2010/476/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5818)
ĠU L 232, 2.9.2010, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat- 30 ta’ Awwissu 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5818)
(2010/476/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
(1) Bid-Deċiżjoni 2006/593/KE [2], il-Kummissjoni ffissat allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-obbjettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007 sal-2013.
(2) Bi qbil mal-paragrafu 10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fl-2010 ġie stabbilit li l-PGD akkumulat għas-snin 2007 sal-2009 fir-Repubblika Ċeka, fil-Polonja u fis-Slovakkja varja f’kull każ b’aktar minn ± 5 % mill-PGD akkumulat li ġie vvalutat skont il-paragrafu 9 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, inkluż bħala konsegwenza tat-tibdil fir-rati tal-kambju. L-ammonti allokati għall-perjodu 2011 sal-2013 lir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja għandhom għalhekk jiġu aġġustati skont dan.
(3) Bi qbil mal-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda [3] fis- 16 ta’ April 2010 l-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 b’konformità mal-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament ta’ ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri li għandhom diverġenza bejn l-istima tal-PGD u dak attwali għall-perjodu 2007-2009 [4], li permezz tagħha infurmat li kien meħtieġ aġġustament pożittiv għar-Repubblika Ċeka ta’ EUR 237045801 u għas-Slovakkja ta’ EUR 137711534, li jridu jinqasmu f’ammonti ndaqs fl-2011, l-2012 u l-2013.
(4) Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti allokati lill-Istati Membri kkonċernati jeħtieġ li titqies l-allokazzjoni pro-rata bejn l-objettivi tal-Konverġenza u dawk tal-Kompetittività reġjonali u l-Impjiegi fil-perjodu ta’ pprogrammar attwali 2007-2013 għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jsir l-aktar użu effiċjenti tal-allokazzjoni tal-fondi lill-proġetti attwalment implimentati. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha talloka biss il-parti tal-aġġustamenti pożittivi ġenerali li tirrigwarda l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi.
(5) Id-Deċiżjoni 2006/593/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/593/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it- 30 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Johannes Hahn
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
[2] ĠU L 243, 6.9.2006, p. 32.
[3] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
[4] COM(2010) 160 finali.
--------------------------------------------------
ANNESS
"ANNESS I
Allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprijazzjonijiet tal-impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-għoti ta’ fondi mill-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u impjiegi għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċembru 2013
(EUR) |
TABELLA 1 –Ammont ta' approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004) |
Stati Membri | Regjuni eligibbli taht l-objettiv tal-Kompetittività regjonali u l-impjiegi | Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 fil-punt: |
10 | 16 | 20 | 23 | 25 | 26 | 28 | 29 |
Belgique/België | 1264522294 | | | | | | | | |
Česká republika | 172351284 | 4633651 | 199500000 | | | | | | |
Danmark | 452135320 | | | | | | | | |
Deutschland | 8273934718 | | | | | 74812500 | | | |
España | 2925887307 | | | | | | 199500000 | | |
France | 9000763163 | | | | | | | | 99750000 |
Éire/Ireland | 260155399 | | | | | | | | |
Italia | 4539667937 | | | | | | | 209475000 | |
Luxembourg | 44796164 | | | | | | | | |
Nederland | 1472879499 | | | | | | | | |
Österreich | 761883269 | | | | | 149625000 | | | |
Portugal | 435196895 | | | | | | | | |
Slovensko | 398057758 | 7006030 | | | | | | | |
Suomi/Finland | 778631938 | | | 153552511 | | | | | |
Sverige | 1077567589 | | | 215598656 | 149624993 | | | | |
United Kingdom | 5335717800 | | | | | | | | |
Total | 37194148334 | 11639681 | 199500000 | 369151167 | 149624993 | 224437500 | 199500000 | 209475000 | 99750000 |
(EUR) |
Stat Membru | TABELLA 2 –Kategorizzazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004) |
2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |
Belgique/België | 180646042 | 180646042 | 180646042 | 180646042 | 180646042 | 180646042 | 180646042 |
Česká republika | 53121612 | 53121612 | 53121612 | 53121612 | 54696847 | 54665961 | 54635679 |
Danmark | 64590760 | 64590760 | 64590760 | 64590760 | 64590760 | 64590760 | 64590760 |
Deutschland | 1192678174 | 1192678174 | 1192678174 | 1192678174 | 1192678174 | 1192678174 | 1192678174 |
España | 446483901 | 446483901 | 446483901 | 446483901 | 446483901 | 446483901 | 446483901 |
France | 1300073309 | 1300073309 | 1300073309 | 1300073309 | 1300073309 | 1300073309 | 1300073309 |
Éire/Ireland | 37165057 | 37165057 | 37165057 | 37165057 | 37165057 | 37165057 | 37165057 |
Italia | 678448991 | 678448991 | 678448991 | 678448991 | 678448991 | 678448991 | 678448991 |
Luxembourg | 6399452 | 6399452 | 6399452 | 6399452 | 6399452 | 6399452 | 6399452 |
Nederland | 210411357 | 210411357 | 210411357 | 210411357 | 210411357 | 210411357 | 210411357 |
Österreich | 130215467 | 130215467 | 130215467 | 130215467 | 130215467 | 130215467 | 130215467 |
Portugal | 62170985 | 62170985 | 62170985 | 62170985 | 62170985 | 62170985 | 62170985 |
Slovensko | 59287258 | 57274995 | 54915823 | 51153834 | 55518251 | 58543272 | 68370355 |
Suomi/Finland | 133169207 | 133169207 | 133169207 | 133169207 | 133169207 | 133169207 | 133169207 |
Sverige | 206113034 | 206113034 | 206113034 | 206113034 | 206113034 | 206113034 | 206113034 |
United Kingdom | 762245400 | 762245400 | 762245400 | 762245400 | 762245400 | 762245400 | 762245400 |
Total | 5523220006 | 5521207743 | 5518848571 | 5515086582 | 5521026234 | 5524020369 | 5533817170" |
--------------------------------------------------
| Fuq |