32010D0284


Titolu u referenza

Deċiżjoni Nru 284/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress

 ĠU L 87, 7.4.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Deċiżjoni Nru 284/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 25 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 149 u l-Artikolu 153(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja [3],

Billi:

(1) Fit- 3 ta’ Gunju 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata "Impenn Komuni għall-Impjiegi", bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kif ukoll bejn is-sħab soċjali tal-UE fuq dawn it-tliet prioritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità; l-aġġornament tal-ħiliet u l-provvediment tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; u ż-żieda fl-aċċess għax-xogħol.

(2) Biex in-nies qiegħda jingħataw il-possibilità ta’ bidu ġdid u biex tinfetaħ it-triq għas-sħubija għall-intraprendenza għal uħud mill-gruppi Ewropej l-iktar żvantaġġjati, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta’ mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u għall-inklużjoni soċjali, b’inizjattiva konġunta mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari mal-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, biex jiġu żviluppati l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali.

(3) Konformement mal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarja soda [4], għandha ssir allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi mill-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress imwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5] biex tiġi ffinanzjata l-Faċilità ġdida Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali imwaqqfa bid-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6].

(4) Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha, għandu jiġi allokat mill-ġdid l-ammont ta’ EUR 60 miljun mill-Programm Progress, għall-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress ġdida.

(5) Id-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE, huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-pakkett finanzjarju sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet tal-Unjoni msemmija f’din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta’ żmien mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċembru 2013, huwa b’dan stabbilit għal EUR 683250000."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il- 25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. Buzek

Għall-Kunsill

Il-President

D. López Garrido

[1] ĠU C 318, 23.12.2009, p. 84.

[2] Opinjoni tas- 7 ta’ Ottubru 2009 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Frar 2010 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2010.

[4] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[5] ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.

[6] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet