta’ forniment u għandu jkun speċifikat li sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ppubblikati biex jiżguraw li l-operaturi kollha stabbiliti fl-Unjoni jkollhom aċċess ugwali.

(10) Għandu jiġi dikjarat espliċitament li dawn is-sejħiet għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa dwar il-konsenja tal-fornimenti u għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jiġi aġġustat il-ħlas għalihom ibbażat fuq il-konformità jew le mal-ħtiġiet preskritti.

(11) Il-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet ta’ intervent fil-kuntest tal-pjan annwali jistgħu jiġu fornuti fi stat mhux ipproċessat jew ipproċessat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel, jew jistgħu jiġu rtirati bħala ħlas għall-forniment jew għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel immobilizzati fis-suq tal-Unjoni. Għal dan it-tip ta’ forniment tal-aħħar, għandhom jiġu speċifikati l-prodotti disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent li jistgħu jiġu rtirati bi ħlas għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċereali, ta’ prodotti abbażi ta’ ross u ta’ prodotti tal-ħalib.

(12) Biex jitwieġbu aħjar il-bżonnijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u biex titwessa’ l-firxa ta’ prodotti tal-ikel fornuti, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-prodotti minn ħażniet ta’ intervent jistgħu jiġu inkorporati, taħt ċerti kundizzjonijiet, fi prodotti oħra għall-għanijiet tal-manifattura tal-ikel.

(13) Il-kondizzjonijiet tal-ħlas lura lill-organizzazzjonijiet tal-karità ta’ spejjeż minfuqa fuq it-trasport ta’ prodotti u ukoll, fejn xieraq, spejjeż ta’ amministrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti, fil-limiti tal-fondi disponibbli. Ir-regoli biex jiddaħħal fil-kontijiet il-valur ta’ prodotti rtirati mill-ħażniet ta’ intervent għall-għanijiet tal-infiq mill- Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għandhom ukoll jiġu stipulati, flimkien mar-regoli li għandhom jiġu applikati f’każ illi l-ħażniet jiġu ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor.

(14) L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lura fuq il-bażi tal-ispejjeż reali debitament ġustifikati stabbiliti fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għandu jiġi speċifikat, iżda, li l-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trasport bejn l-imħażen tal-organizzazzjoni tal-karità u l-post tad-distribuzzjoni finali huwa effetwat fuq il-bażi ta’ prova sostnuta.

(15) Sabiex tkun assigurata utilizzazzjoni mtejba tar-riżorsi disponibbli, għandu jkun speċifikat li fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu l-ispejjeż tat-trasport joħolqu l-ħtieġa ta’ pagamenti fil-għamla ta’ prodotti.

(16) Jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ kontrolli li huma l-aktar xierqa fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, b’mod partikolari r-rata ta’ kontrolli li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti. Ir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan iridu jinkludu d-dejta li tippermetti li jiġu ddeterminati r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u b’hekk tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni.

(17) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Stati Membri li jixtiequ japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 f’isem il-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena mhux aktar tard mill-1 ta’ Frarqabel il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(a) il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ prodott (f’tunnellati) meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan fuq it-territorju tagħhom għas-sena inkwistjoni;

(b) il-forma li fiha l-prodotti għandhom jitqassmu lid-destinatarji;

(c) il-kriterji ta’ eliġibbiltà tad-destinatarji;

(d) ir-rata tat-tariffa, jekk ikun hemm, li tista’ tiġi mitluba lid-destinatarji skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, "il-persuni l-aktar fil-bżonn" tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi jew familji jew gruppi magħmula minn dawn il-persuni, li għandhom qagħda ta’ dipendenza soċjali u finanzjarja stabbilita jew rikonoxxuta fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà adottati mill-awtoritajiet kompetenti, jew determinata fuq il-bażi tal-kriterji użati mill-organizzazzjonijiet tal-karità u li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 2

1. Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tadotta pjan annwali għat-tqassim ta’ ikel għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn, imqassam skont l-Istat Membru konċernat, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-"pjan". Għall-għanijiet li jkunu allokati r-riżorsi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha l-aħjar stimi tan-numru tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Istati Membri kkonċernati. Għandha tagħti każ ukoll ta’ kif twettqu l-operazzjonijiet u l-użu li għalihom tpoġġew riżorsi matul is-snin finanzjarji ta’ qabel, fuq il-bażi b’mod partikolari tar-rapporti previsti fl-Artikolu 11.

2. Qabel ma jiġi mfassal il-pjan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-organizzazzjoniet prinċipali midħla tal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni.

3. Il-pjan għandu jinkludi b’mod partikolari:

(a) għal kull wieħed mill-Istati Membri li japplika l-miżura, li ġej:

(i) ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli biex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan;

(ii) il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandu jkun irtirat mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji li jħallsu jew ta’ intervent, minn hawn ‘il quddiem it-tnejn imsejħa "aġenziji ta’ intervent";

(iii) l-allokazzjoni magħmula disponibbli għal kull prodott għax-xiri fis-suq tal-Unjoni meta l-prodott ikkonċernat jinstab li jkun temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent meta jkun adottat il-pjan

Din l-allokazzjoni għandha tkun stabbilita għal kull prodott waqt li jingħata każ l-ewwel nett, tal-kwantità murija fin-notifikazzjoni tal-Istat Membru li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(2), it-tieni nett tal-kwantitajiet mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent u t-tielet nett tal-prodotti li jkunu saru applikazzjonijiet għalihom u allokati matul is-snin finanzjarji ta’ qabel u l-użu effettiv li jkun sar minnhom.

Din l-allokazzjoni għandha titfisser f’ euros waqt li jintuża l-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent stabbilit skont l-Artikolu 5(1);

(iv) fejn ikun adattat, allokazzjoni għax-xiri fis-suq tal-Unjoni ta’ prodott wieħed jew aktar, mhux disponibbli mill-Istat Membru minn fejn huma meħtieġa, fejn it-trasferiment ġewwa l-Unjoni neċessarju biex jitwettaq il-pjan f’dak l-Istat Membru jkun fir-rigward ta’ kwantità ta’ 60 tunnellata jew inqas għal kull prodott mhux disponibbli.

Din l-allokazzjoni għandha titfisser f’ euros waqt li jintuża l-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti kkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 5(1).

(b) l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż ta’ trasferiment ġewwa l-Unjoni tal-prodotti ta’ intervent miżmuma minn aġenzija ta’ intervent fi Stat Membru minbarra dak fejn il-prodott hu meħtieġ.

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan kemm jista’ jkun malajr.

Artikolu 3

1. Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.

2. L-irtirar tal-prodotti mill-ħażniet ta’ intervent għandu jseħħ mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara, fuq bażi regolari u skont ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-pjan.

70 % tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a)(ii) għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan. Madankollu, dan l-obbligu ma japplikax għall- li jinvolvu kwantitajiet anqas minn jew ugwali għal 500 tunnellata. Il-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew irtirati mill-ħażniet ta’ intervent fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan ma għandhomx jibqgħu allokati lill-Istat Membru ddeżinjat fil-qafas tal-pjan ikkonċernat.

Madankollu, fil-każ tal-butir u l-ħalib tat-trab xkumat, 70 % tal-prodotti għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet ta’ intervent qabel l-1 ta’ Frar tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan. Dan l-obbligu ma japplikax għall-allokazzjonijiet li jinvolvu kwantitajiet anqas minn jew ugwali għal 500 tunnellata.

F’każ li jinqabżu t-termini ta’ żmien previsti mill-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, l-ispejjeż tal-ħżin tal-prodotti ta’ intervent ma jibqgħux jitħallsu mill-Unjoni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-prodotti li ma ġewx irtirati mill-ħażniet ta’ intervent fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan.

Il-prodotti li jridu jkunu rtirati għandhom jitneħħew mill-ħażniet ta’ intervent fi żmien sittin jum mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt mill-kuntrattur fornitur li jkun ingħażel jew, fil-każijiet tat-trasferimenti, fi żmien sittin jum min-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fornitur.

3. Għall-prodotti li għandhom ikunu mobilizzati skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv), l-operazzjonijiet ta’ pagament għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti mill-operatur għandhom jingħalqu qabel l-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan.

4. Matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr telf ta’ żmien, b’kull tibdila li jagħmlu fl-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom fil-limiti stretti tal-mezzi ta’ finanzjament disponibbli għalihom. In-notifika għandha tkun akkompanjata bl-informazzjoni kollha xierqa. Fejn bidliet issostanzjati jikkonċernaw 5 % jew aktar tal-kwantitajiet jew valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-Unjoni, il-pjan għandu jiġi rrivedut.

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi tnaqqis prevedibbli fl-infiq għall-applikazzjoni tal-pjan. Il-Kummissjoni tista’ talloka r-riżorsi disponibbli lil Stati Membri oħra, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom u l-użu reali tagħhom ta’ prodotti magħmula disponibbli u allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta’ qabel.

Artikolu 4

1. L-implimentazzjoni tal-pjan għandha tinvolvi:

(a) il-forniment ta’ prodotti rtirati mill-ħażniet ta’ intervent;

(b) il-forniment ta’ prodotti mobilizzati fis-suq tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv);

(c) il-forniment ta’ prodotti agrikoli pproċessati jew ikel disponibbli jew li jistgħu jinkisbu fis-suq billi jkunu fornuti bħala pagament għall-prodotti li ġejjin mill-ħażniet ta’ intervent.

2. Il-prodotti mobilizzati fis-suq, imsemmija fil-paragrafu 1(b), għandhom jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti bħall-prodott temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent.

Madankollu, f’każ ta’ indisponibbiltà ta’ ross fil-ħażniet ta’ intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet ta’ intervent bħala pagament għall-forniment ta’ ross u prodotti derivati mir-ross mobilizzati fis-suq.

Bl-istess mod, f’każ ta’ indisponibbiltà ta’ ċereali fil-ħażniet ta’ intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ross mill-ħażniet ta’ intervent bħala pagament għall-forniment ta’ ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali mobilizzati fis-suq.

Prodott partikolari jista’ jkun mobilizzat fis-suq biss jekk il-kwantitajiet kollha ta’ prodott fl-istess grupp li għandhom jiġu rtirati minn ħażniet ta’ intervent għal għanijiet ta’ forniment b’applikazzjoni tal-Artikolu 2(3)(a)(ii), li jinkludu kwantitajiet li għandhom ikunu ttrasferiti b’applikazzjoni tal-Artikolu 8, kienu ġew diġà allokati. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-ftuħ ta’ proċeduri ta’ mobilizzazzjoni fis-suq.

3. Fejn il-forniment ikollu x’jaqsam ma’ prodotti rtirati minn ħażniet ta’ intervent, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha toħroġ jew tirranġa li tinħareġ sejħa għall-offerti biex tistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet vantaġġjużi ta’ forniment. Is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika preċiżament in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott li għandu jkun fornut.Il-prodott li jrid jiġi fornut għandu jkun jew il-prodott irtirat minn ħażniet ta’ intervent f’forma mhux ipproċessata jew wara l-ippakkjar u/jew l-ipproċessar, jew prodott mobilizzat fis-suq billi jiġi rtirat prodott minn ħażniet ta’ intervent bi ħlas għall-forniment.

Is-sejħa għall-offerti għandha tikkonċerna:

(a) l-ispejjeż għall-ipproċessar u/jew ippakkjar tal-prodotti li jkunu ġejjin minn ħażniet ta’ intervent;

(b) jew il-kwantità ta’ prodotti agrikoli oġġetti tal-pproċessati jew, fejn ikun xieraq, ippakkjati li jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ prodotti minn ħażniet ta’ intervent fornuti bi ħlas għal tali prodotti;

(c) jew il-kwantità ta’ prodotti agrikoli pproċessati jew ikel disponibbli jew li jistgħu jinkisbu fis-suq billi jkunu fornuti bħala pagament għall-prodotti li ġejjin mill-ħażniet ta’ intervent; dan l-ikel għandu jinkludi fil-kompożizzjoni tiegħu ingredjent li jappartjeni għall-istess grupp ta’ prodotti bħall-prodott ta’ intervent fornut bħala pagament.

Fil-każ riferit fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, fejn forniment jinvolvi ċereali jew prodotti miċ-ċereali, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ċereali speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent. Fejn il-forniment jinvolvi l-prodotti mill-ħalib, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika liema prodott, butir jew trab tal-ħalib, irid jiġi rtirat mill-ħażniet miżmuma minn aġenzija ta’ intervent skont il-ħażniet miżmuma minn dik l-aġenzija.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, u meta l-forniment jinvolvi ross jew prodotti mir-ross bi skambju għal ċereali rtirati mill-ħażniet ta’ intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ċereali speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent.Bl-istess mod, fejn forniment jinvolvi ċereali jew prodotti miċ-ċereali bi skambju għal ross irtirat mill-ħażniet ta’ intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ross speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent.

Fejn il-forniment jinvolvi l-ipproċessar u/jew ppakkjar tal-prodott, is-sejħa għall-offerta għandha tirreferi għall-obbligu ta’ dak li rnexxielu jirbaħ il-kuntratt li jpoġġi garanzija, qabel ma jieħu l-prodotti, għall-benefiċċju tal-aġenzija ta’ intervent skont it-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [4], għal ammont ugwali għall-prezz ta’ intervent applikabbli dik il-ġurnata ffissata biex jittieħed dak il-prodott miżjud b’10 % ta’ dak il-prezz. Għall-iskopijiet tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament, ir-rekwiżit ewlieni għandu jkun il-forniment tal-prodott fid-destinazzjoni prevista. F’każ ta’ wara t-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan previst mill-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija mitlufa għandha tikkorrispondi għal 15 % tal-ammont garantit. Barra minn hekk, il-bqija tal-ammont tal-garanzija għandu jintilef b’rata ta’ 2 % addizzjonali għal kull jum ta’ dewmien. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika jekk il-prodott irtirat mill-ħażniet ta’ intervent jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur tal-forniment bħala pagament ta’ forniment li jkun diġà sar.

4. Fejn il-forniment jinvolvi prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel li għandhom ikunu mobilizzati fis-suq tal-Komunità, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha toħroġ sejħa għall-offerti biex tistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet vantaġġjużi ta’ forniment. Is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika preċiżament in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott jew oġġett tal-ikel li għandu jkun mobilizzat, speċifikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ippakkjar u l-immarkar u obbligi oħra assoċjati mal-forniment.Il-kuntratt ta’ forniment jingħata lill-offerent magħżul wara li jkun ħalla depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-110 % tal-ammont tal-offerta tiegħu f’isem l-aġenzija ta’ intervent, skont it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Is-sejħa għall-offerti għandha tirrigwarda l-ispejjeż tal-forniment kollha u għandha ssejjaħ għat-tfigħ ta’ offerti li jkollhom x’jaqsmu, skont il-każ, ma’:

(a) il-kwantità massima tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għandu jkun mobilizzat fis-suq għal ammont monetarju ffissat fl-avviż;

(b) jew l-ammont monetarju meħtieġ biex tkun mobilizzata fis-suq kwantità ffissata fl-avviż.

5. Il-prodotti li ġejjin mill-intervent jew mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) jew il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu inkorporati jew miżjuda ma’ prodotti oħra mobilizzati fis-suq għall-manifattura ta’ ikel li għandu jiġi fornut għall-implimentazzjoni tal-pjan.

6. L-ispejjeż ta’ trasport għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ sejħa għall-offerti.

Stati Membri jistgħu jispeċifikaw li l-forniment għandu jinkludi wkoll it-trasport ta’ prodotti għall-imħażen tal-organizzazzjoni tal-karità. F’dawn il-każijiet it-trasport għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjoni speċifika fis-sejħa għall-offerti u għandu jikkostitwixxi punt partikolari fl-offerta imdaħħla.

Offerti li għandhom x’jaqsmu ma’ trasport għandhom jiddaħħlu f’ammonti monetarji.

Il-ħlas ta’ spejjeż ta’ trasport m’għandu fl-ebda każ isir bi prodotti.

7. Is-sejħiet għall-offerti għandhom jiggarantixxu aċċess ugwali għall-operaturi kollha stabbiliti fl-Unjoni. Għal dan il-għan għandhom ikunu s-suġġett ta’ avviżi ppubblikati f’pubblikazzjonijiet amministrattivi uffiċjali kif ukoll ikunu magħmula disponibbli f’forma sħiħa fuq talba tal-operaturi interessati.

8. Is-sejħiet għall-offerti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar l-operazzjoni ta’ forniment, speċjalment fir-rigward tal-kwalità tal-prodotti, l-ippakkjar u l-immarkar. Għandhom jinkludu wkoll dispożizzjoni fis-sens illi jekk il-kwalità, l-ippakkjar jew l-immarkar tal-prodotti innutati fiż-żmien iffissat għall-forniment tagħhom ma jkunux jikkorrispondu eżattament ma’ dak li kien stipulat, iżda ma jipprevjenix li l-oġġetti jiġu aċċettati għall-użu maħsub tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw tnaqqis meta jikkalkolaw l-ammont li għandu jitħallas.

Artikolu 5

1. Għall-finijiet ta’ kontabbiltà tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u minkejja l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 [5], il-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti ta’ intervent magħmula disponibbli taħt dan ir-Regolament għandu jkun il-prezz ta’ intervent applikabbli fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti ta’ intervent għandu jkun konvertit fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju applikabbli fl-ewwel ta’ Ottubru.

2. Fejn prodotti ta’ intervent ikunu trasferiti minn Stat Membru għal ieħor, l-Istat Membru fornitur għandu jirreġistra l-prodott fornut fil-kontijiet bħala entrata b’figura ta’ zero u l-Istat Membru destinatarju għandu jirreġistrah bħala rċevuta fix-xahar li jkun intbagħat, u juża l-prezz ikkalkolat skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

Bl-iskop ta’ tqassim tal-oġġetti tal-ikel lil persuni l-aktar fil-bżonn u sabiex iwettqu kontrolli, l-organizzazzjonijiet tal-karità li jieħdu ħsieb direttament il-benefiċjarji għandhom jitqiesu li huma d-destinatarji finali ta’ dan it-tqassim jekk ikunu huma li effettivament iqassmu l-oġġetti tal-ikel. Oġġetti tal-ikel li, mingħajr ebda intervent ieħor, jitqassmu fuq livell lokali direttament lill-benefiċjarji bħala pakketti tal-ikel jew ikliet xierqa, skont il-każ, kemm kuljum jew kull ġimgħa, għandhom jitqiesu li jkunu tqassmu.

Artikolu 7

1. Fuq talba debitament iġġustifikata lill-awtorità kompetenti f’kull Istat Membru, l-organizzazzjonijiet tal-karità tur biex iqassmu l-prodotti għandhom jiġu mħallsa lura għall-ispejjeż tat-trasport fit-territorju tal-Istat Membru bejn l-imħażen tal-organizzazzjonijiet tal-karità u l-punti ta’ tqassim lill-benefiċjarji.

2. L-ispejjeż amministrattivi ġġenerati mill-fornimenti previsti f’dan ir-Regolament għandhom, fuq talba debitament iġġustifikata lill-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru, jiġu mħallsa lura lill-orġanizzazzjonijiet tal-karità soġġetti għal-limitu ta’ 1 % tal-valur tal-prodotti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom, ikkalkolati skont l-Artikolu 5(1).

3. L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lura lill-Istati Membri fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-implimentazzjoni tal-pjan f’kull Stat Membru.

L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ pagament fil-forma ta’ prodotti.

Artikolu 8

1. Meta prodotti inklużi fil-pjan ma jkunux disponibbli mill-intervent fl-Istat Membru fejn dawk il-prodotti huma meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tawtorizza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, it-trasferiment tal-prodott inkwistjoni minn Stat Membru li fih ikun preżenti fil-ħażniet ta’ intervent lill-Istat Membru fejn għandu jintuża biex jimplimenta l-pjan.

L-Istat Membru li jirċievi l-prodotti għandu jippubblika jew jirranġa biex tkun ippubblikata seħja għall-offerti biex jistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet favorevoli għall-forniment. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ offerta mibgħuta f’valur ta’ flus u m’għandhomx jitħallsu fi prodotti. L-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti.

2. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu mġarrba mill-Unjoni u jitħallsu lura lill-Istat Membru. Għal dan il-għan, it-talba għall-ħlas lura għandha tinkludi d-dokumenti kollha neċessarji li jiġġustifikawha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-trasport magħmul. L-ispiża għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(b). Meta l-approprjazzjonijiet ikunu ġew kollha allokati, kull finanzjament addizzjonali mill-Unjoni sabiex ikopri l-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 7(3).

3. Is-sejħa għall-offerti għandha ssemmi l-possibiltà li l-operatur jagħmel offerta sabiex ipoġġi fis-suq tal-Unjoni l-prodotti agrikoli jew tal-ikel li għandhom jiġu fornuti u sabiex jieħu taħt idejh il-prodotti mingħand l-aġenzija ta’ intervent, mingħajr trasferiment lill-Istat Membru applikant. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda spejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni m’għandhom jitħallsu lill-persuna li tingħata l-kuntratt tal-forniment.

L-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Istat Membru fornitur bl-isem tal-persuna li tkun ingħatat il-kuntratt sabiex tforni l-prodotti.

4. Qabel ma l-prodotti jkunu mneħħija, il-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni l-prodotti għandu jippreżenta garanzija ugwali għall-prezz ta’ intervent applikabbli għax-xiri fil-jum stabbilit sabiex jittieħdu l-prodotti, flimkien ma’ 10 %.

Il-garanzija għandha tkun ippreżentata skont it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Għall-iskopijiet tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament, il-ħtieġa ewlenija għandha tkun it-twettiq tal-operazzjoni ta’ forniment fl-Isat Membru destinatarju.

Il-preżentazzjoni tad-dokument li juri li l-prodotti jkunu ttieħdu u maħruġ mill-aġenzija ta’ intervent destinatarja hija prova tal-forniment tal-prodotti.

5. Fil-każ ta’ trasferiment, l-Istat Membru destinatarju għandu jinforma lill-Istat Membru fornitur bl-isem tal-kuntrattur sabiex iwettaq l-operazzjoni.

L-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur tal-prodotti għandha tqiegħed dawn tal-aħħar għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur tal-forniment, jew tar-rappreżentant tiegħu awtorizzat kif xieraq wara li jkun ippreżenta ordni ta’ tneħħija stabbilita mill-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru destinatarju.

L-awtorità kompetenti għandha tara li l-prodotti jkunu ġew assigurati kif xieraq.

Dikjarazzjonijiet ta’ konsenja maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur għandhom jinkludu waħda minn dawn il-kitbiet li jinsabu fl-Anness I.

L-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju mill-aktar fis possibbli bid-data tat-tmiem tal-operazzjoni tal-irtirar.

L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom jitħallsu mill-Istat Membru destinatarju tal-prodotti kkonċernati għall-kwantitajiet li effettivament jittieħdu.

6. Il-kalkolu ta’ kull telf għandu jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Artikolu 9

It-talbiet għall-ħlas għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru matul l-erba’ xhur li jsegwu t-tmiem tat-twettiq tal-operazzjoni inkwistjoni. Tnaqqis ta’ 20 % għandu jseħħ fil-każ ta’ talbiet ippreżentati wara ż-żmien, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri. It-talbiet li jsiru aktar minn għaxar xhur wara t-tmiem tat-twettiq tal-operazzjoni m’għandhomx ikunu aċċettati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-pagament fi żmien xahrejn wara li jirċievu t-talba għall-pagament.

Madankollu, it-terminu ta’ żmien previst fit-tieni paragrafu jista’ jiġi sospiż b’notifika bil-miktub lill-operatur jew lill-organizzazzjoni maħtura għad-distribuzzjoni tal-prodotti fil-każ ta’ nuqqasijiet sinifikanti tad-dokumenti ta’ sostenn. It-terminu ta’ żmien għandu jkompli jiddekorri mid-data li fiha jaslu d-dokumenti mitluba, li għandhom jintbagħtu fi żmien tletin jum kalendarju. Jekk id-dokumenti ma jintbagħtux f’dan il-perijodu, għandu japplika t-tnaqqis speċifikat fl-ewwel paragrafu.

Għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri u fid-dawl tal-possibbiltà ta’ sospensjoni prevista fit-tielet paragrafu, in-nuqqas ta’ rispett tat-terminu ta’ żmien ta’ xahrejn previst fit-tieni paragrafu jagħti lok għal tnaqqis tal-ħlas lura lill-Istat Membru skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 [6].

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) il-prodotti ta’ intervent, u, fejn ikun xieraq, l-allokazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jintużaw għal u jservu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b) l-oġġetti li ma jiġux ikkonsenjati bl-ingrossa li jkollhom il-kitba "Għajnuna UE" li għandha tidher ċar fuq l-imballaġġ, flimkien mal-bandiera tal-Unjoni Ewropea skont l-istruzzjonijiet li jinsabu fl-Anness II;

(c) l-organizzazzjonijiet tal-karità maħtura biex jimplimentaw il-miżuri jżommu l-kontijiet xierqa u d-dokumenti ta’ sostenn kollha u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom aċċess għalihom biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa;

(d) is-sejħiet għall-offerti jkunu skont l-Artikoli 3 u 4 u l-fornimenti jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; b’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet applikabbli meta l-prodotti ma jiġux irtirati fil-perijodu stabbilit fl-Artikolu 3(2).

2. Il-kontrolli tal-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru minn meta l-prodotti jittieħdu mal-tagħhom mill-ħażniet ta’ intervent jew, jekk ikun il-każ, mill-mobilizzazzjoni tal-prodotti fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) jew l-Artikolu 4(1)(c), fl-istadji kollha tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-pjan u fil-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni. Il-kontrolli għandhom isiru matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, fl-istadji kollha, inkluż fil-livell lokali.

Il-kontrolli għandhom ikopru mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet għal kull tip ta’ prodotti previsti fl-Artikolu 2(3). Dawn ir-rati ta’ kontroll għandhom jiġu applikati għal kull stadju tal-proċess ta’ implimentazzjoni, bl-esklużjoni tal-istadju tad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tar-riskji.

Il-kontrolli għandhom l-għan li jivverifikaw id-dħul u l-ħruġ tal-prodotti u t-trasferiment tagħhom lil operaturi suċċessivi. Huma jinkludu wkoll paragun bejn il-ħażniet kif jidhru fil-kontijiet u l-ħażniet fiżiċi tal-prodotti magħżula għall-ispezzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-pjan jiġi implimentat kif imiss u li jipprevjenu u jippenalizzaw irregolaritajiet. Għal dan il-għan, huma jistgħu b’mod partikolari jissospendu l-parteċipazzjoni tal-operaturi fis-sejħiet għall-offerti jew tal-organizzazzjonijiet maħtura għad-distribuzzjoni fil-pjanijiet, skont in-natura u l-gravità tan-nuqqasijiet jew irregolaritajiet osservati.

Artikolu 11

Kull sena, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rapport ta’ progress għandu jinkludi:

(a) l-ammonti tal-prodotti varji rtirati mill-ħażna ta’ intervent;

(b) it-tip, il-kwantità u l-valur tal-prodotti mqassma lid-destinatarji, u jispeċifika separatament il-prodotti mhux ipproċessati, il-prodotti pproċessati, u l-prodotti akkwistati b’sostituzzjoni flimkien mal-koeffiċjenti tal-ipproċessar;

(c) l-ispejjeż tat-trasport u tat-trasferiment;

(d) l-ispejjeż amministrattivi;

(e) in-numru ta’ destinatarji matul is-sena.

Ir-rapport għandu jispeċifika l-miżuri ta’ kontroll li ġew applikati biex ġie żgurat li l-oġġetti laħqu l-għanijiet maħsuba għalihom u li waslu għand id-destinatarji finali. Dan ir-rapport għandu jsemmi b’mod partikolari it-tip u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, ir-riżultati li nkisbu kif ukoll kwalunkwe każ ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3). Ir-rapport għandu jitqies bħala fattur deċiżiv meta jitfasslu pjanijiet sussegwenti.

Artikolu 12

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 [7].

Artikolu 13

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l- 14 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50.

[3] Ara l-Anness III.

[4] ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

[5] ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

[6] ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

[7] ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Referenzi msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(5)

Bil-Bulgaru : Прехвърляне на интервенционни продукти — прилагане на член 8, параграф 5 от Регламент (EC) № 807/2010.

Bl-Ispanjol : Transferencia de productos de intervención — aplicación del artículo 8, apartado 5, del Reglamento (UE) no 807/2010.

Biċ-Ċek : Přeprava intervenčních produktů – Použití čl. 8 odst. 5 nařízení (EU) č. 807/2010.

Bid-Daniż : Overførsel af interventionsprodukter — Anvendelse af artikel 8, stk. 5, i forordning (EU) nr. 807/2010.

Bil-Ġermaniż : Transfer von Interventionserzeugnissen — Anwendung von Artikel 8 Absatz 5 der Verordnung (EU) Nr. 807/2010.

Bl-Estonjan : Sekkumistoodete üleandmine – määruse (EL) nr 807/2010 artikli 8 lõike 5 rakendamine.

Bil-Grieg : Μεταφορά προϊόντων παρέμβασης — Εφαρμογή του άρθρου 8 παράγραφος 5 του κανονισμού (EE) αριθ. 807/2010.

Bl-Ingliż : Transfer of intervention products — Application of Article 8(5) of Regulation (EU) No 807/2010.

Bil-Franċiż : Transfert de produits d’intervention — Application de l’article 8, paragraphe 5, du règlement (UE) no 807/2010.

Bit-Taljan : Trasferimento di prodotti d’intervento — Applicazione dell’articolo 8, paragrafo 5, del regolamento (UE) n. 807/2010.

Bil-Latvjan : Intervences produktu transportēšana – Piemērojot Regulas (ES) Nr. 807/2010 8. panta 5. punktu.

Bil-Litwan : Intervencinių produktų vežimas – taikant Reglamento (ES) Nr. 807/2010 8 straipsnio 5 dalį.

Bl-Ungeriż : Intervenciós termékek átszállítása – A 807/2010/EU rendelet 8. cikke (5) bekezdésének alkalmazása.

Bil-Malti : Trasferiment ta’ prodotti ta’ l-intervent – Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (5) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Bl-Olandiż : Overdracht van interventieproducten — Toepassing van artikel 8, lid 5, van Verordening (EU) nr. 807/2010.

Bil-Pollakk : Przekazanie produktów objętych interwencją – stosuje się art. 8 ust. 5 rozporządzenia (UE) nr 807/2010.

Bil-Portugiż : Transferência de produtos de intervenção — aplicação do n.o 5 do artigo 8.o do Regulamento (UE) n.o 807/2010.

Bir-Rumen : Transfer de produse de interventie — Aplicare a articolului 8 alineatul (5) din Regulamentul (UE) nr. 807/2010.

Bis-Slovakk : Premiestnenie intervenčných výrobkov – uplatnenie článku 8 ods 5 nariadenia (EÚ) č.807/2010.

Bis-Sloven : Prenos intervencijskih proizvodov – Uporaba člena 8(5) Uredbe (EU) št. 807/2010.

Bil-Finlandiż : Interventiotuotteiden siirtäminen – Asetuksen (EU) N:o 807/2010 8 artiklan 5 kohdan soveltaminen.

Bl-Iżvediż : Överföring av interventionsprodukter – Tillämpning av artikel 8.5 i förordning (EU) nr 807/2010.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Struzzjonijiet għad-disinn tal-emblema u definizzjoni tal-kuluri standard

1. Deskrizzjoni araldika

Fuq sfond ikħal, ċirku ta’ tnax-il stilla tad-deheb b’ħames ponot, li l-ponot tagħhom ma jmissux.

2. Deskrizzjoni ġeometrika

+++++ TIFF +++++

L-emblema hi forma ta’ bandiera rettangolari kaħla li t-tul tagħha huwa darba u nofs l-għoli tal-issar. Tnax-il stilla tad-deheb jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta’ fejn jiltaqgħu d-dijagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirku hu daqs terz tat-tul tal-issar. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkonferenza ta’ ċirku inviżibbli li r-raġġ tiegħu hu daqs wieħed minn tmintax tat-tul tal-issar. L-istilel kollha huma f’pożizzjoni vertikali, jiġifieri, b’ponta waħda vertikali u żewġ ponot li jistrieħu fuq linja dritta inviżibbli f’angolu rett mal-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel huma fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta’ arloġġ. L-għadd tagħhom ma jinbidilx.

3. Kuluri regolamentari

L-emblema għandha dawn il-kuluri: PANTONE REFLEX BLUE għall-wiċċ tar-rettangolu; PANTONE YELLOW għall-istilel. L-iskala internazzjonali PANTONE faċli ssibha u hija aċċessibli wkoll għad-dilettanti.

Proċess ta’ riproduzzjoni b’erba’ kuluri: Jekk l-proċess ta’ erba’ kuluri hu użat, mhux possibbli li jintużaw iż-żewġ kuluri standard. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħolqu billi jintużaw l-erba’ kuluri tal-proċess ta’ erba’ kuluri. Il-PANTONE YELLOW jista’ jinkiseb billi jintuża 100 % "Process Yellow". Billi jitħallat 100 % "Process Cyan" ma’ 80 % "Process Magenta" jinkiseb kulur simili ħafna għal PANTONE REFLEX BLUE.

Proċess ta’ riproduzzjoni monokromatika: Jekk l-iswed biss huwa disponibbli, immarka l-kontorni tar-rettangolu bl-iswed u daħħal l-istilel bl-iswed fuq sfond abjad. Fl-eventwalità li l-ikħal ikun l-uniku kulur disponibbli (irid ikun Reflex Blue, ovvjament), użah 100 % bl-istilel riprodotti fl-abjad negattiv u l-isfond 100 % ikħal.

Riproduzzjoni fuq sfond ikkulurit: Preferibbilment l-emblema għandha tiġi riprodotta fuq sfond abjad. Evita sfond b’ħafna kuluri, u fi kwalunkwe każ wieħed li ma jmurx mal-ikħal. Jekk m’hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b’wisa’ li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 | (ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50) |

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3550/92 | (ĠU L 361, 10.12.1992, p. 19) |

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2826/93 | (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 11) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 267/96 | (ĠU L 36, 14.2.1996, p. 2) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2760/1999 | (ĠU L 331, 23.12.1999, p. 55) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1098/2001 | (ĠU L 150, 6.6.2001, p. 37) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2002 | (ĠU L 293, 29.10.2002, p. 9) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2339/2003 | (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 29) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1903/2004 | (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 77) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2005 | (ĠU L 89, 8.4.2005, p. 3) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 | (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 13) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 133/2006 | (ĠU L 23, 27.1.2006, p. 11) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2007 | (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 19) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2007 | (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 21) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 724/2007 | (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 2) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2007 | (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 4) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 758/2007 | (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 47) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1127/2007 | (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 18) |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 3149/92 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(2) | Artikolu 2(2) |

Artikolu 2(3), kliem tal-bidu | Artikolu 2(3), kliem tal-bidu |

Artikolu 2(3)(1), sentenza introduttorja | Artikolu 2(3)(a), sentenza introduttorja |

Artikolu 2(3)(1)(a) | Artikolu 2(3)(a)(i) |

Artikolu 2(3)(1)(b) | Artikolu 2(3)(a)(ii) |

Artikolu 2(3)(1)(c) | Artikolu 2(3)(a)(iii) |

Artikolu 2(3)(1)(d) | Artikolu 2(3)(a)(iv) |

Artikolu 2(3)(2) | Artikolu 2(3)(b) |

Artikolu 2(4) | Artikolu 2(4) |

Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) |

Artikolu 3(2) | Artikolu 3(2) |

Artikolu 3(2a) | Artikolu 3(3) |

Artikolu 3(3) | Artikolu 3(4) |

Artikolu 3(4) | Artikolu 3(5) |

Artikolu 4(1) | Artikolu 4(1) |

Artikolu 4(1a) | Artikolu 4(2) |

Artikolu 4(2)(a), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (c) |

Artikolu 4(2)(a), it-tielet subparagrafu | Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 4(2)(a), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 4(3), ir-raba’ subparagrafu |

Artikolu 4(2)(a), il-ħames subparagrafu | Artikolu 4(3), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 4(2)(b), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, sentenza introduttorja | Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, sentenza introduttorja |

Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 4(2a) | Artikolu 4(5) |

Artikolu 4(3) | Artikolu 4(6) |

Artikolu 4(4) | Artikolu 4(7) |

Artikolu 4(5) | Artikolu 4(8) |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

Artikolu 5a | Artikolu 6 |

Artikolu 6(1) | Artikolu 7(1) |

Artikolu 6(3) | Artikolu 7(2) |

Artikolu 6(4) | Artikolu 7(3) |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8a | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (a) |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (b) |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (c) |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, ir-raba’ inċiż | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (d) |

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż | Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (e) |

Artikolu 10, it-tieni paragrafu | Artikolu 11, it-tieni paragrafu |

Artikolu 10a | Artikolu 12 |

Artikolu 11 | — |

— | Artikolu 13 |

Artikolu 12, l-ewwel paragrafu | Artikolu 14 |

Artikolu 12, it-tieni paragrafu | — |

Anness I | Anness I |

Anness II | Anness II |

— | Anness III |

— | Anness IV |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet