32010R0406


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010 tas- 26 ta’ April 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu Test b'relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 122, 18.5.2010, p. 1–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
 HR.ES Chapter 13 Volume 031 P. 182 - 288

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010

tas- 26 ta’ April 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE [1], u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip Komunitarja prevista fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Qafas) [2].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 jistipula d-dispożizzjonijiet fundamentali għar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti tal-idroġenu u sistemi tal-idroġenu u għall-instalazzjoni ta’ dawn il-komponenti u s-sistemi.

(3) Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-manifatturi għandhom ikunu jistgħu japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vettura kollha għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, fuq bażi volontarja. Madankollu, xi wħud mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip Komunitarja skont id-Direttiva 2007/46/KE jew xi wħud mir-rekwiżiti tagħhom, ma għandhomx japplikaw għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, billi l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jvarjaw ħafna minn dawk konvenzjonali, li għalihom ġew essenzjalment imfassla dawk id-Direttivi tal-approvazzjoni tat-tip. Sakemm jiġu emendati dawn id-Direttivi biex jiġu inklużi dispożizzjonijiet u proċeduri tat-testijiet speċifiċi għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, jeħtieġ li jiġu stipulati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali sabiex il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jkunu eżentati minn dawk id-Direttivi jew xi wħud mir-rekwiżiti tagħhom.

(4) L-adozzjoni tar-regoli armonizzati dwar ir-reċipjenti tal-idroġenu, inkluż reċipjenti ddisinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu, sabiex ikun żgurat li l-vetturi tal-idroġenu jkunu jistgħu jieħdu l-fjuwil fil-Komunità kollha b’mod sikur u affidabbli.

(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1) "Sonda tal-idroġenu" tfisser sonda li tintuża biex tindividwa l-idroġenu fl-arja;

(2) "Komponent tal-Klassi 0" tfisser komponenti tal-idroġenu taħt pressjoni għolja, fosthom linji tal-fjuwil u fittings li jkun fihom l-idroġenu fi pressjoni operattiva nominali ogħla minn 3,0 MPa;

(3) "Komponent tal-Klassi 1" tfisser komponenti tal-idroġenu fi pressjoni medja, fosthom linji tal-fjuwil u fittings li jkun fihom l-idroġenu fi pressjoni operattiva nominali ogħla minn 0,45 MPa u sa massimu ta’ 3,0 MPa;

(4) "Komponent tal-Klassi 2" tfisser komponenti tal-idroġenu fi pressjoni baxxa, fosthom linji tal-fjuwil u fittings li jkun fihom l-idroġenu fi pressjoni operattiva nominali sa massimu ta' 0,45 MPa;

(5) "Tiksi kompletament" tfisser tiksi bil-filamenti madwar l-inforra f’direzzjoni ċirkonferenzjali u lonġitudinali tal-kontenitur;

(6) "Kisi bit-tgeżwir" tfisser li tiksi bil-filamenti mgeżwra b'mod sostanzjalment ċirkonferenzjali madwar il-parti ċilindrika tal-inforra, sabiex il-filamenti ma jġorrux piżijiet sinifikanti fid-direzzjoni lonġitudinali tal-kontenitur;

(7) "Nm3" jew "Nċm3" tfisser volum ta' gass niexef li jokkupa volum ta' 1 m3 jew 1 ċm3 f'temperatura ta' 273,15 K (0 °C) u fi pressjoni assoluta ta' 101,325 kPa (1 atm);

(8) "Ħajja operattiva" tfisser il-ħajja fi snin li matulha l-kontenituri jistgħu jintużaw b'mod sikur skont il-kundizzjonijiet operattivi;

(9) "Tip ta' sistema tal-idroġenu" tfisser grupp ta' sistemi tal-idroġenu li mhumiex differenti f'dak li jirrigwarda l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tagħhom jew f'dak li jirrigwarda l-komponenti tal-idroġenu inklużi fihom;

(10) "Tip ta' vettura fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu" tfisser grupp ta' vetturi li mhumiex differenti f'dak li jirrigwarda l-istat tal-idroġenu użat jew il-karatteristiċi ewlenin tas-sistema (jew sistemi) tal-idroġenu tagħhom;

(11) "Tip ta' komponent tal-idroġenu" tfisser grupp ta' komponenti tal-idroġenu li mhumiex differenti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-aspetti:

(a) l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur;

(b) il-klassifikazzjoni;

(c) il-funzjoni ewlenija;

(12) "Sistema ta’ kontroll elettroniku" tfisser sistema ta’ unitajiet, iddisinjati biex jikkooperaw fil-produzzjoni tal-funzjoni tal-kontroll tal-vettura bl-ipproċessar elettroniku tad-dejta;

(13) "Sistemi kumplessi ta’ kontroll elettroniku tal-vettura" tfisser dawk is-sistemi ta’ kontroll elettroniku li huma soġġetti għal ġerarkija tal-kontroll fejn funzjoni waħda kkontrollata elettronikament tista’ tiġi megħluba minn sistema/funzjoni ta’ livell ogħla u ssir parti mis-sistema kumplessa;

(14) "Kontenitur" tfisser kull sistema użata għall-ħżin tal-idroġenu krijoġeniku jew idroġenu f'għamla ta' gass ikkumpressat, minbarra kull komponent ieħor tal-idroġenu li jista' jitwaħħal jew jiġi ffittjat ġewwa l-kontenitur;

(15) "Grupp ta' Kontenituri" tfisser żewġ kontenituri jew iktar b'linji tal-fjuwil interkonnessi u integrali, li għall-protezzjoni jkunu magħluqa ġewwa struttura jew qafas protettiv;

(16) "Ċiklu tat-tħaddim" tfisser ċiklu wieħed minn meta tinxtegħel sa meta tintefa s-sistema (jew sistemi) tal-konverżjoni tal-idroġenu;

(17) "Ċiklu tal-mili" tfisser żieda ta' iktar minn 25 fil-mija tal-pressjoni operattiva tal-kontenitur minħabba sors estern tal-idroġenu;

(18) "Regolatur tal-pressjoni" tfisser mekkaniżmu użat biex jikkontrolla l-pressa tal-fjuwil f'għamla ta' gass hu u dieħel fis-sistema tal-konverżjoni tal-idroġenu;

(19) "L-ewwel regolatur tal-pressjoni" tfisser ir-regolatur tal-pressjoni li l-pressjoni tal-kontenitur tkun il-pressjoni tad-dħul tiegħu;

(20) "Valv unidirezzjonali" tfisser valv li jħalli l-idroġenu jgħaddi biss f'direzzjoni waħda;

(21) "Pressjoni" tfisser il-pressjoni tal-arloġġ imkejla f'MPa, imqabbla mal-pressjoni atmosferika, sakemm ma jkunx imniżżel mod ieħor;

(22) "Fitting" tfisser konnekter użat f'sistema tal-pajpijiet, tubi jew manki;

(23) "Linja flessibbli tal-fjuwil" tfisser tubu jew pajp flessibbli li minnu jgħaddi l-idroġenu;

(24) "Skambjatur tas-sħana" tfisser mekkaniżmu għat-tisħin tal-idroġenu;

(25) "Filtru tal-idroġenu" tfisser filtru użat għas-separazzjoni taż-żejt, l-ilma u l-ħmieġ mill-idroġenu;

(26) "Valv awtomatiku" tfisser valv li ma jitħaddimx manwalment, iżda b'mekkaniżmu ta’ attivazzjoni, ħlief il-valvijiet unidirezzjonali kif definiti fil-punt 20;

(27) "Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni" tfisser mekkaniżmu li ma jerġax jingħalaq li, meta jiġi attivat f'kundizzjonijiet speċifiċi, jintuża għar-rilaxx tal-fluwidu minn sistema tal-idroġenu bil-pressjoni;

(28) "Valv għat-tnaqqis tal-pressjoni" tfisser mekkaniżmu li jerġa jingħalaq li, meta jiġi attivat f'kundizzjonijiet speċifiċi, jintuża għar-rilaxx tal-fluwidu minn sistema tal-idroġenu bil-pressjoni;

(29) "Konnessjoni" jew jew "reċipjent għall-mili tal-fjuwil" tfisser mekkaniżmu użat biex jimtela l-kontenitur fl-istazzjon tal-fjuwil;

(30) "Sistema tal-ħżin li tista' titneħħa" tfisser sistema li tista' titneħħa f'vettura li fiha u li tipproteġi kontenitur wieħed jew iktar jew grupp ta' kontenituri;

(31) "Konnettur għas-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa" tfisser l-apparat tal-konnessjoni tal-idroġenu bejn sistema tal-ħżin li tista' titneħħa u l-parti tas-sistema tal-idroġenu li tkun imwaħħla permanentement fil-vettura;

(32) "Auto-frettage" tfisser proċedura fejn tiġi applikata l-pressjoni li tintuża biex jiġu manifatturati kontenituri komposti minn inforra tal-metall, li tqiegħed pressjoni fuq l-inforra lil hinn mill-punt ta' elastiċità tagħha, biżżejjed biex tikkawża sformazzjoni plastika permanenti li twassal biex l-inforra jkollu stresses kompressivi u l-fibri jkollhom stresses tensili fi pressjoni interna ta’ żero;

(33) "Inforra" tfisser parti mill-kontenitur li tintuża bħal qoxra interna impermeabbli għall-gass, li titgeżwer f'fibri rinfurzati (filamenti) biex tintlaħaq is-saħħa meħtieġa;

(34) "Temperatura ambjentali" tfisser firxa ta' temperaturi bejn 20 °C ± 10 °C;

(35) "Unitajiet" tfisser l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti tas-sistema għall-finijiet tal-Anness VI, billi dawn il-kombinazzjonijiet ta’ komponenti jiġu ttrattati bħala entitajiet uniċi għall-iskopijiet ta’ identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni;

(36) "Distanza tal-vettura mill-art" tfisser id-distanza bejn il-pjanura tal-art u l-qiegħ tal-vettura;

(37) "Tagħmir tas-sikurezza" tfisser apparat li jiżgura t-tħaddim sikur fil-firxa operattiva normali jew il-firxa ta’ żball permissibbli tas-sistema;

(38) "Sistema tal-konverżjoni tal-idroġenu" tfisser kull sistema ddisinjata għall-konverżjoni tal-idroġenu f'enerġija elettrika, mekkanika jew termika u tinkludi, pereżempju, is-sistema (jew sistemi) ta' propulsjoni jew l-unità (jew l-unitajiet) ta' enerġija awżiljari;

(39) "Firxa ta' difett impermissibbli" ta' proċess varjabbli tfisser il-firxa li fiha jkun mistenni avveniment mhux mixtieq;

(40) "Gass tat-test tan-nixxija" tfisser idroġenu, elju jew taħlita ta' gassijiet inerti li jkun fiha ammont individwabbli ta' elju jew idroġenu;

(41) "Firxa operattiva normali" ta' proċess varjabbli tfisser il-firxa ppjanata għall-valuri tiegħu;

(42) "Pressjoni esterna" tfisser il-pressjoni li taġixxi fuq in-naħa mżaqqa tat-tank intern jew il-qoxra esterna;

(43) "Qoxra esterna" tfisser il-parti tal-kontenituri li tagħlaq it-tank (jew tankijiet) intern u s-sistema ta' iżolament tagħha;

(44) "Linji riġidi tal-fjuwil" tfisser tubi li ma ġewx iddizinjati biex jitgħawġu meta jkunu qed jaħdmu b’mod normali u li minnhom jgħaddi l-idroġenu;

(45) "Sistema ta' ġestjoni tal-evaporazzjoni" tfisser sistema li tinnewtralizza l-periklu minn gass li jevapora f'kundizzjonijiet normali;

(46) "Sistemi strumentati ta' sikurezza" tfisser sistemi ta' kontroll li ma jippermettux li tintlaħaq il-firxa ta' difett impermissibbli b'intervent awtomatiku fil-proċess;

(47) "Lott" tfisser kwantità ta' kontenituri lesti li jkunu ġew prodotti suċċessivament u li jkollhom l-istess dimensjonijiet nominali, disinn, materjali speċifikati tal-kostruzzjoni, proċess tal-manifattura, tagħmir tal-manifattura u, skont il-każ, il-kundizzjonijiet tal-ħin, it-temperatura u l-atmosfera matul it-trattament termiku;

(48) "Parts tal-kontenitur" tfisser it-tagħmir kollu li jkun imwaħħal direttament mat-tank intern jew mal-qoxra esterna tal-kontenitur;

(49) "Kontenitur lest" tfisser kontenitur li jkun tipiku tal-produzzjoni normali, komplut bil-kisja esterna inkluża l-iżolament integrali speċifikata mill-manifattur, iżda ħieles minn iżolament jew protezzjoni mhux integrali;

(50) "Pressjoni tal-fqigħ" tfisser il-pressjoni li fiha l-kontenitur jinfaqa';

(51) "Firxa ta' żball permissibbli" ta' proċess varjabbli tfisser il-firxa bejn il-firxa operattiva normali u l-firxa ta' difett impermissibbli;

(52) "Sistema tal-evaporazzjoni" tfisser sistema li f'kundizzjonijiet normali titfa' 'l barra l-evaporazzjoni qabel ma jinfetaħ il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni tal-kontenitur(i);

(53) "Valv manwali" tfisser valv imħaddem manwalment;

(54) "Kunċett ta' sikurezza" tfisser miżuri mfassla biex jiżguraw it-tħaddim sikur anki fil-każ ta' falliment jew difetti każwali;

(55) "Sistema tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-użu" tfisser sistema li tgħodd iċ-ċikli tal-mili u tipprevjeni li l-vettura tintuża iktar meta jinqabeż għadd predeterminat ta' ċikli tal-mili;

(56) "Linja tal-provvista tal-fjuwil" tfisser il-linja li tforni l-idroġenu lis-sistema (jew sistemi) tal-konverżjoni tal-idroġenu;

(57) "Kontenitur kompost" tfisser kontenitur mibni minn iktar minn materjal wieħed;

(58) "Over-wrap" tfisser filamenti kontinwi mimlija bir-reżina użati biex isaħħu l-kisja;

(59) "Pressjoni auto-frettage" tfisser il-pressjoni fil-kontenitur miksi li fiha tkun stabbilita d-distribuzzjoni meħtieġa ta' stresses bejn l-inforra u l-over-wrap;

(60) "Konfini tat-tħaddim funzjonali" tfisser il-konfini tal-limiti fiżiċi esterni li fihom is-sistema tista’ żżomm kontroll;

(61) "Firxa tal-kontroll" tfisser il-firxa li fiha s-sistema aktarx teżerċita l-kontroll fir-rigward ta’ output varjabbli;

(62) "Konnessjonijiet tat-trażmissjoni" tfisser il-mezzi li jintużaw biex jiġu interkonnessi l-unitajiet imqassma sabiex jitwasslu sinjali, dejta operattiva jew provvista tal-enerġija;

(63) "Sistemi/funzjonijiet ta’ livell ogħla" tfisser dawk il-kontrolli li jużaw provvedimenti addizzjonali ta’ pproċessar u/jew ta’ perċezzjoni biex jimmodifikaw l-imġiba tal-vettura billi jikkmandaw varjazzjonijiet fil-funzjoni(jiet) normali tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu

1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu.

2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-Parti 3 tal-Anness I għar-rikwalifikazzjoni perjodika permezz tal-ispezzjoni matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

3. Jekk ir-rekwiżiti relevanti stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III jew il-Parti 1 tal-Anness IV, l-Anness V u l-Anness VI jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu

1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponenti għal tip ta’ komponent tal-idroġenu jew sistema tal-idroġenu.

L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II.

2. Jekk ir-rekwiżiti relevanti stipulati fl-Anness III jew l-Anness IV jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ komponent tal-idroġenu jew sistema tal-idroġenu.

3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi sħaħ ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu skont l-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva 2007/46/KE, dawn li ġejjin ma għandhomx japplikaw:

(1) id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE [3];

(2) id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE [4], fir-rigward tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu mħaddma b'magna tal-kombustjoni interna;

(3) l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE [5];

(4) it-Taqsima 3.3.5 tal-Anness II u t-Taqsima 4.3.2. tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6];

(5) it-Taqsima 3.2.6 tal-Anness II u t-Taqsima 1.4.2.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [7].

Artikolu 5

Il-Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-kompenenti

Kull komponent tal-idroġenu, jew sistema tal-idroġenu, li jikkonforma ma’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti skont dan ir-Regolament, għandu jkollu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti kif speċifikat fil-Parti 3 tal-Anness II.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is- 26 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

[2] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[3] ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36.

[4] ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46.

[5] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23.

[6] ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

[7] ĠU L 18, 21.1.1997, p. 7.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I | Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu |

Parti 1 | Dokument ta' informazzjoni |

Parti 2 | Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

Parti 3 | L-informazzjoni li għandha tingħata għall-ispezzjoni |

ANNESS II | Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti għal komponenti u sistemi tal-idroġenu |

Parti 1 | Dokument ta' informazzjoni |

Parti 2 | Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

Parti 3 | Il-Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-kompenenti |

ANNESS III | Rekwiżiti għall-komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu u għall-installazzjoni tagħhom f'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu |

Parti 1 | Rekwiżiti għall-installazzjoni ta' komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu f'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu |

Parti 2 | Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu |

Parti 3 | Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu |

ANNESS IV | Rekwiżiti għall-komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) u l-installazzjoni tagħhom f’vetturi li jaħdmu bl-idroġenu |

Parti 1 | Rekwiżiti għall-installazzjoni ta' komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) f'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu |

Parti 2 | Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) |

Parti 3 | Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, iddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) |

ANNESS V | Rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-vettura |

ANNESS VI | Rekwiżiti tas-sikurezza ta' sistemi elettroniċi kumplessi għall-kontroll tal-vettura |

ANNESS VII | Standards referenzjati minn dan ir-Regolament |

--------------------------------------------------

ANNESS I

Dokumenti Amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu

PARTI 1

MUDELL

DOKUMENT TAL-INFORMAZZJONI Nru …

marbut mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta tad-daqs A4 jew folder ta’ format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

Jekk is-sistemi jew il-komponenti jinkludu kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni li tikkonċerna r-rendiment tagħhom.

Noti ta’ spjegazzjoni

[1] [2] [b] Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (eż. ABC??123??). [c] Ikklassifikata skont id-definizzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

0. | ĠENERALI | |

0.1. | Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … | |

0.2. | Tip: … | |

0.2.1 | Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): … | |

0.3. | Mezz tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura [1] [b] : …. | |

0.3.1. | Fejn tinsab il-marka: … | |

0.4. | Kategorija tal-vettura [c] : … | |

0.5. | Isem u indirizz tal-manifattur: … | |

0.8. | Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ assemblaġġ: … | |

0.9. | Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): … | |

1. | KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KONSTRUZZJONI TAL-VETTURA | |

1.1 | Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: … | |

1.3.3. | Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni): … | |

1.4. | Chassis (jekk ikun il-każ) (disinn ġenerali): … | |

3. | IMPJANT TAL-ENERĠIJA | |

3.9. | Propulsjoni bl-idroġenu | |

3.9.1. | Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża l-idroġenu likwidu / Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża l-idroġenu kkumpressat (gass) [1] | |

3.9.1.1. | Deskrizzjoni u/jew tpinġija tas-sistema tal-idroġenu: … | |

3.9.1.2. | Isem u indirizz tal-manifattur(i) tas-sistema tal-idroġenu użata għall-propulsjoni tal-vettura: … | |

3.9.1.3. | Kodiċi(jiet) tas-sistema tal-manifattur (kif immarkata fuq is-sistema, jew mod ieħor ta’ identifikazzjoni): … | |

3.9.1.4. | Valv(ijiet) tal-għeluq awtomatiku: iva/le [1] | |

3.9.1.4.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.4.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.4.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] | MPa |

3.9.1.4.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.4.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.4.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.4.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.4.8. | Materjal: … | |

3.9.1.4.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.4.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.5. | Valvijiet ta' kontroll jew valv(ijiet) unidirezzjonali: iva/le [1] | |

3.9.1.5.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.5.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.5.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.5.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.5.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.5.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.5.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.5.8. | Materjal: … | |

3.9.1.5.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.5.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.6. | Kontenitur(i) u grupp ta' kontenituri: iva/le [1] | |

3.9.1.6.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.6.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.6.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.6.4. | Pressjoni operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.6.5. | Għadd ta’ ċikli tal-mili [1]: … | |

3.9.1.6.6. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.6.7. | Kapaċità: … | litri (ilma) |

3.9.1.6.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.6.9. | Materjal: … | |

3.9.1.6.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.6.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.7. | Fittings: iva/le [1] | |

3.9.1.7.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.7.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.7.3. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [2]: … | MPa |

3.9.1.7.4. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ: … | |

3.9.1.7.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.7.6. | Materjal: … | |

3.9.1.7.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.7.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.8. | Pajp(ijiet) flessibbli tal-fjuwil: iva/le [1] | |

3.9.1.8.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.8.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.8.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.8.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.8.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.8.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.8.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.8.8. | Materjal: … | |

3.9.1.8.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.8.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.9. | Skambjatur(i) tas-sħana: iva/le [1] … | |

3.9.1.9.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.9.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.9.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.9.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.9.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.9.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.9.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.9.8. | Materjal: … | |

3.9.1.9.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.9.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.10. | Filtru/filtri tal-idroġenu: iva/le [1] … | |

3.9.1.10.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.10.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.10.3. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.10.4. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.10.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.10.6. | Materjal: … | |

3.9.1.10.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.10.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.11. | Sondi għall-individwazzjoni ta' ħruġ tal-idroġenu: … | |

3.9.1.11.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.11.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.11.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.11.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.11.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.11.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.11.7. | Valuri stipulati: … | |

3.9.1.11.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.11.9. | Materjal: … | |

3.9.1.11.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.11.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.12. | Valv(ijiet) awtomatiku/ċi jew manwali: iva/le [1] … | |

3.9.1.12.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.12.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.12.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.12.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.12.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.12.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.12.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.12.8. | Materjal: … | |

3.9.1.12.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.12.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.13. | Sonda (sondi) tal-pressjoni u/jew tat-temperatura u/jew tal-idroġenu u/jew tal-fluss [1]: iva/le [1] … | |

3.9.1.13.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.13.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.13.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.13.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.13.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.13.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.13.7. | Valuri stipulati: … | |

3.9.1.13.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.13.9. | Materjal: … | |

3.9.1.13.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.13.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.14. | Regolatur(i) tal-pressjoni: iva/le [1]: … | |

3.9.1.14.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.14.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.14.3. | Numru ta' punti ta' regolazzjoni prinċipali: … | |

3.9.1.14.4. | Deskrizzjoni tal-prinċipju ta’ regolazzjoni fil-punti prinċipali ta’ regolazzjoni: … | |

3.9.1.14.5. | Numru ta' punti ta' regolazzjoni meta l-magna ma tkunx ingranata: … | |

3.9.1.14.6. | Deskrizzjoni tal-prinċipji ta’ regolazzjoni fil-punti ta’ regolazzjoni għal meta tkun qed taħdem u ma tkunx fuq il-ger: … | |

3.9.1.14.7. | Possibiltajiet oħra ta’ regolazzjoni: jekk hemm u liema (deskrizzjoni u tpinġijiet): … | |

3.9.1.14.8. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.14.9. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.14.10. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.14.11. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.14.12. | Pressjoni fil-punt tad-dħul u l-ħruġ: … | |

3.9.1.14.13. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.14.14. | Materjal: … | |

3.9.1.14.15. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.14.16. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.15. | Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: iva/le [1]: … | |

3.9.1.15.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.15.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.15.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.15.4. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.15.5. | Pressjoni stabbilita [1]: …. | |

3.9.1.15.6. | Temperatura stabbilita [1]: … | |

3.9.1.15.7. | Kapaċità tal-evaporazzjoni [1]: … | |

3.9.1.15.8. | Temperatura operattiva massima normali; [1] [2] … | °C |

3.9.1.15.9. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.15.10. | Għadd ta’ ċikli tal-mili (Komponenti tal-Klassi 0 biss) [1]: … | |

3.9.1.15.11. | Numru tal-approvazzjoni: ….. | |

3.9.1.15.12. | Materjal: … | |

3.9.1.15.13. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.15.14. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.16. | Valv għat-tnaqqis tal-pressjoni: iva/le [1] … | |

3.9.1.16.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.16.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.16.3. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.16.4. | Pressjoni stipulata [1]: … | |

3.9.1.16.5. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.16.6. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.16.7. | Materjal: … | |

3.9.1.16.8. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.16.9. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.17. | Konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil: iva/le [1] … | |

3.9.1.17.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.17.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.17.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.17.4. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.17.5. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.17.6. | Għadd ta’ ċikli tal-mili (Komponenti tal-Klassi 0 biss) [1]: … | |

3.9.1.17.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.17.8. | Materjal: … | |

3.9.1.17.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.17.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.18. | Konnetturi għas-sistema tal-ħżin li tista titneħħa: iva/le [1] … | |

3.9.1.18.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.18.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.18.3. | Pressjoni(jiet) operattivi nominali u pressjoni(jiet) operattivi permissibbli massimi [2]: … | MPa |

3.9.1.18.4. | Għadd ta’ ċikli tat-tħaddim: … | |

3.9.1.18.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.18.6. | Materjal: … | |

3.9.1.18.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.18.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.2. | Aktar dokumentazzjoni … | |

3.9.2.1. | Dijagramma tal-proċess (flow chart) tas-sistema tal-idroġenu … | |

3.9.2.2. | Tqassim tas-sistema inkluż il-konnessjonijiet elettriċi u sistemi esterni oħra (inputs u/jew outputs, eċċ.) … | |

3.9.2.3. | Kodiċi għas-simboli użati fid-dokumentazzjoni … | |

3.9.2.4. | Dejta tal-aġġustament tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u r-regolaturi tal-pressjoni … | |

3.9.2.5. | Tqassim tas-sistema/i tat-tkessiħ/tisħin inkluż il-Pressjoni Operattiva Permissibbli Massima jew Nominali (MAWP jew NAWP) u t-temperaturi operattivi … | |

3.9.2.6. | Tpinġijiet li juru r-rekwiżiti għall-installazzjoni u t-tħaddim | |

Appendiċi għad-dokument tal-informazzjoni

Dikjarazzjoni tas-Servizz għall-Kontenituri tal-Idroġenu

Noti ta’ spjegazzjoni

[1] [2]

Manifattur Identifikazzjoni | Isem il-manifattur: Indirizz tal-manifattur: |

Kontenitur Identifikazzjoni | Identifikazzjoni tal-kontenitur: | |

Pressjoni operattiva nominali: | MPa |

Tip: | |

Dijametru [1]: | mm |

Tul [1]: | mm |

Volum intern: | litri |

Piż vojt: | kg |

Kamini tal-kontenitur: | |

Kontenitur Ħajja operattiva | Ħajja operattiva massima: Numru massimu ta’ ċikli tal-mili: | years ċikli |

Kontenitur Sistema ta’ Protezzjoni tan-Nar | Manifattur tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: Identifikazzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: Numru/numri tat-tpinġija tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: |

Kontenitur Metodu tal-irbit | Metodu tal-irbit: | immuntar tal-għonq/ċilindru [2] |

Numru/numri tat-tpinġija tal-irbit: | |

Kontenitur Kisjiet Protettivi | Skop tal-protezzjoni: Numru/numri tat-tpinġija tal-kisja protettiva: |

Kontenitur Deskrizzjoni tad-disinn | Numri tat-tpinġija tal-kontenitur: It-tpinġijiet tal-kontenitur għandhom għallinqas ikollhom l-informazzjoni li ġejja: Referenza għal dan ir-Regolament u t-tip ta’ konteniturDimensjonijiet ġeometriċi prinċipali inkluż it-tolleranziMaterjali tal-konteniturMassa u volum intern tal-kontenitur inkluż it-tolleranziDettalji tal-kisja protettiva esternaSistema ta' protezzjoni min-nar tal-kontenitur |

Kontenitur Inibitur tal-korrużjoni | Ġie użat inibitur tal-korrużjoni tal-kontenitur: iva/le [2] Manifattur tal-inibitur tal-korrużjoni: Identifikazzjoni tal-inibitur tal-korrużjoni: |

Informazzjoni addizzjonali | 1.Dejta tal-manifattura inkluż it-tolleranzi fejn xieraq:Estrużjoni tat-tubu, deformazzjoni bil-kesħa, tpinġija tat-tubu, formazzjoni tal-estremitajiet, welding, trattament termiku u proċessi tat-tindif għall-manifattura tal-metall tal-kontenituri kollha ddisinjati li jużaw l-idroġenu likwidu u l-kontenituri tat-tip 1, 2 u 3 ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)Referenza għall-proċedura tal-manifatturaKriterji tal-aċċettazzjoni għall-eżami mhux distruttiv (NDE - non-destructive examination)Proċessi komposti tal-manifattura u auto-frettage skont it-taqsima 3.7.2. tal-Parti 2 tal-Anness IV għall-manifattura ta' kontenituri tat-tip 2, 3 u 4 ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)Spezzjoni finali tal-manifattura tal-finitura tal-wiċċ, id-dettalji tal-kamin u d-dimensjonijiet prinċipali2.Tabella li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-analiżi tal-istress |

Dikjarazzjoni tal-użu tal-kontenitur | Il-manifattur b'dan jiddikjara li d-disinn tal-kontenitur huwa tajjeb għall-użu tul il-ħajja operattiva speċifikata fil-kundizzjonijiet tal-użu stipulati fit-taqsima 2.7 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 406/2010 ta’ dan ir-Regolament. Manifattur: Isem, kariga u firma: Post, data: |

PARTI 2

MUDELL

Format massimu: A4 (210 × 297mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

Approvazzjoni tat-tip tal-KE [5] | ta' tip ta' vettura bi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu [5] |

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [5] |

rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [5] |

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [5] | |

fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 79/2009, kif implimentat bir-Regolament (KE) Nru 406/2010 ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3. Mod tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura [6]:

0.3.1. Fejn tinsab il-marka:

0.4. Kategorija tal-vettura [7]:

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:

0.8. Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ assemblaġġ:

0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli):

TAQSIMA II

1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2. Servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Data tar-rapport tat-testijiet:

4. Numru tar-rapport tat-testijiet:

5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

Dokumenti mehmuża :

Pakkett ta' tagħrif.

Rapport tat-testijiet.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

marbut mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Vettura mgħammra b'sistema tal-idroġenu maħsuba biex tuża l-idroġenu likwidu / sistema tal-idroġenu maħsuba biex tuża l-idroġenu kkumpressat (gass) [1]

2. Numru ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ kull komponent jew sistema tal-idroġenu installati fuq it-tip ta’ vettura biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament

2.1. Sistema(jew sistemi) tal-idroġenu:

2.2. Valv(ijiet) tal-għeluq awtomatiku:

2.3. Valvijiet ta' kontroll jew valv(ijiet) unidirezzjonali:

2.4. Kontenitur(i) u grupp ta' kontenituri:

2.5. Fittings:

2.6. Pajp(ijiet) flessibbli tal-fjuwil:

2.7. Skambjatur(i) tas-sħana:

2.8. Filtru/filtri tal-idroġenu:

2.9. Sondi għall-individwazzjoni ta' ħruġ tal-idroġenu:

2.10. Valv(ijiet) awtomatiku/ċi jew manwali:

2.11. Sonda (sondi) tal-pressjoni u/jew tat-temperatura u/jew tal-idroġenu u/jew tal-fluss [1]:

2.12. Regolatur(i) tal-pressjoni:

2.13. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni:

2.14. Valv għat-tnaqqis tal-pressjoni:

2.15. Konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil:

2.16. Konnetturi għas-sistema tal-ħżin li tista titneħħa:

3. Rimarki:

PARTI 3

L-informazzjoni li għandha tingħata għall-ispezzjoni

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu:

(a) rakkomandazzjonijiet għall-ispezzjoni jew l-ittestjar tas-sistema tal-idroġenu tul il-ħajja operattiva tagħha;

(b) informazzjoni dwar il-ħtieġa għal spezzjoni perjodika u l-frekwenza neċessarja fil-manwal tas-sid tal-vettura jew permezz ta' tikketta qrib il-post tal-pjanċa statutorja skont id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KE [8].

2. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni speċifikata fit-taqsima 1 lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri responsabbli għall-ispezzjoni perjodika tal-vetturi, fl-għamla ta' manwali jew permezz ta' midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi fuq l-internet).

[1] Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn ma jkun jeħtieġ jitħassar xejn għax tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda).

[2] Speċifika t-tolleranza

[1] Jistgħu jiġu sostitwiti b'dimensjonijiet oħra li jiddefinixxu l-forma tal-kontenitur.

[2] Ħassar skont il-każ.

[5] Ħassar fejn ma jgħoddx

[6] Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (eż. ABC??123??).

[7] Kif definit fl-Anness II, Taqsima A tad-Direttiva 2007/46/KE.

[1] Ħassar fejn ma jgħoddx

[8] ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti għal komponenti u sistemi tal-idroġenu

PARTI 1

MUDELL

DOKUMENT TAL-INFORMAZZJONI NRU

marbut mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti ta' komponent jew sistema tal-idroġenu

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta tad-daqs A4 jew folder ta’ format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

Jekk is-sistemi jew il-komponenti jinkludu kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni li tikkonċerna r-rendiment tagħhom.

