Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2002 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010
ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2002
tal- 20 ta’ Novembru 2009
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/1996 tas- 6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat- 18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet [3], u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd b’kont meħud tal-pariri xjentifiċi disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir li jasal mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku.
(2) Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa l-obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi limiti tal-opportunitajiet tas-sajd abbażi taż-żona tas-sajd jew ta’ gruppi ta’ żoni tas-sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.
(3) Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd.
(4) Jeħtieġ li l-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.
(5) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet li huma rilevanti għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
(6) Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/1996, għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmijin fih.
(7) L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw skont il-leġislazzjoni Komunitarja, u b’mod partikolari skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat- 22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri [4], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat- 22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd [5], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal- 20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd [6], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas- 17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku [7], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat- 12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [8], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat- 18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita [9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal- 21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound [10], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat [11].
(8) Sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet annwali tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell li jikkorrispondi għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi f’termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali, ittieħed kont tal-prinċipji ta’ gwida għall-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) kif deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010.
(9) Sabiex jitnaqqas ir-rimi, ikun adatt li tiġi stabbilita projbizzjoni tar-rimi selettiv għaż-żieda fil-valur tal-qbid (high-grading) għal kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, li jimplika projbizzjoni tar-rimi ta’ speċijiet suġġetti għal kwota li jistgħu jinbiegħu u jinħattu legalment skont il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sajd.
(10) Bil-għan li jiġu kkonservati l-istokkijiet tal-ħut, fl-2010 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplimentari dwar kondizzjonijiet tekniċi tas-sajd.
(11) Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl- 1 ta’ Jannar 2010. Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni, huwa meħtieġ li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
B’żieda mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2187/2005;
(b) "Baħar Baltiku" tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32;
(c) "qabda totali permissibli" (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;
(d) "kwota" tfisser proporzjon tat-TAC allokat lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;
(e) "jum nieqes mill-port" tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li matulu il-bastiment ikun nieqes mill-port.
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI
Artikolu 4
Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet
Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawn il-limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
1. L-allokazzjoni ta’ limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) skambji magħmula konformement mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;
(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmulin konformement mal-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;
(c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;
(d) kwantitajiet miżmuma konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;
(e) tnaqqis magħmul konformement mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 338/2008.
2. Għall-għanijiet taż-żamma tal-kwoti li jkunu ser jiġu ttrasferiti għall-2011, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, permezz ta’ deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet sekondarji
1. Il-ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandu jinżamm abbord jew jitħatt l-art biss jekk:
(a) il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma ntużatx kollha; jew
(b) speċijiet minbarra aringi u sardin ikunu mħallta ma’ speċijiet oħra, u mhumiex magħżula la abbord u lanqas mal-ħatt l-art u l-qabdiet ikunu ttieħdu bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew tagħmir simili b’malji ta’ inqas minn 32 mm.
2. Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx ġie allokat fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet magħmulin skont il-paragrafu 1(b).
3. Meta l-kwota għall-aringi allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti ma għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom l-aringi.
4. Meta l-kwota għas-sardin allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, irreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti ma għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom is-sardin.
Artikolu 7
Projbizzjoni tar-rimi selettiv għaż-żieda fil-valur tal-qbid
Kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, li tinqabad matul l-operazzjonijiet tas-sajd, għandha tittella’ abbord il-bastiment u sussegwentement tinħatt l-art sakemm dan ma jmurx kontra l-obbligi previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sajd li tistabbilixxi miżuri tekniċi, ta’ kontroll u ta’ konservazzjoni, u b’mod partikolari f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005, ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
Artikolu 8
Limiti fuq l-isforz tas-sajd
1. Il-limiti fuq l-isforz tas-sajd jinsabu fl-Anness II.
2. Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni konformement mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.
3. Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni konformement mal-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni.
Artikolu 9
Miżuri tekniċi transitorji
Il-miżuri tekniċi transitorji jinsabu fl-Anness III.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Trasmissjoni tad-data
Meta l-Istati Membri jibgħatu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbudin, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet li jinsabu fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l- 20 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. Erlandsson
[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
[2] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.
[3] ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.
[4] ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.
[5] ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.
[6] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.
[7] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.
[8] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
[9] ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
[10] ĠU L 16, 20.1.2005, p. 184.
[11] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS I
LIMITI TAL-QBID U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI GĦALL-ĠESTJONI, MINN SENA GĦAL SENA, TAL-LIMITI TAL-QBID APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI KOMUNITARJI F’ŻONI FEJN JEŻISTU LIMITI TAL-QBID ABBAŻI TAL-ISPEĊI U TAŻ-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, minbarra fejn speċifikat mod ieħor) abbażi tal-istokk, tal-allokazzjoni lill-Istati Membri u kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.
F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-għanijiet ta’ dawn it-tabell, il-kodiċijiet użati għall-ispeċijiet differenti huma kif ġej:
Isem xjentifiku | Kodiċi Alpha-3 | Isem komuni |
Clupea harengus | HER | Aringa |
Gadus morhua | COD | Merluzz |
Platichthys flesus | FLX | Barbun tal-għajn |
Pleuronectes platessa | PLE | Barbun tat-tbajja’ |
Psetta maxima | TUR | Barbun imperjali |
Salmo salar | SAL | Salamun tal-Atlantiku |
Sprattus sprattus | SPR | Laċċa kaħla |
SpeċiAringaClupea harengus | ŻonaSubdiviżjonijiet 30-31HER/3D30.; HER/3D31. |
Finlandja | 84721 | TAC Analitiku. Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Żvezja | 18615 |
KE | 103336 |
TAC | 103336 |
SpeċiAringaClupea harengus | ŻonaSubdiviżjonijiet 22-24HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. |
Danimarka | 3181 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 12519 |
Finlandja | 2 |
Polonja | 2953 |
Żvezja | 4037 |
KE | 22692 |
TAC | 22692 |
SpeċiAringaClupea harengus | ŻonaSubdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32. |
Danimarka | 2780 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 737 |
Estonja | 14198 |
Finlandja | 27714 |
Latvja | 3504 |
Litwanja | 3689 |
Polonja | 31486 |
Żvezja | 42268 |
KE | 126376 |
TAC | Mhux rilevanti |
SpeċiAringaClupea harengus | ŻonaSubdiviżjoni 28,1HER/03D.RG |
Estonja | 16809 | TAC Analitiku. Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Latvja | 19591 |
KE | 36400 |
TAC | 36400 |
SpeċiMerluzzGadus morhua | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 25-32COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. |
Danimarka | 11777 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 4685 |
Estonja | 1148 |
Finlandja | 901 |
Latvja | 4379 |
Litwanja | 2885 |
Polonja | 13561 |
Żvezja | 11932 |
KE | 51267 |
TAC | Mhux rilevanti |
SpeċiMerluzzGadus morhua | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-24COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. |
Danimarka | 7726 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 3777 |
Estonja | 171 |
Finlandja | 152 |
Latvja | 639 |
Litwanja | 415 |
Polonja | 2067 |
Żvezja | 2753 |
KE | 17700 |
TAC | 17700 |
SpeċiBarbun tat-tbajja’Pleuronectes platessa | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. |
Danimarka | 2179 | TAC ta’ prekawzjoni. Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 242 |
Polonja | 456 |
Żvezja | 164 |
KE | 3041 |
TAC | 3041 |
SpeċiSalamun tal-AtlantikuSalmo salar | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-31SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |
Danimarka | 60975 [1] | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 6784 [1] |
Estonja | 6197 [1] |
Finlandja | 76031 [1] |
Latvja | 38783 [1] |
Litwanja | 5594 [1] |
Polonja | 18497 [1] |
Żvezja | 82420 [1] |
KE | 294246 [1] |
TAC | Mhux rilevanti |
SpeċiSalamun tal-AtlantikuSalmo salar | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjoni 32SAL/3D32. |
Estonja | 1581 [2] | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Finlandja | 13838 [2] |
KE | 15419 [2] |
TAC | Mhux rilevanti |
SpeċiLaċċa kaħlaSprattus sprattus | ŻonaIlmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. |
Danimarka | 37480 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Ġermanja | 23745 |
Estonja | 43522 |
Finlandja | 19620 |
Latvja | 52565 |
Litwanja | 19015 |
Polonja | 111552 |
Żvezja | 72456 |
KE | 379955 |
TAC | Mhux rilevanti |
[1] Espress f’numru ta’ ħut individwali
[2] Espress f’numru ta’ ħut individwali
--------------------------------------------------
ANNESS II
Limiti tal-isforz tas-sajd
1. Għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’:
(a) 181 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1) (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u
(b) 160 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.
2. In-numru massimu ta’ jiem assenti mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1 (a) u (b) u jistad bl-irkapti msemmijin fil-punt 1 ma jistax ikun aktar min-numru massimu ta’ jiem allokati għal żona waħda mit-tnejn.
--------------------------------------------------
ANNESS III
MIŻURI TEKNIĊI TRANSITORJI
A. Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali
1. Iż-żamma abbord tal-ispeċi ta’ ħut li ġejjin li jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin hawn taħt għandu jkun ipprojbit:
Speċi | Żona ġeografika | Perijodu |
Barbun (Platichthys flesus) | Subdiviżjonijiet 26, 27, 28 u 29, fin-Nofsinhar ta’ 59°30′N Subdiviżjoni 32 | 15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju 15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju |
Barbun Imperjali (Psetta maxima) | Subdiviżjonijiet 25, 26 u 28 fin-Nofsinhar ta’ 56°50′N | 1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
2. B’deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 105 mm jew akbar inkella b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti b’malji ta’ 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta’ barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu l-art f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord u jinħattu l-art matul il-perijodi ta’ projbizzjoni msemmijin fil-punt 1.
B. Speċifikazzjonijiet tal-ixkora tat-tieqa ta’ fuq tat-tip BACOMA
1. B’deroga mill-punt 1(e)(i) tal-Appendiċi 1 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, il-malji għandu jkollhom ftuħ minimu tal-malja ta’ 120 mm mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.
2. B’deroga mill-punt 1(d)(ii) tal-Appendiċi 1 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 5,5 m mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.
3. B’deroga mill-punt 2 it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 6 m jekk mat-tieqa jitwaħħal sensur għall-kejl tal-volum tal-qabdiet mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.
C. Speċifikazzjonijiet tax-xibka tat-tkarkir T90
B’deroga mill-punt (b) tal-Appendiċi 2 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, id-daqs tal-malja għall-malji għandu jkun mill-inqas 120 mm mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.
--------------------------------------------------
| Fuq |