2010/778/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/944/KE li tiddetermina l-livelli rispettivi ta’ emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9009)
ĠU L 332, 16.12.2010, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal- 15 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2006/944/KE li tiddetermina l-livelli rispettivi ta’ emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9009)
(2010/778/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal- 25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru [Qafas] tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE [2] tiddetermina l-livelli ta’ emissjonijiet allokati lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kjoto għall-perjodu ta’ ħames snin tal-ewwel fażi ta’ impenn.
(2) Il-livelli ta’ emissjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2006/944/KE kienu bbażati fuq dejta proviżorja, billi ċ-ċifri definittivi tas-sena bażi ma kinux stabbiliti sal- 31 ta’ Diċembru 2006.
(3) Wara t-tkomplija tar-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, il-livelli rispettivi finali tal-emissjonijiet allokati lill-Unjoni u lil kull Stat Membru, issa għandhom jiġu stabbiliti skont il-metodoloġija stipulata fid-Deċiżjoni 2006/944/KE.
(4) Id-Danimarka esprimiet kosistentament tħassib dwar l-emissjonijiet tas-sena bażi tagħha minħabba l-emissjonijiet tas-sena bażi eċċezzjonalment baxxi pprovduti fir-rapport tagħha sottomess skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/166/KE [3]. L-Unjoni, sabiex tqis kompletament is-sitwazzjoni speċjali u unika tad-Danimarka, li kienet rikonoxxuta mill-Kunsill fl-2002 fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2002/358/KE, minħabba l-emissjonijiet baxxi tas-sena bażi tagħha, li ma kinux komuni, u billi l-obbligu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħha kien wieħed mill-ogħla kkwantifikati, skont l-Anness II għal dik id-Deċiżjoni, għandha tittrasferixxi 5 miljun unitajiet ta’ ammonti assenjati lid-Danimarka għall-unika raġuni ta’ konformità mal-impenji tal-ewwel fażi ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonitajiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-Kummissjoni qieset kif xieraq l-impenn tad-Danimarka biex tikkanċella kwalunkwe kwota li jifdal minn dan it-trasferiment fi tmiem tal-ewwel fażi ta’ impenn.
(5) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/944/KE għandha tiġi emendata skont dan.
(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/944/KE hija emendata kif ġej:
1. L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:
"Artikolu 2
Id-differenza ta’ 19357532 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju bejn il-livelli tal-emissjonijiet tal-Unjoni, u s-somma tal-livelli tal-emissjonijiet tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE għandha tinħareġ bħala unitajiet ta’ ammonti assenjati mill-Unjoni".
2. L-Anness jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni għandu jittrasferixxi ħames miljuni (5000000) minn dawn l-unitajiet ta’ ammonti assenjati għall-kont ta’ depożitu tal-Parti tal-Protokoll ta’ Kjoto fir-reġistru tad-Danimarka.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il- 15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Connie Hedegaard
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.
[2] ĠU L 358, 16.12.2006, p. 87.
[3] ĠU L 55, 1.3.2005, p. 57.
--------------------------------------------------
ANNESS
Il-livelli rispettivi tal-emissjonijiet allokati lill-Unjoni u lill-Istati Membri, f’termini ta’ tunnellati ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju, għall-ewwel fażi ta’ impenn dwar il-limitazzjoni u t-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta’ Kjoto
L-Unjoni Ewropea [1] | 19621381509 |
Il-Belġju | 673995528 |
Id-Danimarka | 273827177 |
Il-Ġermanja | 4868096694 |
L-Irlanda | 314184272 |
Il-Greċja | 668669806 |
Spanja | 1666195929 |
Franza | 2819626640 |
L-Italja | 2416277898 |
Il-Lussemburgu | 47402996 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | 1001262141 |
L-Awstrija | 343866009 |
Il-Portugall | 381937527 |
Il-Finlandja | 355017545 |
L-Isvezja | 375188561 |
Ir-Renju Unit | 3396475254 |
Il-Bulgarija | 610045827 |
Ir-Repubblika Ċeka | 893541801 |
L-Estonja | 196062637 |
Ċipru | Mhux applikabbli |
Il-Latvja | 119182130 |
Il-Litwanja | 227306177 |
L-Ungerija | 542366600 |
Malta | Mhux applikabbli |
Il-Polonja | 2648181038 |
Ir-Rumanija | 1279835099 |
Is-Slovenja | 93628593 |
Is-Slovakkja | 331433516 |
[*] Għall-iskop tat-twettiq konġunt tal-impenji taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu, skont id-Deċiżjoni 2002/358/KE u li japplikaw għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.
--------------------------------------------------
| Fuq |