Noti ta’ spjegazzjoni

[1] [2]

0. | ĠENERALI | |

0.1. | Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … | |

0.2. | Tip: … | |

0.2.1 | Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): … | |

0.2.2 | Numru tar-referenza jew tal-part tal-komponent: [1] … | |

0.2.3 | Numru/i tar-referenza jew tal-part tal-komponent(i) fis-sistema: [1]: …. | |

0.2.4 | Numru tar-referenza jew tal-part tas-sistema: [1] … | |

0.5. | Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-manifattur: … | |

0.7. | Pożizzjoni u metodu tat-twaħħil tal-marka/marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … | |

0.8. | Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) ta' assemblaġġ: … | |

0.9. | Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): … | |

3.9. | Propulsjoni bl-idroġenu [1]: … | |

3.9.1. | Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża l-idroġenu likwidu / Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża idroġenu kkumpressat (gass) / Komponent tal-idroġenu ddisinjat biex juża l-idroġenu likiwdu / Komponent tal-idroġenu ddisinjata biex juża l-idroġenu kkumpressat (gass) [1] … | |

3.9.1.1. | Deskrizzjoni u tpinġija tas-sistema tal-idroġenu: [1]: … | |

3.9.1.2. | Isem u l-indirizz tal-manifattur(i) tas-sistema tal-idroġenu: [1]: … | |

3.9.1.3. | Kodiċi(jiet) tas-sistema tal-manifattur (kif immarkat fuq is-sistema, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): [1]: … | |

3.9.1.4. | Valv(ijiet) tal-għeluq awtomatiku: iva/le [1] | |

3.9.1.4.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.4.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.4.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.4.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.4.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.4.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.4.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.4.8. | Materjal: … | |

3.9.1.4.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.4.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.5. | Valvijiet ta' kontroll jew valv(ijiet) unidirezzjonali: iva/le [1] … | |

3.9.1.5.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.5.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.5.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.5.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.5.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.5.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.5.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.5.8. | Materjal: … | |

3.9.1.5.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.5.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.6. | Kontenitur(i) u grupp ta' kontenituri: iva/le [1] … | |

3.9.1.6.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.6.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.6.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.6.4. | Pressjoni operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.6.5. | Għadd ta’ ċikli tal-mili [1]: … | |

3.9.1.6.6. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.6.7. | Kapaċità: … | litri (ilma) |

3.9.1.6.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.6.9. | Materjal: … | |

3.9.1.6.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.6.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.7. | Fittings: iva/le [1]: … | |

3.9.1.7.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.7.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.7.3. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [2]: … | MPa |

3.9.1.7.4. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ: … | |

3.9.1.7.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.7.6. | Materjal: … | |

3.9.1.7.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.7.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.8. | Pajp(ijiet) flessibbli tal-fjuwil: iva/le [1] … | |

3.9.1.8.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.8.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.8.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.8.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.8.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.8.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.8.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.8.8. | Materjal: … | |

3.9.1.8.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.8.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.9. | Skambjatur(i) tas-sħana: iva/le [1] … | |

3.9.1.9.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.9.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.9.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.9.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.9.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.9.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: …. | |

3.9.1.9.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.9.8. | Materjal: … | |

3.9.1.9.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.9.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.10. | Filtru/filtri tal-idroġenu: iva/le [1]: … | |

3.9.1.10.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.10.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.10.3. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.10.4. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.10.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.10.6. | Materjal: … | |

3.9.1.10.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.10.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.11. | Sondi għall-individwazzjoni ta' ħruġ tal-idroġenu: … | |

3.9.1.11.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.11.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.11.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.11.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: | MPa |

3.9.1.11.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.11.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.11.7. | Valuri stipulati: … | |

3.9.1.11.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.11.9. | Materjal: … | |

3.9.1.11.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.11.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.12. | Valv(ijiet) awtomatiku/ċi jew manwali: iva/le [1]: … | |

3.9.1.12.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.12.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.12.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.12.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.12.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.12.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.12.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.12.8. | Materjal: … | |

3.9.1.12.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.12.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.13. | Sonda (sondi) tal-pressjoni u/jew tat-temperatura u/jew tal-idroġenu u/jew tal-fluss [1]: iva/le [1]: … | |

3.9.1.13.1. | Ditta/i: ….. | |

3.9.1.13.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.13.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.13.4. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.13.5. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.13.6. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.13.7. | Valuri stipulati: … | |

3.9.1.13.8. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.13.9. | Materjal: … | |

3.9.1.13.10. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.13.11. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.14. | Regolatur(i) tal-pressjoni: iva/le [1] … | |

3.9.1.14.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.14.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.14.3. | Numru ta' punti ta' regolazzjoni prinċipali: … | |

3.9.1.14.4. | Deskrizzjoni tal-prinċipju ta’ regolazzjoni fil-punti prinċipali ta’ regolazzjoni: … | |

3.9.1.14.5. | Numru ta' punti ta' regolazzjoni meta l-magna ma tkunx ingranata: … | |

3.9.1.14.6. | Deskrizzjoni tal-prinċipji ta’ regolazzjoni fil-punti ta’ regolazzjoni għal meta tkun qed taħdem u ma tkunx fuq il-ger: … | |

3.9.1.14.7. | Possibiltajiet oħra ta’ regolazzjoni: jekk hemm u liema (deskrizzjoni u tpinġijiet): … | |

3.9.1.14.8. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.14.9. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.14.10. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.14.11. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: …. | |

3.9.1.14.12. | Pressjoni fil-punt tad-dħul u l-ħruġ: … | |

3.9.1.14.13. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.14.14. | Materjal: … | |

3.9.1.14.15. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.14.16. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.15. | Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: iva/le [1] … | |

3.9.1.15.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.15.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.15.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.15.4. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.15.5. | Pressjoni stabbilita [1]: … | |

3.9.1.15.6. | Temperatura stabbilita [1]: … | |

3.9.1.15.7. | Kapaċità tal-evaporazzjoni [1]: … | |

3.9.1.15.8. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.15.9. | Temperatura operattiva massima normali; [1] [2] … | °C |

3.9.1.15.10. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.15.11. | Għadd ta’ ċikli tal-mili (Komponenti tal-Klassi 0 biss) [1]: … | |

3.9.1.15.12. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.15.13. | Materjal: … | |

3.9.1.15.14. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.15.15. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.16. | Valv għat-tnaqqis tal-pressjoni: iva/le [1] … | |

3.9.1.16.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.16.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.16.3. | Pressjoni operattiva nominali u jekk wara l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni operattiva permissibbli massima [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.16.4. | Pressjoni stipulata [1]: … | |

3.9.1.16.5. | Għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont il-każ [1]: … | |

3.9.1.16.6. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.16.7. | Materjal: … | |

3.9.1.16.8. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.16.9. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.17. | Konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil: iva/le [1] … | |

3.9.1.17.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.17.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.17.3. | Pressjoni Operattiva Permessibbli Massima (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) [1] [2] … | MPa |

3.9.1.17.4. | Temperatura operattiva [1]: … | |

3.9.1.17.5. | Pressjoni(jiet) operattiva nominali [1] [2]: … | MPa |

3.9.1.17.6. | Għadd ta’ ċikli tal-mili (Komponenti tal-Klassi 0 biss) [1]: … | |

3.9.1.17.7. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.17.8. | Materjal: … | |

3.9.1.17.9. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.17.10. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.1.18. | Konnetturi għas-sistema tal-ħżin li tista titneħħa: iva/le [1] … | |

3.9.1.18.1. | Ditta/i: … | |

3.9.1.18.2. | Tip(i): … | |

3.9.1.18.3. | Pressjoni(jiet) operattivi nominali u pressjoni(jiet) operattivi permissibbli massimi [2]: … | MPa |

3.9.1.18.4. | Għadd ta’ ċikli tat-tħaddim: … | |

3.9.1.18.5. | Numru tal-approvazzjoni: … | |

3.9.1.18.6. | Materjal: … | |

3.9.1.18.7. | Prinċipji operattivi: … | |

3.9.1.18.8. | Deskrizzjoni u tpinġija: … | |

3.9.2. | Aktar dokumentazzjoni … | |

3.9.2.1. | Dijagramma tal-proċess (flow chart) tas-sistema tal-idroġenu … | |

3.9.2.2. | Tqassim tas-sistema inkluż il-konnessjonijiet elettriċi u sistemi esterni oħra (inputs u/jew outputs, eċċ.) … | |

3.9.2.3. | Kodiċi għas-simboli użati fid-dokumentazzjoni … | |

3.9.2.4. | Dejta tal-aġġustament tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u r-regolaturi tal-pressjoni | |

3.9.2.5. | Tqassim tas-sistema/i tat-tkessiħ/tisħin inkluż il-Pressjoni Operattiva Permissibbli Massima jew Nominali (MAWP jew NAWP) u t-temperaturi operattivi … | |

3.9.2.6. | Tpinġijiet li juru r-rekwiżiti għall-installazzjoni u t-tħaddim | |

Appendiċi għad-dokument tal-informazzjoni

Dikjarazzjoni tal-Użu għall-Kontenituri tal-Idroġenu

Noti ta’ spjegazzjoni

[1] [2]

Manifattur Identifikazzjoni | Isem il-manifattur: Indirizz tal-manifattur: |

Kontenitur Identifikazzjoni | Identifikazzjoni tal-kontenitur: | |

Pressjoni operattiva nominali: | MPa |

Tip: | |

Dijametru [1]: | mm |

Tul [1]: | mm |

Volum intern: | litri |

Piż vojt: | kg |

Kamini tal-kontenitur: | |

Kontenitur Ħajja operattiva | Ħajja operattiva massima: | snin |

Numru massimu ta’ ċikli tal-mili: | ċikli |

Kontenitur Sistema ta’ Protezzjoni tan-Nar | Manifattur tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: Identifikazzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: Numru/numri tat-tpinġija tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni: |

Kontenitur Metodu tal-irbit | Metodu tal-irbit: | immuntar tal-għonq/ċilindru [2] |

Numru/numri tat-tpinġija tal-irbit: | |

Kontenitur Kisjiet Protettivi | Skop tal-protezzjoni: Numru/numri tat-tpinġija tal-kisja protettiva: |

Kontenitur Deskrizzjoni tad-disinn | Numri tat-tpinġija tal-kontenitur: It-tpinġijiet tal-kontenitur għandhom għallinqas ikollhom l-informazzjoni li ġejja: Referenza għal dan ir-Regolament u t-tip ta’ konteniturDimensjonijiet ġeometriċi prinċipali inkluż it-tolleranziMaterjali tal-konteniturMassa u volum intern tal-kontenitur inkluż it-tolleranziDettalji tal-kisja protettiva esternaSistema ta' protezzjoni min-nar tal-kontenitur. |

Kontenitur Inibitur tal-korrużjoni | Ġie użat inibitur tal-korrużjoni tal-kontenitur: iva/le [2] Manifattur tal-inibitur tal-korrużjoni: Identifikazzjoni tal-inibitur tal-korrużjoni: |

Informazzjoni addizzjonali | 1.Dejta tal-manifattura inkluż it-tolleranzi fejn xieraq:Estrużjoni tat-tubu, deformazzjoni bil-kesħa, tpinġija tat-tubu, formazzjoni tal-estremitajiet, welding, trattament termiku u proċessi tat-tindif għall-manifattura tal-metall tal-kontenituri kollha ddisinjati li jużaw l-idroġenu likwidu u l-kontenituri tat-tip 1, 2 u 3 ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)Referenza għall-proċedura tal-manifatturaKriterji tal-aċċettazzjoni għall-eżami mhux distruttiv (NDE - non-destructive examination)Proċessi komposti tal-manifattura u auto-frettage skont it-taqsima 3.7.2. tal-Parti 2 tal-Anness IV għall-manifattura ta' kontenituri tat-tip 2, 3 u 4 ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)Spezzjoni finali tal-manifattura tal-finitura tal-wiċċ, id-dettalji tal-kamin u d-dimensjonijiet prinċipali.2.Tabella li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-analiżi tal-istress |

Dikjarazzjoni tal-użu tal-kontenitur | Il-manifattur b'dan jiddikjara li d-disinn tal-kontenitur huwa tajjeb għall-użu tul il-ħajja operattiva speċifikata fil-kundizzjonijiet tal-użu stipulati fit-taqsima 2.7 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 406/2010 ta’ dan ir-Regolament. Manifattur: Isem, kariga u firma: Post, data: |

Speċifikazzjonijiet tal-kontenituri ddisinjati li jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

Speċifikazzjoni tal-materjal | Applikabbli għall-Materjal | |

Azzar | Liga tal-aluminju | Inforri tal-plastik | Fibra | Reżina | Kisi | Dettalji |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Manifattur tal-materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Tip ta' materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Identifikazzjoni tal-materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Definizzjoni tat-trattament termiku | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Komposizzjoni kimika | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Proċedura tal-formazzjoni bil-kesħa jew cryoforming | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Definizzjoni tal-proċedura tal-welding | | | | | | | |

Speċifkazzjonijiet tat-testijiet tal-materjali | Applikabbli għall-Materjal | |

Azzar | Liga tal-aluminju | Inforri tal-plastik | Fibri | Reżina | Kisi | Valur speċifikat tal-materjal |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tensili | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-impatt Charpy | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tal-liwja | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Eżaminazzjoni makroskopika | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| It-test tal-korrużjoni | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-qsim minħabba tagħbija permanenti | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tat-trattib bit-temperatura | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tat-Temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tar-reżistenza tar-reżina għall-qtugħ | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-kisi | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tal-kompatibilità mal-idroġenu | | | | | | | |

Speċifikazzjonijiet għal testijiet tal-kontenitur | Valur speċifikat tad-disinn |

| Test tal-fqigħ | |

| Test taċ-Ċikli tal-Pressjoni f’Temperatura Ambjentali | |

| Test tal-permeazzjoni qabel il-qsim (LBB – leak before break) | |

| Test tan-Nar | |

| Test tal-Penetrazzjoni | |

| Test tal-Esponiment Kimiku | |

| Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjali Komposti | |

| Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat | |

| Test taċ-Ċikli tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema | |

| Test tal-Ħsara mill-Impatti | |

| It-test tan- nixxija | |

| Test tal-Permeazzjoni | |

| Boss Torque Test | |

| It-Test taċ-Ċikli tal-Idroġenu gass | |

PARTI 2

MUDELL

Format massimu: A4 (210 x 297mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

Approvazzjoni tat-tip tal-KE [3] | ta' tip ta' komponent tal-idroġenu |

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [3] |

rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [3] | |

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE [3] | |

fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 79/2009, kif implimentat mir-Regolament (KE) Nru 406/2010 ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.3. Mod tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-komponent [4]

0.3.1. Fejn tinsab il-marka:

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KE:

0.8. Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ assemblaġġ:

0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ):

TAQSIMA II

1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2. Servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Data tar-rapport tat-testijiet:

4. Numru tar-rapport tat-testijiet:

5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

Dokumenti mehmuża :

Pakkett ta' tagħrif.

Rapport tat-testijiet.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

marbut mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti ta' komponent jew sistema tal-idroġenu

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża l-idroġenu likwidu / Sistema tal-idroġenu ddisinjata biex tuża idroġenu kkumpressat (gass) / Komponent tal-idroġenu ddisinjat biex juża l-idroġenu likiwdu / Komponent tal-idroġenu ddisinjata biex juża l-idroġenu kkumpressat (gass) [1]

2. Speċifikazzjonijiet u riżultati tat-testijiet

2.1. Kontenituri ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

2.1.1. Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-kontenitur

Speċifikazzjoni tal-materjal | Applikabbli għall-Materjal | |

Azzar | Liga tal-aluminju | Inforri tal-plastik | Fibri | Reżina | Kisi | Dettalji |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Manifattur tal-materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Tip ta' materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Identifikazzjoni tal-materjal | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Definizzjoni tat-trattament termiku | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Komposizzjoni kimika | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Proċedura tal-formazzjoni bil-kesħa jew cryoforming | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Definizzjoni tal-proċedura tal-welding | | | | | | | |

2.1.2. Riżultati tat-testijiet fuq il-materjal tal-kontenitur

Testijiet fuq il-materjal | Applikabbli għall-Materjal | | |

Azzar | Liga tal-aluminju | Inforri tal-plastik | Fibri | Reżina | Kisi | Valur speċifikat tal-materjal | Valur tat-test |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tensili | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-impatt Charpy | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tal-liwja | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Eżaminazzjoni makroskopika | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| It-test tal-korrużjoni | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-qsim minħabba tagħbija permanenti | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tat-trattib bit-temperatura | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tat-Temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tar-reżistenza tar-reżina għall-qtugħ | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

| Test tal-kisi | | | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Test tal-kompatibilità mal-idroġenu | | | | | | | | |

2.1.3. Riżultati tat-test tal-kontenitur

Test tal-kontenitur | Valur speċifikat tad-disinn | Riżultat tat-test |

| Test tal-fqigħ | | |

| Test taċ-Ċikli tal-Pressjoni f’Temperatura Ambjentali | | |

| Test tal-permeazzjoni qabel il-qsim (LBB – leak before break) | | |

| Test tan-Nar | | |

| Test tal-Penetrazzjoni | | |

| Test tal-Esponiment Kimiku | | |

| Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjali Komposti | | |

| Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat | | |

| Test taċ-Ċikli tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema | | |

| Test tal-Ħsara mill-Impatti | | |

| It-test tan- nixxija | | |

| Test tal-Permeazzjoni | | |

| Boss Torque Test | | |

| It-Test taċ-Ċikli tal-Idroġenu gass | | |

3. Restrizzjonijiet fuq l-użu tat-tagħmir (jekk ikun il-każ):

4. Rimarki:

PARTI 3

Il-Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-kompenenti

1. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti għandha tikkonsisti fi:

1.1. rettangolu madwar l-ittra żgħira "e", segwita mill-ittra/i jew in-numru jew distintivi tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti:

1 | Għall-Ġermanja | 19 | Għar-Rumanija |

2 | Għal Franza | 20 | Għall-Polonja |

3 | Għall-Italja | 21 | Għall-Portugall |

4 | Għall-Olanda | 23 | Għall-Greċja |

5 | Għall-Iżvezja | 24 | Għall-Irlanda |

6 | Għall-Belġju | 26 | Għas-Slovenja |

7 | Għall-Ungerija | 27 | Għas-Slovakkja |

8 | Għar-Repubblika Ċeka | 29 | Għall-Estonja |

9 | Għal Spanja | 32 | Għal-Latvja |

11 | Għar-Renju Unit | 34 | Għall-Bulgarija |

12 | Għall-Awstrija | 36 | Għal-Litwanja |

13 | Għal-Lussemburgu | 49 | Għal Ċipru |

17 | Għall-Finlandja | 50 | Għal Malta |

18 | Għad-Danimarka | | |

1.2. Fil-viċinat tar-rettangolu, "in-numru tal-approvazzjoni tal-bażi" fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip li jsegwi ż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika maġġuri lir-Regolament (KE) Nru 79/2009 jew dan ir-Regolament. Għal dan ir-Regolament, in-numru ta’ sekwenza huwa 00.

2. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip għandha titwaħħal mal-komponent jew mas-sistema b'tali mod li ma tkunx tista' titħassar u tkun tista' tinqara faċilment.

3. Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent jinsab fl-Addendum.

Addendum għall-appendiċi 1

Eżempju ta' marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti

+++++ TIFF +++++

Kodiċi: l-approvazzjoni tat-tip għal-komponenti ta' hawn fuq inħarġet mill-Belġju bin-numru 0004. L-ewwel żewġ ċifri (00) jindikaw li dan il-komponent ġie approvat skont dan ir-Regolament.

[1] Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn ma jkun jeħtieġ jitħassar xejn għax tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda).

[2] Speċifika t-tolleranza.

[1] Jistgħu jiġu sostitwiti b'dimensjonijiet oħra li jiddefinixxu l-forma tal-kontenitur.

[2] Ħassar skont il-każ.

[3] Ħassar fejn ma jgħoddx

[4] Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (eż. ABC??123??).

[1] Ħassar fejn ma jgħoddx

--------------------------------------------------

ANNESS III

Rekwiżiti għall-komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu u għall-installazzjoni tagħhom F'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri tat-testijiet għall-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu u għall-installazzjoni tagħhom f'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Il-materjali użati f'komponent jew sistema tal-idroġenu għandhom ikunu kompatibbli mal-idroġenu fi stat likwidu jew gass tiegħu skont it-taqsima 4.11. tal-Parti 3.

PARTI 1

Rekwiżiti għall-installazzjoni ta' komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu f'vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

1. Rekwiżiti ġenerali

1.1. Il-komponenti u s-sistemi kollha tal-idroġenu għandhom jiġu installati fil-vettura u konnessi skont l-aħjar prassi.

1.2. Is-sistemi tal-idroġenu ma għandhomx juru sinjali ta' ħruġ apparti l-evaporazzjoni fil-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP), jiġifieri, ma għandhomx jiffurmaw bżieżaq meta jintuża l-isprej għall-individwazzjoni tan-nixxijat.

1.3. It-temperaturi operattivi għandhom ikunu:

Kombustjoni Interna Kompartiment tal-Magna | Abbord (It-tipi kollha ta' sistemi tal-propulsjoni) |

–40 °C sa +120 °C | –40 °C sa +85 °C |

1.4. Għandhom jiġu adottati l-miżuri awtomatiċi xierqa f'koordinament mal-istazzjoni tal-mili tal-fjuwil sabiex ma jkunx hemm rilaxx mhux kontrollat tal-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili.

1.5. Fil-każ ta' ħruġ jew rilaxx tal-idroġenu, l-idroġenu ma għandux jitħalla jakkumula fi spazji magħluqa jew parzjalment magħluqa fil-vettura.

2. L-installazzjoni tal-kontenitur tal-idroġenu abbord vettura

2.1. Il-kontenitur jista' jiġi integrat fid-disinn tal-vettura biex jipprovdi funzjonijiet komplimentari. F'dan il-każ, il-kontenitur għandu jiġi ddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-funzjoni integrata u r-rekwiżiti tal-kontenitur stipulati fil-Parti 2.

2.2. Meta l-vettura tkun lesta biex tintuża, l-iktar parti baxxa tal-kontenitur tal-idroġenu ma għandux inaqqas id-distanza mill-art tal-vettura. Dan ma japplikax jekk il-kontenitur tal-idroġenu jkun protett biżżejjed, fuq quddiem u fil-ġnub u l-ebda parti tal-kontenitur tal-idroġenu ma tkun iktar baxxa minn din l-istruttura protettiva.

2.3. Il-kontenituri tal-idroġenu, inkluż l-apparat ta' sikurezza mwaħħal magħhom, għandhom jiġu mmuntati u mwaħħla b'tali mod li l-aċċellerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jiġu assorbiti mingħajr qsim tal-punt tat-twaħħil jew laxkar tal-kontenituri (muri b'testijiet jew kalkolu). Il-massa użata għandha tkun rappreżentattiva tal-tenitur jew grupp ta' kontenituri mgħammra jew mimlija kompletament.

Vettura tal-kategoriji M1 u N1:

(a) 20 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) 8 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

Vetturi fil-kategoriji M2 u N2:

(a) 10 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) 5 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

Vetturi fil-kategoriji M3 u N3:

(a) 6,6 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) 5 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

2.4. Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2.3 ma għandhomx japplikaw jekk il-vettura tkun approvata skont id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] u d-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2].

3. L-aċċessorji mwaħħla mal-kontenitur tal-idroġenu

3.1. Valvijiet tal-għeluq awtomatiċi jew valvijiet unidirezzjonali

3.1.1. Il-valvijiet tal-għeluq awtomatiċi għandhom jintużaw skont it-taqsima 6. tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 79/2009, għajr għas-sistema tal-ġestjoni tal-evaporazzjoni u għandhom ikunu magħluqa jekk mhux jintużaw.

3.1.2. Il-konnessjonijiet jew ir-reċipjenti tal-mili tal-fjuwil għandhom jintużaw skont it-taqsima 4 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 79/2009.

3.1.3. Fil-każ li l-kontenitur jiċċaqlaq, l-ewwel apparat ta' iżolament u, jekk ikun il-każ, il-linja li torbotha mal-kontenitur għandhom ikunu protetti b'tali mod li l-funzjoni tal-għeluq tibqa' operattiva u l-konnessjoni bejn l-apparat u l-kontenitur ma tkunx tista' titkisser.

3.1.4. Il-valvijiet awtomatiċi għandhom ikunu magħluqa jekk mhux f'użu (fail-safe).

3.1.5. Meta sistema oħra tal-konverżjoni tal-idroġenu tintefa', irrispettivament mill-pożizzjoni tal-iswiċċ tal-attivazzjoni, il-provvista tal-fjuwil lis-sistema tal-konverżjoni tal-idroġenu rispettiva għandha tintefa' u tibqa' magħluqa sakemm ikun meħtieġ li s-sistema rispettiva tal-konverżjoni tal-idroġenu titħaddem.

3.2. Mekkaniżmi għat-Tnaqqis tal-pressjoni

3.2.1. Il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni li jiġu attivati permezz tal-pressjoni għandhom jitwaħħlu mal-kontenitur (jew kontenituri) tal-idroġenu b'tali mod li jkollhom jirrilaxxaw f'linja atmosferika li tagħti 'l barra mill-vettura. Ma għandhomx jirrilaxxaw fid-direzzjoni ta' sors tas-sħana bħall-egżost. Barra minn hekk, għandhom jirrilaxxaw b'tali mod li l-idroġenu ma jkunx jista' jidħol ġewwa l-vettura u/jew jakkumula fi spazju magħluq. Ukoll, l-ewwel mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandux jirrilaxxa fi spazju parzjalment magħluq. Fil-każ li t-tieni mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni jkun burst disc u jiġi installat fit-tank intern, tkun meħtieġa ventilazzjoni xierqa fil-qoxra esterna.

3.2.2. Fil-każ tat-tankijiet interni, il-firxa operattiva normali tal-pressjoni tat-tank intern hija bejn 0 MPa u l-pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu primarju ta' sikurezza għat-tnaqqis tal-pressjoni li tkun inqas jew daqs il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern.

3.2.3. Fil-każ ta' tankijiet interni tal-azzar, il-limitu minimu tal-firxa ta' difett impermissibbli jikkorrispondi għal pressjoni ogħla minn 136 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jekk jintuża valv tas-sikurezza bħala mekkaniżmu sekondarju għat-tnaqqis tal-pressjoni. Fil-każ ta' tankijiet interni tal-azzar, il-limitu minimu tal-firxa ta' difett impermissibbli jikkorrispondi għal pressjoni ogħla minn 150 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jekk jintuża burst disc bħala mekkaniżmu sekondarju għat-tnaqqis tal-pressjoni. Għal materjali oħrajn għandu jiġi applikat livell ekwivalenti ta' sikurezza. Il-firxa ta' difett impermissibbli għandha tkun il-pressjoni li fiha il-plastik jiddeforma jew it-tank intern jinfaqa' kif jidher fil-Figura 3.2.

Figura 3.2.

Firxiet ta' tank intern tal-azzar

Pressjoni

Tagħmir ta’ sikurezza ieħor attivat

Pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu primarju għattnaqqis tal-pressjoni (≤ MAWP)

Ħin

Operazzjoni mhux speċifikata

Firxa ta’ difett Imp.

Operazzjoni speċifikata

Normal operating range

Permissible Fault range

+++++ TIFF +++++

3.3. Struttura impermeabbli għall-gass fuq il-kontenitur(i) tal-idroġenu

3.3.1. Il-konnessjonijiet kollha mhux iwweldjati ta' komponenti li jġorru l-idroġenu u l-komponenti tal-idroġenu li jistgħu jnixxu, li jkunu mmuntati fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji jew kompartiment ieħor mhux ivventilat, għandhom jiġu magħluqa fi struttura impermeabbli għall-gassijiet.

3.3.2. L-istruttura impermeabbli għall-gass għandha tkun ivventilata għall-atmosfera.

3.3.3. Il-ventilaturi tal-istruttura impermeabbli għall-gassijiet għandhom ikunu fl-ogħla punt tal-istruttura u ma għandhomx jirrilaxxaw fid-direzzjoni ta' sors ta' sħana bħall-egżost. Barra minn hekk, għandhom jirrilaxxaw b'tali mod li l-idroġenu ma jkunx jista' jidħol ġewwa l-vettura u/jew jakkumula fi spazju magħluq jew parzjalment magħluq.

3.3.4. Ma għandux ikun hemm sorsi mhux protetti ta' kombustjoni ġewwa l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet.

3.3.5. Kull sistema ta' konnessjoni u passaġġ fil-body tal-vettura għall-ventilazzjoni tal-istruttura impermeabbli għall-gassijiet għandu jkollha għall-inqas l-istess erja trasversali bħat-tubu tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni.

3.3.6. Għal skopijiet tal-ittestjar, din l-istruttura għandha tkun issiġillata ermetikament u għandha tkun impermeabbli għall-gassijiet fi pressjoni ta' 0,5 kPa jiġifieri ma joħorġux bżieżaq għal minuta waħda (1) u mingħajr deformazzjoni permanenti.

3.3.7. Kull sistema ta' konnessjoni għandha tkun imqabbda tajjeb b'morsa, jew mezzi oħra, mal-istruttura impermeabbli għall-gassijiet u l-passaġġ biex ikun hemm ġonta impermeabbli għall-gassijiet.

4. Linji tal-fjuwil riġidi u flessibbli

4.1. Il-linji tal-fjuwil riġidi, għandhom jintrabtu b’tali mod li ma jħokku ma mkien, ma jkollhomx vibrazzjoni kritika u/jew stresses oħrajn.

4.2. Il-linji flessibbli tal-fjuwil għandhom jintrabtu b'tali mod li ma jkunux soġġetti għal stresses torsjonali, ma jħokku ma mkien u ma jkunux jistgħu jitgħaffġu waqt użu normali.

4.3. Fil-punt fejn jeħlu, il-linji tal-fjuwil, flessibbli jew riġidi, għandhom jitwaħħlu b’tali mod li ma jkunx hemm kuntatt metall ma’ metall għall-prevenzjoni tal-korrużjoni galvanika u interstizzjali.

4.4. Il-linji tal-fjuwil riġidi u flessibbli għandhom jingħaddew b'tali mod li titnaqqas kemm jista' jkun l-espożizzjoni għal ħsara aċċidentali kemm ġewwa, eż. minħabba t-tqegħid jew iċ-ċaqliq ta' bagalji jew tagħbiji oħra, u kemm barra l-vettura, eż. minħabba art mhux lixxa jew ġakkijiet tal-vettura, eċċ.

4.5. Fil-punt li jippentraw il-body tal-vettura jew komponenti oħra tal-idroġenu, il-linji tal-fjwil għandu jkollhom grommets jew materjal protettiv ieħor.

5. Il-fittings jew il-konnessjonijiet tal-gass bejn il-komponenti

5.1. Tubi tal-istainless steel għandhom jingħaqdu biss ma fittings tal-istainless steel.

5.2. In-numru ta’ ġonot għandu jkun limitat għall-inqas ammont.

5.3. Il-ġonot kollha għandhom jitqiegħdu fejn jistgħu jiġu spezzjonati u fejn jistgħu jsiru t-testijiet tan-nixxija.

5.4. F'kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji magħluq, il-linji tal-fjuwil ma għandhomx ikunu itwal milli hemm bżonn.

6. Konnessjoni jew reċipjent għall-mili tal-fjuwil

6.1. Għandu jiġi żgurat li l-konnessjoni jew ir-reċipjent għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil jitwaħħlu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jitqiegħdu f'pożizzjonijiet ħżiena u għandhom jiġu protetti mill-ħmieġ u l-ilma. Għandu jkun b'tali mod li ma jistgħux isiru żbalji.

6.2. Il-konnessjoni jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil ma għandhomx jiġu installati fil-kompartiment tal-magna, fil-kompartiment tal-passiġġieri jew f'kompartiment ieħor mhux ventilat.

6.3. Il-linja tal-mili tal-fjuwil għandha tkun marbuta mal-kontenitur kif deskritt fit-taqsima 3.1.1.

6.4. Il-konnessjoni jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil għandhom ikollhom apparat ta' iżolament skont it-taqsima 3.1.2.

6.5. Għandu jkun żgurat li s-sistema tal-propulsjoni ma tkunx tista' titħaddem u l-vettura ma tkunx tista' tiċċaqlaq sakemm il-konnessjoni jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil tkun marbuta mal-istazzjon tal-mili tal-fjuwil.

7. L-Installazzjoni Elettrika

7.1. Il-komponenti elettriċi tas-sistema tal-idroġenu għandhom ikunu protetti kontra t-tagħbija żejda.

7.2. Il-konnessjonijiet tal-elettriku għandhom ikunu impermeabbli għad-dħul tal-idroġenu fejn ikun hemm preżenti komponenti tal-idroġenu jew hemm il-possibbiltà ta' nixxijat tal-idroġenu

8. Evaporazzjoni f'kundizzjonijiet normali

8.1. Il-gassijiet tal-evaporazzjoni għandhom jinġiebu fi stat mhux perikoluż b'sistema tal-ġestjoni tal-evaporazzjoni.

8.2. Is-sistema tal-ġestjoni tal-evaporazzjoni għandha tkun iddisinjata biex taċċetta r-rata tal-evaporazzjoni tal-kontenituri f'kundizzjonijiet operattivi normali.

8.3. Fil-bidu u waqt it-tħaddim tal-vettura, għandha tiġi attivata sistema ta' twissija biex twissi lis-sewwieq fil-każ li jkun hemm falliment fis-sistema tal-ġestjoni tal-evaporazzjoni.

9. Rekwiżiti oħra

9.1. Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni u l-linji tal-ventilaturi għandhom ikunu protetti mill-vandaliżmu sa punt raġonevolament prattikabbli.

9.2. Il-kompartiment tal-passiġġier, il-kompartiment tal-bagalji u l-komponenti kollha kritiċi għas-sikurezza tal-vettura (eż. is-sistema tal-brejkijiet, l-iżolament elettriku) għandhom jiġu mħarsa minn effetti negattivi tat-temperatura minħabba l-fjuwil krijoġeniku. Għandha titqies il-possibilità ta' nixxijat tal-fjuwil krijoġeniku fl-evalwazzjoni tal-protezzjoni meħtieġa.

9.3. Il-materjali kombustibbli użati fil-vettura għandhom jitħarsu mill-arja likwefekata li tista' tikkondensa fuq elementi mhux iżolati tas-sistema tal-fjuwil.

9.4. Falliment taċ-ċirkwit tat-tisħin tal-iskambjatur tas-sħana ma għandux jikkawża nixxija mis-sistema tal-idroġenu.

10. Sistemi strumentati tas-sikurezza

10.1. Is-sistemi strumentati tas-sikurezza għandhom ikunu fail-safe, jipprovdu alternattivi f'każ li komponent ifalli jew awtoregolatorji.

10.2. Jekk is-sistemi strumentati tas-sikurezza fit-taqsima 10.1 ikunu sistemi elettroniċi fail-safe jew awtoregolatorji, għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti speċjali tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

11. Rekwiżiti għall-ispezzjoni tas-sistema tal-idroġenu

11.1. Kull sistema tal-idroġenu għandha tiġi spezzjonata għallinqas kull 48 xahar wara d-data ta' meta tibda' tintuża, u fil-waqt ta' kull riinstallazzjoni.

11.2. L-ispezzjoni għandha ssir minn servizz tekniku, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifatturi stipulati fil-Parti 3 tal-Anness I.

PARTI 2

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu

1. INTRODUZZJONI

Din il-Parti tistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ittestjar għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu.

2. REKWIŻITI TEKNIĊI

2.1. Il-validazzjoni tad-disinn tal-kontenitur bil-kalkolu għandha ssir skont EN 1251-2.

2.2. Stresses mekkaniċi

Il-partijiet tal-kontenitur għandhom jifilħu l-istresses mekkaniċi li ġejjin:

2.2.1. It-tank intern

2.2.1.1. Pressjoni tat-test

It-tank intern għandu jirreżisti l-pressjoni tat-test Ptest:

Ptest = 1,3 (MAWP +0,1 MPa)

fejn MAWP hija l-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli tat-tank intern f’MPa

2.2.1.2. Pressjoni esterna

Jekk it-tank intern u l-parts tiegħu jista' jaħdem f'vakwu, it-tank intern u l-parts tiegħu għandhom jifilħu għal pressjoni esterna ta’ 0,1 MPa.

2.2.2. Qoxra esterna

2.2.2.1. Il-qoxra esterna għandha tiflaħ il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP), li hija l-pressjoni stabbilita tat-tagħmir tas-sikurezza tagħha.

2.2.2.2. Il-qoxra esterna għandha tiflaħ pressjoni esterna ta’ 0,1 MPa.

2.2.3. Irbit estern

L-irbit estern tal-kontenitur sħiħ għandhom jifilħu l-aċċellerazzjonijiet imsemmija fit-taqsima 2.3 tal-Parti 1 mingħajr ma jinqasmu, u f’dak il-każ l-istress permissibbli fl-elementi tal-irbit ikkalkulat skont il-mudell lineari tal-istress ma għandux jaqbeż:

σ ≤ 0,5 Rm

2.2.4. Irbit intern

L-irbit intern tal-kontenitur sħiħ għandhom jifilħu l-aċċellerazzjonijiet imsemmija fit-taqsima 2.3 tal-Parti 1 mingħajr ma jinqasmu, u f’dak il-każ l-istress permissibbli fl-elementi tal-irbit ikkalkulat skont il-mudell lineari tal-istress ma għandux jaqbeż:

σ ≤ 0,5 Rm

2.2.5. Ir-rekwiżiti tat-taqsimiet 2.2.3 u 2.2.4 ma għandhomx japplikaw jekk jista’ jintwera li t-tank jista’ jsostni l-aċċellerazzjonijiet imsemmija fit-taqsima 2.3 tal-Parti 1 mingħajr nixxija fit-tank intern u l-pajpijiet differenti kollha wara l-mekkaniżmu awtomatiku tas-sikurezza, il-valvijiet tal-għeluq u/jew unidirezzjonali.

2.2.6. Id-dimostrazzjoni tad-dimensjonijiet tal-irbit tal-kontenitur għandha ssir b’kalkolu jew b’esperiment.

2.3. Temperatura tad-disinn

2.3.1. Tank intern u qoxra esterna

It-temperatura tad-disinn tat-tank intern u l-qoxra esterna għandha tkun ta' 20 °C.

2.3.2. Tagħmir ieħor

Għat-tagħmir l-ieħor kollu li ma ssemmiex fit-taqsima 2.3.1, it-temperatura tad-disinn hija l-inqas waħda rispettivament tal-ogħla temperatura operattiva possibbli stipulati fit-taqsima 1.3. tal-Parti 1.

2.3.3. Għandhom jitqiesu l-isresses termiċi ta’ kundizzjonijiet operattivi bħall-mili jew l-irtirar jew matul il-proċessi tat-tkessiħ.

2.4. Il-kompatibbiltà kimika

2.4.1. Il-materjali tal-kontenitur u l-parts tiegħu għandhom ikunu kompatibbli ma’:

(a) l-idroġenu, jekk il-parts ikunu f’kuntatt magħha;

(b) l-atmosfera, jekk il-parts ikunu f’kuntatt magħha;

(c) kull materjal ieħor li l-partijiet ikunu f’kuntatt miegħu (eżempju, il-coolant, eċċ.).

3. MATERJALI

3.1. Il-materjali għandhom ikunu komposti, manifatturati u mogħtija trattamenti ulterjuri b’tali mod li:

(a) il-prodotti lesti jkollhom il-proprjetajiet mekkaniċi meħtieġa

(b) il-prodotti lesti li jintużaw għal komponenti taħt pressjoni u li jkunu f'kuntatt mal-idroġenu jifilħu l-istresses termiċi, kimiċi u mekkaniċi li jistgħu jkunu soġġetti għalihom. Partikolarment, il-materjali tal-komponenti f’kuntatt mat-temperaturi krijoġeniċi għandhom ikunu kompatibbli mat-temperaturi krijoġeniċi skont EN 1252-1.

3.2. Karatteristiċi

3.2.1. Materjali użati f’temperaturi baxxi għandhom isegwu r-rekwiżiti ta’ reżistenza ta’ EN 1252-1. Il-materjali mhux metalliċi għandhom jiġu vvalidati għat-temperaturi baxxi b’metodu sperimentali, li jqis il-kundizzjonijiet tat-tħaddim.

3.2.2. Il-materjali użati għall-qoxra esterna għandhom jiżguraw l-integrità tas-sistema tal-iżolament, u l-elongazzjoni tagħhom fil-qsim b’test tensili għandha tkun mill-inqas 12 fil-mija f’temperatura tan-nitroġenu likwidu.

3.2.3. Mhux meħtieġ marġni ta' korrużjoni għat-tank intern. Mhux meħtieġ marġni ta' korrużjoni fuq uċuħ oħra jekk ikunu mħarsa sewwa kontra l-korrużjoni.

3.3. Ċertifikati u provi tal-karatteristiċi materjali

3.3.1. Il-materjali tal-mili għandhom ikunu kompatibbli mal-materjal ewlieni sabiex jiffurmaw ġonot bi proprjetajiet ekwivalenti għal dawk speċifikati għall-materjal ewlieni għat-temperaturi kollha li l-materjal jista’ jiltaqa’ magħhom.

3.3.2. Il-manifattur jista’ jikseb u jipprovdi analiżi kimika tal-kast u ċertifikati tal-proprjetajiet mekkaniċi tal-materjal fir-rigward tal-azzar u l-materjal ieħor użat fil-bini tal-parts soġġetti għall-pressjoni. Fil-każ tal-materjali metalliċi, iċ-ċertifikat għandu jkun għallinqas tat-tip 3.1 skont EN 10204 jew ekwivalenti. Fil-każ ta’ materjali mhux metalliċi, iċ-ċertifikat għandu jkun ta' tip ekwivalenti.

3.3.3. Is-servizz tekniku jista’ jwettaq analiżijiet u eżamijiet. Dawn l-eżamijiet għandhom isiru, jew fuq kampjuni meħudin mill-materjali kif ipprovduti mill-manifattur tal-kontenitur, jew fuq il-kontenituri lesti.

3.3.4. Il-manifattur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tas-servizz tekniku r-riżultati tat-testijiet metallurġiċi u mekkaniċi u l-analiżijiet tal-materjali ewlenin u tal-mili mwettqa fuq il-ġonot.

3.3.5. Il-karti tal-materjali għandhom ikunu mmarkati għallinqas bi:

- is-sinjal tal-manifattur

- in-numru ta' identifikazzjoni tal-materjal

- in-numru tal-lott

- is-sinjal tal-persuna tal-ispezzjoni

3.4. Kalkolu tad-disinn

3.4.1. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tank intern:

Id-disinn tat-tank intern għandu jsir skont ir-regoli tad-disinn ta’ EN 1251-2.

3.4.2. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-qoxra esterna:

Id-disinn tal-qoxra esterna għandu jsir skont ir-regoli tad-disinn ta’ EN 1251-2.

3.4.3. Għandhom japplikaw it-tolleranzi ġenerali ta’ ISO 2768-1.

4. MANIFATTURA U MMUNTAR TAL-KONTENITUR

4.1. Il-manifatturi tal-kontenituri wweldjati għandu jkollhom sistema ta’ kwalità tal-welding fis-seħħ, li tqis ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-welding skont EN 729-2:1994 jew EN 729-3:1994.

4.2. Il-proċess tal-welding għandu jiġi approvati mis-servizz tekniku skont EN 288-3:1992/A1:1997, EN 288-4:1992/A1:1997 u EN 288-8:1995.

4.3. Il-welders għandhom jiġu approvati mis-servizz tekniku skont EN 287-1:1992/A1:1997, EN 287-2:1992/A1:1997 u għall-operaturi tal-welding awtomatiku skont EN 1418:1997.

4.4. L-operazzjonijiet ta’ manifattura (eż. il-formazzjoni u t-trattament termiku, il-welding) għandhom isiru skont EN 1251-2.

4.5. L-ispezzjonijiet u l-ittestjar tat-tubi interni bejn it-tank intern u l-qoxra esterna: il-ġonot iwweldjati kollha tat-tubi għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni mhux distruttiva 100 fil-mija, kull fejn possibbli bi spezzjoni radjografika, alternattivament b’test ultrasoniku, testijiet tal-likwidu penetranti, it-test tan-nixxija tal-elju eċċ.

4.6. L-għadd ta’ ġonot għandu jkun żgħir kemm jista’ jkun. Il-ġonot ma għandhomx ikunu permessi fil-vojt bejn it-tank intern u l-qoxra esterna sakemm ma jkunux iwweldjati jew inkollati.

4.7. It-tagħmir tal-kontenitur għandu jkun immuntat b’tali mod li s-sistema u l-komponenti tagħha jaħdmu b'mod korrett u sikur u jkunu impermeabbli għall-gass.

4.8. Il-kontenitur għandu jitnaddaf u jitnixxef qabel jibda jintuża skont EN 12300.

5. REKWIŻITI OĦRA

5.1. Protezzjoni tal-qoxra esterna

Il-qoxra esterna għandha tkun protetta permezz ta’ apparat li jipprevjeni t-tifqigħ tal-qoxra esterna jew il-kollass tat-tank intern.

5.2. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-iżolament

5.2.1. F’ebda ċirkostanza ma jista’ jitħalla jifforma s-silġ fuq il-ħajt estern tal-kontenitur f’kundizzjonijiet operattivi normali. Fiż-żona tal-pajp tat-tnaqqis tal-pressjoni, il-formazzjoni lokali tas-silġ hija permessa fuq barra tal-pajp.

5.3. Arloġġ tal-livell

5.3.1. Arloġġ fil-kompartiment tas-sewwieq għandu jindika l-livell ta’ likwidu fil-kontenitur bi preċiżjoni ta’ +/- 10 fil-mija.

5.3.2. Jekk is-sistema tinkludi flowt din għandha tiflaħ għal pressjoni esterna ikbar mill-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern b’koeffiċjent minimu tas-sikurezza ta’ 2 fir-rigward tal-kriterji ta' tgħawwiġ.

5.4. Test tal-livell massimu ta’ mili

5.4.1. Għandha tkun ipprovduta sistema biex il-kontenitur ma jkunx jista' jimtela żżejjed. Din is-sistema tista’ taħdem f’konġunzjoni mal-istazzjoni tal-mili tal-fjuwil. Din is-sistema għandu jkollha marka permanenti, li tindika t-tip ta' kontenitur li għaliha ġiet iddisinjata u jekk ikun il-każ, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-immuntar.

5.4.2. Il-proċess tal-mili ma għandux iwassal biex jiġi attivat mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni irrispettivament mill-ħin li jkun għadda matul/wara l-proċess tal-mili. Il-proċess tal-mili ma għandux iwassal għal kundizzjonijiet operattivi li s-sistema tal-ġesjoni tal-evaporazzjoni (BMS - boil-off management system) ma tkunx iddisinjata għalihom u għalhekk ma tkunx tista tiflaħ.

5.5. Marki

5.5.1. Barra mill-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti stipulata fil-Parti 3 tal-Anness II, kull kontenitur għandu jkollu wkoll marka bid-dejta li ġejja b’mod li tista’ tinqara faċilment:

5.5.1.1. It-tank intern:

(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-tank intern,

(b) in-numru tas-serje.

5.5.1.2. Il-qoxra esterna

(a) tikketta kif stipulata fit-Taqsima 3.1 tal-Anness V;

(b) projbizzjoni ta’ iktar iwweldjar, tħin u ttimbrar;

(c) orjentazzjoni permessa tat-tank fil-vettura;

(d) pjanċa ta’ identifikazzjoni bl-informazzjoni li ġejja:

i. l-isem tal-manifattur

ii. numru tas-serje

iii. volum ta’ ilma f’litri

iv. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP) [MPa]

v. sena u xahar tal-manifattura (eż. 2009/01)

vi. firxa tat-temperatura operattiva

il-pjanċa tal-identifikazzjoni għandha tkun tista’ tinqara wara li tiġi installata.

5.5.2. Il-metodu tal-immarkar ma għandux jikkawża tumbati lokalizzati ta’ stress fl-istruttura tat-tank intern jew tal-qoxra esterna.

5.6. Fetħiet għall-ispezzjoni

Mhux meħtieġa fetħiet għall-ispezzjoni fit-tank intern jew il-qoxra esterna.

6. TESTIJIET U SPEZZJONI

6.1. Testijiet u spezzjoni għall-approvazzjoni

Għall-approvazzjoni, is-servizz tekniku għandu jwettaq it-testijiet u l-ispezzjonijiet skont it-taqsimiet 6.3.1. sa 6.3.6. fuq żewġ kampjuni ta’ kontenituri. Il-kampjuni għandhom jiġu pprovduti fl-istat applikabbli neċessarju għall-ispezzjonijiet. Għall-approvazzjoni, il-kampjuni tal-kontenitur għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet skont it-taqsimiet 6.3.7. sa 6.3.9. u s-servizz tekniku għandu jkun xhud tagħhom.

6.2. It-testijiet u l-ispezzjoni matul il-produzzjoni

It-testijiet u l-ispezzjonijiet skont it-taqsimiet 6.3.1. sa 6.3.6. għandhom jitwettqu fuq kull kontenitur.

6.3. Proċeduri tat-testijiet

6.3.1. It-test tal-pressjoni.

6.3.1.1. It-tank intern u l-pajpijiet li jinsabu bejn it-tank intern u l-qoxra esterna għandhom ikunu jifilħu test tal-pressjoni interna fit-temperatura ambjentali, skont ir-rekwiżiti li ġejjin.

Il-pressjoni tat-test ptest għandha tkun:

ptest = 1,3 (MAWP +0,1 MPa)

fejn MAWP hija l-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli tat-tank intern f’MPa.

6.3.1.2. It-test tal-pressjoni għandu jsir qabel ma tkun immuntata l-qoxra esterna.

6.3.1.3. Il-pressjoni fit-tank intern għandha tiżdied b'rata kostanti sakemm tintlaħaq il-pressjoni tat-test.

6.3.1.4. It-tank intern għandu jibqa’ taħt il-pressjoni tat-test għallinqas għal 10 minuti biex jiġi stabbilit li l-pressjoni mhix tonqos.

6.3.1.5. Wara t-test, it-tank intern ma għandux ikollu sinjali viżibbli ta’ deformazzjoni permanenti jew nixxijat viżibbli.

6.3.1.6. Kull tank intern ittestjat li ma jgħaddix mit-test minħabba deformazzjoni permanenti għandu jitwarrab u ma għandux jissewwa.

6.3.1.7. Kull tank intern ittestjat li ma jgħaddix mit-test minħabba nixxija jista’ jiġi aċċettat wara t-tiswija u testijiet ġodda.

6.3.1.8. Fil-każ tat-test idrawliku, mat-tlestija ta’ dan it-test, il-kontenitur għandu jiżi żvujtat u mnixxef sakemm il-punt tal-umdità ġol-kontenitur ikun –40 °C skont EN 12300.

6.3.1.9. Għandu jitħejja rapport tat-test u t-tank intern għandu jiġi mmarkat mid-dipartimenti tal-ispezzjoni jekk ikun aċċettat.

6.3.2. Testijiet tan-nixxija

Wara l-assemblaġġ finali, il-kontenitur tal-idroġenu għandu jiġi ttestjat għan-nixxijat b’taħlita ta’ gassijiet li jkun fiha minimu ta’ 10 fil-mija ta’ elju.

6.3.3. Verifika tad-dimensjonijijet

Id-dimensjonijiet li ġejjin għandhom jiġu vverifikati:

- għal kontenituri ċilindriċi, iċ-ċirkonferenza tat-tank inern skont EN 1251-2:2000, 5.4

- devjazzjoni minn linja dritta tat-tank intern u l-qoxra esterna skont EN 1251-2, 5.4

6.3.4. Testijiet distruttivi u mhux distruttivi għall-ġonot tal-welding

It-testijiet għandhom jitwettqu skont EN 1251-2:

6.3.5. Spezzjoni viżiva

Il-ġonot tal-welding u l-uċuħ interni u esterni tat-tank intern u l-qoxra esterna tal-kontenitur għandhom jiġu spezzjonati viżwalment. L-uċuħ ma għandhomx juru ħsara kritika jew difetti.

6.3.6. Immarkar

L-immarkar għandu jiġi vverifikat skont it-taqsima 5.5.

6.3.7. Test tal-fqigħ

It-test tal-fqigħ għandu jsir fuq kampjun wieħed tat-tank intern, mhux integrat fil-qoxra esterna u mhux iżolat.

6.3.7.1. Kriterji

6.3.7.1.1. Il-pressjoni tal-fqigħ għandha tkun mill-inqas daqs il-pressjoni tal-fqigħ użata għall-kalkoli mekkaniċi. Għal tankijiet tal-azzar din hija:

(a) jew il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) (f’MPa) flimkien ma’ 0,1 MPa immultiplikat b’3,25;

(b) jew il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) (f’MPa) flimkien ma’ 0,1 MPa immultiplikat b’1,5 u mmultiplikat b’ Rm/Rp, fejn Rm tfisser is-saħħa tensili aħħarija minima u Rp tfisser is-saħħa elastika minima.

6.3.7.1.2. Il-kontenituri tal-idroġenu magħmula minn materjali oħra li mhux l-azzar għandhom jintwerew li huma sikuri daqs kontenituri li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punti 6.3.7.1.1. u 6.3.7.1.2.

6.3.7.2. Proċedura

6.3.7.2.1. It-tank ittestjat għandu jkun rappreżentattiv tad-disinn u l-manifattura tat-tip li se jiġi approvat.

6.3.7.2.2. It-test għandu jkun wieħed idrawliku.

6.3.7.2.3. It-tubu u l-pajpijiet jistgħu jiġu modifikati biex jippermettu li jsir it-test (tneħħija ta’ volum mhux utilizzat, introduzzjoni tal-likwidu, għeluq ta’ pajpjiet mhux użati, eċċ.)

6.3.7.2.4. It-tank għandu jimtela bl-ilma. Il-pressjoni għandha tiżdied b’rata kostanti li mhux ikbar minn 0,5 MPa/min sakemm jinfaqa’. Meta tintlaħaq il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) għandu jkun hemm perjodu ta’ stennija ta’ mill-inqas għaxar minuti fi pressjoni kostanti sabiex it-tank jiġi ċċekkjat għad-deformazzjonijiet.

6.3.7.2.5. Sistema għandha tippermetti li jiġu studjati d-deformazzjonijiet possibbli.

6.3.7.2.6. Il-pressjoni għandha tiġi rreġistrata jew miktuba matul it-test sħiħ.

6.3.7.3. Riżultati

Il-kundizzjonijiet tat-test u l-pressjoni tal-fqigħ għandhom jinkitbu f'ċertifikat tat-test iffirmat mill-manifattur u s-servizz tekniku.

6.3.8. Test tan-nar

6.3.8.1. Kriterji

6.3.8.1.1. It-tank ma għandux jinfaqa’ u l-pressjoni ġewwa t-tank intern ma għandhiex tisboq il-firxa ta' żball permissibbli tat-tank intern. Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 136 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern, jekk jintuża valv tas-sikurezza bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju.

Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 150 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern, jekk jintuża burst disc barra ż-żona ta’ vakwu bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju.

Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 150 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) flimkien ma’ 0,1 MPa (MAWP +0,1 MPa) tat-tank intern, jekk jintuża burst disc ġewwa ż-żona ta’ vakwu bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju.

Għal materjali oħra, għandu jintwera livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju ma għandux jopera f'inqas minn 110 fil-mija tal-pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni primarju.

6.3.8.2. Proċedura

6.3.8.2.1. It-tank ittestjat għandu jkun rappreżentattiv tad-disinn u l-manifattura tat-tip li se jiġi approvat.

6.3.8.2.2. Il-manifattura tiegħu għandha tkun lesta kompletament u għandu jkun immuntat bil-parts kollha tiegħu.

6.3.8.2.3. It-tank għandu jkun diġà biered u t-tank intern għandu jkollu l-istess temperatura tal-idroġenu likwidu. Fl-aħħar 24 siegħa, it-tank għandu jkun kien fih volum ta’ idroġenu likwidu mill-inqas daqs nofs il-volum tal-ilma tat-tank intern.

6.3.8.2.3.1. It-tank għandu jimtela bl-idroġenu likwidu sabiex il-kwantità ta' idroġenu likwidu mkejla mis-sistema ta' kejl tal-massa tkun nofs il-kwantità massima permissibbli li jista' jkun fih it-tank intern.

6.3.8.2.3.2. Għandu jitqabbad nar 0,1 m taħt it-tank. It-tul u l-wisa’ tan-nar għandu jisboq id-dimensjonijiet tal-pjan tal-kontenitur b’0,1 m. It-temperatura tan-nar għandha tkun għallinqas ta' 590 °C. In-nar għandu jkompli jaqbad għall-kumplament tat-test.

6.3.8.2.3.3. Il-pressjoni tat-tank fil-bidu tat-test għandha tkun bejn 0 MPa u 0,01 MPa fil-punt tal-evaporazzjoni tal-idroġenu fit-tank intern.

6.3.8.2.3.4. Ladarba jifetaħ il-mekkaniżmu tas-sikurezza, it-test għandu jitkompla sakemm l-evaporazzjoni tal-mekkaniżmu tas-sikurezza jkun spiċċa. Matul it-test, it-tank ma għandux jinfaqa’ u l-pressjoni ġewwa t-tank intern ma għandhiex tisboq il-firxa ta' żball permissibbli tat-tank intern. Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-pressjoni tat-tank ma għandhiex tisboq 136 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank inern. Għal materjali oħra, għandu jiġi applikat livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

6.3.8.3. Riżultati

Il-kundizzjonijiet tat-test u l-pressjoni massima milħuqa ġewwa t-tank għandhom jiġu rreġistrati f'ċertifikat tat-test iffirmat mill-manifattur u s-servizz tekniku.

6.3.9. Test tal-livell massimu ta’ mili

6.3.9.1. Kriterji

Matul it-testijiet kollha meħtieġa għall-approvazzjoni, il-proċess tal-mili ma għandux iwassal biex jiġi attivat il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni irrispettivament mill-ħin li għadda matul/wara l-proċess tal-mili. Il-proċess tal-mili ma għandux iwassal għal kundizzjonijiet operattivi li s-sistema tal-ġesjoni tal-evaporazzjoni (BMS - boil-off management system) ma tkunx iddisinjata għalihom u għalhekk ma tkunx tista tiflaħ.

6.3.9.2. Proċedura

6.3.9.2.1. It-tank ittestjat għandu jkun rappreżentattiv tad-disin u l-manifattura tat-tip li se jiġi approvat.

6.3.9.2.2. Il-manifattura tiegħu għandha tkun lesta kompletament u għandu jkun immuntat bil-parts kollha tiegħu u partikolarment l-arloġġ tal-livell.

6.3.9.2.3. It-tank għandu jkun diġà biered u t-tank intern għandu jkollu l-istess temperatura tal-idroġenu likwidu. Fl-aħħar 24 siegħa, it-tank għandu jkun kien fih volum ta’ idroġenu likwidu mill-inqas daqs nofs il-volum tal-ilma tat-tank intern.

6.3.9.2.4. Il-massa tal-idroġenu jew ir-rata tal-fluss tal-massa fil-punti tad-dħul u l-ħruġ tat-tank għandha titkejjel bi preċiżjoni ogħla minn 1 fil-mija tal-massa massima tal-mili tal-kontenitur ittestjat

6.3.9.2.5. It-tank għandu jkun kompletament mimli 10 darbiet bl-idroġenu likwidu f'ekwilibriju mal-fwar tiegħu. Bejn kull mili, għandu jitbattal mill-inqas kwart tal-idroġenu likwidu tat-tank.

6.3.9.3. Riżultati

Il-kundizzjonijiet tat-test u l-għaxar liveli massimi imkejla mis-sistema miżjuda għandhom jinkitbu f'ċertifikat tat-test iffirmat mill-manifattur u s-servizz tekniku.

PARTI 3

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu

1. INTRODUZZJONI

Din il-Parti tistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ittestjar għall-komponenti tal-idroġenu għajr kontenituri ddisinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Il-materjali użati fil-komponenti tal-idroġenu għandhom ikunu kompatibbli mal-idroġenu skont it-taqsima 4.11.

2.2. Is-sistema tal-idroġenu qabel l-ewwel regolatur tal-pressjoni, minbarra l-kontenitur tal-idroġenu, għandu jkollha Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) daqs il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha iżda għallinqas 1.5 darbiet il-pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni primarju tat-tank intern u koeffiċjent tas-sikurezza mhux inqas minn dak tat-tank intern.

2.3. Komponenti wara r-regolatur(i) tal-pressjoni għandhom ikunu protetti kontra l-pressjoni żejda u għandhom jiġu ddisinjati għal mill-inqas 1,5 darbiet il-pressjoni tal-ħruġ (Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP)) tal-ewwel regolatur tal-pressjoni.

2.4. L-iżolament tal-komponenti għandu jtipprevjeni l-likwefazzjoni tal-arja f’kuntatt mal-uċuħ esterni, sakemm ma jkunx hemm sistema li tiġbor u tivvaporizza l-arja likwefekata. Imbagħad il-materjali tal-komponenti viċin għandhom ikunu kompatibbli ma’ atmosferma b'livell għoli ta' ossiġnu skont EN 1797.

3. REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni

3.1.1. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għat-tank intern.

3.1.1.1. Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni primarju għat-tank intern għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal mhux iktar minn 110 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP), anki fil-każ ta’ telf f’daqqa tal-vakwu. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun valv tas-sikurezza jew ekwivalenti u għandu jkun konness direttament mal-parti tal-gass f’kundizzjonijiet operattivi normali.

3.1.1.2. Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għat-tank intern għandu jiġi installat sabiex il-pressjoni fit-tank f’ebda ċirkostanza ma taqbeż il-firxa ta' żball permissibbli tat-tank intern. Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 136 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern, jekk jintuża valv tas-sikurezza bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju. Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 150 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern, jekk jintuża burst disc barra ż-żona ta’ vakwu bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju. Fil-każ ta’ tankijiet interni tal-azzar, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju għandu jillimita l-pressjoni ġewwa t-tank għal 150 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) flimkien ma’ 0,1 MPa (MAWP +0,1 MPa) tat-tank intern, jekk jintuża burst disc ġewwa ż-żona ta’ vakwu bħala mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju. Għal materjali oħra, għandu jintwera livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni sekondarju ma għandux jopera f'inqas minn 110 fil-mija tal-pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni primarju.

3.1.1.3. Id-daqs tat-tagħmir tas-sikurezza għandu jiġi kkalkulat skont EN 13648-3.

3.1.1.4. Iż-żewġ apparati msemmija fit-taqsimiet 3.1.1.1. u 3.1.1.2. jistgħu jkunu konnessi mat-tank intern bl-istess linja tal-fjuwil.

3.1.1.5. Il-limiti tal-użu tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar. Ma għandux ikun possibbli li l-apparati jintmessu, permezz ta’ siġill tal-azzar jew sistema ekwivalenti.

3.1.1.6. Il-valvijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni, wara r-rilaxx, għandhom jagħlqu fi pressjoni ogħla minn 90 fil-mija tal-pressjoni stabbilita tal-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni. Għandhom jibqgħu magħluqa fil-pressjonijiet baxxi kollha.

3.1.1.7. Il-valvijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni għandhom jiġu installata fiż-żona tal-frazzjoni tal-gass tat-tank tal-idroġenu.

3.1.2. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għal komponenti oħra

3.1.2.1. Kull fejn ikun hemm riskju li likwidu krijoġeniku jew fwar jinqabad bejn żewġ biċċiet ta’ apparat fuq linja, għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni jew miżura li tiżgura livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

3.1.2.2. Qabel l-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni stabbilita tal-apparat tas-sikurezza li jipprevjeni l-pressjoni żejda ma għandhiex tisboq il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tal-linji u ma għandhiex tkun inqas minn 120 fil-mija tal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank, biex dawn il-valvijiet ma jinfetħux minflok il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni tat-tank intern.

3.1.2.3. Il-limit tal-użu tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni wara r-regolatur(i) tal-pressjoni ma għandux jisboq il-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tal-komponenti 'l isfel mir-regolatur tal-pressjoni.

3.1.2.4. Il-valvijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni, wara r-rilaxx, għandhom jagħlqu fi pressjoni ogħla minn 90 fil-mija tal-pressjoni stabbilita tal-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni. Għandhom jibqgħu magħluqa fil-pressjonijiet baxxi kollha.

3.1.3. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni

3.1.3.1. Id-disinn, il-manifattura u l-kontroll tal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni għandhom isiru skont EN 13648-1 u EN 13648-2.

3.1.3.2. Fil-każ ta’ sistema tal-evaporazzjoni parallela mal-apparat tas-sikurezza primarju, il-valv tas-sikurezza għandu jkun apparat tas-sikurezza tal-kategorija B, inkella apparat tas-sikurezza tal-kategorija A skont EN 13648.

3.1.3.3. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.1.3.4. Pressjoni stabbilita

3.1.3.4.1. Apparat primarju tat-tank intern: skont it-taqsima 3.1.1.1.

3.1.3.4.2. Apparat sekondarju tat-tank intern: skont it-taqsima 3.1.1.2.

3.1.3.4.3. Mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni għal komponenti oħra għajr it-tank: skont it-taqsima 3.1.2.

3.1.3.5. Temperaturi tad-disinn:

3.1.3.5.1. Temperatura esterna: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.1.3.5.2. Temperatura interna: –253 °C sa +85 °C.

3.1.3.6. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Test operattiv | Taqsima 4.5 |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għall-partijiet metalliċi, biss għal parts barra l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

3.1.4. Linji li jinkorporaw mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni

3.1.4.1. Ma għandhomx jiġu installati apparati għall-iżolament bejn il-komponent protett u l-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni.

3.1.4.2. Il-linji qabel u wara l-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandhomx ifixklu l-funzjoni tagħhom u għandhom ikunu kompatibbli mal-kriterji definiti fit-taqsimiet 3.1.1. sa 3.1.3.

3.2. Valvijiet

3.2.1. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-valvijiet tal-idroġenu

3.2.1.1. Id-disinn, il-manifattura u l-kontroll tal-valvijiet tal-idroġenu krijoġeniku għandhom isiru skont EN 13648-1 u EN 13648-2.

3.2.1.2. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-valv ikun soġġett għaliha.

3.2.1.3. Temperaturi tad-disinn:

3.2.1.3.1. Temperatura esterna: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.2.1.3.2. Temperatura interna:

–253 °C sa +85 °C għal valvijiet qabel l-iskambjatur tas-sħana

–40 °C sa +85 °C għal valvijiet wara l-iskambjatur tas-sħana

3.2.1.4. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Test tar-reżistenza | Taqsima 4.4 (b’6000 ċiklu ta’ operazzjoni għal valvijiet manwali b’20000 ċiklu ta’ operazzjoni għal valvijiet awtomatiċi) |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għall-partijiet metalliċi, biss għal parts barra l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test tan-nixxijat tal-għatu | Taqsima 4.12 |

3.3. Skambjaturi tas-sħana

3.3.1. Minkejja d-dispożizzjoni tat-Taqsima 2.1. il-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP) tal-iskambjatur tas-sħana għandha tkun il-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP)taċ-ċirkwiti differenti.

3.3.2. Il-gassijiet tal-egżost mis-sistema tal-propulsjoni ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jintużaw direttament fl-iskambjatur tas-sħana.

3.3.3. Għandha tiġi pprovduta sistema tas-sikurezza biex: tipprevjeni l-falliment tal-iskambjatur tas-sħana; u tipprevjeni li likwidu krijoġeniku jew gass jidħol fiċ-ċirkwit l-ieħor u s-sistema li tinsab ‘l isfel minnha, jekk ma tkunx ġiet iddisinjata għal dan.

3.3.4. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-valvijiet tal-idroġenu

3.3.4.1. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.3.4.2. Temperaturi tad-disinn:

3.3.4.2.1. Temperatura esterna: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.3.4.2.2. Temperatura interna: –253 °C sa +85 °C.

3.3.4.3. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għal partijiet metalliċi |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

3.3.4.4. Il-manifattura u l-immuntar tal-iskambjatur tas-sħana għandhom ikunu ċċertifikati skont it-taqsimiet 4.3. sa 4.5. tal-Parti 2.

3.4. Konnessjonijiet jew reċipjenti għall-mili tal-fjuwil

3.4.1. Il-konnessjonijiet jew ir-reċipjenti għall-mili tal-fjuwil għandhom ikunu protetti mill-kontaminazzjoni.

3.4.2. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-konnessjonijiet jew ir-reċipjenti tal-mili tal-fjuwil

3.4.2.1. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.4.2.2. Temperaturi tad-disinn:

3.4.2.2.1. Temperatura esterna: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.4.2.2.2. Temperatura interna: –253 °C sa 85 °C

3.4.2.3. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Test tar-reżistenza | Taqsima 4.4 (b’3000 ċiklu operattiv) |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għal partijiet metalliċi |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test tan-nixxijat tal-għatu | Taqsima 4.12 |

3.5. Regolaturi tal-pressjoni

3.5.1. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tar-regolaturi tal-pressjoni

3.5.1.1. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.5.1.2. Temperaturi tad-disinn:

3.5.1.2.1. Temperatura esterna: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.5.1.2.2. Temperatura interna: għallinqas skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.5.1.3. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Test tar-reżistenza | Taqsima 4.4 (b’20000 ċiklu operattiv) |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għall-partijiet metalliċi, biss għal parts barra l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test tan-nixxijat tal-għatu | Taqsima 4.12 |

3.6. Sondi

3.6.1. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tas-sondi

3.6.1.1. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.6.1.2. Temperaturi tad-disinn:

3.6.1.2.1. Jekk imħaddma f’temperatura ambjentali: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.6.1.2.2. Jekk imħaddma f’temperatura krijoġenika: temperatura operattiva minima: –253 °C, temperatura massima: +85 °C jew 120 °C skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.6.1.3. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2, biss għal parts li jkollhom kuntatt dirett mal-idroġenu |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3, biss għal parts li jkollhom kuntatt dirett mal-idroġenu |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għall-partijiet metalliċi, biss għal parts barra l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7 |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

3.7. Linji flessibbli tal-fjuwil

3.7.1. Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-linji flessibbli tal-fjuwil

3.7.1.1. Id-disinn, il-manifattura u l-kontroll tal-linji flessibbli tal-fjuwil krijoġeniku għandhom isiru skont EN 12434.

3.7.1.2. Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP): 1,5 × il-Pressjoni operattiva Massima Permissibbli (MAWP) tat-tank intern jew il-pressjoni massima li l-komponent ikun soġġett għaliha.

3.7.1.3. Temperaturi tad-disinn:

3.7.1.3.1. Jekk imħaddma f’temperatura ambjentali: skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.7.1.3.2. Jekk imħaddma f’temperatura krijoġenika: temperatura operattiva minima: –253 °C, temperatura massima: 85 °C jew 120 °C skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1.

3.7.1.4. Proċeduri tat-test applikabbli

It-test tal-pressjoni | Taqsima 4.2 |

Test tan-nixxija esterna | Taqsima 4.3 |

Reżistenza għall-korrużjoni | Taqsima 4.6, biss għall-partijiet metalliċi, biss għal parts barra l-istruttura impermeabbli għall-gassijiet |

Reżistenza għas-sħana niexfa | Taqsima 4.7, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Reżistenza għall-ożonu | Taqsima 4.8, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Test taċ-ċikli tat-temperatura | Taqsima 4.9, biss għal partijiet mhux metalliċi |

Ċiklu tal-pressjoni | Taqsima 4.10 |

3.8. Dispożizzjonijiet dwar komponenti elettriċi tas-sistema tal-idroġenu

3.8.1. Għall-prevenzjoni ta’ sparks elettriċi:

(a) apparat imħaddem elettrikament li fih l-idroġenu għandu jkun iżolat b’tali mod li ma jgħaddix kurrent mill-partijiet li fihom l-idroġenu;

(b) is-sistema elettrika tal-apparat imħaddem elettrikament għandha tkun iżolata mill-body tal-vettura;

(b) ir-reżistenza tal-iżolament taċ-ċirkwit elettriku (ma tinkludix batteriji u ċelloli tal-fjuwil), għandha tisboq il-1 kΩ għal kull volt tal-vultaġġ nominali.

3.8.2. Fil-każ ta’ bushing tal-provvista tal-enerġija biex tiġi stabbilita konnessjoni elettrika iżolata u soda, il-konnessjoni elettrika għandha tkun ta' tip issiġillata ermetikament.

4. PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR

4.1. Dispożizzjonijiet ġenerali

4.1.1. It-testijiet għan-nixxija għandhom isiru b’gass taħt pressjoni bħall-arja jew in-nitroġenu li jkun fih għallinqas 10 fil-mija ta’ elju.

4.1.2. Ilma jew fluwidu ieħor jista’ jintuża biex tinkiseb il-pressjoni rikjesta għat-test tal-pressjoni.

4.1.3. Ir-rekords kollha tat-testijiet għandhom jindikaw it-tip ta’ mezz tat-test użat, jekk applikabbli.

4.1.4. Il-perjodu tat-test għat-testijiet tan-nixxija u l-pressjoni għandhom ikunu mill-inqas 3 minuti iktar mill-ħin tar-rispons tas-sonda.

4.1.5. It-testijiet kollha għandhom isiru f’temperatura ambjentali sakemm mhux stipulat mod ieħor.

4.1.6. Il-komponenti differenti għandhom jitnixxfu korrettament qabel it-test tan-nixxija.

4.2. It-test tal-pressjoni

4.2.1. Komponent li fih l-idroġenu għandu jiflaħ mingħajr evidenza viżibbli ta’ nixxija jew deformazzjoni, pressjoni tat-test ta’ 1,5 darbiet il-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP) bl-aperturi tal-parti tal-pressjoni għolja magħluqa. Il-pressjoni għandha mbagħad tiżdied minn 1,5 sa 3 darbiet il-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP). Il-komponent ma għandux juri evidenza viżibbli ta’ ksur jew xquq.

4.2.2. Is-sistema tal-provvista tal-pressjoni għandha tkun mgħammra b'valv tal-għeluq pożittiv u arloġġ tal-pressjoni, li jkollu firxa tal-pressjoni ta’ mhux inqas minn 1,5 darbiet u lanqas aktar minn 2 darbiet il-pressjoni tat-test u l-preċiżjoni tal-arloġġ għandha tkun 1 fil-mija tal-firxa tal-pressjoni.

4.2.3. Għall-komponenti li jirrikjedu test tan-nixxija, dan it-test għandu jsir qabel it-test tal-pressjoni.

4.3. Test tan-nixxija esterna

4.3.1. Komponent m’għandux ikun inixxi mill-istem jew mis-siġilli tal-istruttura jew ġonot oħra, u m’għandux juri sinjali ta’ porożità meta jiġi ttestjat kif deskritt fit-taqsima 4.4.3. fi kwalunkwe pressjoni tal-gass bejn żero u l-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP).

4.3.2. It-test għandu jsir fuq l-istess parts fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

4.3.2.1. temperatura ambjentali:

4.3.2.2. fit-temperatura operattiva minima jew fit-temperatura tan-nitroġenu likwidu wara biżżejjed ħin ta’ stabbilizzazzjoni f’din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika;

4.3.2.3. fit-temperatura operattiva massima wara biżżejjed ħin ta’ stabbilizzazzjoni f’din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika.

4.3.3. Waqt dan it-test l-apparat li qed jiġi ttestjat għandu jkun imqabbad ma’ sors ta’ pressjoni tal-gass. Valv tal-għeluq pożittiv u arloġġ tal-pressjoni li jkollu firxa tal-pressjoni ta’ mhux inqas minn 1,5 darbiet u lanqas aktar minn 2 darbiet il-pressjoni tat-test għandhom jiġu installati fil-pajping tal-provvista tal-pressjoni u l-preċiżjoni tal-arloġġ għandha tkun 1 fil-mija tal-firxa tal-pressjoni. L-arloġġ li jkejjel il-pressjoni jrid jeħel bejn il-valv tal-għeluq pożittiv u l-kampjun li qed jiġi ttestjat.

4.3.4. Matul it-test, il-kampjun għandu jiġi ttestjat għan-nixxijat b’aġent attiv tal-wiċċ mingħajr ħruġ ta’ bżieżaq jew imkejjel b’rata ta’ nixxija ta’ inqas minn 10 ċm3/siegħa.

4.4. Test tar-reżistenza

4.4.1. Komponent tal-idroġenu għandu jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-test tan-nixxija tat-taqsimiet 4.3. u 4.12., wara li jkun soġġett għall-għadd ta’ ċikli operattivi speċifikati għal dak il-komponent fit-taqsimiet 3.1. sa 3.7 tal-Parti 3.

4.4.2. It-testijiet xierqa għan-nixxija esterna u nixxija tal-għatu, kif deskritti fit-taqsimiet 4.3. u 4.12. għandhom isiru immedjatament wara t-test tar-reżistenza.

4.4.3. Il-komponent għandu jkun imqabbad tajjeb ma’ sors ta’ arja xotta jew nitroġenu taħt pressjoni u soġġett għal numru ta’ ċikli speċifikati għal dak il-komponent speċifiku fit-taqsima 3.1. sa 3.7 tal-Parti 3. Ċiklu għandu jikkonsisti fil-ftuħ darba u l-għeluq darba tal-komponent f’perjodu ta’ mhux inqas minn 10 ± 2 sekondi.

4.4.4. Il-komponent għandu jitħaddem għal 96 fil-mija tal-għadd taċ-ċikli speċifikati f’temperatura ambjentali u fil-MAWP tal-komponent. Waqt iċ-ċiklu magħluq il-pressjoni li 'l isfel mit-tagħmir tat-test għandha titħalla tinżel għal 50 fil-mija tal-MAWP tal-komponent.

4.4.5. Il-komponent għandu jitħaddem għal 2 fil-mija taċ-ċikli totali fit-temperatura materjali massima (skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1) wara biżżejjed ħin ta’ stabbilizzazzjoni f’din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u fil-MAWP. Il-komponent għandu jikkonforma mat-taqsimiet 4.3 u 4.12 fit-temperatura materjali massima xierqa (skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1) fit-tlestija taċ-ċikli tat-temperatura għolja.

4.4.6. Il-komponent għandu jitħaddem għal 2 fil-mija taċ-ċikli totali fit-temperatura materjali minima (skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1) iżda mhux inqas mit-temperatura tan-nitroġenu likwidu wara biżżejjed ħin ta’ stabbilizzazzjoni f’din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u fil-MAWP. Il-komponent għandu jikkonforma mat-taqsimiet 4.3 u 4.12 fit-temperatura materjali minima xierqa (skont it-taqsima 1.3 tal-Parti 1) fit-tlestija taċ-ċikli tat-temperatura baxxa.

4.5. Test operattiv

4.5.1. It-test operattiv għandu jsir skont EN 13648-1 jew EN 13648 2. Huma applikabbli r-rekwiżiti speċifiċi tal-istandard.

4.6. Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

4.6.1. Komponenti metalliċi tal-idroġenu għandhom jikkonformaw mat-testijiet tan-nixxija msemmija fit-taqsimiet 4.3 u 4.12 wara li jkunu ġew sottomessi għal 144 siegħa ta' test bl-isprej tal-melħ skont ISO 9227 bil-konnessjonijiet kollha magħluqa.

4.6.2. Komponenti tar-ramm u r-ramm isfar tal-idroġenu għandhom jikkonformaw mat-testijiet tan-nixxija msemmija fit-taqsimiet 4.3 u 4.12 wara li jkunu ġew sottomessi għal 24 siegħa immersjoni fl-ammonja skont ISO 6957 bil-konnessjonijiet kollha magħluqa.

4.7. Reżistenza għat-test tas-sħana xotta

It-test għandu jsir skont ISO 188. Il-biċċa tat-test għanda tkun esposta għall-arja f’temperatura daqs it-temperatura operattiva massima għal 168 siegħa. Il-bidla fis-saħħa tensili ma għandhiex tisboq +25 fil-mija. Il-bidla fit-titwil aħħari ma għandhiex tisboq il-valuri li ġejjin:

- żieda massima 10 fil-mija,

- tnaqqis massimu 30 fil-mija.

4.8. Test ta' tixjiħ bl-ożonu

4.8.1. It-test irid isir f’konformità ma’ ISO 1431-1. Il-biċċa tat-test, li trid tiġi stressjata għal titwil ta’ 20 fil-mija għandha tkun esposta għall-arja ta’ 40 °C b’konċentrazzjoni tal-ożonu ta’ 50 parti kull mitt miljun matul 120 siegħa.

4.8.2. L-ebda qsim tal-biċċa tat-test m'hu permess.

4.9. Test taċ-ċikli tat-temperatura

Parti mhux metallika li fiha l-idroġenu għandha tikkonforma mat-testijiet tan-nixxija msemmija fit-taqsimiet 4.3. and 4.12. wara li tkun ġiet sottomessa għal ċiklu tat-temperatura għal 96 siegħa mit-temperatura operattiva minima sat-temperatura operattiva massima f’ċiklu ta’ ħin ta’ 120 minuta, taħt Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP).

4.10. Test taċ-ċikli tal-pressjoni

4.10.1. Kull linja flessibbli tal-fjuwil għandha tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-test tan-nixxija msemmija fit-taqsima 4.3., wara li tkun ġiet soġġetta għal 6 000 ċiklu tal-pressjoni.

4.10.2. Il-pressjoni għandha tindbidel minn pressjoni atmosferika għall-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP) tat-tank f’inqas minn ħames sekondi, u wara ħin ta’ għallinqas ħames sekondi, għandha tonqos għall-pressjoni atmosferika f’inqas minn ħames sekondi.

4.10.3. It-test xieraq għan-nixxija esterna, kif deskritti fit-taqsima 4.3. għandu jsir immedjatament wara t-test tar-reżistenza.

4.11. Test tal-kompatibilità mal-idroġenu

4.11.1. It-test tal-kompatibilità mal-idroġenu għandu jsir skont ISO 11114-4.

4.11.2. Il-materjali tal-komponenti f’kuntatt mat-temperaturi krijoġeniċi għandhom ikunu kompatibbli mat-temperaturi krijoġeniċi skont EN 1252-1.

4.12. Test tan-nixxijat tal-għatu

4.12.1. It-testijiet tan-nixxija tal-għatu għandhom isiru fuq kampjuni li preċedentement kienu soġġetti għat-test tan-nixxija esterna msemmi fit-taqsima 4.3.

4.12.2. It-testijiet tan-nixxija tal-għatus għandhom isiru bid-daħla tal-kampjun tal-valv imqabbad ma’ sors ta’ pressjoni aerostatika, il-valv fil-pożizzjoni magħluqa, u bl-apertura miftuħa. Valv tal-għeluq pożittiv u arloġġ tal-pressjoni li jkollu firxa tal-pressjoni ta’ mhux inqas minn 1,5 darba u mhux aktar minn darbtejn il-pressjoni tat-test għandhom jiġu installati fil-pajping tal-provvista tal-pressjoni u l-preċiżjoni tal-arloġġ għandha tkun 1 fil-mija tal-firxa tal-pressjoni. L-arloġġ li jkejjel il-pressjoni jrid jeħel bejn il-valv tal-għeluq pożittiv u l-kampjun li qed jiġi ttestjat. Waqt taħt il-pressjoni applikata tat-test li tikkorrispondi għall-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP), l-osservazzjonjiet għan-nixxija għandhom isiru bl-apertura miftuħa mgħaddsa taħt l-ilma jew miter tal-fluss installat fin-naħa tal-apertura tad-dħul tal-valv li jkun qed jiġi ttestjat. Il-miter tal-fluss għandu jkun kapaċi jindika, għall-fluwidu tat-test użat, ir-rati massimi ta’ nixxija permessi bi preċiżjoni ta’ +/-1 fil-mija.

4.12.3. L-għatu ta’ valv tal-għeluq, meta fil-pożizzjoni magħluqa, ma għandux inixxi b’rata li tisboq 10 ċm3/siegħa fi kwalunkwe pressjoni tal-gass bejn żero u l-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP).

4.12.4. Valv unidirezzjonali, meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa, ma għandux inixxi meta jkun soġġett għal kwalunkwe pressjoni aerostatika bejn 50 kPa u l-Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli (MAWP) tiegħu.

4.12.5. Il-valvijiet unidirezzjonali, jekk użati bħala tagħmir tas-sikurezza jew konnessjonijiet jew reċipjenti tal-mili tal-fjuwil ma għandhomx inixxu b’rata li tisboq l-10 ċm3/siegħa waqt it-test.

4.12.6. Il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandhomx inixxu b’rata li tisboq l-10 ċm3/siegħa fi kwalunkwe pressjoni tal-gass bejn żero u l-pressjoni stabbilita nieqes 10 fil-mija.

[1] ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

[2] ĠU L 83, 25.3.1997, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Rekwiżiti għall-komponenti u sistemi tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) u l-installazzjoni tagħhom f’vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ittestjar għall-komponenti u sistemi tal-idroġenu għajr kontenituri ddisinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass)

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. L-għadd ta’ komponenti tal-idroġenu, konnessjonijiet u t-tul tal-linji għandhom jinżammu mal-minimu kompatibbli mas-sikurezza u t-tħaddim korrett tas-sistema tal-idroġenu.

2.2. Il-manifattur għandu jiżgura li l-materjali użati f'komponent jew sistema tal-idroġenu jkunu kompatibbli mal-idroġenu u l-addittivi mistennija u l-kontaminanti tal-produzzjoni u t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija.

2.3. Il-kompatibilità tal-materjali mal-kundizzjonijiet operattivi definiti fit-taqsima 2.7 għandhom jintwerew bit-testijiet tal-materjali fil-Partijiet 2 u 3.

2.4. Klassifikazzjoni tal-pressjoni

Il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu kklassifikati fir-rigward tal-pressjoni operattiva nominali u l-funzjoni tagħhom skont il-punti (2), (3) u (4) tal-Artikolu 1.

2.5. Il-manifattur għandu jiżgura li l-firxa tat-temperatura tkun skont it-taqsima 2.7.5.

2.6. Id-dokumentazzjoni u r-rapporti tat-testijiet għandhom ikollhom biżżejjed dettall biex faċilità tat-testijiet ta’ parti terza indipendenti tkun tista’ tirriproduċi t-testijiet xierqa tal-approvazzjoni tat-tip u r-riżultati tat-testijiet.

2.7. Kundizzjonijiet tal-użu

Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-kundizzjonijiet tal-użu li ġejjin għandhom japplikaw matul dan l-Anness.

2.7.1. Ħajja operattiva

Il-manifattur għandu jiddefinixxi t-tul tal-ħajja operattiva tal-kontenituri tal-idroġenu u dan jista' jvarja skont l-applikazzjonijiet differenti iżda ma għandux jisboq l-20 sena.

2.7.2. Pressjoni operattiva

Il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika l-pressjoni (jew pressjonijiet) operattiva nominali tal-komponenti u s-sistema tal-idroġenu. Għal komponenti ‘l isfel mill-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-MAWP(s) għandha tkun speċifikata wkoll.

Il-MAWP(s) għandha tkun daqs jew għandha tisboq il-pressjoni stabbilita tal-protezzjoni mill-pressjoni żejda speċifikata fit-taqsima 1.8. tal-Parti 1.

2.7.3. Uċuh esterni

L-effetti fuq l-uċuħ esterni tal-komponenti tal-idroġenu fil-pożizzjoni installata tagħhom għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a) Ilma, jew b’tgħaddis intermittenti jew mir-raxx tat-toroq;

(b) Melħ, minħabba li l-vettura tkun qed taħdem qrib il-baħar jew fejn jintuża’ melħ li jħoll is-silġ;

(c) Radjazzjoni ultra-violet u radjazzjoni tas-sħana mix-xemx;

(d) L-impatt taż-żrar;

(e) Solventi, aċti u alkali, fertilizzanti;

(f) Fluwidi awtomotivi, inkluż il-petrol, fluwidi tal-ħajdrolik, aċidu tal-batterija, glycol u żjut;

(g) Gassijiet tal-egżost.

2.7.4. Kompożizzjoni tal-gass

Il-gass ikkumpressat tal-idroġenu użat għall-ittestjar għandu jkun konformi, jew ikollu purità ikbar, mill-kompożizzjoni tal-gass tat-Tip 1, Grad A, speċifikata f’ISO/TS 14687-2.

2.7.5. Temperaturi

2.7.5.1. Temperaturi materjali

Il-firxa operattiva normali tat-temperatura għall-materjali użati fil-komponenti tal-idroġenu għandha tkun minn –40 °C sa +85 °C ħlief jekk:

(a) il-manifattur tal-vettura jispeċifika temperatura inqas minn –40 °C;

(b) il-komponenti tal-idroġenu jkunu jinsabu f’kompartiment ta' magna tal-kombustjoni interna jew esposti direttament għat-temperatura operattiva ta’ magna tal-kombustjoni interna, li għalihom il-firxa tat-temperatura għandha tkun –40 °C sa +120 °C.

2.7.5.2. Temperaturi tal-gass:

It-temperatura medja tal-gass għandha tkun bejn –40 °C sa +85 °C f’kundizzjonijet normali inkluż il-mili u l-iskarikar sakemm ma tkunx speċifikata temperatura iktar baxxa minn –40 °C mill-manifattur tal-vettura.

2.7.6. Iċ-ċikli tal-mili

Din it-taqsima tapplika biss għal komponenti tal-idroġenu tal-Klassi 0.

2.7.6.1. Ġenerali

L-għadd ta’ ċikli tal-mili għall-komponenti tal-idroġenu għandu jkun 5000 ċiklu ħlief kif permess fit-taqsimiet 2.7.6.2. u 2.7.6.3.

2.7.6.2. L-għadd ta’ ċikli tal-mili jekk tkun installata sistema ta’ monitoraġġ u kontroll

Sakemm tkun installata sistema ta’ monitoraġġ u kontroll bħala parti mis-sistema tal-idroġenu, l-għadd ta’ ċikli tal-mili għall-komponenti tal-idroġenu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura u jista' jkun inqas minn 5000 ċiklu, iżda mhux inqas minn 1000 ċiklu u jista' jvarja b'applikazzjonijiet differenti bbażati fuq il-kilometraġġ tal-ħajja operattiva fid-disinn tal-vettura u l-firxa bil-kapaċità massima tal-fjuwil.

Is-sistema tal-monitoraġġ u l-kontroll tal-użu għandha tipprevjeni l-issoktar tal-użu tal-vettura meta l-għadd speċifikat ta’ ċikli tal-mili jkun inqabeż, sakemm il-komponenti tal-idroġenu li jkun qabżu dak il-valur ma jinbidlux b'komponenti tal-idroġenu ġodda.

Il-kunċett tas-sikurezza tas-sistema tal-monitoraġġ u l-kontroll tal-użu għandu jkun approvat skont l-Anness VI.

2.7.6.3. Għadd imnaqqas ta’ ċikli tal-mili

Il-manifattur tal-vettura jista' jispeċifika għadd imnaqqas ta' ċikli tal-mili għall-komponenti tal-idroġenu, ikkalkulat bl-applikazzjoni tal-formola li ġejja:

Għadd ta’ ċikli tal-mili bbażat fuq ħajja operattiva ta’ 20 sena: 5000

Ħajja operattiva tad-disinn: x snin; x≥1

Għadd imnaqqas ta’ ċikli tal-mili:1000 + 200*x

Il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sostitwiti qabel ma tiskadi l-ħajja operattiva tagħhom.

2.7.7. Ċikli tat-tħaddim

2.7.7.1. Ġenerali

L-għadd ta’ ċikli tat-tħaddim għall-komponenti tal-idroġenu għandu jkun 50000 ċiklu ħlief kif permess fit-taqsimiet 2.7.7.2. u 2.7.7.3.

2.7.7.2. L-għadd ta’ ċikli tat-tħaddim jekk tkun installata sistema ta’ monitoraġġ u kontroll tal-użu

Sakemm tkun installata sistema ta’ monitoraġġ u kontroll tal-użu bħala parti mis-sistema tal-idroġenu, l-għadd ta’ ċikli tat-tħaddim għall-komponenti tal-idroġenu jista' jitnaqqas għal inqas minn 50000 ċiklu, iżda mhux inqas minn 10000 ċiklu mill-manifattur ibbażat fuq il-ħajja operattiva tad-iżinn tal-komponent.

Is-sistema tal-monitoraġġ u l-kontroll tal-użu għandha tipprevjeni l-issoktar tal-użu tal-vettura meta l-għadd speċifikat ta’ ċikli tat-tħaddim ikun inqabeż, sakemm il-komponenti tal-idroġenu li jkun qabżu dak il-valur ma jinbidlux b'komponenti tal-idroġenu ġodda.

Il-kunċett tas-sikurezza tas-sistema tal-monitoraġġ u l-kontroll tal-użu għandu jkun approvat skont l-Anness VI.

2.7.7.3. Għadd imnaqqas ta’ ċikli tat-tħaddim

Il-manifattur tal-vettura jista' jispeċifika għadd imnaqqas ta' ċikli tat-tħaddim għal kull komponent tal-idroġenu, ikkalkulat bl-applikazzjoni tal-formola li ġejja:

Għadd ta’ ċikli tat-tħaddim ibbażat fuq ħajja operattiva ta’ 20 sena: 50000

Ħajja operattiva tad-disinn: x snin; x≥1

Għadd imnaqqas ta’ ċikli tat-tħaddim:

10000 + 2000*x

Il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sostitwiti qabel ma tiskadi l-ħajja operattiva tagħhom.

PARTI 1

Rekwiżiti għall-installazzjoni tal-komponenti u s-sistemi tal-indroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) f’vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

1. REKWIŻITI ĠENERALI

1.1. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet raġonevoli biex tiġi evitata l-falliment ta’ ċirkwiti oħra li jaffettwaw is-sistema tal-idroġenu.

1.2. Is-sistema tal-idroġenu għandha titqiegħed taħt pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali bl-użu ta’ 100 fil-mija idroġenu u ttestjata għan-nixxijat, minbarra l-kontenitur, b’aġent attiv tal-wiċċ mingħajr formazzjoni ta’ bżieżaq għal tliet minuti, jew bl-użu ta' metodu ppruvat li huwa ekwivalenti.

1.3. Fil-każ ta’ nixxija jew rilaxx tal-idroġenu, l-idroġenu ma għandux jitħalla jakkumula fi spazji magħluqa jew kważi magħluqa.

1.4. Il-komponenti tal-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu u li huma mmuntati ġol-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi magħluqa ġo struttura li mhix permeabbli għall-gass skont it-taqsima 10 jew b'soluzzjoni ekwivalwenti.

1.5. Pressjoni minima ta’ 0,2 MPa għandha tinżamm fil-kontenitur jew il-grupp ta’ kontenituri f’temperatura ambjentali.

1.6. Il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni kollha, il-komponenti l-oħra tas-sikurezza u l-linji tal-ventilazzjoni għandhom ikunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sa punt raġonevolment prattikabbli.

1.7. Jekk l-attivazzjoni tal-valv awtomatiku ma taħdimx, il-valv għandu jixgħel fl-iktar stat sikur ta' tħaddim għall-applikazzjoni partikolari.

1.8. Is-sistema tal-idroġenu 'l isfel minn regolatur tal-pressjoni għandha tkun protetta kontra pressjoni żejda minħabba l-falliment possibbli tar-regolatur tal-pressjoni. Jekk jintuża apparat għall-protezzjoni minn pressjoni żejda, il-pressjoni stabbilita ta’ dan l-apparat għandha tkun inqas jew daqs il-MAWP għall-parti xierqa tas-sistema tal-idroġenu.

1.9. Għandha tiġi pprovduta sistema għall-individwazzjoni ta’ ħsara fiċ-ċirkwit ta’ skambjatur tas-sħana jew biex tipprevjeni l-idroġenu milli jidħol fiċ-ċirkwiti l-oħra, jekk l-interface ma jkunx jiflaħ għat-telf tal-pressjoni fiż-żewġ ċirkwiti.

2. INSTALLAZZJONI TA’ KONTENITUR ABBORD VETTURA

2.1. Kontenitur jew grupp ta' kontenituri għandu jissodisfa l-funzjonijiet integrati tal-vettura. Kontenitur jew grupp ta' kontenituri għandu jkun iddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-funzjonijiet integrati u r-rekwiżiti tal-kontenitur stipulati fil-Parti 2.

2.2. Kontenitur jew grupp ta' kontenituri inkluż it-tagħmir ta’ sikurezza għandhom ikunu mmuntati u mwaħħla sabiex l-aċċellerazzjonijiet li ġejjin jiġu assorbiti mingħajr ma jkissru l-irbit jew jillaxka l-kontenitur(i) (muri permezz ta' testijiet jew kalkolu). Il-massa użata għandha tkun rappreżentattiva tal-tenitur jew grupp ta' kontenituri mgħammra jew mimlija kompletament.

Vetturi fil-kategoriji M1 u N1:

(a) +/-20 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) +/-8 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

Vetturi fil-kategoriji M2 u N2:

(a) +/-10 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) +/-5 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

Vetturi fil-kategoriji M3 u N3:

(a) +/-6,6 g fid-direzzjoni tas-sewqan

(b) +/-5 g orizzontalment perpendikulari mad-direzzjoni tas-sewqan

2.3. Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 2.2 ma għandhomx japplikaw jekk il-vettura tkun approvata skont id-Direttivi 96/27/KE [1] u 96/79/KE [2].

2.4. Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni skont it-taqsima 5 għandu jifforma s-sistema ta’ protezzjoni kontra n-nar għal kontenitur jew grupp ta' kontenituri biex jipprevjeni l-qsim. L-iżolament termiku jew miżuri protettivi oħra ma għandhomx jinfluwenzaw ir-rispons u l-prestazzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni.

2.5. Kontenitur jew grupp ta' kontenituri b’inforra mhux metallika ma għandhomx ikunu installati fil-kompartiment tal-passiġġieri, il-but jew postijiet oħra fejn il-ventilazzjoni ma tkunx adatta sakemm ma jkunux integrati f'sistema li tiżgua li l-idroġenu li jippermea jintefa' 'l barra mill-vettura, eż. ikunu installati ġewwa struttura impermeabbli għall-gass skont it-taqsima 10.

3. SISTEMA TAL-ĦŻIN LI TISTA’ TITNEĦĦA

3.1. Il-komponenti ta’ sistema tal-idroġenu ġo sistema tal-ħżin li tista' titneħħa għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament daqslikieku s-sistema tal-idroġenu tkun installata permanentement fil-vettura.

3.2. Sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa tista’ tinħareġ mill-vettura għall-mili. Il-kontenitur jew il-grupp ta' kontenituri u l-komponenti tal-idroġenu li jiffurmaw is-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa għandhom ikunu installati permantement fis-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa.

3.3. Sistema tal-ħżin li tista' titneħħa għandha tipproteġi l-kontenitur jew il-grupp ta' kontenituri u l-komponenti tal-idroġenu li jiffumaw is-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa mill-ħsara, matul l-operazzjonijiet tat-tqandil meħtieġa għall-installazzjoni, it-tneħħija, il-ħżin u t-tqandil.

3.4. Għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex ma jkunx hemm tneħħija mhux awtorizzata tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa.

3.5. Interface wieħed għall-fluss tal-idroġenu għandu jiġi pprovdut bejn is-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa u l-parti tas-sistema tal-idroġenu li tkun installata permanentement fil-vettura. Il-pressjoni operattiva nominali tas-sistema tal-idroġenu fl-interface għandha tkun inqas jew daqs 3,0 MPa.

3.6. Meta s-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa tiġi installata fil-vettura, il-konnessjoni mal-parti tas-sistema tal-idroġenu li tkun permanentement installata fil-vettura għandha ssir mingħajr l-użu ta’ għodda u għandha tkun tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsimiet 1.2. u 2.2.

3.7. Fil-waqt tat-tneħħija tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa, il-volum tal-idroġenu rilaxxat ma għandux jisboq 200 Nċm3 u ma għandux jiġi rilaxxat ħdejn sors possibbli ta’ kombustjoni. L-akkumulazzjoni tal-idroġenu minħabba skonnessjonijiet suċċessivi għandha tiġi evitata.

3.8. Il-parti tal-konnettur tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa li tkun permanentement imwaħħla mal-vettura għandha tkun ta' disinn uniku għat-tip applikabbli tal-vettura u ma għandhiex tkun kompatibbli maż-żennuna standard tat-teħid tal-fjuwil la għall-idroġenu u lanqas għal fjuwil ieħor f’għamla ta’ gass.

3.9. Il-fluss tal-idroġenu minn sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa għandu jiġi evitat jekk sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa tkun installata bi pressjoni operattiva massima permissibbli ogħla minn dik tal-parti permanenti tas-sistema tal-idroġenu tal-vettura.

3.10. Il-ftuħ tal-valv awtomatiku mmuntat fuq kontenitur jew grupp ta' kontenituri ma għandux ikun possibbli meta s-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa ma tkunx imwaħħla korrettament mal-parti mwaħħla permanentement tas-sistema tal-idroġenu tal-vettura. Sistema ta' interface tal-vettura għandha tivverifika li tkun stabbilita konnessjoni korretta bejn is-sistema tal-kontenitur li tista’ titneħħa u l-vettura qabel ma jkun jista’ jinfetaħ il-valv awtomatiku. Is-sistema ta' interface tal-vettura għandha tivverifika wkoll li s-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa tkun kompatibbli mas-sistema tal-idroġenu tal-vettura qabel ma jkun jista’ jinfetaħ il-valv awtomatiku.

3.11. L-iskonnessjoni jew it-tneħħija tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa ma għandhomx ikunu possibbli sakemm il-valv awtomatiku mmuntat fuq kontenitur jew grupp ta' kontenituri ma jkunx fil-pożizzjoni magħluqa u ma jkunux qed jintużaw sorsi ta' kombustjoni, pereżempju ħiters, fil-vettura.

3.12. L-użu tas-sistema tal-idroġenu ma għandux ikun possibbli jekk ikun hemm falliment parzjali jew totali tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa jew tal-konnetturi elettriċi bejn is-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa u l-vettura, li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tas-sistema tal-idroġenu.

3.13. L-installazzjoni u l-operazzjonijiet tat-tneħħija għas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa għandhom ikunu murija fuq tikketta mwaħħla mal-vettura qrib il-punt tal-immuntar tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa. It-tikketta għandha turi wkoll l-istat tal-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur jew il-grupp ta' kontenituri u l-konnettur tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa.

3.14. Għandha tkun imwaħħla tikketta mas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa li turi l-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur jew il-grupp ta' kontenituri u l-konnettur tas-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa.

3.15. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura tal-KE għandu jidher fuq is-sistema tal-ħżin li tista’ titneħħa.

4. VALVIJIET AWTOMATIĊI JEW VALVIJIET UNIDIREZZJONALI GĦALL-IŻOLAMENT TA' KONTENITUR JEW GRUPP TA' KONTENITURI JEW SISTEMA TA' PROPULSJONI

4.1. Il-valvijiet tal-għeluq awtomatiċi għandhom jintużaw skont it-taqsima 6 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 u għandhom ikun magħluqa meta mhux jintużaw. Jekk jintuża grupp ta' kontenituri, il-valv għandu jkun immuntat direttament fuq jew ġo kontenitur wieħed.

4.2. Il-konnessjonijiet jew ir-reċipjenti tal-mili tal-fjuwil għandhom jintużaw skont it-taqsima 4 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 79/2009. Jekk jintuża grupp ta' kontenituri, il-valv għandu jkun immuntat direttament fuq jew ġo kontenitur wieħed.

4.3. Jekk tintuża linja waħda għal ġol-kontenitur jew grupp ta' kontenituri kemm għall-mili tal-fjuwil u l-provvista tal-fjuwil, din għandha tiġi marbuta skont it-taqsima 4.2. mal-linja tal-mili tal-fjuwil fil-ġonta bejn il-linja tal-fjuwil u l-linja tal-provvista tal-fjuwil.

4.4. Fil-każ ta' ksur tal-linji tal-fjuwil jew il-linji tal-provvista tal-fjuwil, il-valvijiet tal-iżolament imsemmija fit-taqsimiet 4.1. u 4.2. ma għandhomx ikunu separati mill-kontenitur jew il-gruppi ta' kontenitur.

4.5. Il-valvijiet awtomatiċi li jiżolaw kull kontenitur jew grupp ta' kontenituri, għandhom jingħalqu fil-każ li jkun hemm falliment tas-sistema tal-idroġenu li tirriżulta fir-rilaxx tal-idroġenu jew nixxija serja bejn il-kontenitur jew il-grupp ta' kontenituri u s-sistemi tal-konverżjoni tal-idroġenu.

4.6. Il-fluss tal-fjuwil lis-sistema tal-propulsjoni għandha tkun żgurata b'valv awtomatiku. Dan il-valv awtomatiku għandu jitħaddem b’tali mod li l-provvista tal-idroġenu lis-sistema tal-propulsjoni tinqata’ meta s-sistema tal-propulsjoni tintefa, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-attivazzjoni, u għandu jibqa' magħluq sa mas-sistema tal-propulsjoni terġa' tinxtegħel.

4.7. Il-fluss tal-fjuwil lis-sistemi tal-konverżjoni tal-idroġenu għandu jkun żgurat b'valv awtomatiku. Dan il-valv awtomatiku għandu jitħaddem b’tali mod li l-provvista tal-idroġenu lis-sistema tal-konverżjoni tal-idroġenu tinqata’ meta s-sistema tal-konverżjoni tal-idroġenu tintefa, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-attivazzjoni, u għandu jibqa' magħluq sa mas-sistema tal- konverżjoni tal-idroġenu terġa' tinxtegħel.

5. MEKKANIŻMI GĦAT-TNAQQIS TAL-PRESSJONI

5.1. Għall-iskopijiet tal-kontenituri ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass), mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun appart li ma jerġax jingħalaq u attivat termikament li jipprevjeni kontenitur milli jinfaqa' minħabba effetti tan-nar.

5.2. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jiġi installat fil-fetħa ta' kontenitur jew għallinqas kontenitur wieħed fi grupp ta' kontenituri, jew fil-fetħa ta' valv fil-kontenitur, b'tali mod li jirrilaxxa l-idroġenu f'fetħa atmosferika li tagħti għall-barra l-vettura.

5.3. Ma għandux ikun possibbli li l-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni jiġi iżolat mill-kontenitur protett mill-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni, minħabba t-tħaddim normali jew il-falliment ta' komponent ieħor.

5.4. Il-gass tal-idroġenu rilaxxat mill-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandux ikun dirett:

(a) lejn terminali elettriċi esposti, swiċis elettriċi esposti jew sorsi oħra ta' kombustjoni;

(b) fi jew lejn il-kompartimenti tal-passiġġieri jew il-but tal-vettura;

(c) fi jew lejn kull struttura tar-rota tal-vettura;

(d) lejn kull komponent tal-klassi 0;

(e) lejn 'il quddiem tal-vettura, jew orizzontalment minn wara jew il-ġnub tal-vettura.

5.5. Id-dimensjonijiet interni tal-ventilatur ma għandhomx ifixklu l-funzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni.

5.6. Il-ventilatur tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun protett kontra l-imblukkar, eż, bi trab, silġ u dħul tal-ilma, sa punt raġonevolemnt prattikabbli.

5.7. Il-ħruġ tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun orjentat sabiex jekk il-ventilatur jinqala' minn mal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni, il-fluss tal-gass li jirriżulta ma jkollux impatt dirett fuq kontenituri jew gruppi ta' kontenituri oħra sakemm ma jkunux protetti.

6. VALVIJIET GĦAT-TNAQQIS TAL-PRESSJONI

6.1. Jekk jintuża valv għat-tnaqqis tal-pressjoni, dan għandu jiġi installat b'tali mod li jirrilaxxa l-idroġenu f'apertura atmosferika li tagħti għall-barra l-vettura.

6.2. Ma għandux ikun possibbli li l-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni jiġi iżolat mill-komponenti tal-idroġenu jew parti mis-sistema tal-idroġenu li jipproteġi, minħabba t-tħaddim normali jew il-falliment ta' komponent ieħor.

6.3. Il-gass tal-idroġenu rilaxxat mill-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandux ikun dirett:

(a) lejn terminali elettriċi esposti, swiċis elettriċi esposti jew sorsi oħra ta' kombustjoni;

(b) fi jew lejn il-kompartimenti tal-passiġġieri jew il-but tal-vettura;

(c) fi jew lejn kull struttura tar-rota tal-vettura;

(d) lejn kull komponent tal-klassi 0;

6.4. Il-ventilatur tal-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun protett kontra l-imblukkar, eż. bi trab, silġ u dħul tal-ilma, sa punt raġonevolemnt prattikabbli.

7. LINJI TAL-FJUWIL RIĠIDI U FLESSIBBLI

7.1. Il-linji tal-fjuwil riġidi, għandhom jintrabtu b’tali mod li ma jkunux soġġetti għal vibrazzjonijiet kritiċi jew stresses oħra.

7.2. Il-linji flessibbli tal-fjuwil għandhom jintrabtu b’tali mod li ma jkunux soġġetti għal stresses torsjonali u ma jħokku ma mkien.

7.3. Il-linji tal-fjuwil riġidi u flessibbli għandhom jiġu ddisinjati biex l-istresses jitnaqqsu kemm jista' jkun fil-linji waqt it-tneħħija jew l-installazzjoni tal-komponenti tal-idroġenu fil-qrib.

7.4. Fil-punt fejn jeħlu, il-linji tal-fjuwil riġidi u l-linji tal-fjuwil flessibbli, għandhom jitwaħħlu b’tali mod li ma jkunx hemm korrużjoni galvanika u interstizzjali.

7.5. Il-linji tal-fjuwil riġidi u l-linji tal-fjuwil flessibbli għandhom jingħaddew biex titnaqqas kemm jista' jkun l-esponiment għal ħsara aċċidentali ġewwa l-vettura eż. minħabba t-tqegħid jew iċ-ċaqliq ta' bagalji jew tagħbiji oħra, eż. minħabba art mhux lixxa jew ġakkijiet tal-vettura, eċċ.

7.6. F'passaġġi mill-body tal-vettura, jew komponenti oħra tal-idroġenu, il-linji tal-fjuwil għandhom jkun mgħammra bi grommets jew materjal protettiv ieħor.

7.7. Jekk il-fittings jiġu installati fil-kompartiment tal-passiġġieri jew fil-but magħluq, il-linji tal-fjuwil u l-fittings għandhom ikunu magħluqa f'komma li tissodisfa r-rekwiżiti kif speċifikat għal struttura impermeabbli għall-gass fit-taqsima 10.

8. FITTINGS BEJN Il-KOMPONENTI TAL-IDROĠENU

8.1. Il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li l-materjali użati fil-fittings jintgħażlu b'tali mod li tkun evitata l-korrużjoni galvanika u interstizzjali.

8.2. In-numru ta’ ġonot għandu jkun limitat għall-inqas ammont.

8.3. Il-mezzi għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur għat-testijiet tan-nixxijat ta' ġonot bl-iskop tal-ispezzjoni. Jekk l-ittestjar tan-nixxijat b'aġent attiv tal-wiċċ ikun speċifikat, kull ġonta għandha ssir fejn jista' jkun hemm aċċess.

9. SISTEMA TAL-MILI TAL-FJUWIL

9.1. Ir-reċipjent għandu jkun protett sew minn malaġġustament u tidwir. Ir-reċipjent għandu wkoll ikun protett minn interferenza mhux awtorizzata u d-dħul ta' trab u ilma sa punt raġonevolment prattiku, eż. b'bieba msakkra. Ir-reċipjent għandu jkun protett sew minn żbalji prevedibbli ta' użu.

9.2. Ir-reċipjent għandu jiġi installat b'tali mod li l-aċċess għall-mili tal-fjuwil ma jkunx meħtieġ fil-kompartiment tal-passiġġieri, fil-but jew f'kull kompartiment mhux ventilat ieħor.

9.3. Ir-reċipjent ma għandux ikun immuntat ġol-elementi esterni li jassorbu l-enerġija eż. il-bamper.

9.4. Il-pressjoni operattiva nominali tar-reċipjent għandha tkun daqs il-pressjoni operattiva nominali tal-komponenti tal-idroġenu tal-Klassi 0 'l fuq minn u inkluż l-ewwel regolatur tal-pressjoni.

9.5. Għandu jkun żgurat li s-sistema tal-propulsjoni jew is-sistema (jew sistemi) tal-konverżjoni tal-idroġenu minbarra l-apparat ta' sikurezza, ma jkunux qed jaħdmu u li l-vettura tkun immobilizzata waqt il-mili tal-fjuwil.

9.6. Għandu jkun hemm tikketti qrib ir-reċipjent, pereżempju l-bieba tal-mili tal-fjuwil, li turi l-informazzjoni li ġejja:

H2 gas

"xx" MPa

Fejn "xx" = il-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur(i).

10. STRUTTURA IMPERMEABBLI GĦALL-GASS

10.1. L-istruttura impermeabbli għall-gass għandha tkun ivventilata għall-atmosfera.

10.2. Il-fetħa tal-ventilazzjoni tal-istruttura impermeabbli għall-gass għandha tkun fl-ogħla punt tal-istruttura meta tkun installata fil-vettura, sa kemm ikun raġonevolment prattiku. Ma għandhiex tbattal fuq l-arkata tar-rota, u lanqas ma għandha tkun immirata lejn sors tas-sħana bħall-egżost. Barra minn hekk, għandha titfa' 'l barra b'tali mod li l-idroġenu ma jkunx jista' jidħol fil-vettura.

10.3. Il-konnessjonijiet u l-komponenti elettriċi fl-istruttura impermeabbli għall-gass għandhom ikunu magħmula b’tali mod li ma jiġux iġġenerati sparks.

10.4. Matul it-testijiet il-linja tal-ventilaturi għandha tkun issiġillata ermetikament u l-istruttura impermeabbli għall-gass għandha tissodisfa r-rekwiżiti tan-nixxija tat-taqsima 1.2 fi pressjoni ta' 0,01 MPa u mingħajr deformazzjonijiet permanenti.

10.5. Kull sistema tal-konnessjoni għandha tkun imqabbda tajjeb bi clamps, jew mezzi oħra, mal-istruttura impermeabbli għall-gass jew il-komma u l-passaġġ sabiex ikun żgurat li tkun iffurmata ġonta li tissodisfa r-rekwiżiti tan-nixxija tat-taqsima 10.4.

11. INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

11.1. Il-komponenti elettriċi tas-sistema tal-idroġenu għandhom ikunu protetti kontra t-tagħbija żejda.

11.2. Il-konnessjonijiet tal-elettriku għandhom ikunu impermeabbli għad-dħul tal-idroġenu fejn ikun hemm preżenti komponenti tal-idroġenu jew hemm il-possibbiltà ta' nixxijat tal-idroġenu

12. SISTEMI STRUMENTATI TAS-SIKUREZZA

12.1. Sistemi strumentati tas-sikurezza għandhom ikunu fail-safe jew jipprovdu alternattivi f'każ li komponent ifalli.

12.2. Jekk is-sistemi strumentati tas-sikurezza ikunu fail-safe jew sistemi elettroniċi awtosorvenjanti, għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti speċjali skont l-Anness VI.

13. REKWIŻITI GĦALL-ISPEZZJONI TAS-SISTEMA TAL-IDROĠENU

13.1. Kull sistema tal-idroġenu għandha tiġi spezzjonata għallinqas kull 48 xahar wara d-data ta' meta tibda' tintuża, u fil-waqt ta' kull riinstallazzjoni.

13.2. L-ispezzjoni għandha ssir minn servizz tekniku, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifatturi stipulati fil-Parti 3 tal-Anness I.

PARTI 2

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1. INTRODUZZJONI

Din il-Parti tistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ittestjar għall-kontenituri tal-idroġenu ddisinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass).

1.1. Tipi ta’ kontenituri

Il-kontenituri għandhom jiġu kklassifikati f'tipi skont it-tip ta' binja kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 79/2009.

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Il-manifattur huwa liberu li jiddisinja l-forma tal-kontenitur sakemm din tissodisfa d-dispożizzjonijiet xierqa kollha stipulati fit-taqsima 3.

2.2. Grupp ta' kontenituri

2.2.1. Grupp ta' kontenituri għandu jkun approvat skont it-tip bħala kontenitur wieħed jekk kemm il-grupp ta' kontenituri kif ukoll il-kontenituri individwali jkunu approvati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-taqsimiet 3 u 4.

2.2.2. Alternattivament, grupp ta' kontenituri għandu jkun approvat skont it-tip bħala kontenitur wieħed jekk il-grupp ta' kontenituri jissodisfa d-dispożizzjonijiet stipulati fit-taqsimiet 3. u 4. Il-kontenituri individwali ma għandhomx għalfejn jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stipulati fit-taqsimiet 3. u 4. sakemm il-grupp ta' kontenituri jissodisfa d-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 3. u 4. adatti għat-tip ta' materjali u l-metodu tal-bini użati.

2.2.3. Minkejja r-rekwiżiti tat-taqsimiet 2.2.1 u 2.2.2., grupp ta' kontenituri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsimiet 4.2.4. (test tan-nar), 4.2.10. (test tal-ħsara minn impatt) u 4.2.11. (test tan-nixxija)

2.2.4. Għandu jkun permess massimu ta' erba' kontenituri għal kull grupp ta' kontenituri.

2.2.5. Il-linji flessibbli tal-fjuwil ma għandhomx jintużaw bħala linji tal-fjuwil interkonnessi integrali f'grupp ta' kontenituri.

3. REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1. Rekwiżiti ġenerali

Il-kontenituri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi speċifikati fit-taqsimiet 3.2. sa 3.11.

3.2. Protezzjoni min-nar

Il-kontenitur, il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u kull materjal għall-iżolament jew il-protezzjoni għandhom jipproteġu kollettivament il-kontenitur mill-qsim meta jkun espost għan-nar. L-arranġament tas-sistema tal-protezzjoni min-nar għandu jkun speċifikat.

3.3. Kamini tal-ftuħ

Il-fetħiet b'kamini għax-xejn għax-xejn jew dritti jistgħu jintużaw fit-tipi kollha tal-kontenituri. Il-kamini għandhom jikkonformaw ma' standard internazzjonali jew nazzonali rikonoxxut.

3.4. Protezzjoni ambjentali esterna

Kull kisja li ssir lill-kontenituri għandha tkun tali li l-proċess tal-applikazzjoni ma jaffettwawx ħażin il-karatteristiċi mekkaniċi tal-kontenitur. Il-kisja għandha tiffaċilita spezzjonijiet tas-servizz sussegwenti u l-manifattur għandu jagħti gwida dwar it-trattament tal-kisja waqt dawn l-ispezzjonijiet biex tkun żgurata l-integrità tal-kontenitur.

3.5. Rekwiżiti materjali

3.5.1. Ġenerali

Il-materjali użati għandhom ikunU tajba għall-kundizzjonijiet operattivi speċifikati fit-taqsima 2.7. Materjali inkompatibbli ma għandhomx ikunu f'kuntatt ma' xulxin.

3.5.2. Azzar

3.5.2.1. L-azzar għall-kontenituri u l-inforri għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-materjali tat-taqsimiet 6.1 sa 6.4 ta' ISO 9809-1 jew it-taqsimiet 6.1. sa to 6.3. ta' ISO 9809-2 skont il-każ.

3.5.2.2. L-istainless steel għall-kontenituri u l-inforri għandu jikkonforma mat-taqsimiet 4.1. sa 4.4. ta' EN 1964-3.

3.5.2.3. L-istainless steel iwweldjat għall-infori tal-kontenituri tat-tip 3 għandu jikkonforma mat-taqsimiet 4.1. sa 4.3. ta' EN 13322-2 skont il-każ.

3.5.3. Liga tal-aluminju

3.5.3.1. Il-liga tal-aluminju għall-kontenituri u l-inforri għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-materjali tat-taqsimiet 6.1. u 6.2. ta' ISO 7866.

3.5.3.2. Liga tal-aluminju wweldjatja għall-inforri tal-kontenituri tat-tip 3 għandha tikkonforma mat-taqsimiet 4.2. sa 4.3. ta' EN 12862.

3.5.4. Materjal tal-inforra tal-plastik

Il-materjal għall-inforri tal-plastik jista’ jkun thermosetting jew thermoplastic.

3.5.5. Fibri

Il-manifattur tal-kontenitur għandu jżommu rekord għall-ħajja intenzjonata tad-disinn tal-kontenitur, l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati għall-materjali komposti inkluż ir-riżultati prinċipali tat-testijiet, jiġifieri, it-test tensili, ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħżin tal-manifattur tal-materjali, il-kundizzjonijiet u l-ħajja operattiva.

Il-manifattur tal-kontenitur għandhom jżomm rekord, għall-ħajja intenzjonata ta' kull lott ta' kontenituri, iċ-ċertifikazzjoni tal-manifattur tal-fibra li kull konsenja tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-maniffattur għall-prodott.

3.5.6. Reżina

Il-materjal polimeriku għall-mili tal-fibri jista' jkun reżina thermosetting jew thermoplastic.

3.6. Proporzjonijiet tal-pressjoni tal-fqigħ

Il-proporzjonijet minimi tal-pressjoni tal-fqigħ, jiġifieri l-pressjoni minima effettiva tal-fqigħ tal-kontenitur diviża bil-pressjoni operattiva nominali, ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella IV.3.6.

Tabella IV.3.6.

Proporzjonijiet Minimi tal-Pressjoni tal-Fqigħ

Noti ta' spjegazzjoni

[3]

| Tip tal-kontenitur |

Kostruzzjoni | Tip 1 | Tip 2 | Tip 3 | Tip 4 |

Metall-kollu | 2,25 | | | |

Over-wrap | Ħġieġ | | 2,4 | 3,4 | 3,5 |

Aramid | | 2,25 | 2,9 | 3,0 |

Karbonju | | 2,25 | 2,25 | 2,25 |

Ibridu | | [3] |

3.7. Rekwiżiti tal-manifattura tal-kontenituri

3.7.1. Kontenituri tat-tip 1

Ma għandux jintuża proċess biex jingħalqu l-estremitajiet tal-kontenituri tal-liga tal-aluminju. It-tarf tal-qiegħ tal-kontenituri tal-azzar li ngħalqu bil-formazzjoni għandhom jiġu spezzjonati permezz ta' NDE jew teknika ekwivalenti. Il-metall ma għandux jiżdied fil-proċess tal-għeluq fit-tarf. Kull kontenitur għandu jiġi eżaminat qabel operazzjoni tal-iffurmar tal-qiegħ għall-ħxuna u l-finitura tal-wiċċ.

Wara l-iffurmar tal-estremitajiet, il-kontenituri għandhom ikunu trattati bis-sħana biex jibbiesu għal-livell speċifikat għad-disinn. Mhux permess trattament tas-sħana lokalizzat.

Jekk jingħataw ċirku tal-għonq, ċirku tas-sieq jew parts għas-sostenn, għandhom ikunu magħmula minn materjal kompatibbli ma’ dak tal-kontenitur u għandhom jitwaħħlu sod b’metodu ieħor barra l-welding, brejżing jew issaldjar.

3.7.2. Kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4

3.7.2.1. Tgeżwir tal-filament kompost

Meta l-kontenituri komposti jiġi manifatturati minn inforra mgeżwra b'filamenti kontinwi, l-operazzjonijiet tat-tgeżwir tal-filament għandhom ikunu kkontrollati bil-kompjuter jew mekkanikalment. Waqt it-tgeżwir il-parametri prinċipali għandhom ikunu monitorjati u miżmuma fit-tolleranzi speċifikati, u dokumentati f’rekord tat-tgeżwir. Il-parametri prinċipali huma:

(a) It-tip ta' fibra inkluż il-valur tat-tex u d-daqs;

(b) L-għadd ta' tows tal-fibri għal kull faxxa;

(c) It-tip ta' reżina u l-proporzjon tal-komponenti tat-taħlita tar-reżina;

(d) Mod ta' mili, frazzjoni bil-piż jew il-volum tar-reżina jew il-fibra;

(e) Referenza tal-programm tat-tgeżwir u l-angolu tat-tgeżwir;

(f) Għadd ta' rotazzjonijiet ta' tgeżwir;

(g) Għadd ta' ċikli ta' tgeżwir elikali (il-kontenituri tat-tip 3 u 4 biss);

(h) Wisa’ tal-faxxa;

(i) Tensjoni tat-tgeżwir;

(j) Veloċità tat-tgeżwir;

(k) Temperatura tar-reżina;

3.7.2.2. Trattament tar-reżina thermostetting

Wara li jitlesta t-tgeżwir tal-filamenti, it-thermosetting reżins għandhom isiru bis-sħana, billi jintuża’ profil tat-temperatura determinat minn qabel u kkontrollat bil-ħin. Għandhom jinżammu rekords tar-relazzjoni tal-ħin u t-temperatura matul it-trattament.

Il-ħin massimu tal-curing u t-temperatura għal kontenituri bl-inforra ta' liga tal-aluminju għandha tkun inqas mill-ħin u t-temperatura li jaffettwaw ħażin il-proprjetajiet tal-metall.

Għal kontenituri tat-tip 4, it-temperatura għall-curing tar-reżina thermosetting għandha tkun għallinqas 10 °C taħt it-temperatura tat-trattib tal-inforra tal-plastik.

3.7.2.3. Auto-frettage

L-auto-frettage, jekk jintuża’, għandu jsir qabel it-test idrawliku. Il-pressjoni auto-frettage għandha tkun fil-limiti stabbiliti mill-manifattur.

3.7.2.4. Inforri metalliċi

Il-welding tal-inforri tal-istainless steel għandhom jikkonformaw mat-taqsimiet 6.1., 6.2. u 6.4. ta' EN 13322-2. Il-welding tal-inforri tal-liga tal-aluminju għandhom jikkonforamw mat-taqsimiet 4.1.2. u 6.1. ta' EN 12862.

3.8. Marki fuq il-kontenitur

Fuq kull kontenitur u, fejn applikabbli l-wiċċ estern ta' grupp ta' kontenituri permanentement magħluqa, il-manifattur għandu jipprovdi marki permanenti ċari b'tipa ta' mhux inqas minn 6 mm għoli. Il-marki għandhom isiru jew bit-tikketti inkorporati fil-kisja tar-reżina, tikketta adeżivi, timbri bi stress baxx użati fuq it-trufijiet eħxen tal-kontenituri tat-tip 1 u 2 jew kull taħlita tal-metodi ta' hawn fuq għall-immarkar. It-tikketti adeżivi u l-applikazzjoni tagħhom għandhom isiru skont ISO 7225, jew Standard ekwivalenti. Huwa permess li titwaħħal iktar minn tikketta waħda u għandhom jitwaħħlu b'tali mod li l-brackets tal-immuntar ma jgħattuhomx. Barra mill-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-komponenti stipulata fil-Parti 3 tal-Anness II, kull kontenitur bit-tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu marka bid-dejta li ġejja tidher ċar:

(a) L-isem tal-manifattur

(b) Numru tas-serje uniku għal kull kontenitur;

(c) Tikketta kif stipulata fit-Taqsima 3.2 tal-Anness V;

(d) Il-pressjoni operattiva nominali (MPa) fi 15 °C;

(e) Sena u xahar tal-manifattura, eż. 2009/01;

(f) "TUŻAX WARA ssss/xx" fejn ssss/xx hija s-sena u x-xahar tal-manifattura flimkien mal-ħajja operattiva approvata tal-kontenitur. Madankollu, ssss/xx tista' tkun ibbażata fuq id-data tad-dispaċċ tal-kontenitur mill-manifattur, sakemm ikun inħażen f'post niexef mingħajr pressjoni interna.

(g) "Għadd ta' ċikli tal-mili xxxxx" fejn xxxxx huwa l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.

3.9. Rekwiżiti tat-test tal-lott

3.9.1. Test tal-lott

3.9.1.1. Ġenerali

Il-manifattur għandu jwettaq testijiet fuq il-lottijiet ta' kontenituri lesti li huma rappreżentattivi tal-produzzjoni normali. Il-kontenituri lesti li għandhom jiġu ttestjati, għandhom jiġu magħżula każwalment minn kull lott. Lott ma għandux jisboq 200 kontenitur lest flimkien ma dawk il-kontenituri lesti li ntużaw f'testijiet distruttivi, jew xift wieħed ta' produzzjoni suċċessiva, liema minnhom ikun l-ikbar.

Il-frekwenza ta' ttestjar tal-lottijiet tista' titnaqqas kif ġej:

(a) Jekk f'10 lottijiet sekwenzjali ta' kontenituri, ebda wieħed mill-kontenituri ma jnixxi jew jinkiser f'1,5 darbiet in-numru meħtieġ ta' ċikli, l-ittestjar biċ-ċikli tal-pressjoni jista' jitnaqqas għal darba kull 5 lottijiet. Jekk kwalunkwe kontenitur ittestjat ma jissodisfax ir-rekwiżit tal-1,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-pressjoni, it-test tal-lottijiet ikun meħtieġ għall-ħames lottijiet li jmiss biex terġa' tiġi stabbilita l-frekwenza tal-ittestjar.

(b) Jekk f'10 lottijiet sekwenzjali ta' kontenituri, ebda wieħed mill-kontenituri ma jnixxi jew jinkiser f'2 darbiet in-numru meħtieġ ta' ċikli, l-ittestjar biċ-ċikli tal-pressjoni jista' jitnaqqas għal darba kull 10 lottijiet. Jekk kwalunkwe kontenitur ittestjat ma jissodisfax ir-rekwiżit tal-2 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-pressjoni, it-test tal-lottijiet ikun meħtieġ għall-għaxar lottijiet li jmiss biex terġa' tiġi stabbilita l-frekwenza tal-ittestjar.

(c) Jekk jgħaddu iktar minn 3 xhur mill-aħħar test taċ-ċikli tal-pressjoni fuq il-lott, kontenitur mil-lott tal-produzzjoni li jmiss għandu jsirlu t-test tal-pressjoni biex tinżamm il-frekwenza mnaqqsa.

Huma meħtieġa t-testijiet tal-lott li ġejjin:

(a) Kontenitur wieħed lest għandu jiġi soġġett għat-test taċ-ċikli tal-pressjoni fit-temperatura ambjentali fil-frekwenza mogħtija fit-taqsima 3.9.1.2.;

(b) Kontenitur wieħed lest, inforra jew kampjun tat-test ittrattat bis-sħana li jkunu rappreżentattivi tal-kontenituri lesti jew l-inforri, għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet l-oħra speċifikati fit-Tabella IV.3.9.;

(c) Kontenitur wieħed lest għandu jiġi soġġett għat-test tal-fqigħ. Jekk kontenitur lest jgħaddi mit-test taċ-ċikli tal-pressjoni fit-temperatura ambjentali, l-istess kontenitur jista' jiġi soġġett għat-test tal-fqigħ;

(d) Jekk jintuża kisi protettiv ambjentali estern, eż. kisi/żebgħa organika, kontenitur wieħed lest jew kampjun tat-test li jkun rappreżentattiv tal-lott għandu jiġi soġġett għat-test tal-lott tal-kisi.

Jekk aktar kontenituri jiġu soġġetti għat-testijiet milli jkun meħtieġ, ir-riżultati kollha għandhom jiġu dokumentati.

Il-kontenturi kollha rappreżentati bit-test tal-lott li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati għandhom isegwu l-proċeduri speċifikati fit-taqsima 3.9.2.

Tabella IV.3.9.

Testijiet tal-lott

Noti ta' spjegazzjoni:

[4] [5] [6] [7] [8] [9] [10]

Test u referenza | Applikabbli għat-Tip ta’ Kontenitur | Valur speċifikat tad-disinn | Valur tat-test |

1 | 2 | 3 | 4 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[4] | Test tensili | | [8] | [8] | [8] | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[5] | Test tal-impatt Charpy | | [8] | [8] | | | |

+++++ TIFF +++++

[6] | Test tal-liwja | | | [8] | | | |

+++++ TIFF +++++

[7] | Eżaminazzjoni makroskopika | | | [8] | | | |

+++++ TIFF +++++

4.1.2. | Test tat-trattib bit-temperatura | | | | [8] | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.1.6. | Testijiet tal-lott tal-kisi | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.2.1. | Test tal-fqigħ | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.2.2. | Test taċ-Ċikli tal-Pressjoni f’Temperatura Ambjentali: | | | | [9] | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.2.11. | It-test tan-nixxija | | | [10] | [9] | | |

+++++ TIFF +++++

4.2.13. | Boss torque test | | | | [9] | | |

3.9.1.2. Frekwenza tat-test taċ-ċikli tal-pressjoni f'temperatura ambjentali

Il-kontenituri lesti għandhom jiġu soġġetti għat-test taċ-ċikli tal-pressjoni f'temperatura ambjentali bi frekwenza tat-test definita kif ġej:

(a) Kontenitur wieħed minn kull lott għandu jsirulu ċikli tal-pressjoni għal 3,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.;

(b) Jekk f'10 lottijiet ta' produzzjoni sekwenzjali ta' kontenituri, ebda wieħed mill-kontenituri li sarulhom il-ċikli tal-pressjoni fil-punt a) ma jnixxi jew jinkiser f'4,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., it-test taċ-ċikli tal-pressjoni jista' jitnaqqas għal kontenitur wieħed minn kull 5 lottijiet tal-produzzjoni bil-kontenitur magħżul mill-ewwel wieħed mill-5 lottijiet;

(c) Jekk f'10 lottijiet ta' produzzjoni sekwenzjali ta' kontenituri, ebda wieħed mill-kontenituri li sarulhom il-ċikli tal-pressjoni fil-punt a) ma jnixxi jew jinkiser f'6,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., it-test taċ-ċikli tal-pressjoni jista' jitnaqqas għal kontenitur wieħed minn kull 10 lottijiet tal-produzzjoni bil-kontenitur magħżul mill-ewwel wieħed mill-10 lottijiet;

(d) Jekk ikunu għaddew aktar minn 3 xhur mill-aħħar lott ta’ produzzjoni, kontenitur mil-lott ta’ produzzjoni li jmiss għandu jkun ittestjat biċ-ċikli tal-pressjoni sabiex tinżamm il-frekwenza mnaqqsa ta’ ttestjar tal-lottijiet fil-punti (b) jew (c);

(e) Jekk kontenitur li sarlu t-test taċ-ċikli tal-pressjoni bi frekwenza mnaqqsa msemmi fil-punti (b) jew (c) ma jissodisfawx it-3,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., il-frekwenza tat-test tal-lott taċ-ċikli tal-pressjoni fil-punt a) jerġa' jiġi introdott għal mill-inqas 10 lottijiet ta' produzzjoni sabiex terġa' tiġi stabblita l-frekwenza mnaqqsa tat-testijiet taċ-ċiklu tal-pressjoni fuq il-lott fil-punti (b) jew (c);

(f) Jekk kwalunkwe kontenitur imsemmi fil-punti a), b) jew c) ifalli fit-3,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., il-kawża tal-falliment għandha tiġi ddeterminata u kkoreġuta skont il-proċeduri fit-taqsima 3.9.2. It-test taċ-ċikli tal-pressjoni għandu mbagħad ikun imtenni fuq tliet kontenituri oħra minn dik il-lott. Jekk kwalunkwe wieħed mit-tliet kontenituri addizzjonali jfalli t-3,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., il-lott għandu jitwarrab. Il-manifattur għandu juri li l-kontenituri prodotti mill-aħħar test tal-lott li kellu suċċess, jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tal-lott.

3.9.2. Jekk ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti tat-test

F’każ li ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti tat-test għandu jsir ittestjar mill-ġdid jew trattament termiku mill-ġdid u ttestjar mill-ġdid kif ġej:

(a) Jekk ikun hemm provi ta’ żball fit-twettiq tat-test, jew żball fil-kejl, għandu jsir test ieħor. Jekk ir-riżultat ta’ dan it-test ikun sodisfaċenti, l-ewwel test għandu jiġi injorat;

(b) Jekk it-test sar b’mod sodisfaċenti, il-kawża tal-falliment tat-test għandha tiġi identifikata.

Jekk il-falliment jitqies li ġara minħabba t-trattament termiku applikat, il-manifattur jista’ jgħaddi lill-kontenituri kollha ta' dak il-lott minn trattament termiku ieħor.

Jekk il-falliment mhux dovut għat-trattament termiku applikat, il-kontenituri kollha difettużi identifikati għandhom jitwarrbu jew jissewwew permezz ta’ metodu approvat. Il-kontenturi li ma jitwarrbux jitqiesu mbagħad bħala lott ġdida.

Fiż-żewġ każijiet, it-testijiet kollha tal-prototipi jew tal-lott relevanti meħtieġa biex tkun pruvata li l-lott l-ġdida hi aċċettabbli, għandhom isiru mill-ġdid. Jekk wieħed jew aktar mit-testijiet jiġi pruvat saħansitra li hu parzjalment mhux sodisfaċenti, il-kontenituri kollha tal-lott għandhom jitwarrbu.

3.10. Rekwiżiti ta' eżamijiet u testijiet tal-produzzjoni

L-eżamijiet u t-testijiet tal-produzjoni għandhom isisru fuq il-kontenituri kollha matul il-manifattura u wara t-tlestija, kif ġej:

(a) Verifika li d-dimensjonijiet prinċipali u l-massa tal-kontenitur komplut u ta’ kull inforra u kisi huma fi ħdan it-tolleranzi tad-disinn;

(b) Verifika tal-konformità mal-parametri prinċipali tal-manifattura, imsemmija fl-appendiċi tad-dokument tal-informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II, inkluż l-eżami ta' kull finitura tal-wiċċ speċifikata b'attenzjoni speċjali lil uċuħ mhux lixxi u tinjiet jew tirkib fl-għonq jew fl-ispalla ta' kapep jew fetħiet fonduti inkella minsuġa;

(c) Għal kontenituri u inforri metalliċi, l-NDE skont l-anness B ta' ISO 9809 jew l-anness C ta' EN 1964-3 jew l-anness B ta' EN 13322-2 skont il-każ, jew metodu ppruvat li huwa ekwivalenti li kapaċi jindividwa d-daqs massimu tad-diffett permess, biex jivverifika li d-daqs massimu tad-diffett ma jisboqx id-daqs speċifikat fid-disinn kif iddeterminat hawn taħt.

Barra minn hekk, l-inforri tal-istainless steel iwweldjati għandhom jiġu eżaminati wkoll skont it-taqsima 6.8.2. ta' EN 13322-2, u l-inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati għandhom jiġu eżamintati skont it-taqsimiet 6.2.1. (it-tieni taqsima), u 6.2.3. ta' EN 12862.

Id-disinn tal-kontenituri tat-tip 1, 2 u 3 għandu jidentifika d-daqs massimu permessibbli tad-difett f'kull post fil-kontenitur jew l-inforra tal-metall li ma jikbirx għal daqs kritiku fil-perjodu tat-test ġdid speċifikat jew il-ħajja operattiva jekk ma jkunx speċifikat test ġdid. Id-daqs kritiku tad-difett huwa mfisser bħala d-difett ta' limitu li jgħaddi mill-ħxuna tal-ħajt (kontenitur jew inforra) li jħalli lill-gass maħżun jintrema 'l barra mingħajr ma jkisser il- kontenitur. Id-daqsijiet tad-difetti għall-kriterji tar-rifjut għal scanning ultrasoniku, jew ekwivalenti għandhom ikunu iżgħar mid-daqsijiet tad-difett massimu permessi. Għall-kontenituri tat-tip 2 u 3 għandu jiġi preżunt li m'hemmx ħsara lil materjali mhux metalliċi minħabba mekkaniżmi li jiddependu fuq il-ħin. Id-difett massimu permess għal NDE għandu jiġi determinat permezz ta’ metodu xieraq.

Il-kontenituri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) It-test tal-ebusija għall-kontenituri u l-inforri metalliċi skont it-taqsima 4.1.8.;

(b) It-test idrawliku skont it-taqsima 4.2.15.;

(c) It-test tan-nixxija għall-kontenituri tat-tip 4 u 3 b'inforri tal-metall iwweldjati, skont it-taqsima 4.2.11.;

(d) Verifika tal-marki, skont it-taqsima 3.8.

Jingħata sommarju tal-eżami u t-testijiet tal-produzzjoni meħtieġa għal kull kontenitur fit-Tabella IV.3.10.

Tabella IV.3.10

Eżamijiet u Testijiet tal-produzzjoni

Noti ta' spjegazzjoni:

[11] [12]

Eżamijiet u testijiet tal-produzzjoni u referenza | Applikabbli għat-Tip ta’ Kontenitur |

1 | 2 | 3 | 4 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| Id-dimensjonijiet prinċipali tad-disinn | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi għad-dokument tal-informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II | Parametri prinċipali tal-manifattura | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| NDE | | [11] | [11] | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.1.8. | Test tal-ebusija | | [11] | [11] | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.2.11. | It-test tan-nixxija | | | [12] | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

4.2.15. | Test idrawliku | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

3.8. | Marki | | | | |

3.11. Modifiki

Il-modifiki jistgħu jiġu approvati skont il-programm tat-testijiet imnaqqsa speċifikat fit-Tabella IV.3.11. Kull bidla kbira li ma tkunx koperta mit-Tabella IV.3.11. għandha tiġi soġġetta għat-testijiet kollha għall-approvazzjoni.

Tabella IV.3.11:

Testijiet tal-approvazzjoni tal-modifiki

Noti ta' spjegazzjoni: pereżempju: 2,3 jindika li test huwa rikjest għal kontenituri tat-tip 2 u 3 biss

[13] [14] [15]

| Type of test |

Il-Materjali taqsimiet 4.1.1.-4.1.8., skont il-każ | Kompatibilità mal-idroġenu taqsima 4.1.7. | Fqigħ taqsima 4.2.1: | It-temperatura ambjentali taċ-ċiklar tal-pressjoni taqsima 4.2.2: | Lbb Rendiment taqsima 4.2.3: | Nar taqsima 4.2.4: | Penetrazzjoni taqsima 4.2.5: | Esponiment għall-kimiċi taqsima 4.2.6. | Tolleranza tad-difetti taqsima 4.2.7. | Ksur bi stress akut taqsima 4.2.8. | Test tal-ħsara mill-impatt taqsima 4.2.10. | Permeazzjoni (taqsima 4.2.12.) Boss torque (Taqsima 4.2.13.) Ċikli tal-idroġenu (Taqsima 4.2.14.) |

Manifattur tal-fibri | | | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | | | | | 2, 3, 4 | 3, 4 | |

Materjal metalliku tal-kontenitur jew tal-inforra | 1, 2, 3 | 1, 2, 3 | 1, 2, 3 | 1, 2, 3 | 1, 2 | 1, 2, 3 | 1, 2, 3 | 1, 2, 3 | 2, 3 | 2, 3 | 3 | |

Materjal tal-inforra tal-plastik | 4 | | | 4 | | | | 4 | | | | 4 |

Materjal tal-fibri | 2, 3, 4 | | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 3, 4 | |

Materjal tar-reżina | | | | | | | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 2, 3, 4 | 3, 4 | |

Bidla fid-dijametru ≤ 20 % | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | | | | |

Bidla fid-dijametru >20 % | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | 2, 3, 4 | | 3, 4 | |

Bidla fit-tul ≤ 50 % | | | 1, 2, 3, 4 | | | — | | | | | | |

Bidla fit-tul > 50 % | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | 1, 2, 3, 4 | | | | | 3, 4 | |

Bidla fil-pressjoni operattiva nominali ≤ 20 % [13] | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | | | | |

Bidla fil-pressjoni operattiva nominali >20 % [13] | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | |

Forma ta’ koppla | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | | | | 4 |

Daqs tal-ftuħ | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | | | | |

Bidla fil-kisi | 2, 3, 4 | | | | | | | 2, 3, 4 | | | | |

Disinn tal-end boss | | | | | | | | | | | | 4* [14] |

Bidla fil-proċess tal-manifattura [15] | | | 1, 2, 3, 4 | 1, 2, 3, 4 | | | | | | | | |

Sistema ta’ Protezzjoni tan-Nar | | | | | | 1, 2, 3, 4 | | | | | | |

4. PROĊEDURI TAT-TESTIJIET

4.1. Testijiet tal-materjali

It-testijiet tal-materjali għandhom isiru skont it-Tabella IV.4.1 u skont il-proċeduri tat-test deskritti fit-taqsimiet 4.1.1 - 4.1.8.

Tabella IV.4.1

Testijiet tal-materjali

Noti ta' spjegazzjoni:

[16] [17] [18] [19] [20] [21] [22] [23]

| Applikabbli għall-materjal |

Testijiet tal-materjali | Azzar | Liga tal-aluminju | Inforri tal-plastik | Fibri | Reżina | Kisi |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Test tensili [17] | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tal-impatt Charpy [18] | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Test tal-liwi [19] | [16] | [16] | | | | |

+++++ TIFF +++++

Eżaminazzjoni makroskopika [20] | [16] | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tal-korrużjoni [21] | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tal-qsim b'tagħbija permanenti [22] | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tat-trattib bit-temperatura | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tat-Temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tar-reżistenza tar-reżina għall-qtugħ | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

Test tal-kisi | | | | | | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Test tal-kompatibilità mal-idroġenu [23] | | | | | | |

4.1.1. Test tensili

4.1.1.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 biss.

It-test japplika għal materjali tal-inforri tal-plastik biss.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ inforri li jridu jiġu ttestjati: 2

4.1.1.2. Proċedura

Il-proprjetajiet mekkaniċi għall-materjali tal-inforri tal-plastik għandhom jiġu ttestjati f’–40 °C skont ISO 527-2.

4.1.1.3. Rekwiżiti

Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu fil-firxa indikata mill-manifattur fl-appendiċi tad-dokument tal-informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II.

4.1.1.4. Riżultati

Is-saħħa tensili elastika u t-titwil aħħari tal-materjali tal-inforri tal-plastik għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.1.2. Test tat-temperatura tat-trattib

4.1.2.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 biss.

It-test japplika għal materjali polimeriċi biss.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ inforri li jridu jiġu ttestjati: 1

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ inforri li jridu jiġu ttestjati: 1

4.1.2.2. Proċedura

It-temperatura tat-trattib tal-materjali polimeriċi minn inforri lesti għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-metodu A50 f’ISO 306,

4.1.2.3. Rekwiżit

It-temperatura tat-trattib għandha tkun ≥ 100 °C.

4.1.2.4. Riżultati

It-temperatura tat-trattib għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.1.3. Test tat-temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ

4.1.3.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

It-test japplika għal materjali tar-reżina komposta biss

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kampjuni li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.3.2. Proċedura

It-temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ tal-materjal tar-reżin għandha tkun determinata skont ASTM D3418.

4.1.3.3. Rekwiżiti

Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu fil-firxa indikata mill-manifattur fl-appendiċi tad-dokument tal-informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II.

4.1.3.4. Riżultati

Ir-riżultati finali mit-test għandhom jiġu ddokumentati minn rapport tat-test u ppreżentati f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II. It-temperatura tat-tranżizzjoni għall-ħġieġ li għandha tiġi ppreżentata għandha tkun il-valur minimu mkejjel.

4.1.4. Test tar-reżistenza ta — reżina għall-qtugħ

4.1.4.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

It-test japplika għal materjali tar-reżina komposta biss

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kampjuni li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.4.2. Proċedura

Il-materjali tar-reżina għandhom jiġu tttestjati fuq kupun ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ kisja fuq barra komposta skont ASTM D2344/D2344M.

4.1.4.3. Rekwiżit

Wara li jitgħalla fl-ilma għal 24 siegħa, ir-reżistenza minima għall-qtugħ tar-reżina komposta għandha tkun ta’ 13,8 MPa.

4.1.4.4. Riżultati

Is-reżistenza minima għall-qtugħ tar-reżina għandha tiġi ppreżentata bħala sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.1.5. Test tal-kisi

4.1.5.1. Kampjuni

It-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri fejn jintuża kisi estern protettiv ambjentali, eż. kisi/żebgħa organiċi.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kampjuni li jridu jiġu ttestjati: kif speċifikat fl-istandards relevanti.

4.1.5.2. Proċedura u rekwiżiti

Il-kisjiet għandhom jiġu evalwati bil-metodi ta’ ttestjar li ġejjin:

(a) Saħħa tal-adeżjoni skont ISO 4624 bl-użu tal-Metodu A jew B skont il-każ. Il-kisi għandu jkollu adeżjoni bil-grad ta’ 4;

(b) Flessibilità skont ASTM D522, bil-Metodu B b’mandrel ta’ 12,7 mm fil-ħxuna speċifikata f’–20 °C. Il-kampjuni tat-test għandhom jitħejjew skont ASTM D522. Ma għandux ikun hemm qsim viżibbli;

(c) Ir-reżistenza għall-impatt skont ASTM D2794. Il-kisi f’temperatura ta’ ġewwa għandu jgħaddi minn test ta’ impatt 'l quddiem ta’ 18 J;

(d) Reżistenza kimika skont ASTM d1308. It-testijiet għandhom isiru bil-metodu 'open spot test' u 100 siegħa esponiment għal soluzzjoni tal-aċidu sulfuriku ta’ 30 fil-mija (aċidu tal-batterija bi gravità speċifika ta’ 1,219) u 24 siegħa esponimentgħal polyalkalene glycol, eż. fluwidu tal-brejkijiet. Ma għandux ikun hemm evidenza li l-kisi nqala', ntefaħ jew irtab. L-adeżjoni għandha tilħaq rata ta’ 3 meta ittestjata skont ASTM D3359; M’hemmx għalfejn isir dan it-test jekk isir test skont it-taqsima 4.2.6.;

(e) Esponiment għad-dawl u l-ilma skont ASTM G154, b’esponiment ta’ 1000 siegħa. Ma għandux ikun hemm evidenza ta' nfafet. L-adeżjoni għandha tilħaq rata ta’ 3 meta ttestjata skont ISO D4624; L-ammont massimu ta’ gloss permess hu 20 fil-mija;

(f) L-esponiment għar-raxx tal-melħ skont ASTM B117, b’esponiment ta’ 500 siegħa. Il-qatgħa' ma għandhiex tkun ikbar minn 3 mm. Ma għandux ikun hemm evidenza ta' nfafet. L-adeżjoni għandu jkollha rata ta’ 3 meta ttestjata skont ASTM D3359;

(g) Ir-reżistenza għat-tiċqim f’temperatura ambjentali bl-użu ta’ ASTM D3170. Il-kisi għandu jkollu rata ta’ 7A jew aħjar, u bl-ebda mod ma għandha s-sottostrata tiġi esposta;

4.1.5.3. Riżultati

Ir-riżultati finali mit-test għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.1.6. Test tal-kisi tal-lott

4.1.6.1. Kampjuni

It-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri fejn jintuża kisi estern protettiv ambjentali, eż. kisi/żebgħa organiċi.

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ kontenituri/kampjuni li jridu jiġu ttestjati kull lott: skont it-taqsima 3.9.1.

4.1.6.2. Proċedura u rekwiżiti

Il-kisjiet għandhom jiġu evalwati bil-metodi ta’ ttestjar li ġejjin:

(a) Il-kejl tal-ħxuna tal-kisja skont ISO 2808. Il-ħxuna għandha tjissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(b) Saħħa tal-adeżjoni skont ISO 4624 bl-użu tal-Metodu A jew B skont il-każ. Il-kisi għandu jkollu adeżjoni bil-grad ta’ 4.

4.1.6.3. Riżultati

Ir-riżultati finali mit-test għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tal-ħxuna tal-kisja u tal-valuri tas-saħħa tal-adeżjoni tul il-ħajja operattiva sħiħa tal-kontenitur.

4.1.7. Test tal-kompatibilità mal-idroġenu

4.1.7.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 1, 2 u 3 skont it-taqsima 2.1.2. tal-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulata fil-Parti 2 tal-Anness II.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri jew inforri li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.7.2. Proċedura

Meta jkun qed isir dan it-test għandha titqies b’mod speċjali s-sikurezza.

F’temperatura ambjentali għandu jintuża l-idroġenu biex isiru ċikli tal-pressjoni għal 3,0 l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., jew:

(a) Il-kontenitur bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali, inkella; jew;

(b) L-inforra bejn il-livelli ta’ pressjoni li għandhom jipprovdu stress lill-ġnub tal-inforra kif ikun hemm fi ≤ 2,0 MPa u ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għall-kontenitur.

4.1.7.3. Rekwiżit

Il-kontenituri jew l-inforri ma’ għandhomx ifallu qabel jilħqu 3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.

4.1.7.4. Riżultati

Ir-riżultati finali mit-test għandhom jiġu ddokumentati minn rapport tat-test u ppreżentati f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tar-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

4.1.8. Test tal-ebusija

4.1.8.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri u inforri kollha tat-tipi 1, 2 u 3.

It-test japplika għal materjali metalliċi biss.

Ittestjar tal-produzzjoni – għadd ta’ kontenituri jew inforri li jridu jiġu ttestjati: kollha.

It-test għandu jsir wara l-aħħar trattament termiku.

4.1.8.2. Proċedura

Għandu jsir test tal-ebusija fuq il-ħajt parallel fiċ-ċentru u f'wieħed mit-trufijiet forma ta’ koppla ta’ kull ċilindru jew inforra skont ISO 6506-1.

4.1.8.3. Rekwiżit

Il-valur tal-ebusija għandu jkun fil-firxa speċifikata għad-disinn.

4.1.8.4. Riżultati

Il-valur tal-ebusija għandu jiġi ppreżentat f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tar-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

4.2. Testijiet tal-kontenitur

4.2.1. Test tal-fqigħ

4.2.1.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 3

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ inforri li jridu jiġu ttestjati: 1 (test addizzjonali għall-kontenituri tat-tip 2 biss)

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati kull lott: skont it-taqsima 3.9.1.

4.2.1.2. Proċedura

Il-kontenitur għandu jsirlu test tal-fqigħ idrawliku f’temperatura ambjentali bil-proċedura li ġejja:

Ir-rata tal-pressjoni għandha tkun ≤ 1,4 MPa/s għal pressjonijiet ogħla minn 80 fil-mija tal-pressjoni operattiva nominali mmultiplikata bil-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ stipulata fit-taqsima 3.6. Jekk ir-rata tisboq 0,35 MPa/s fi pressjonijiet ogħla minn 80 fil-mija tal-pressjoni operattiva nominali mmultiplikata bil-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ, il-kontenitur jew jitqiegħd f’serje bejn is-sors tal-pressjoni u l-apparat li jkejjel il-pressjoni, jew il-ħin fil-pressjoni ogħla mill-pressjoni operattiva nominali mmultiplikat bil-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ ikun iktar minn 5 sekondi.

4.2.1.3. Rekwiżit

Il-pressjoni tal-fqigħ tal-kontenitur għandha tisboq il-pressjoni operattiva nominali mmultiplikata bil-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ stipulata fit-taqsima 3.6.

Fil-każ ta’ kontenituri tat-tip 2, il-pressjoni tal-fqigħ tal-inforra għandha tisboq 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali.

4.2.1.4. Riżultati

Il-pressjoni tal-fqigħ għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm il-valur tal-pressjoni tal-fqigħ fuq fajl tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

4.2.2. Test taċ-ċikli tal-pressjoni f’temperatura ambjentali

4.2.2.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 2

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati kull lott: skont it-taqsima 3.9.1.

4.2.2.2. Proċedura

Iċ-ċikli tal-pressjoni għandhom isiru f'temperatura ambjentali skont il-proċedura li ġejja:

(a) Imla l-kontenitur li jrid jiġi ttestjat bi fluwidu li ma jikkorrodix bħaż-żejt, ilma inibit jew glycol;

(b) Għaddi minn ċikli tal-pressjoni għal 3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., minn ≤ 2,0 MPa to ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali f’rata li mhux iktar minn 10 ċikli kull minuta.

Għall-approvazzjoni tat-tip, il-kontenituri għandhom jgħaddu minn ċikli sakemm iseħħ falliment jew sa 9 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili.

Għat-testijiet tal-lott, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti tat-taqsima 3.9.1.

4.2.2.3. Rekwiżit

Għall-approvazzjoni tat-tip, il-kontenituri għandhom jew jilħqu 9,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili mingħajr falliment, u f’dan il-każ it-test LBB fit-taqsima 4.2.3. ma jkunx meħtieġ, jew inkella jfallu bin-nixxija u mhux bi qsim. Għat-testijiet tal-lott, il-kontenituri ma għandhomx ifallu qabel ma jilħqu 3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.

4.2.2.4. Riżultati

L-għadd ta' ċikli qabel iseħħ falliment, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-bidu tal-falliment għandu jiġi ppreżentat f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tar-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

4.2.3. Test tan-nixxija qabel il-ksur (LBB)

4.2.3.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri. It-test mhux meħtieġ jekk id-disinn tal-kontenitur diġa jkun wera li jisboq 9,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6. meta ttestjat skont it-taqsima 4.2.2.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 3.

4.2.3.2. Proċedura

Il-kontenitur għandu jiġi ttestjat bil-proċedura li ġejja:

(a) Imla l-kontenitur li jrid jiġi ttestjat bi fluwidu li ma jikkorrodix bħaż-żejt, ilma inibit jew glycol;

(b) Għaddi l-kontenitur minn ċikli ta’ pressjoni bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ 1,5 darbiet il-pressjoni operattiva nominali f’rata ta’ ≤ 10 ċikli kull minuta għal 3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.

4.2.3.3. Rekwiżit

Il-kontenituri ttestjati għandhom jew ifallu b’nixxija jew jaqbżu t-3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6. mingħajr falliment.

4.2.3.4. Riżultati

L-għadd ta' ċikli qabel il-falliment, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-bidu tal-falliment, għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.4. Test tan-nar

4.2.4.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: minimu 1.

4.2.4.2. Proċedura

Meta jkun qed isir dan it-test għandha titqies b’mod speċjali s-sikurezza.

Il-kontenitur għandu jitpoġġa taħt pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali bl-idroġenu jew b’gass b'akkumulazzjoni termika tal-pressjoni ogħla. Kontenitur wieħed lest għandu jiġi ttestjat kif ġej:

(a) Poġġi l-kontenitur f’pożizzjoni orizzjontali madwar 100 mm 'l fuq minn sors tan-nar, twil 1,65 m. L-arranġament tan-nar għandu jiġi rreġistrat b’biżżejjed dettall biex ikun żgurat li r-rata ta’ sħana lill-kontenitur tkun tista’ tiġi riprodotta. Kull falliment jew inkonsistenza tas-sors tan-nar waqt test jinvalida r-riżultat;

(b) Jekk il-kontenitur ikun ≤ 1,65 m, għandu jitqiegħed f'pożizzjoni ċentrali fuq is-sors tan-nar.

(c) Jekk il-kontenitur ikun ≤ 1,65 m u mgħammar b’mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni f'tarf wieħed biss, is-sors tan-nar għandu jibda fit-tarf l-ieħor;

(d) Jekk il-kontenitur ikun ≤ 1,65 u mgħammar b’mekkaniżmi li jnaqqsu l-pressjoni fuq iż-żewġt f'iktar minn post wieħed mat-tul tiegħu, iċ-ċentru tas-sors tan-nar għandu jkun iċċentrat nofs triq bejn dawk il-mekkaniżmi li jnaqqsu l-pressjoni li jkunu mifruda bl-akbar distanza orizzontali;

(e) Jekk il-kontenitur ikun ≤ 1,65 u jkun ukoll protett minn iżolament termiku, għandhom isiru 2 testijiet tan-nar fi pressjoni operattiva nominali. Il-kontenitur għandu jitqiegħed f’nofs is-sors tan-nar f’test wieħed u fl-ieħor, in-nar għandu jibda’ minn wieħed mit-truf tal-kontenitur;

(f) Għandu jintuża lqugħ metalliku biex jipprevjeni li l-fjamma diretta taffettwa l-valvijiet tal-kontenitur, fittings, jew mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni. L-ilqugħ metalliku ma għandux ikun f’kuntatt dirett mal-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni. Kull falliment waqt it-test ta’ valv, fitting jew tubu li mhumiex parti mis-sistema ppjanata ta' protezzjoni għad-disinn, jinvalida r-riżultat.

(g) It-temperaturi tal-wiċċ għandhom ikunu mmonitorjati b’tal-inqas tliet thermocouples imqiegħda fil-qiegħ tal-kontenitur u spazjati mhux aktar minn 0,75 m 'l bogħod minn xulxin. Ilqugħ metalliku għandu jintuża biex jipprevjeni li l-fjamma diretta taffettwa t-thermocouples. Alternattivament, it-thermocouples jistgħu jiddaħħlu fi blokok tal-metall li fihom mhux inqas minn 25 mm x 25 mm x 25 mm;

(h) Is-sors tan-nar għandu jipprovdi effett dirett tal-fjamma fuq il-wiċċ tal-kontenitur fid-dijametru sħiħ tiegħu immedjatament wara li jinxtegħel;

(i) It-temperaturi tat-thermocouple u l-pressjoni tal-kontenitur għandhom jiġu rrekordjati f’intervalli ta’ kull ≤ 10 sekonda waqt it-test;

(j) Wara 5 minuti li jkun inxtegħel u għall-bqija tat-test, it-temperatura ta’ mill-inqas thermocouple waħda għandha tindika mill-inqas 590 °C.

4.2.4.3. Rekwiżit

Il-kontenitur għandu jitfa’ ‘l barra milIl-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni u ma għandux jinqasam.

4.2.4.4. Riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II u għandhom jinkludu mill-inqas id-dejta li ġejja għal kull kontenitur.

(a) Il-ħin li jgħaddi minn meta jinxtegħel in-nar sal-bidu tal-ventilazzjoni mill-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni;

(b) Il-pressjoni massima u l-ħin tal-evakwazzjoni sakemm tintlaħaq pressjoni ta’ ≤ 1,0 MPa.

4.2.5. Test tal-penetrazzjoni

4.2.5.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.5.2. Proċedura

Il-kontenitur, lest bil-kisja protettiva, għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Żid il-pressjoni bil-gass ikkumpressat sal-pressjoni operattiva nominali ±1,0 MPa;

(b) Ippenetra kompletament mill-inqas ġenb wieħed tal-kontenitur b’bulit li jippenetra l-armatura jew impattur b’dijametru ta’ 7,62 mm jew ikbar. Il-bulit jew l-impattur għandu jaħbat mal-ġenb f’angolu ta’ madwar 45°.

4.2.5.3. Rekwiżit

Il-kontenitur ma għandux jinqasam.

4.2.5.4. Riżultati

Id-daqs approssimattiv tal-fetħiet tad-dħul u l-ħruġ u fejn jinsabu għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.6. It-test tal-esponiment kimiku

4.2.6.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.6.2. Proċedura

Il-kontenitur, inkluż il-kisja jekk ikun il-każ, għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Is-sezzjoni ta’ fuq tal-kontenitur għandha tiġi maqsuma f’ħames żoni distinti u mmarkati għal kundizzjonar minn qabel u biex tkun esposta għall-fluwidu. Il-ħames żoni għandhom ikollhom nominalment dijametru ta' 100 mm. Il-ħames żoni ma għandhomx għalfejn ikunu fuq linja waħda iżda ma għandhomx jidħlu fuq xulxin;

(b) Iċ-ċentru approssimattiv ta' kull wieħed mill-ħames żoni għandu jkun prekondizzjonat bl-impatt ta’ pendlu. Il-korp tal-impatt tal-pendlu tal-azzar għandu jkollu l-forma ta’ piramida b’uċuh ta’ trianglu ekwilaterali u qiegħ kwadru, il-quċċata u t-trufijiet ikollhom raġġ ta' 3 mm. Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandu jaħbat maċ-ċentru ta' gravità tal-piramida; id-distanza mill-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun 1 m u l-massa totali tal-pendlu riferit għaċ-ċentru tal-perkussjoni tiegħu għandha tkun 15 kg. L-enerġija tal-pendlu fil-waqt tal-impatt ma għandhiex tkun inqas minn 30 J, u kemm jista’ jkun qrib ta’ dan il-valur. Waqt l-impatt mill-pendlu, il-kontenitur għandu jinżamm f’postu mill-end bosses jew bil-brackets tat-twaħħil maħsuba. Iċ-ċilindru m'għandux ikun taħt pressjoni waqt l-ikkundizzjonar minn qabel;

(c) Kull waħda mill-5 żoni prekondizzjonati għandha tkun esposta għal waħda minn ħames soluzzjonijiet. Il-ħames soluzzjonijiet huma:

(i) Aċidu sulfuriku – 19 fil-mija soluzzjoni bil-volum fl-ilma;

(ii) Idrossidu tas-sodju – 25 fil-mija soluzzjoni bil-piż fl-ilma;

(iii) Metanol/gasolina - 5/95 fil-mija konċentrazzjoni;

(iv) Nitrat tal-ammonjum – 28 fil-mija soluzzjoni bil-piż fl-ilma;

(v) Fluwidu għall-ħasil tal-windshield (50 fil-mija bil-volum ta’ soluzzjoni ta' methyl alcohol u ilma).

(d) Matul l-esponiment, orjenta l-kontenitur biż-żoni li se jiġu esposti għall-fluwidu fuq nett. Qiegħed pad tal-fibri tal-ħġieġ bi ħxuna ta’ madwar 0,5 mm u dijametru ta’ 100 mm fuq kull wieħed mill-ħames żoni prekondizzjonati għall-esponiment. Applika ammont tal-fluwidu tat-test lill-fibri tal-ħġieġ biżżejjed biex jixxarrab il-wiċċ u l-ħxuna tal-pad b’mod uniformi għat-tul tat-test.

(e) Għaddi minn ċikli ta’ pressjoni bejn ≤ 2MPa u ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għall-għadd ta’ ċikli tal-mili kkalkulati skont it-taqsima 2.7.6. f’rata ta’ pressjoni massima ta’ 2,75 MPa/s;

(f) Poġġi taħt pressjoni li tkun 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u żomm din il-pressjoni għal minimu ta’ 24 siegħa sakemm il-ħin tal-esponiment għall-fluwidi ambjentali (ċikli tal-pressjoni u żamma tal-pressjoni) li jkun għadda, ikun 48 siegħa;

(g) Test tal-fqigħ skont it-taqsima 4.2.1.2.

4.2.6.3. Rekwiżit

Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni tal-fqigħ ta’ ≥ 1,8 darbiet il-pressjoni operattiva nominali.

4.2.6.4. Riżultati

Il-pressjoni tal-fqigħ għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.7. Test tat-tolleranza għal difetti fil-materjali komposti

4.2.7.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.7.2. Proċedura

Il-kontenitur, lest bil-kisja protettiva, għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Id-difetti fid-direzzjoni lonġitudinali għandhom ikunu maqtugħa fl-over-wrap. Id-difetti għandhom ikunu ikbar mil-limiti ta’ spezzjoni viżiva kif speċifikat mill-manifattur u mill-inqas id-difetti li ġejjin għandhom ikunu maqtugħa fid-direzzjoni lonġitudinali tal-ġenb tal-kontenitur:

(i) 25 mm tul b’1,25 mm fond;

(ii) 200mm tul b’0,75mm fond.

(b) Għaddi l-kontenitur bid-difetti minn ċiklu tal-pressjoni bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali f’temperatura ambjentali għal 3,0 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6.

4.2.7.3. Rekwiżit

Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam qabel 0,6 darbiet l-għadd speċifikat ta’ ċikli tal-mili skont it-taqsima 2.7.6., iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal.

4.2.7.4. Riżultati

L-għadd ta' ċikli qabel il-falliment, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-bidu tal-falliment, għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.8. Test tal-ksur bi stress aċċelerat

4.2.8.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.8.2. Proċedura

Il-kontenitur, mingħajr kisja protettiva, għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Poġġi taħt pressjoni 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għal 1000 siegħa f'85 °C;

(b) Test tal-fqigħ skont it-taqsima 4.2.1.2.

4.2.8.3. Rekwiżit

Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni tal-fqigħ ta' ≥ 0,85 darbiet il-pressjoni operattiva nominali mmultiplikata mal-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ mogħti fit-taqsima 3.6.

4.2.8.4. Riżultati

Il-pressjoni tal-fqigħ għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.9. Test taċ-ċikli tal-pressjoni f’temperatura estrema

4.2.9.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tipi 2, 3 u 4.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.9.2. Proċedura

Il-kontenitur, inkluż it-tgeżwir kompost mingħajr il-kisja protettiav, għandu jiġi ttestjat f’ċiklu idrostatiku fis-sekwenza li ġejja:

(a) Ikkundizzjona għal 48 siegħa b'temperatura ta' ≥ 85 °C u umidità relattiva ta' ≥ 95 fil-mija;

(b) Ċikli tal-pressjoni bejn ≤ 2,0 MPa u 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali f'temperatura ta' ≥ 85 °C u umidità relattiva ta' ≥ 95 fil-mija, għal 1,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulati skont it-taqsima 2.7.6.;

(c) Stabbilizza f'kundizzjonijiet ambjentali;

(d) Ikkundizzjona l-kontenitur u l-fjuwidu tat-test għal temperatura ta' ≤ –40 °C kif imkejjel fil-wiċċ tal-kontenitur u fil-fluwidu;

(e) Ċikli tal-pressjoni f' ≤ –40 °C bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ il-pressjoni operattiva nominali, għal 1,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulati skont it-taqsima 2.7.6.;

(f) It-test tan-nixxija [24] skont it-taqsima 4.2.11.;

(g) Test tal-fqigħ skont it-taqsima 4.2.1.2.

Nota ta' spjegazzjoni:

4.2.9.3. Rekwiżit

Il-kontenituri għandu jsirilhom it-test taċ-ċikli mingħajr ma juru evidenza ta’ qsim, nixxijat jew jinħallu l-fibri.

Jekk ikun meħtieġ it-test tan-nixxija, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija.

Il-kontenituri ma għandhomx jinfaqgħu f'inqas minn 85 fil-mija tal-pressjoni operattiva nominali mmultiplikata mal-proporzjon tal-pressjoni tal-fqigħ mogħtija fit-taqsima 3.6.

4.2.9.4. Riżultati

Il-pressjoni tal-fqigħ għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.10. It-test tal-ħsara mill-impatti

4.2.10.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 3 u 4.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: minimu 1 (it-testijiet kollha tal-impatt jistgħu jsiru fuq kontenitur wieħed, jew impatti individwali fuq massimu ta' 3 kontenituri).

4.2.10.2. Proċedura

4.2.10.2.1. It-testijiet tal-waqgħa għandhom isiru f'temperatura ambjentali mingħajr pressjoni interna jew valvijiet marbuta. Jista' jiddaħħal tapp fil-ħofor bil-kamin biex ma ssirx ħsara lill-kamini u l-uċuħ tas-siġill.

Il-wiċċ li fuqu l-kontenituri jitwaqqgħu għandu jkun art lixxa, orizzontali tal-konkos jew art riġida simili.

Il-kontenitur għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Waqqa' darba minn pożizzjoni orizzontali bil-qiegħ 1,8 m 'l fuq mill-art;

(b) Waqqa' darba fuq kull tarf tal-kontenitur minn pożizzjoni vertikali b'enerġija potenzjali ≥ 488 J, iżda l-qiegħ f'ebda każ ma għandu jkun iktar minn 1,8 m 'l fuq mill-art;

(c) Waqqa' darba f'angolu ta' 45° u mbagħad għal kontenituri mhux simetriċi u mhux ċilindriċi dawwar il-kontenitur 90° tul l-assi lonġitudinali tiegħu u waqqa' għal darb'oħra f'angolu ta' 45°, biċ-ċentru tal-gravità tiegħu 1,8 m 'l fuq mill-art. Madankollu, jekk it-tarf t’isfel ikun eqreb lejn l-art minn 0,6 m, l-angolu tal-waqgħa għandu jinbidel biex jinżamm għoli minimu ta’ 0,6 m u ċentru tal-gravità ta’ 1,8 m 'l fuq mill-art.

(d) Ma għandu jsir ebda sforz biex il-kontenitur ma jimmollax, iżda ma għandux jitħalla jegħleb waqt it-test tal-waqgħa vertikali;

(e) Għaddi l-kontenitur minn ċikli tal-pressjoni bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għal tliet darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulati skont it-taqsima 2.7.6.

4.2.10.2.2 Alternattivament, għal kontenituri b'kisja speċifika li tindika li l-kontenitur twaqqa', l-għoli tal-waqgħa u l-enerġija potenzjali kif deskritti f'4.2.10.2.1. (a) sa (c) għandu jkun nofs il-valuri (jiġifieri 0,9 m minflok 1,8 m, 0,3m minflok 0,6m, 244 Joule minflok 488 Joule).

4.2.10.3. Rekwiżiti

Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam qabel 0,6 darbiet l-għadd ta’ ċikli tal-mili kkalkulat skont it-taqsima 2.7.6., iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal.

Ukoll, għal kontenituri b'kisi speċifiku kif imsemmi f'4.2.10.2.2., b'riżultat tal-waqgħa, dan il-kisi għandu juri deformazzjonijiet viżibbli kif speċifikat mill-manifattur tal-kontenitur.

4.2.10.4. Riżultati

L-għadd ta' ċikli qabel il-falliment, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-bidu tal-falliment, għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.11. Test tan-nixxija

4.2.11.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 u t-tip 3 b'inforri tal-metall iwweldjati.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati kull lott: skont it-taqsima 3.9.1.

Ittestjar tal-produzzjoni – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: kollha

4.2.11.2. Proċedura

Il-kontenitur għandu jitnixxef sewwa u mpoġġi taħt pressjoni għal mill-inqas 3 minuti sal-pressjoni operattiva nominali bil-gass tat-test tan-nixxija.

Għat-testijiet tal-lott, segwi s-sekwenza tat-test mogħtija fin-nota ta' spjegazzjoni (6) tat-Tabella IV.3.9.

4.2.11.3. Rekwiżit

Kull nixxija individwata minn xquq, pori, ġonot mhux imwaħħlin jew difetti simili għandha tirriżulta fir-rifjut tal-kontenitur. Il-permeazzjoni mill-ħajt skont it-taqsima 4.2.12. mhix meqjusa li hija nixxija.

4.2.11.4. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II. Ir-rata tan-nixxja hija applikabbli għat-testijiet imwettqa b'100 fil-mija idroġenu biss. Ir-rati tan-nixxija għal gassijiet oħra jew taħlitiet oħra ta' gassijiet għandhom jiġu kkonvertiti għal rata ta' nixxija ekwivalenti għal dik ta' 100 fil-mija idroġenu.

4.2.12. Test tal-permeazzjoni

4.2.12.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 biss.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.12.2. Proċedura

Meta jkun qed isir dan it-test għandha titqies b’mod speċjali s-sikurezza.

Il-kontenitur għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Poġġi taħt pressjoni bil-gass tal-idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali;

(b) Qiegħed f'kamra magħluqa ssiġillata fi 15 °C±2 °C u mmonitorja għall-permeazzjoni għal 500 siegħat jew sakemm stat b'imġiba stabbli jinżamm għal perjodu ta' mill-inqas 48 siegħa.

4.2.12.3. Rekwiżiti

Ir-rata tal-permeazzjoni tal-istat stabbli għandha tkun inqas minn 6,0 Nċm3 kull siegħa ta' idroġenu kull litru ta' volum intern tal-kontenitur.

4.2.12.4. Riżultati

Ir-rata tal-permeazzjoni tal-istat stabbli għandha tiġi ppreżentata f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.13. Boss torque test

4.2.13.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 biss.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

Ittestjar tal-lott – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati kull lott: skont it-taqsima 3.9.1.

4.2.13.2. Proċedura

Il-kontenitur għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Żomm il-body tal-kontenitur milli jdur;

(b) Applika torque ta' 2 darbiet it-torque tal-installazzjoni tal-valv jew il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni speċifikata mill-manifattur f'kull end boss tal-kontenitur; l-ewwel fid-direzzjoni biex tissikka l-konnessjoni tal-kamin, imbagħad fid-direzzjoni biex tiftaħ, u fl-aħħar nett għal darb'oħra fid-direzzjoni li tissikka;

(c) Għall-approvazzjoni tat-tip, it-testijiet li ġejjin għandhom isiru wkoll:

(i) It-test tan-nixxija skont it-taqsima 4.2.11.;

(ii) It-test tal-fqigħ skont it-taqsima 4.2.1.2. u 4.2.1.3.

Għat-testijiet tal-lott, segwi s-sekwenza tat-test mogħtija fin-nota ta' spjegazzjoni (6) tat-Tabella IV.3.9.

4.2.13.3. Rekwiżit

Għall-approvazzjoni tat-tip, il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija u tat-test tal-fqigħ.

Għat-testijiet tal-lott, il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija.

4.2.13.4. Riżultati

It-torque applikat, in-nixxija u l-pressjoni tal-fqigħ għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II. Ir-rata tan-nixxja hija applikabbli għat-testijiet imwettqa b'100 fil-mija idroġenu biss. Ir-rati tan-nixxija għal gassijiet oħra jew taħlitiet oħra ta' gassijiet għandhom jiġu kkonvertiti għal rata ta' nixxija ekwivalenti għal dik ta' 100 fil-mija idroġenu.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tar-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

4.2.14. Test taċ-ċikli tal-gass tal-idroġenu

4.2.14.1. Kampjuni

It-test japplika għal kontenituri tat-tip 4 u t-tip 3 b'inforri tal-metall iwweldjati.

Ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: 1

4.2.14.2. Proċedura

Meta jkun qed isir dan it-test għandha titqies b’mod speċjali s-sikurezza.

Il-kontenitur għandu jiġi ttestjat fis-sekwenza li ġejja:

(a) Uża l-gass tal-idroġenu biex twettaq ċikli tal-pressjoni fuq il-kontenitur bejn ≤ 2,0 MPa u ≥ il-pressjoni operattiva nominali għal 1000 ċiklu. Il-ħin tal-mili ma għandux ikun iktar minn 5 minuti. It-temperaturi waqt il-ventilazzjoni ma għandhomx ikunu iktar mill-valuri speċifikati fit-taqsima 2.7.5.;

(b) It-test tan-nixxija skont it-taqsima 4.2.11.

Aqta' l-kontenitur f'sezzjonijiet u spezzjona l-inforra u l-interface tal-inforra u l-end boss għal evidenza ta' deterjorament, bħal qsim ta' l-għeja jew disċarġ elettrostatiku.

4.2.14.3. Rekwiżit

Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija.

L-inforra u l-interface tal-inforra u l-end boss ma għandhomx ikollhom deterjoramenti, bħal-qsim tal-għeja jew disċarġ elettrostatiku.

4.2.14.4. Riżultati

Il-valur totali tan-nixxija għandu jiġi ppreżentat f’sommarju tat-test, kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

4.2.15. Test idrawliku

4.2.15.1. Kampjuni

Dan it-test japplika għat-tipi kollha ta’ kontenituri.

Ittestjar tal-produzzjoni – għadd ta’ kontenituri lesti li jridu jiġu ttestjati: kollha

4.2.15.2. Proċedura u rekwiżiti

(a) Il-kontenitur għandu jitqiegħed fi pressjoni ≥ 1,5 darbiet il-pressjoni operattiva nominali. Fl-ebda każ ma tista’ l-pressjoni tat-test taqbeż il-pressjoni tal-auto-frettage;

(b) Il-pressjoni għandha tinżamm għal mill-inqas 30 sekonda biex tiżgura l-espansjoni kompleta. Jekk il-pressjoni tat-test ma tistax tinżamm minħabba li ma jaħdimx sew l-apparat tat-test, hu permess li jiġi mtenni t-test fil-pressjoni miżjuda b'0,7 MPa. Ma jitħallewx isiru aktar minn żewġ testijiet imtennija;

(c) Għall-kontenituri tat-tip 1, 2 jew 3, il-manifattur għandu jiddefenixxi l-limitu adattat tal-espansjoni volumetrika permanenti għall-pressjoni tat-test użata, iżda fl-ebda każ ma għandha l-espansjoni permanenti taqbeż il-5 fil-mija tal-espansjoni volumetrika totali mkejla taħt it-test tal-pressjoni. L-espansjoni permanenti hija definita bħala l-espansjoni volumetrika wara li l-pressjoni tkun ġiet rilaxxata;

(d) Għall-kontenituri tat-tip 4, il-manifattur għandu jiddefenixxi l-limitu adattat tal-espansjoni elastika għall-pressjoni tat-test użata, iżda fl-ebda każ ma għandha l-espansjoni elastika ta’ kwalunkwe kontenitur teċċedi l-valur medju tal-lott b’aktar minn 10 fil-mija. L-espansjoni elastika hija definita bħala l-espansjoni totali nieqes l-espansjoni permanenti (ara l-punt (c));

(e) Kull kontenitur li ma jissodisfax il-limitu definit tal-espansjoni għandu jiġi rifjutat, iżda jista' jintuża għal skopijiet tat-testijiet tal-lott.

4.2.15.3. Riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’sommarju tat-test kif speċifikat fl-addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Il-manifattur għandu jżomm rekord tar-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

PARTI 3

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, iddisinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1. INTRODUZZJONI

Din il-Parti tistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ittestjar għall-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri ddisinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass).

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Il-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri għandhom ikunu approvati skont it-tip skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’din il-Parti.

2.2. Sakemm mhux imsemmi x'imkien ieħor f'dan ir-Regolament, il-parts ta' sistema tal-ħżin li tista' titneħħa mmuntati fuq is-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa u fuq il-vettura għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti separati.

2.3. Il-part elettrika ta' komponent li potenzjalment jiġi f'kuntatt ma' taħlitiet kombustibbli tal-idroġenu u l-arja għandha:

2.3.1. tkun iżolata b'tali mod li ma jgħaddix kurrent mill-parts li fihom l-idroġenu,

2.3.2. tkun iżolata:

(a) mill-body tal-komponent;

(b) mill-kontenitur jew il-grupp tal-kontenituri.

2.4. Il-konnessjonijiet iwweldjati 'l fuq mill-ewwel regolatur tal-pressjoni għandhom jiġu ttestjati bil-pressjoni idrawlika sa tliet darbiet il-pressjoni operattiva nominali mingħajr ma' jinfaqgħu. Il-konnessjonijiet iwweldjati 'l isfel mill-ewwel regolatur tal-pressjoni għandhom jiġu ttestjati bil-pressjoni idrawlika sa tliet darbiet il-pressjoni operattiva massima permissibbli mingħajr ma' jinfaqgħu.

3. REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1. Rekwiżiti ġenerali

3.1.1. Sakemm mhux indikat mod ieħor f'din il-Parti, it-testijiet kollha għandhom isiru f'temperatura ambjentali.

3.1.2. Matul il-proċeduri tat-test deskritti f'din il-Parti ma għandhomx jitħallew jiżviluppaw taħlitiet splussivi tal-gassijiet.

3.1.3. Il-perjodu tat-test għat-testijit tan-nixxija u l-pressjoni ma għandux ikun inqas minn 3 minuti.

3.1.4. Sakemm mhux indikat mod ieħor il-pressjoni tat-test applikata għandha titkejjel fid-daħla tal-komponent li qed isirlu t-test.

3.1.5. Jekk komponent ikun espost għall-pressjoni minħabba l-operazzjonijiet tal-mili mill-ġdid, għandhom jintużaw iċ-ċikli tal-mili. Jekk komponent jiġi espost għall-pressjoni minħabba t-tħaddim tal-vettura, jiġifieri, meta jinxtegħel is-swiċċ tal-attivazzjoni tal-vettura, għandhom jintużaw iċ-ċikli tal-mili.

3.1.6. Barra mir-rekwiżiti ta' hawn taħt, il-manifattur għandu jimla d-dokumenti kollha msemmija fit-taqsima 4. u jibgħathom lill-awtorità kompetenti meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip.

3.1.7. Il-komponenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri tat-test applikabbli kif imsemmija fit-tabella fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 79/2009. It-testijiet għandhom isiru fuq komponenti li huma rappreżentattivi tal-produzzjoni normali u għandu jkollhom il-marki tal-identifikazzjoni tal-manifattur.

3.1.8. It-testijiet speċifikati fit-taqsima 4.2. għandhom isiru fuq l-istess kampjuni tal-komponenti fis-sekwenza mogħtija fit-tabella fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 sakemm mhux indikat mod ieħor, eż. għal fittings it-test tar-reżistenza għall-korrużjoni (4.2.1) għandu jkun segwit minn test tar-reżistenza (4.2.2.), imbagħad minn test taċ-ċikli tal-pressjoni idrawlika (4.2.3.), u fl-aħħar nett minn test tan-nixxija esterna (4.2.5.). Jekk komponent ma jkunx fih sottokomponenti metalliċi, l-ittestjar għandu jibda bl-ewwel test applikabbli.

3.2. Rekwiżiti speċifiċi

3.2.1. L-approvazzjoni għal linja flessibbli tal-fjuwil għandha tingħata għal kull tul b'raġġ minimu tal-liwi speċifikat mill-manifattur u għandha tiġi mmuntata b'tip speċifiku ta' fitting.

3.2.2. Kull saff intermedju ta' tisħiħ ta' linja flessibbli tal-fjuwil għandu jiġi protett kontra l-korrużjoni b'għatu jew permezz ta' materjal reżistenti għall-korrużjoni għat-tisħiħ eż. stainless steel. Jekk jintuża għatu, il-formazzjoni tal-bżieżaq bejn is-saffi ma għandhiex titħalla.

3.2.3. Il-linji flessibbli tal-fjuwil għandu jkollhom reżistenza elettrika ta' inqas minn 1 mega-ohm kull metru.

3.2.4. Il-profil tar-reċipjent għandu jikkonforma mad-dimensjonijiet stipulati fil-Figuri 3.2.1. sa 3.2.3., skont il-pressjoni operattiva nominali, fejn H x tfisser pressjoni operattiva nominali ta' x MPa fi 15 °C:

Figura 3.2.1.

H35 Reċipjent tal-idroġenu

+++++ TIFF +++++

Figure 3.2.2.

H35HF Reċipjent tal-idroġenu (fluss kbir għal applikazzjonijiet kummċerjali tal-vetturi)

+++++ TIFF +++++

Figura 3.2.3.

H70 Reċipjent tal-idroġenu

+++++ TIFF +++++

3.2.5. Biżżejjed duttilità tal-pajpijiet metalliċi għandha tiġi ppruvata b'test tal-liwi skont ISO 8491. Ir-raġġ tal-liwja r għandu jkun ≤ 1,3 darbiet id-dijametru estern D tal-pajp. L-angolu tal-liwi α għandu jkun 180°. Wara t-test ma għandux ikun hemm xquq viżibbli. Alternattivament, il-materjal tal-pajp għandu juri mill-inqas 30 % titwil fil-qsim qabel il-formazzjoni bil-kesħa jew mill-inqas 14 % wara l-formazzjoni bil-kesħa.

4. PROĊEDURI TAT-TESTIJIET

4.1. Testijiet tal-materjali

4.1.1. Test tal-kompatibilità mal-idroġenu

4.1.1.1. Kampjuni

It-test japplika għal materjali użati f'komponent speċifiku fejn il-materjal ikun f'kuntatt mal-idroġenu ħlief:

(a) Liga tal-aluminju li tikkonforma mat-taqsimiet 6.1. u 6.2. ta' ISO 7866;

(b) Azzar li jikkonforma mat-taqsimiet 6.3. u 7.2.2. ta' ISO 9809-1.

L-għadd ta' kampjuni ta' materjali li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.1.2. Proċedura u rekwiżiti

(a) Għal materjali metalliċi ħlief dawk indikati hawn fuq, il-kompatibilità tal-idroġenu għandha tintwera skont ISO 11114-1 u ISO 11114-4. Alternattivament, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-materjal f'ambjenti tal-idroġenu kif antiċipat fl-użu. Abbażi tar-riżultati, id-disinn għandu jqis it-tnaqqis fil-karatteristiċi mekkaniċi (duttilità, reżistenza għall-għeja, reżistenza għall-qsim, eċċ.) li jista' jseħħ;

(b) Materjali mhux metalliċi: il-kompatibilità mal-idroġenu għandha tiġi murija.

4.1.1.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.1.2. It-test tat-tixjiħ

4.1.2.1. Kampjuni

Il-materjali mhux metalliċi kollha użati f'komponent speċifiku għandhom jiġu ttestjati.

L-għadd ta' kampjuni ta' materjali li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.2.2. Proċedura u rekwiżiti

Meta jkun qed isir dan it-test għandha titqies b’mod speċjali s-sikurezza.

It-test għandu jsir skont ASTM D572. Il-kampjun għandu jiġi espost għall-ossiġnu fit-temperatura massima tal-materjal skont tit-taqsima 2.7.5.1. f'2,0 MPa għal perjodu ta' 96 siegħa. Jew is-saħħa tensili u t-titwil, jew il-mikroebusija għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija mill-manifattur. Mhux permess il-qsim viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

4.1.2.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.1.3. It-test tal-kompatibilità mal-ożonu

4.1.3.1. Kampjuni

It-test japplika għal materjali elastomer fejn:

(a) Wiċċ li jissiġilla jkun espost direttament għall-arja eż. siġill quddiem ta' reċipjent;

(b) Użat bħal għatu tal-linja flessibbli tal-fjuwil.

L-għadd ta' kampjuni ta' materjali li jridu jiġu ttestjati: 3

4.1.3.2. Proċedura u rekwiżiti

It-test għandu jsir skont ISO 1431-1.

Il-kampjuni tat-test għandu jsirilhom stress sa 20 fil-mija titwil u esposti għall-arja f'40 °C b'konċentrazzjoni tal-ożonu ta' 0,5 partijiet kull miljun għal perjodu ta' 120 siegħa.

Mhux permess il-qsim viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

4.1.3.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.2. Testijiet tal-komponenti

4.2.1. Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

4.2.1.1. Kampjuni

In-numru ta' komponenti li għandhom jiġu ttestjati: 3

4.2.1.2. Proċedura u rekwiżiti

Test a) Il-komponenti metalliċi għandhom jiġu sottomessi għal test tar-raxx tal-melħ għal 144 siegħa skont ISO 9227 bil-konnessjonijiet kollha magħluqa u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

Test b) Komponent tal-liga tar-ramm għandu jiġi sottomess għal tgħaddis fl-ammonja għal 24 siegħa skont ISO 6957 bil-konnessjonijiet kollha magħluqa u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu.

4.2.1.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.2.2. Test tar-reżistenza

4.2.2.1. Kampjuni

In-numru ta' komponenti li għandhom jiġu ttestjati: 3

4.2.2.2. Proċeduri u rekwiżiti

4.2.2.2.1. Il-komponent għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura li ġejja:

(a) Poġġi l-komponent taħt pressjoni b'arja niexfa, nitroġenu, elju jew idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali u ssottomettih għal 96 fil-mija tal-għadd totali taċ-ċikli tat-test skont it-Tabella 4.2.2. f'temperatura ambjentali. Ċiklu tat-test sħiħ għandu jsir f'perjodu ta' mhux inqas minn 10 ± 2 sekondi. Meta l-valv ikun fil-pożizzjoni magħluqa, il-pressjoni 'l isfel għandha tonqos għal 0,5 darbiet il-pressjoni operattiva nominali tal-komponent jew inqas. Il-komponent għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija interna u esterna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) f'din it-temperatura;

(b) Il-komponent għandu mbagħad jiġi operat għal 2 fil-mija tal-għadd totali taċ-ċikli tat-test fit-temperatura minima tal-materjal skont it-taqsima 2.7.5.1. wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjunar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabilità termika. Il-komponent għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija interna u esterna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) f'din it-temperatura;

(c) Il-komponent għandu mbagħad jiġi operat għal 2 fil-mija tal-għadd totali taċ-ċikli tat-test fit-temperatura massima tal-materjal skont it-taqsima 2.7.5.1. wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjunar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabilità termika u f'1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali. Il-komponent għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija interna u esterna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) f'din it-temperatura.

Tabella 4.2.2

Ċikli tat-testijiet għall-valvijiet

KOMPONENT | GĦADD TA' ĊIKLI TA' TESTIJIET |

Valv awtomatiku | 1,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tat-tħaddim jew tal-mili skont it-taqsima 2.7.6. jew 2.7.7., kif jixraq għall-użu tal-valv. |

Valv manwali | 100 |

Valv unidirezzjonali | 2,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tat-tħaddim jew tal-mili skont it-taqsima 2.7.6. jew 2.7.7., kif jixraq għall-użu tal-valv. |

4.2.2.2.2. Fittings

Il-fittings għandhom ikunu soġġetti għal 25 ċiklu ta' konnessjoni/skonnessjoni

4.2.2.2.3. Linji flessibbli tal-fjuwil

It-tul tal-parti flessibbli tal-linja flessibbli tal-fjuwil bil-fittings imwaħħla, li għandha tintuża fit-test li ġej għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

L = 4,142R + 3,57D

fejn:

L = It-tul tal-parti flessibbli tal-linja flessibbli tal-fjuwil

R = Ir-raġġ minimu tal-liwi speċifikat mill-manifattur

D = Id-dijametru estern tal-linja flessibbli tal-fjuwil

Il-linja flessibbli tal-fjuwil għandha tkun milwija fil-mod tal-Figura 4.2.2. u marbuta ma' fitting f'din il-pożizzjoni mill-fittings li bihom għandha tiġi approvata. Tarf wieħed tal-linja flessibbli tal-fjuwil għandu jkun marbut ma' manifold li jirreċiproka u t-tarf l-ieħor għandu jkun imwaħħal ma' manifold stazzjonarju mwaħħal ma' provvista idrawlika. Il-linja flessibbli tal-fjuwil għandha titpoġġa taħt pressjoni malajr b'valv solenoid li jinfetaħ malajr, b'tali mod li ċiklu wieħed jikkonsisti fiż-żamma tal-pressjoni f'1,25 darbiet tal-pressjoni operattiva nominali għal 10 ± 1 sekondi (ħlief għal linji flessibbli tal-fjuwil b'temperatura materjali meħtieġa ta' 120 0C fejn il-pressjoni miżmuma għandha tkun 1,37 darbiet il-pressjoni operattiva nominali) u mbagħad titnaqqas għal 0,1 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għal 5 ± 0,5 sekondi. L-għadd totali ta' ċikli tat-test għandu jkun daqs 2,0 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim skont kif xieraq għall-użu tal-linja flessibbli tal-fjuwil skont it-taqsima 2.7.6 jew 2.7.7. Kif jixraq, 50 fil-mija taċ-ċikli tat-test għandhom isiru fit-temperatura materjali minima u l-50 fil-mija li jifdal fit-temperatura materjali massima skont it-taqsima 2.7.5.1.

Fl-istess ħin taċ-ċikli tal-pressjoni idrawlika jkun hemm ċiklu ta' flexing. Ir-rata ta' flexing għandha tkun 6 ± 2 fil-mija tat-rata taċ-ċikli tal-pressjoni idrawlika. Dan jiżgura li l-linja flessibbli tal-fjuwil tkun f'konfigurazzjoni differenti f'kull impuls taċ-ċiklu tal-pressjoni sussegwenti. Il-fixture tat-test tidher fil-Figura 4.2.2. bid-distanza A kkalkultata bħala:

A = 1,75R + D

Il-linja flessibbli tal-fjuwil ma għandhiex turi sinjali viżibbli ta' ħsara Daħla tal-Pressjoni Idrawlika

Figura 4.2.2.:

Fixture tat-test tal-flex-impulse

Daħla tal- Pressjoni Idrawlika

+++++ TIFF +++++

4.2.2.2.4. Regolaturi tal-pressjoni

(a) Ir-regolatur tal-pressjoni għandu jkun konness ma' sors ta' gas tat-test tan-nixxija fil-pressjoni operattiva nominali u mgħoddi minn ċiklu ġħal 95 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim ikkalkulati skont it-taqsima 2.7.7. Ċiklu wieħed għandu jikkonsisti fi fluss sakemm tinkiseb pressjoni stabbli fl-iżbokk tal-ħruġ, u wara l-fluss tal-gass għandu jintefa bil-valv li jingħalaq malajr sussegwenti, sakemm tinkiseb pressjoni magħluqa stabbli. Ir-regolatur tal-pressjoni mbagħad għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija interna u esterna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura ambjentali;

(b) Id-daħla tar-regolatur tal-pressjoni għandha tgħaddi minn ċikli tal-pressjoni għal 1 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim mill-pressjoni operattiva nominali sa 0,5 darbiet il-pressjoni operattiva nominali jew inqas. Sussegwentement, ir-regolatur tal-pressjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija esterna u interna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura ambjentali;

(c) Il-proċedura ta' ċikli f'(a) hawn fuq għandha tiġi ripetuta fit-temperatura materjali massima skont it-taqsima 2.7.5.1 u f'1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għal 1 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim. Sussegwentement, ir-regolatur tal-pressjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija esterna u interna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura materjali massima;

(d) Il-proċedura ta' ċikli f'(b) hawn fuq għandha tiġi ripetuta fit-temperatura materjali massima u f'1,25 darbiet il- pressjoni operattiva nominali għal 1 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim. Sussegwentement, ir-regolatur tal-pressjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija esterna u interna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura materjali massima;

(e) Il-proċedura ta' ċikli f'(a) hawn fuq għandha tiġi ripetuta fit-temperatura materjali minima skont it-taqsima 2.7.5.1 u fil-pressjoni operattiva nominali għal 1 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim. Sussegwentement, ir-regolatur tal-pressjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija esterna u interna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura materjali minima;

(f) Il-proċedura ta' ċikli f'(b) hawn fuq għandha tiġi ripetuta fit-temperatura materjali minima u fil-pressjoni operattiva nominali għal 1 fil-mija tal-għadd ta' ċikli tat-tħaddim. Sussegwentement, ir-regolatur tal-pressjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija esterna u interna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5. rispettivament) imwettqa f'temperatura materjali minima.

4.2.2.2.5. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni

(a) Creep test

Il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni għandhom ikunu mpoġġija taħt pressjoni idrostatikament għal 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u miżmuma għal 500 siegħa f'temperatura (TL) ikkalkulata mill-ekwazzjoni li ġejja:

TL = T (0,057) (0,34 log(T/Tf))

fejn

TL = Temperatura tat-test, °C

Tf = Temperatura tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni, °C

T = 82 °C

Il-log huwa l-bażi 10.

Il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandhomx juru sinjali ta' deformazzjoni kawża tal-creep u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tan-nixxija interna (it-taqsima 4.2.4.) wara li jkunu sottomessi għat-test ta' hawn fuq;

(b) Temperatura tal-attivazzjoni

Wara t-test tal-creep f'a) ta' hawn fuq, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jitqiegħed taħt pressjoni b'arja niexfa, nitroġenu, elju jew idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali. Sussegwentement, il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni għandhom jiġu esposti għal ċiklu ta' temperatura dejjem ikbar li tibda minn temperatura ambjentali u li tiżdied b'rata li mhux ikbar minn 10 °C kull minuta sakemm tintlaħaq it-temperatura tal-attivazzjoni speċifikata nieqes 10 °C u mbagħad b'rata ta' mhux iktar minn 2 °C kull minuta sakemm jiġu attivati l-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni. It-temperatura tal-attivazzjoni għandha tkun fil-firxa ta' ±5 fil-mija tat-temperatura tal-attivazzjoni speċifikata mill-manifattur. Wara l-attivazzjoni, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandux ikollu evidenza ta' frammentazzjoni.

4.2.2.2.6. Valvijiet għat-tnaqqis tal-pressjoni

Poġġi taħt pressjoni l-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni għal 25 ċiklu. Ċiklu tat-test jikkonsisti fit-tqegħid taħt pressjoni tal-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni sal-pressjoni tal-attivazzjoni li tikkawża l-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni biex jinfetaħ u jitfa' 'l barra. Ladarba l-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni jkun qed jitfa' 'l barra, il-pressjoni fid-daħla għandha jitnaqqas biex il-valv għat-tnaqqis tal-pressjoni jerġa' jingħalaq. Iċ-ċiklu għandu jdum perjodu ta' 10 ± 2 s. Għaċ-ċiklu finali, il-pressjoni tal-attivazzjoni għandha tiġi rrappurtata u għandha tikkorrispondi mal-pressjoni tal-attivazzjoni speċifikatta mill-manifattur f'firxa ta' ±10 fil-mija.

4.2.2.2.7. Reċipjenti

Ir-reċipjenti għandhom ikunu sottomessi għal għadd ta' ċikli ta' konnessjoni/skonnessjoni daqs tliet darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulat skont it-taqsima 2.7.6. Għal kull ċiklu, ir-reċipjent għandu jitqiegħed taħt pressjoni sa 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali.

4.2.2.2.8. Sondi għas-sistemi tal-idroġenu

Jekk sonda tkun intiża li tiġi installata f'komponent tal-idroġenu u tkun soġġetta għall-istess għadd ta' ċikli tat-tħaddim jew ċikli tal-mili, din għandha tkun soġġetta għall-istess test tar-reżistenza bħall-komponent tal-idroġenu li fih tiġi installata.

4.2.2.2.9. Konnetturi għas-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa

Konnettur għal sistema tal-ħżin li tista' titneħħa għandu jiġi sottomess għal għadd ta' ċikli ta' konnessjoni/skonnessjoni daqs tliet darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulat skont it-taqsima 2.7.6. Għal kull ċiklu, il-konnettur għal sistema tal-ħżin li tista' titneħħa għandu jitqiegħed taħt pressjoni sa 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali. Sussegwentement, il-konnettur għal sistema tal-ħżin li tista' titneħħa għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija esterna (it-taqsima 4.2.5.) meta l-parts tas-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa jiġi mmuntati fuq il-vettura u fuq is-sistema tal-ħżin li tista' titneħħa jiġu separati u wkoll meta jkunu konnessi flimkien.

4.2.2.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.2.3. Test taċ-ċiklu tal-pressjoni idrawlika

4.2.3.1. Kampjuni

In-numru ta' komponenti li għandhom jiġu ttestjati: 3

4.2.3.2. Proċedura u rekwiżiti

4.2.3.2.1. Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni

Il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun sottomess għal 1,5 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili kkalkulat skont it-taqsima 2.7.6. fit-temperatura materjali minima u massima skont it-taqsima 2.7.5.1.

Il-pressjoni għandha tinbidel perjodikament minn 2 MPa għal 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali b'rata li mhux iktar minn 6 ċikli kull minuta, ħlief meta ttestjata fit-temperatura materjali minima meta l-pressjoni massima tat-test għandha tkun il-pressjoni operattiva nominali.

Jekk jintuża metall fużibbli f'mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni, dan ma għandux juri sinjali viżibbli addizzjonali ta' estrużjoni apparti l-istabbilizzazzjoni inizjali.

4.2.3.2.2. Komponenti oħra li mhux mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni

Qabel it-test taċ-ċikli deskritt hawn taħt, il-komponenti għandhom ikunu sottomessi għal test tal-pressjoni idrawlika ta' 1,5 darbiet il-pressjoni operattiva nominali jew il-pressjoni operattiva massima permissibbli skont skont kif applikabbli. Il-komponenti ma għandhomx juru sinjali ta' deformazzjoni permanenti jew nixxijat viżibbli.

Il-komponenti għandhom ikunu sottomessi għal 3 darbiet l-għadd ta' ċikli tal-mili jew ċikli tat-tħaddim ikkakluat skont it-taqsima 2.7.6. jew 2.7.7.

Il-pressjoni għandha tinbidel perjodikament minn 2,0 MPa sa 1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali għal komponenti 'l fuq mill-ewwel regolatur tal-pressjoni, jew minn 0,1 darbiet il-MAWP sal-MAWP għal komponenti 'l isfel mill-ewwel regolatur tal-pressjoni, b'rata li mhux ikbar minn 6 ċikli kull minuta.

Sussegwentement, il-komponent għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-testijiet tan-nixxija interna u esterna (it-taqsimiet 4.2.4. u 4.2.5.).

4.2.3.3. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.2.4. Test tan-nixxija interna

4.2.4.1. Kampjuni

In-numru ta' komponenti li għandhom jiġu ttestjati: 3

4.2.4.2. Proċedura

Il-komponenti għandhom jiġu ttestjati permezz ta' gass tat-test tan-nixxija u għandhom jitpoġġew fi pressjoni fid-daħla tal-komponent meta jkun fil-pożizzjoni karatteristika magħluqa tiegħu u bil-ħruġ korrispondenti miftuħ.

Il-komponenti għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) F'temperatura ambjentali u f'0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u fil-pressjoni operattiva nominali. Fejn test tan-nixxija esterna (it-taqsima 4.2.5.) jkun meħtieġ ukoll f'din it-temperatura, jista' jsir qabel l-istadju li jmiss ta' dan it-test;

(b) Fit-temperatura materjali minima skont it-taqsima 2.7.5.1., wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjonar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u fi 0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u fil-pressjoni operattiva nominali. Fejn test tan-nixxija esterna (it-taqsima 4.2.5.) jkun meħtieġ ukoll f'din it-temperatura, jista' jsir qabel l-istadju li jmiss ta' dan it-test;

(c) Fit-temperatura materjali massima skont it-taqsima 2.7.5.1., wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjonar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u fi 0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u f'1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali, ħlief għal komponenti b'temperatura materjali meħtieġa ta' 120 0C fejn il-pressjoni tat-test ogħla għandha tkun 1,37 darbiet il-pressjoni operattiva nominali.

Il-komponent għandu jiġi osservat għal nixxija bl-iżbokk miftuħ. In-nixxja tista' tiġi ddeterminata b'miter tal-fluss installat fin-naħa tad-daħla tal-komponent jew b'metodu tat-test ieħor, li jkun ġie ppruvat li hu ekwivalenti.

4.2.4.3. Rekwiżiti

Meta jkun taħt pressjoni, il-komponent għandu jibqa' mingħajr bżieżaq għal tliet minuti jew ma għandux inixxi minn ġewwa b'rata ikbar minn 10 Nċm3 kull siegħa.

4.2.4.4. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

4.2.5. Test tan-nixxija esterna

4.2.5.1. Kampjuni

In-numru ta' komponenti li għandhom jiġu ttestjati: 3

4.2.5.2. Proċedura

It-test għandu jsir fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) F'temperatura ambjentali u f0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali;

(b) Fit-temperatura ambjentali u fil-pressjoni operattiva nominali;

(c) Fit-temperatura materjali minima meħtieġa, skont it-taqsima 2.7.5.1., wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjonar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u fi 0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u fil-pressjoni operattiva nominali;

(d) Fit-temperatura materjali massima meħtieġa skont it-taqsima 2.7.5.1., wara biżżejjed ħin ta' kkundizzjonar f'din it-temperatura biex tkun żgurata l-istabbiltà termika u f'0,02 darbiet il-pressjoni operattiva nominali u f'1,25 darbiet il-pressjoni operattiva nominali, ħlief għal komponenti b'temperatura materjali meħtieġa ta' 120 0C fejn il-pressjoni tat-test ogħla għandha tkun 1,37 darbiet il-pressjoni operattiva nominali.

Għall-iskambjaturi tas-sħana, dan it-test għandu jsir biss fuq iċ-ċirkwit tal-idroġenu.

4.2.5.3. Rekwiżiti

Matul it-test, il-komponent ma għandux inixxi mis-siġilli tal-għonq jew il-body jew ġonot oħra, u ma għandux juri evidenza ta' porożità fil-casting, murija b'aġent attiv tal-wiċċ mingħajr formazzjoni ta' bżieżaq għal 3 minuti jew imkejla b'rata kombinata ta' nixxija u permeazzjoni inqas minn 10 Nċm3 kull siegħa (għal linji flessibbli tal-fjuwil biss 10 Nċm3 kull siegħa kull metru) jew jiġi ttestjat permezz ta' metodu tat-test ekwivalenti ppruvat. Ir-rata permessa ta' nixxija hija applikabbli biss għal testijiet b'100 fil-mija idroġenu. Ir-rati ta' nixxija permessi għal gassijiet jew taħtlitiet ta' gassijiet oħra għandhom jiġu kkonvertiti għal rata ta' nixxija ekwivalenti għal dik ta' 100 fil-mija idroġenu.

4.2.5.4. Riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati f'sommarju tat-test.

[1] ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

[2] ĠU L 83, 25.3.1997, p. 23.

[3] Għal disinni tal-kontenituri bir-rinfurzar ibridu, jiġifieri żewġ tipi jew aktar ta’ fibri differenti, għandu jitqies il-qsim tat-tagħbija bejn il-fibri differenti bbażat fuq il-proporzjonijiet elastiċi differenti tal-fibri. Il-proporzjonijiet tal-istress ikkalkulati għal kull tip ta' fibra strutturali individwali għandhom jikkonformaw mal-valuri speċifikati. Il-verifika tal-proporzjonijiet tal-istress għandhom isiru bil-kejl tal-istrain. Il-proporzjon minimu tal-pressjoni tal-fqigħ għandu jintgħażel b'tali mod li l-istress ikkalkulat fil-fibri strutturali fil-proporzjon minimu tal-pressjoni tal-fqigħ immultiplikat bil-pressjoni operattiva nominali diviża bl-istress ikkalkulat fil-fibra strutturali fil-pressjoni operattiva nominali, jissodisfa r-rekwiżiti tal-proporzjon tal-istress għall-fibri użati.

[4] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-azzar irreferi għat-taqsima 10.2. ta' ISO 9809-1 jew it-taqsima 10.2. ta' ISO 9809-2 skont il-każ;(b)Għal kontenituri jew inforri tal-istainless steel irreferi għat-taqsima 7.1.2.1. ta' EN 1964 -3;(b)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għat-taqsima 8.4. ta' EN 13322-2;(c)Għal kontenituri jew inforri tal-liga tal-aluminju rreferi għat-taqsima 10.2. ta' ISO 7866;(d)Għal inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati rreferi għat-taqsimiet 7.2.3. u 7.2.4. ta' EN12862;(f)Għal inforri mhux metalliċi rreferi għat-taqsima 4.1.1.;

[5] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-azzar irreferi għat-taqsima 10.4. ta' ISO 9809--1 jew it- taqsima 10.4. ta' ISO 9809-2 skont il-każ;(b)Għal kontenituri jew inforri tal-istainless steel irreferi għat-taqsima 7.1.2.4. ta' EN 1964 -3;(b)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għat-taqsima 8.6. ta' EN 13322-2;

[6] (a)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għat-taqsima 8.5. ta' EN 13322-2;(b)Għal inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati rreferi għat-taqsimiet 7.2.5., 7.2.6. u 7.2.7. ta' EN 12862;;

[7] Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għat-taqsima 8.7. ta' EN 13322-2.

[8] Test fuq il-materjal tal-inforra.

[9] Is-sekwenza tat-test li ġejja għandha tintuża għall-kontenituri tat-tip 4: boss torque test (taqsima 4.2.13.), segwit minn test taċ-ċikli tal-pressjoni f'temperatura ambjentali (taqsima 4.2.2.), segwit minn test tan-nixxija (taqsima 4.2.11.).

[10] Għandu jsir it-test tan-nixxija fuq l-inforri kollha tal-metall iwweldjati.

[11] Test fuq inforra mhux metallika

[12] Għandu jsir it-test tan-nixxija fuq l-inforri kollha tal-metall iwweldjati.

[13] biss meta l-bidla fil-ħxuna tkun proporzjonali mad-dijametru u/jew bidla fil-pressjoni

[14] test taċ-ċikli tal-idroġenu mhuwiex meħtieġ jekk l-istress fl-għonq ikunu daqs l-oriġinali jew imnaqqsa mill-bidla fid-disinn (eż. Tnaqqis tad-dijametru tal-kamin intern, jew bdil fit-tul tal-boss), l-interface bejn l-inforra u l-boss ma jiġix affettwat, u l-materjal oriġinali jintużaw għall-boss, l-inforra u s-siġilli.

[15] kull devjazzjoni mill-parametri fl-appendiċi għad-dokument tal-informazzjoni kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II jitqies li huwa bidla fil-proċess tal-manifattura.

[16] Għal kontenituri b'inforri wweldjati biss.

[17] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-azzar irreferi għall-paragrafu 10.2 ta' ISO 9809-1 jew il-paragrafu 10.2. ta' ISO 9809-2 skont il-każ;(b)Għal kontenituri jew inforri tal-istainless steel irreferi għall-paragrafu 7.1.2.1 ta' EN 1964-3;(c)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għall-paragrafu 8.4. of EN 13322-2;(d)Għal kontenituri jew inforri tal-liga tal-aluminju rreferi għall-paragrafu 10.2. ta' ISO 7866;(e)Għal inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati rreferi għall-paragrafi 7.2.3. u 7.2.4. ta' EN 12862;(f)Għal inforri mhux metalliċi rreferi għall-paragrafu 4.1.1. tal-Parti 2 tal-Anness IV;

[18] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-azzar irreferi għall-paragrafu 10.4 ta' ISO 9809--1 jew il-paragrafu 10.4. ta' ISO 9809-2 skont il-każ;(b)Għal kontenituri jew inforri tal-istainless steel irreferi għall-paragrafu 7.1.2.4 ta' EN 1964-3;(c)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għall-paragrafu 8.6. of EN 13322-2;

[19] (a)Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għall-paragrafu 8.5. of EN 13322-2;(b)Għal inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati rreferi għall-paragrafi 7.2.5., 7.2.6. u 7.2.7. ta' EN 12862;

[20] Għal inforri tal-istainless steel iwweldjati rreferi għall-paragrafu 8.7. of EN 13322-2;

[21] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-liga tal-aluminju rreferi għall-Anness A ta' ISO 7866;(b)Għal inforri tal-liga tal-aluminju iwweldjati rreferi għall-Anness A ta' EN 12862;

[22] (a)Għal kontenituri jew inforri tal-liga tal-aluminju rreferi għall-Anness B ta' ISO 7866, iżda minbarra t-tieni paragrafu tal-klawżola B.2.;(b)Għal inforri tal-liga tal-aluminju wweldjati rreferi għall-Anness B ta' EN 12862, iżda minbarra l-paragrafu B.2.2.;

[23] (a)Dan it-test mhux meħtieġ għal:(i)Azzar li jikkonforma mal-paragrafi 6.3. u 7.2.2. ta' ISO 9809-1;(ii)Liga tal-aluminju konformi mal-paragrafu 6.1. of ISO 7866;(b)Għal kontenituri jew inforri metalliċi oħra, il-kompatibbiltà mal-idroġenu tal-materjal, inkluż l-iwweldjar, għandha tintwera skont ISO 11114-1 u ISO 11114-4 jew it-taqsima 4.1.7. skont il-każ;(c)Għal materjali mhux metalliċi il-kompatibilità mal-idroġenu għandha tintwera.

[24] Japplika għal kontenituri tat-tip 4 u tat-tip 3 b'inforri tal-metall iwweldjati.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-vettura

1. INTRODUZZJONI

1.1. Il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu għandhom ikunu mgħammra b'mezzi tal-identifikazzjoni kif stipulat f'dan l-Anness.

2. REKWIŻITI

2.1. Il-vetturi tal-idroġenu għandu jkollhom tikketti kif speċifikat fit-taqsima 3 u 4.

2.1.1. Fil-każ ta' vetturi tal-idroġenu tal-kategoriji M1 u N1 għandha titwaħħal tikketta waħda fil-kompartiment tal-magna tal-vettura u waħda qrib l-apparat jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil.

2.1.2. Fil-każ ta' vetturi tal-idroġenu tal-kategoriji M2 u M3, it-tikketti għandhom jitwaħħlu: fuq quddiem u fuq wara tal-vettura; u qrib l-apparat jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil; u fil-ġenb ta' kull sett ta' bibien.

2.1.3. Fil-każ ta' vetturi tal-idroġenu tas-servizzi pubbliċi tal-kategoriji M2 u M3, it-tikketti li jitwaħħlu fuq quddiem u fuq wara tal-vettura għandhom ikunu tad-daqs stipulat fit-taqsima 4.

2.1.4. Fil-każ ta' vetturi tal-idroġenu tal-kategoriji N2 u N3, it-tikketti għandhom jitwaħħlu: fuq quddiem u fuq wara tal-vettura; u qrib l-apparat jew ir-reċipjent tal-mili tal-fjuwil.

2.2. It-tikketta għandha tkun waħda li tiflaħ għal temp differenti jew pjanċa reżistenti għal temp differenti.

3. TIKKETTI GĦALL-VETTURI TAL-IDROĠENU

3.1. Tikketti għal vetturi tal-idroġenu li jużaw l-idroġenu likwidu

+++++ TIFF +++++

Il-kulur u d-dimensjonijiet tat-tikketta jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Kuluri:

Sfond : aħdar

Bordura : abjad

Ittri : abjad

Jew il-borduri u l-ittra jew l-isfond għandhom ikunu retroriflettivi.

Il-proprjetajiet kolorimetriċi u fotometriċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-klawżola 11 ta' ISO 3864-1.

Id-Dimensjonijiet tat-tiketta:

Wisa’ : 40 mm (it-tul tal-ġenb)

Għoli : 40 mm (it-tul tal-ġenb)

Wisa’ tal-bordura : 2 mm

Daqs tat-tipa:

Għoli tal-ittri : 9 mm

Ħxuna tal-ittri : 2 mm

Il-kliem għandhom ikunu b'ittri kapitali u għandhom ikunu ċċentrati fin-nofs tat-tikketta.

3.2. Tikketti għal vetturi tal-idroġenu li jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

+++++ TIFF +++++

Il-kulur u d-dimensjonijiet tat-tikketta jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Kuluri:

Sfond : Aħdar

Bordura : Abjad

Ittri : Abjad

Jew il-borduri u l-ittra jew l-isfond għandhom ikunu retroriflettivi.

Il-proprjetajiet kolorimetriċi u fotometriċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-klawżola 11 ta' ISO 3864-1.

Id-dimensjonijiet:

Wisa’ : 40 mm (it-tul tal-ġenb)

Għoli : 40 mm (it-tul tal-ġenb)

Wisa’ tal-bordura : 2 mm

Daqs tat-tipa:

Għoli tal-ittri : 9 mm

Ħxuna tal-ittri : 2 mm

Il-kliem għandhom ikunu b'ittri kapitali u għandhom ikunu ċċentrati fin-nofs tat-tikketta.

4. TIKKETTI GĦAL VETTURI TAL-IDROĠENU GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-KATEGORIJI M2 U M3 LI GĦANDHOM JITWAĦĦLU FUQ QUDDIEM U FUQ WARA TAL-VETTURA

4.1. Tikketti għal vetturi tal-idroġenu li jużaw l-idroġenu likwidu

+++++ TIFF +++++

Il-kulur u d-dimensjonijiet tat-tikketta jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Kuluri:

Sfond : aħdar

Bordura : abjad

Ittri : abjad

Jew il-borduri u l-ittra jew l-isfond għandhom ikunu retroriflettivi.

Il-proprjetajiet kolorimetriċi u fotometriċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-klawżola 11 ta' ISO 3864-1.

Id-Dimensjonijiet tat-tiketta:

Wisa’ : 125 mm (it-tul tal-ġenb)

Għoli : 125 mm (it-tul tal-ġenb)

Wisa’ tal-bordura : 5 mm

Daqs tat-tipa:

Għoli tal-ittri : 25 mm

Ħxuna tal-ittri : 5 mm

Il-kliem għandhom ikunu b'ittri kapitali u għandhom ikunu ċċentrati fin-nofs tat-tikketta.

4.2. Tikketti għal vetturi tal-idroġenu li jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

+++++ TIFF +++++

Il-kulur u d-dimensjonijiet tat-tikketta jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Kuluri:

Sfond : Aħdar

Bordura : Abjad

Ittri : Abjad

Jew il-borduri u l-ittra jew l-isfond għandhom ikunu retroriflettivi.

Il-proprjetajiet kolorimetriċi u fotometriċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-klawżola 11 ta' ISO 3864-1.

Id-dimensjonijiet:

Wisa’ : 125 mm (it-tul tal-ġenb)

Għoli : 125 mm (it-tul tal-ġenb)

Wisa’ tal-bordura : 5 mm

Daqs tat-tipa:

Għoli tal-ittri : 25 mm

Ħxuna tal-ittri : 5 mm

Il-kliem għandhom ikunu b'ittri kapitali u għandhom ikunu ċċentrati fin-nofs tat-tikketta.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Rekwiżiti tas-sikurezza ta' sistemi elettroniċi kumplessi għall-kontroll tal-vettura

1. INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri tat-test għall-aspetti tas-sikurezza ta' sistemi elettroniċi kumplessi għall-kontroll tal-vettura.

2. REKWIŻITI TA’ DOKUMENTAZZJONI

2.1. Rekwiżiti ġenerali

Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jiddeskrivi d-disinn bażiku tas-sistema strumentata ta' sikurezza u l-mezzi li bihom tkun konnessa ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output. Il-funzjoni (jew funzjonijiet) tas-sistema strumentata tas-sikurzza u l-kunċett tas-sikurezza, kif stipulati mill-manifattur għandhom jiġu spjegati fid-dokumentazzjoni. Għall-iskopijiet tal-ispezzjonijiet, id-dokumentazzjoni għandha tindika l-mezzi li bihom l-istatus operazzjonali attwali tas-sistema jista' jiġi ċċekkjat.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f’żewġ partijiet:

(a) Id-dokumentazzjoni formali tas-sistema strumentata tas-sikurezza għall-iskopijiet tal-approvazzjoni, li jkun fiha l-informazzjoni elenkata fit-taqsimiet 2.2. sa 2.4. Din għandha sservi bħala r-referenza bażika għall-proċess tal-approvazzjoni stipulat fit-taqsima 3.

(b) Kull materjal addizzjonali u dejta ta' analiżi relevanti għall-approvazzjoni tas-sistema strumentata tas-sikurezza.

2.2. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tas-sistema strumentata tas-sikurezza.

Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta’ kontroll tas-sistema strumentata tas-sikurezza u tal-metodi li ntużaw sabiex jintlaħqu l-għanijiet, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġi eżerċitat il-kontroll, fosthom:

(a) Lista tal-varjabbli kollha tal-input u s-sondi u l-firxa operattiva tagħhom;

(b) Lista tal-varjabbli tal-output kollha li jiġu kkontrollati mis-sistema strumentata tas-sikurezza u, f’kull każ, għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-kontroll huwiex dirett jew permezz ta’ sistema oħra tal-vettura. Għandha tiġi definita l-firxa tal-kontroll eżerċitata fuq kull varjabbli bħal dawn;

(c) Kull fejn xieraq għar-rendiment tas-sistema, il-limiti li jiddefinixxu l-perimetri tal-operazzjoni funzjonali.

2.3. L-arranġament u l-iskematika tas-sistema

2.3.1. Inventarju tal-komponenti.

Għandha tiġi pprovduta lista li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha tas-sistema strumentata tas-sikurezza u li ssemmi s-sistemi l-oħra tal-vettura li huma meħtieġa sabiex tintlaħaq il-funzjoni ta’ kontroll in kwistjoni. Għandha tiġi pprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f’kombinazzjoni fejn kemm id-distribuzzjoni tal-parts kif ukoll l-interkonnessjonijiet għandhom ikunu identifikati biċ-ċar.

2.3.2. Il-funzjonijiet tal-unitajiet

Il-funzjoni ta’ kull unità tas-sistema strumentata tas-sikurezza għandha tkun deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma’ unitajiet oħrajn jew ma’ sistemi oħrajn tal-vettura. Dan jista’ jkun ipprovdut permezz ta’ dijagramma blokka dettaljata jew dijagramma skematika oħra, jew b’deskrizzjoni megħjuna minn dijagramma bħal din.

2.3.3. L-interkonnessjonijiet

Dijagramma taċ-ċirkwit għandu juri l-interkonnessjonijiet fis-sistema strumentata tas-sikurezza għar-rabtiet tat-trażmissjoni elettrika b'dijagramma tal-pajpijiet għar-rabtiet tat-trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u bi tqassim dijagrammatiku ssimplifikat għar-rabtiet tat-trażmissjoni mekkanika.

2.3.4. Il-fluss tas-sinjali u l-prijoritajiet

Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn dawn il-konnessjonijiet tat-trażmissjoni u s-sinjali ttrasportati bejn l-unitajiet. Il-prijoritajiet tas-sinjali fuq mogħdijiet multiplexed tad-data għandhom jiġu ddikjarati kulfejn il-prijorità tista’ tkun kwistjoni li taffettwa r-rendiment jew is-sikurezza.

2.3.5. L-identifikazzjoni tal-unitajiet

Kull unità għandha tkun identifikabbli biċ-ċar u mingħajr ambigwità biex tipprovdi l-assoċjazzjoni tal-hardware u d-dokumentazzjoni korrispondenti. Fejn il-funzjonijiet jiġu kkombinati f’unità waħda jew tabilħaqq f’kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki moltepliċi fid-dijagramma blokka għal skopijiet ta’ ċarezza u ta’ faċilità ta’ spjegazzjoni, għandu tintuża biss marka waħda għall-identifikazzjoni tal-hardware. Bl-użu ta’ din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut ikun konformi mad-dokument korrispondenti.

2.3.5.1. L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-hardware u tas-software u, fejn tal-aħħar jinbidel b’tali mod li jbiddel il-funzjoni tal-unità, din l-identifikazzjoni għandha titbiddel ukoll.

2.4. Il-kunċett tas-sikurezza tal-manifattur tal-vettura

2.4.1. Il-manifattur għandu jiżgura li l-istrateġija magħżula biex jinkisbu l-għanijiet tas-sistema strumentata tas-sikurezza, f’kundizzjonijiet mhux ta’ ħsara, mhix se tippreġudika l-ħidma sikura tas-sistemi li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.4.2. Fir-rigward tas-software użat fis-sistema strumentata tas-sikurezza, għandha tiġi spjegata l-arkittettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn li ntużaw. Il-manifattur għandu jkun ippreparat, jekk ikun meħtieġ, li juri parti mill-evidenza tal-mezzi li bihom iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tas-sistema, matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp.

2.4.3. Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku bi spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn mibnija fis-sistema strumentata tas-sikurezza sabiex tiġi ġġenerata ħidma sikura f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Provvedimenti possibbli tad-disinn għall-ħsara fis-sistema strumentata tas-sikurezza huma:

(a) Il-vettura taqleb għal ħidma fejn tintuża sistema parzjali;

(b) Bidla għal sistema separata ta’ appoġġ.

(c) It-tneħħija tal-funzjoni ta’ livell għoli.

2.4.3.1. Jekk, f’ċerti kundizzjonijiet ta’ ħsara, il-provvediment tad-disinn magħżul jagħżel modalità ta’ rendiment parzjali, allura dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati u l-limiti tal-effettività li jirriżultaw għandhom jiġu ddefiniti.

2.4.3.2. Jekk il-provvediment tad-disinn magħżul jagħżel mezz sekondarju (ta’ appoġġ) biex iwettaq l-għan tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura, il-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bidla, il-loġika u l-livell tat-tagħmir addizzjonali li jaħdem f’każ ta’ ħsara u kwalunkwe karatteristika ta’ kontroll interna ta’ appoġġ għandhom jiġu spjegati u l-limiti tal-effettività ta’ appoġġ li jirriżultaw għandhom għandhom jiġu ddefiniti.

2.4.3.3. Jekk il-provvediment tad-disinn magħżul tagħżel it-tneħħija tal-funzjoni/sistema ta’ livell ogħla, is-sinjali ta’ kontroll tal-output korrispondenti assoċjati ma’ din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti, u b’tali mod li jiġi limitat id-disturb ta’ tranżizzjoni.

2.4.3.4. Is-sistemi/funzjonijiet ta' livell ogħla għandhom jippermettu li s-sistemi kumplessi biex awtomatikament ibiddlu l-għanijiet tagħhom bi prijorità li tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi pperċepiti.

2.4.4. Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġjata minn analiżi li turi, f’termini ġenerali, kif se ġġib ruħha s-sistema meta sseħħ kwalunkwe waħda mill-ħsarat speċifikati li jkollha effett fuq ir-rendiment jew fuq is-sikurezza tal-kontroll tal-vettura. Dan jista’ jkun ibbażat fuq Analiżi tal-Modalità u tal-Effett tal-Ħsara (FMEA - Failure Mode and Effect Analysis), u Analiżi tal-Oriġini tal-Ħsara (FTA - Fault Tree Analysis) jew kwalunkwe proċess simili adattat għal konsiderazzjonijiet tas-sikurezza tas-sistema. L-istrateġija analitika magħżula għandha tiġi stabbilita u miżmuma mill-manifattur tal-vettura u għandha tiġi pprovduta lis-servizz tekniku.

2.4.5. Id-dokumentazzjoni għandha tistipula l-parametri li jiġu mmonitorjati u għandha tistipula s-sinjal ta' twissija li għandu jiġi attivat għal kull kundizzjoni ta' ħsara kif definit fit-taqsima 2.4.3.

3. PROĊEDURI TAT-TESTIJIET

3.1. Il-ħidma funzjonali tas-sistema strumentata tas-sikurezza, kif ġie stabbilit fid-dokumenti msemmija fit-taqsima 2, għandha tiġi ttestjata kif ġej:

3.1.1. Verifika tal-funzjonijiet tas-sistema strumentata tas-sikurezza.

Sabiex jiġu stabbiliti l-livelli operattivi normali, il-verifika tar-rendiment tas-sistema tal-vettura f'kundizzjonijiet bla ħsara għandha ssir fil-konfront tal-ispeċifikazzjoni tal-punt ta' referenza bażiku tal-manifattur.

3.1.2. Il-verifika tal-kunċett tas-sikurezza tat-taqsima 2.4.

Ir-reazzjoni tas-sistema strumentata tas-sikurezza, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tas-servizz tekniku, għandha tiġi kkontrollata f'kundizzjoni ta’ ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta' sinjali ta’ output li jikkorrispondu għal unitajiet elettriċi jew għal elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta’ ħsarat interni fl-unità.

3.1.3. Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mas-sommarju ddokumentat tal-analiżi tal-ħsarat, sa livell ta’ effett globali b'mod li jiġi kkonfermat li l-kunċett u l-eżekuzzjoni tas-sikurezza jkunu adegwati.

3.2. Ir-rekwiżiti tas-sinjal tat-twissija stipulati fit-taqsima 2.4.3. jistgħu, ġeneralment, jiġu sodisfatti b'sinjal ottiku wieħed għal kull sistema kumplessa tal-vettura sakemm mhix applikabbli xi leġiżlazzjoni oħra għall-istess tagħmir li speċifikament tirrikjedi iktar minn sinjal wieħed.

4. REKWIŻITI ADDIZZJONALI

4.1. Fil-każ ta’ ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mwissi b’sinjal ta’ twissija jew b’wirja ta’ messaġġ. It-twissija għandha tkun preżenti sakemm ikun hemm il-kundizzjoni tal-ħsara, sakemm is-sistema ma tiġix deattivata mis-sewwieq, eż. billi jitfi s-swiċċ tal-attivazzjoni tal-vettura jew billi jitfi dik il-funzjoni partikolari jekk ikun hemm swiċċ apposta għal dak l-iskop.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

Standards referenzjati minn dan ir-Regolament

Referenzi għall-istandards f’dan ir-Regolament għandhom jiġu mifhuma li jirreferu għall-verżjonijiet li ġejjin tal-istandards:

ISO 188:2007 | Rubber, vulcanized or thermoplastic — Accelerated ageing and heat resistance tests |

ISO 306:2004 | Plastics — Thermoplastic materials — Determination of Vicat softening temperature (VST) |

ISO 527-2:1993/Cor 1:1994 | Plastics — Determination of tensile properties — Part 2: Test conditions for moulding and extrusion plastics |

ISO 1431-1:2004/Amd 1:2009 | Rubber, vulcanized or thermoplastic — Resistance to ozone cracking — Part 1: Static and dynamic strain testing |

ISO 2768-1:1989 | General tolerances — Part 1: Tolerances for linear and angular dimensions without individual tolerance indications |

ISO 2808:2007 | Paints and varnishes — Determination of film thickness |

ISO 3864-1:2002 | Graphical symbols – Safety colours and safety signs – Part 1: Design principles for safety signs in workplaces and public areas |

ISO 4624:1978 | Paints and varnishes — Pull-off test for adhesion |

ISO 6506-1:2005 | Metallic materials — Brinell hardness test — Part 1: Test method |

ISO 6957:1988 | Copper alloys — Ammonia test for stress corrosion resistance |

ISO 7225:2005 | Gas cylinders — Precautionary labels |

ISO 7866:1999 | Gas cylinders — Refillable seamless aluminium alloy gas cylinders — Design, construction and testing |

ISO 8491:2004 | Metallic materials — Tube (in full section) — Bend test |

ISO 9227:2006 | Corrosion tests in artificial atmospheres — Salt spray tests |

ISO 9809-1:1999 | Gas cylinders — Refillable seamless steel gas cylinders — Design, construction and testing — Part 1: Quenched and tempered steel cylinders with tensile strength less than 1100 MPa |

ISO 9809-2:2000 | Gas cylinders — Refillable seamless steel gas cylinders — Design, construction and testing — Part 2: Quenched and tempered steel cylinders with tensile strength greater than or equal to 1100 MPa |

ISO 11114-1:1997 | Transportable gas cylinders — Compatibility of cylinder and valve materials with gas contents — Part 1: Metallic materials |

ISO 11114-4:2005 | Transportable gas cylinders — Compatibility of cylinder and valve materials with gas contents — Part 4: Test methods for selecting metallic materials resistant to hydrogen embrittlement |

ISO/TS 14687-2:2008 | Hydrogen fuel — Product specification — Part 2: Proton exchange membrane (PEM) fuel cell applications for road vehicles |

EN 1251-2:2000/AC:2006 | Cryogenic vessels — Transportable vacuum insulated vessels of not more than 1000 litres volume — Part 2: Design, fabrication, inspection and testing |

EN 1252-1:1998/AC:1998 | Cryogenic vessels — Materials — Part 1: Toughness requirements for temperatures below –80 °C |

EN 1797:2001 | Cryogenic vessels — Gas/material compatibility |

EN 1964-3:2000 | Transportable gas cylinders — Specification for the design and construction of refillable transportable seamless steel gas cylinders of water capacities from 0,5 litre up to and including 150 litres — Part 3: Cylinders made of seamless stainless steel with an Rm value of less than 1100 MPa |

EN 10204:2004 | Metallic products — Types of inspection documents |

EN 12300:1998/A1:2006 | Cryogenic vessels — Cleanliness for cryogenic service |

EN 12434:2000/AC:2001 | Cryogenic vessels — Cryogenic flexible hoses |

EN 12862:2000 | Transportable gas cylinders — Specification for the design and construction of refillable transportable welded aluminium alloy gas cylinders |

EN 13322-2:2003/A1:2006 | Transportable gas cylinders — Refillable welded steel gas cylinders — Design and construction — Part 2: Stainless steel |

EN 13648-1:2008 | Cryogenic vessels — Safety devices for protection against excessive pressure — Part 1: Safety valves for cryogenic service |

EN 13648-2:2002 | Cryogenic vessels — Safety devices for protection against excessive pressure — Part 2: Bursting disc safety devices for cryogenic service |

EN 13648-3:2002 | Cryogenic vessels — Safety devices for protection against excessive pressure — Part 3: Determination of required discharge — Capacity and sizing |

ASTM B117 - 07a | Standard practice for operating salt spray (fog) apparatus |

ASTM D522 - 93a(2008) | Standard test methods for mandrel bend test of attached organic coatings |

ASTM D572 - 04 | Standard test method for rubber — Deterioration by heat and oxygen |

ASTM D1308 - 02(2007) | Standard test method for effect of household chemicals on clear and pigmented organic finishes |

ASTM D2344 / D2344M - 00(2006) | Standard test method for short-beam strength of polymer matrix composite materials and their laminates |

ASTM D2794 - 93(2004) | Standard test method for resistance of organic coatings to the effects of rapid deformation (impact) |

ASTM D3170 - 03(2007) | Standard test method for chipping resistance of coatings |

ASTM D3359 - 08 | Standard test methods for measuring adhesion by tape test |

ASTM D3418 - 08 | Test method for transition temperatures and enthalpies of fusion and crystallization of polymers by differential scanning calorimetry |

ASTM G154 - 06 | Standard practice for operating fluorescent light apparatus for UV exposure of nonmetallic materials |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet