32010R0642


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal- 20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

 ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010

tal- 20 ta’ Lulju 2010

dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat- 28 ta’ Ġunju 1996 dwar regoli ta’ applikazzjoni (dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 [2] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali [3]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2) L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi sabiex japplikaw ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni meta l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tiegħu jiġu impurtati. Madankollu, għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 136(1) tal-imsemmi Regolament, id-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz ta’ intervent validu għal dawn il-prodotti dak il-ħin tal-importazzjoni, miżjud b’55 % u mbagħad imnaqqas bil-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna.

(3) Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti impurtati, il-prodotti koperti bl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom f’ċerti każijiet ikunu kklassifikati f’bosta kwalitajiet standard. Il-kwalitajiet standard li għandhom jiġu użati għandhom għalhekk ikunu stabbiliti billi jkunu użati kriterji oġġettivi ta’ kklassifikar u r-rati ta’ tolleranza għandhom ikunu stabbiliti wkoll sabiex iħallu li l-prodotti jingħataw l-aktar klassifikazzjoni ta’ kwalità addattata. Mill-kriterji oġġettivi ta’ klassifikazzjoni ta’ kwalità possibbli għal qamħ komuni, il-kontenut ta’ proteini, il-piż speċifiku u l-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) huma dawk l-aktar użati fin-negozju u l-aktar faċli li jintużaw ukoll. Għall-qamħ durum dawn il-kriterji huma l-piż speċifiku, il-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) u l-kontenut ta’ żerriegħa żġiġija. Għaldaqstant, l-oġġetti impurtati għandhom ikunu soġġetti għal analiżi sabiex ikunu stabbiliti dawn il-parametri għal kull kwantità impurtata. Iżda fejn l-Unjoni stabbiliet proċedura ta’ rikonoxximent uffiċjali għal ċertifikati ta’ kwalità maħruġa minn awtorità fil-pajjiż minn fejn oriġinaw l-oġġetti, dawn l-analiżi għandhom ikunu jistgħu jsiru biss permezz ta’ verifika fuq numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ oġġetti impurtati.

(4) L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jispeċifika li sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti minn żmien għal żmien prezzijiet ta’ importazzjoni cif għall-prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 tiegħu. Sabiex ikunu stabbiliti dawn il-prezzijiet għandu jkun stipulat l-użu ta’ kwotazzjonijiet għall-bosta kwalitajiet ta’ qamħ u għaċ-ċereali l-oħra. Is-sorsi ta’ kwotazzjoni attwali li għandhom jiġu użati għandhom ikunu speċifikati.

(5) L-użu ta’ kwotazzjonijiet għal varji tipi ta’ qamħ u għal ċereali oħra fil-boroż ta’ materji primi tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jipprovdu bażi kemm trasparenti u kemm oġġettiva sabiex ikunu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Iż-żieda tal-primjum kummerċjali allokat fis-suq tal-Istati Uniti għal kull waħda mill-kwalitajiet varji ta’ ċereali tippermetti li l-kwotazzjoni fil-borża għal kull ċereali tkun mibdula fi prezz ta’ esportazzjoni fob mill-Istati Uniti tal-Amerika. Biż-żieda tal-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u port Unjoni li huma kkwotati fis-swieq tal-merkanzija dawn il-prezzijiet fob jistgħu jiġu mibdula fi prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Fid-dawl tal-volum ta’ merkanzija għaddejja u tal-ammont ta’ negozju fil-port ta’ Rotterdam, din hija d-destinazzjoni fl-Unjoni li għaliha l-kwotazzjonijiet ta’ ġarr bil-baħar huma l-aktar magħrufa, l-aktar trasparenti u l-aktar faċilment disponibbli. Il-port ta’ destinazzjoni li għandu jintgħażel għall-Unjoni għandu għalhekk ikun Rotterdam.

(6) Għaldaqstant, sabiex ikun hemm trasparenza l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif indikati fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu stabbiliti minn kwotazzjonijiet fil-borża ta’ materji primi għaċ-ċereali inkwistjoni miżjuda bil-primjum kummerċjali allokat għaċ-ċereali u bl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u l-port ta’ Rotterdam. Iżda d-differenzi fl-ispiża tal-ġarr skont il-port ta’ destinazzjoni jiġġustifikaw aġġustament b’rata fissa tad-dazju ta’ importazzjoni għall-portijiet tal-Unjoni li qegħdin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, fil-Kosta Atlantika tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit u fl-Irlanda, fil-pajjiżi Nordiċi, fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja. Il-fatturi li bihom jiġu kkalkulati l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif hekk stabbiliti għandhom ikunu kkontrollati kuljum sabiex l-andament ta’ dawn il-prezzijiet jista’ jkun segwit. Fil-każ ta’ sorghum u segala, il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ikkalkulat għax-xgħir jippermetti li tkun stmata s-sitwazzjoni fis-suq għal dawk iż-żewġ prodotti u konsegwentement il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif stabbilit għax-xgħir ikun japplika wkoll għal dawn iċ-ċereali.

(7) Għall-għan li jiġi ffissat id-dazju ta’ importazzjoni fuq iċ-ċereali indikat fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għal kull ċereali għandu jirrifletti l-andament tas-suq mingħajr ma jdaħħal inċertezzi. Dazji ta’ importazzjoni għal dawn il-prodotti jistgħu b’hekk ikunu stabbiliti fil-ħmistax-il ġurnata u l-aħħar ġurnata ta’ xogħol ta’ kull xahar bl-użu tal-prezz medju rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif irreġistrat matul ġimgħatejn. Id-dazju ta’ importazzjoni b’hekk ikkalkulat jista’ jkun applikat għal ġimgħatejn mingħajr ma jseħħ l-ebda effett ta’ tgħawwiġ apprezzabbli fuq il-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas. Madankollu, jekk l-ebda kwotazzjoni fil-borża ma tkun disponibbli matul il-perijodu ta’ kalkolu għall-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif jew jekk b’konsegwenza ta’ bidliet f’daqqa fil-komponenti tagħhom għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni, il-prezzijiet rapprezentattivi ta’ importazzjoni cif ivarjaw b’mod sostanzjali ħafna matul il-perijodu ta’ kalkolu, għandha tittieħed azzjoni sabiex iżżomm prezz li jirrappreżenta b’mod xieraq il-prezz tal-importazzjoni cif tal-prodott inkwistjoni. Fil-każ ta’ varjazzjonijiet kbar jew fil-kwotazzjoni fil-borża, jew fil-primjums kummerċjali marbuta mal-kwotazzjoni, jew fl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar jew fir-rata tal-kambju użata sabiex ikun ikkalkulat il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif tal-prodott, il-prezz użat sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandu jinżamm rappreżentattiv permezz ta’ aġġustament li jikkorrispondi għad-devjazzjoni minnu li dawn il-bidliet huma responsabbli għalihom. Anki fejn isir dan it-tip ta’ aġġustament, iż-żmien tal-iffissar li jmiss m’għandux ikun affettwat.

(8) Fil-każ ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum iebes, minħabba l-kwalità partikolari tal-merkanzija jew minħabba li l-prezz tagħha jinkludi primjum għall-kwalità fuq il-prezz normali, il-kwotazzjoni fil-borża użata għall-kalkolu tal-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ma tiħux inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tali primjum fuq kundizzjonjiet tas-suq normali. Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan il-primjum għall-kwalità fuq prezzijiet jew kwotazzjonijiet, importaturi li juru li użaw il-merkanzija sabiex jagħmlu prodotti ta’ kwalità għolja li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ tali kumpens għandhom jitħallsu lura, b’rata fissa, parti mid-dazju ta’ importazzjoni mħallas.

(9) Sabiex ikun assigurat li l-importaturi jirrispettaw il-klawsoli ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita sistema ta’ garanziji addizzjonali għal dik li għandha x’taqsam mal-liċenzi.

(10) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni indikati fl-Artikolu 135 u fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu dawk applikabbli fid-data stipulata bl-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [4].

Artikolu 2

1. Id-dazji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-prodotti tal-Kodiċijiet NM 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja), 10020000, 10051090, 10059000 u 10070090, minbarra l-ibridu għaż-żriegħ għandhom jiġu kkalkulati kuljum imma jkunu ffissati fil-15-il jum u l-aħħar jum ta’ xogħol ta’ kull xahar mill-Kummissjoni għal applikazzjoni mis-16-il jum tax-xahar u mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara, rispettivament. Fejn il-15 ma jkunx jum ta’ xogħol għall-Kummissjoni, id-dazji għandhom jiġu ffissati fil-jum ta’ xogħol li jiġi wara l-15 tax-xahar inkwistjoni.

Madankollu, jekk matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tad-dazji hekk iffissati, ikun hemm differenza fid-dazju ta’ importazzjoni medju kkalkulat ta’ EUR 5 għal kull tunnellata jew aktar minn dak iffissat, għandu jsir aġġustament korrispondenti.

2. Il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ta’ kuljum, iffissat kif stipulat fl-Artikolu 5. Għall kull iffissar, id-dazju ta’ importazzjoni huwa l-medja ta’ dazji ta’ importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ qabel. Għall-iffissar u aġġustamenti, il-Kummissjoni m’għandhiex tieħu kont ta’ dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-iffissar ta’ qabel.

Il-prezz ta’ intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni.

3. Dazji ta’ importazzjoni ffissati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli sakemm jidħol fis-seħħ iffissar ġdid.

Fl-okkazjoni ta’ kull iffissar jew aġġustament, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dazji ta’ importazzjoni u l-informazzjoni użata sabiex dawn ikunu kkalkulati.

4. Meta l-port tal-ħatt fl-Unjoni jinsab:

(a) fil-Mediterran (lil hinn mill-istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-Oċean Atlantiku jew għaddejja mill-kanal ta’ Suez, il-Kummissjoni tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni għal 3 EUR it-tunnellata;

(b) fil-portijiet Atlantiċi tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Isvezja, u jekk il-merkanzija tasal mill-Oċean Atlantiku, il-Kummissjoni għandha tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni bl-ammont ta’ EUR 2 għal kull tunnellata.

L-awtorità doganali fil-port fejn isir il-ħatt għandha toħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fl-Anness I li jafferma l-kwantità ta’ kull prodott li nħatt. Biex jingħata t-tnaqqis tad-dazju previst fl-ewwel subparagrafu dan irid jakkumpanja l-oġġetti sat-tmiem tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni.

Artikolu 3

1. Id-dazji ta’ importazzjoni għandhom jitnaqqsu b’EUR 24 kull tunnellata fuq qamħirrum iebes li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II.

2. Sabiex igawdi mit-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, qamħirrum iebes għandu jkun ipproċessat fi prodott tal-Kodiċijiet NM 19041010, 110313 jew 110423 fi żmien sitt xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.

3. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet dwar l-użu finali previsti fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [5].

4. B’deroga mill- Artikolu 293(1)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanzija addizzjonali ta’ EUR 24 għall kull tunnellata ta’ qamħirrum iebes, ħlief meta l-liċenza ta’ importazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta’ konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Algroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina, skont l-Artikolu 7(2)(a) ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.

Jekk madankollu d-dazju li jkun japplika fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera jkun anqas minn EUR 24 kull tunnellata ta’ qamħirrum, il-garanzija għandha tkun ekwivalenti għall-ammont tad-dazju.

Artikolu 4

L-istandards ta’ kwalità li għandhom jintlaħqu mal-importazzjoni fl-Unjoni u t-tolleranzi li għandhom jitħallew għandhom ikunu dawk murija fl-Anness II.

Artikolu 5

1. Għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qmuħ għall-għalf ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif imsemmija fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu:

(a) il-kwotazzjoni fil-borża rappreżentattiva fuq is-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika;

(b) il-primjums kummerċjali u l-iskontijiet magħrufa marbuta ma’ din il-kwotazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika fil-jum tal-kwotazzjoni u b’mod partikolari, fil-każ ta’ qamħ durum, marbuta mal-kwalità tas-smid;

(c) il-ġarr bil-baħar u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta’ Rotterdam għal bastiment ta’ mhux anqas minn 25000 tunnellata.

2. Il-Kummissjoni għandha tirreġistra kull jum ta’ xogħol:

(a) il-komponent imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 abbażi tal-boroż u billi jintużaw il-kwalitajiet ta’ referenza murija fl-Anness III;

(b) komponenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament.

3. Sabiex ikun jista’ jiġi kkalkulat il-komponent imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew il-kwotazzjoni fob rilevanti, għandhom japplikaw il-primjums u l-iskontijiet li ġejjin:

(a) primjum ta’ EUR 14 kull tunnellata għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja;

(b) skont ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità medja;

(c) skont ta’ EUR 30 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa.

4. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum, qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħirrum għandhom ikunut-total tal-komponenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għas-segala u s-sorghum għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw il-kwotazzjonijiet għax-xgħir fl-Istati Uniti tal-Amerika, skont id-disposizzjonijiet tal-Anness III.

5. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għaż-żerriegħa tal-qamħ komuni tal-Kodiċi NM 10019091 u għażżerriegħa tal-qamħirrum tal-Kodiċi NM 10051090 għandhom ikunu dawk ikkalkulati għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u għall-qamħirrum rispettivament.

Artikolu 6

1. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:

(a) iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni;

(b) jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 [6].

Il-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun ta’ EUR 95 kull tunnellata. Madankollu, f’każijiet fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7(2)(b) jew (c), m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni u tal-liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.

2. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ durum għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:

(a) iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni;

(b) jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar- Regolament (KE) Nru 1342/2003, jekk id-dazju ta’ importazzjoni dwar il-kwalità li tidher fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni mhijiex l-ogħla dazju għall-kategorija tal-prodott inkwistjoni.

L-ammont tal-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun id-differenza fil-jum tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-ogħla dazju u dak li japplika għall-kwalità indikata, flimkien ma’ suppliment ta’ EUR 5 kull tunnellata. Madankollu, fejn id-dazju ta’ importazzjoni li jkun japplika għall-kwalitajiet differenti ta’ qamħ huwa żero, ir-rabta mniżżla fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandhiex tkun mitluba.

Fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7, m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-liċenza ta’ importazzjoni għandu jissemma t-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità.

3. Fil-każ ta’ sospensjoni tad-dazji doganali għall-importazzjoni tal-kategoriji kwalitattivi kollha tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-garanzija addizzjonali ta’ EUR 95 kull tunnellata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tintalab għall-perijodu kollu li matulu tapplika s-sospensjoni tad-dazji.

Artikolu 7

1. L-uffiċċju tad-dwana tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 [7], ta’ kull kunsinna ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja, ta’ qamħ durum u ta’ qamħirrum iebes. Madankollu, m’għandux ikun hemm teħid ta’ kampjuni fejn id-dazju ta’ importazzjoni għall-kwalitajiet differenti huwa l-istess.

Jekk, madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b’mod uffiċjali ċertifikat ta’ kwalità għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum jew qamħirrum iebes maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini taċ-ċereali, għandhom jittieħdu kampjuni għall-verifika tal-kwalità ċċertifikata biss minn numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ kunsinni.

2. Iċ-ċertifikati ta’ konformità li ġejjin għandhom ikunu rikonoxxuti b’mod uffiċjali mill-Kummissjoni skont il-prinċipji mniżżla fl-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:

(a) ċertifikati maħruġa mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina għall-qamħirrum iebes;

(b) ċertifikati maħruġa mill-Federal Grains Inspection Services (FGIS) tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja;

(c) ċertifikati maħruġa mill-Canadian Grain Commission (CGC) tal-Kanada għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja.

Mudell taċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa minn Senasa jinsab fl-Anness IV. Riproduzzjoni tat-timbri awtorizzati mill-gvern tal-Arġentina ser tigi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità u timbri maħruġa mill-FGIS jinsabu fl-Anness V.

Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità, speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni u timbri maħruġa mis-CGC jinsabu fl-Anness VI.

Fejn il-parametri analitiċi li jitniżżlu fiċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu juru li hemm konformità mal-istandards ta’ kwalità dwar qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes imsemmija fl-Anness II, għandhom jittieħdu kampjuni ta’ mhux anqas minn 3 % tat-tagħbijiet li jaslu f’kull port ta’ dħul matul is-sena tas-suq.

Il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skont il-kwalità standard li għaliha r-rekwiżiti indikati fl-Anness II jkunu ġew sodisfatti.

3. Il-metodi standard għall-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 [8].

Qamħirrum iebes huwa qamħirrum tal-ispeċi Zea mays indurata li ż-żrieragħ tiegħu fihom endosperma żġigija dominanti (tinħass iebsa jew qisha qarn). Ġeneralment dawn ikunu oranġjo jew ħomor. Il-parti ta’ fuq (faċċata tal-ġerma), jew il-kuruna, ma turi l-ebda xaqq.

Żrieragħ żġiġin tal-qamħirrum iebes huma definiti bħala żrieragħ li jissodisfaw żewġ kriterji:

(a) il-kuruna tagħhom ma turi l-ebda xaqq, u

(b) meta maqtugħa mit-tul l-endosperma tagħhom turi parti ċentrali mlaħħma mdawwra għal kollox b’parti li qisha qarn. Il-parti li qisha qarn trid tammonta għall-parti dominanti mit-total tal-wiċċ tal-qatgħa.

Il-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija għandu jiġi stabbilit billi jingħadd, f’kampjun rappreżentattiv ta’ 100 żerriegħa, in-numru ta’ żerrigħat li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fit-tielet subparagrafu.

Il-metodu ta’ referenza għall-kalkolu tal-indiċi ta’ kemm f’wiċċ l-ilma huwa mogħti fl-Anness VII.

4. Jekk ir-riżultati tal-analiżi juru li l-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes li ġew impurtati huma ta’ kwalità standard aktar baxxa minn dik li tniżżlet fuq il-liċenza ta’ importazzjoni, l-importatur għandu jħallas id-differenza bejn id-dazju ta’ importazzjoni li japplika għall-prodott muri fuq il-liċenza u dak fuq il-prodott li attwalment ġie impurtat. F’dan il-każ, il-garanzija għall-liċenza ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u l-garanzija addizzjonali msemmija fl-Artikolu 3(4), u fl-Artikolu 6 (1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu rilaxxati, ħlief għas-suppliment ta’ EUR 5 msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2).

Jekk id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma titħallasx fi żmien xahar, il-garanzija addizjonali msemmija fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 6(1) u (2) tintilef.

5. Kampjuni rappreżentattivi ta’ ċereali impurtati meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandhom jinżammu għal sitt xhur.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa mħassar.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l- 20 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 299, 16.11.2007. p. 1.

[2] ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

[3] Ara l-Anness VIII.

[4] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[5] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[6] ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

[7] ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

[8] ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Standard ta’ klassifikazzjoni għal prodotti impurtati

(fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)

Prodott | Qamħ komuni u spelt [1] minbarra meslin | Qamħ durum | Qamħirrum iebes | Qamħirrum ieħor minbarra iebes | Qmuħ oħra |

Kodiċi NM | 100190 | 10011000 | 10059000 | 10051090 u 10059000 | 1002, 1003 u 10070090 |

Kwalità [2] | Għoli | Medju | Baxx | Għoli | Medju | Baxx | | | |

1.Perċentwal minimu ta’ proteina | 14,0 | 11,5 | — | — | — | — | — | — | — |

2.Piż speċifiku minimu kg/hl | 77,0 | 74,0 | — | 76,0 | 76,0 | — | 76,0 | — | — |

3.Perċentwal massimu ta’impurità (Schwarzbesatz) | 1,5 | 1,5 | — | 1,5 | 1,5 | — | — | — | — |

4.Perċentwal minimu ta’ żerriegħa żġiġija | — | — | — | 75,0 | 62,0 | — | 95,0 | — | — |

5.Indiċi massimu ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma | — | — | — | — | — | — | 25,0 | — | — |

Tolleranzi

Tolleranza permessa | Qamħ komuni/durum | Qamħirrum iebes |

Perċentwal ta’ proteina | –0,7 | — |

Piż speċifiku | –0,5 | –0,5 |

Perċentwal ta’ impurità | +0,5 | — |

Perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija | –2,0 | –3,0 |

Indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma | — | +1,0 |

[1] Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.

[2] Il-metodi ta’ analiżi preskritti fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 huma applikabbli.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza

Prodott | Qamħ komuni | Qamħ durum | Qamħirrum | Qmuħ għall-għalf oħra |

Kwalità standard | Għoli | Medju | Baxx | | | |

Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża | Hard Red Spring Nru 2 | Hard Red Winter Nru 2 | Soft Red Winter Nru 2 | Hard Amber Durum Nru 2 | Yellow Corn Nru 3 | US Barley Nru 2 |

Borża ta’ kwotazzjoni | Minneapolis Grain Exchange | Kansas City Board of Trade | Chicago Board of Trade | Minneapolis Grain Exchange [1] | Chicago Board of Trade | Minneapolis Grain Exchange [2] |

[1] Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.

[2] Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw il-kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAL-KWALITÀ MINN SENASA AWTORIZZAT MILL-GVERN ARĠENTIN (ARTIKOLU 7(2))

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ KOMUNI

+++++ TIFF +++++

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ DURUM

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-KANADA GĦAL DAK LI JIRRIGWARDAL- ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ GRADI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ QAMĦ KOMUNI U DURUM

+++++ TIFF +++++

Speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni ta’ qamħ komuni u durum Kanadiż

QAMĦ KOMUNI

Kanada Western Red Spring (CWRS) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CWRS | (Min.) 79,0 kg/eL | (Mass.) 0,4 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CWRS | (Min.) 77,5 kg/eL | (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 3 CWRS | (Min.) 76,5 kg/eL | (Mass.) 1,25 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Kanada Western Extra Strong Red Spring (CWES) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CWES | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CWES | (Min.) 76,5 kg/eL | (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Kanada Prairie Spring Red (CPSR) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CPSR | (Min.) 77,0 kg/eL | (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CPSR | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Kanada Prairie Spring White (CPSW) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CPSW | (Min.) 77,0 kg/eL | (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CPSW | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Kanada Western Red Winter (CWRW) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CWRW | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CWRW | (Min.) 74,0 kg/eL | (Mass.) 2,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Kanada Western Soft White Spring (CWSWS) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CWSWS | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CWSWS | (Min.) 75,5 kg/eL | (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 3 CWSWS | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

QAMĦ DURUM

Kanada Western Amber Durum (CWAD) | Piż speċifiku minimu | Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |

Nru 1 CWAD | (Min.) 80,0 kg/eL | (Mass.) 0,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 2 CWAD | (Min.) 79,5 kg/eL | (Mass.) 0,8 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 3 CWAD | (Min.) 78,0 kg/eL | (Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Nru 4 CWAD | (Min.) 75,0 kg/eL | (Mass.) 3,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |

Noti:

"Żrieragħ ta’ ċereali oħra" : F’dawn il-gradi, inkludi biss ħafur, xgħir, segala u triticale.

"Qamħ komuni" : Għal esportazzjonijiet tal-qamħ komuni, il-Canadian Grain Commission se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li tispeċifika l-perċentwal tal-proteina għat-tagħbija inkwistjoni.

"Qamħ durum" : Għal esportazzjonijiet tal-qamħ durum, il-Canadian Grain Commission se tipprovdi dokumentazzjoni maċ-ċertifikat li tixhed il-perċentwal tal-qalba żġiġija u l-piż speċifiku (kilogrammi/ettolitri) tat-tagħbija inkwistjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

METODU STANDARD GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TA’ KEMM JITILGĦU F’WIĊĊ L-ILMA (ARTIKOLU 7(3))

Ħejji taħlita bl-ilma ta’ nitrat tas-sodju tal-piż speċifiku ta’ 1,25 u kkonservaha f’temperatura ta’ 35 °C.

Poġġi fit-taħlita 100 żerriegħa tal-qamħirrum minn kampjun rappreżentattiv bil-kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 14,5 %.

Ħawwat it-taħlita b’intervalli ta’ 30 sekonda għal ħames minuti sabiex telimina l-bżieżaq tal-arja.

Ifred iż-żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma miż-żerrigħat imgħarrqa u għoddhom.

L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma jiġi kkalkulat kif ġej:

Indiċi ta’ kemm jitilgħu fwiċċ l-ilma għall-prova = (numru ta’ żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma)/(numru ta’ żerrigħat imgħarrqa) × 100

Irrepeti għal ħames darbiet.

L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma huwa l-medja aritmetika għall-ħames provi minbarra ż-żewġ valuri estremi.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 (ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/97 (ĠU L 98, 15.4.1997, p. 2) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/97 (ĠU L 292, 25.10.1997, p. 10) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/98 (ĠU L 315, 25.11.1998, p. 7) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 [1] (ĠU L 256, 10.10.2000, p. 13) | Artikolu 2 biss |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 8) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2002 (ĠU L 91, 6.4.2002, p. 9) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1900/2002 (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 15) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2003 (ĠU L 158, 27.6.2003, p. 12) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50) | Artikolu 5 biss |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1074/2008 (ĠU L 294, 1.11.2008, p. 3) | |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2009 (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 3) | |

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2010 (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 8) | |

[1] Dan ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/2001 (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 31).

--------------------------------------------------

ANNESS IX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1249/96 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi | Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 2(1), it-tielet sentenza | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 2(2) | Artikolu 2(2) |

Artikolu 2(3) | Artikolu 2(3) |

Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 3(1) |

Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 3(2) |

Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza | Artikolu 3(3) |

Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu | Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 2(5), it-tielet subparagrafu | Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 2a | — |

Artikolu 3 | Artikolu 4 |

Artikolu 4(1) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 4(2) | Artikolu 5(2) |

Artikolu 4(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 5(3)(a), (b) u (c) |

Artikolu 4(4) | Artikolu 5(4) |

Artikolu 4(5) | Artikolu 5(5) |

Artikolu 5 | Artikolu 6 |

Artikolu 6(1) | Artikolu 7(1) |

Artikolu 6(1a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |

Artikolu 6(1a), mit-tieni sas-sitt subparagrafi | Artikolu 7(2), mit-tieni sas-sitt subparagrafi |

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b) |

Artikolu 6(2), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 7(3), ir-raba’ subparagrafu |

Artikolu 6(2), il-ħames subparagrafu | Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 6(3) | Artikolu 7(4) |

Artikolu 6(4) | Artikolu 7(5) |

Artikolu 7 | — |

Artikolu 8 | — |

— | Artikolu 8 |

— | Artikolu 9 |

Anness I | Anness II |

Anness II | Anness III |

Anness III | — |

Anness IV | Anness IV |

Anness IVa | Anness V |

Anness IVb | Anness VI |

Anness V | Anness VII |

Anness VI | Anness I |

— | Anness VIII |

— | Anness IX |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet