EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1221

Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

OJ L 342, 22.12.2009, p. 1–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 039 P. 246 - 290

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/07/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1221/oj

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/1


REGOLAMENT (KE) 1221/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tat-Trattat jipprevedi li l-Komunità, fost kompiti oħra, għandha tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fil-Komunità kollha.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (4) tidentifika t-titjib tal-kollaborazzjoni u s-sħubija mal-intrapriżi bħala approċċ strateġiku sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. L-impenji volontarji huma parti essenzjali minnu. L-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni usa’ fl-Iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jippublikaw rapporti rigorużi u vverifikati b’mod independenti dwar il-prestazzjoni tal-iżvilupp ambjentali jew sostenibbli jitqiesu bħala meħtieġa f’dan il-kuntest.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2007 dwar ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju tirrikonoxxi li huwa meħtieġ li jittejjeb il-funzjonament ta’ strumenti volontarji li ġew iddisinjati għall-industrija u li dawk l-istrumenti għandhom potenzjal kbir iżda għadhom ma ġewx żviluppati bis-sħiħ. Hija tappella lill-Kummissjoni biex tirrivedi -l-istrumenti sabiex tippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-ġestjoni tagħhom.

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Politika Industrijali Sostenibbli tirrikonoxxi li l-EMAS tgħin lill-kumpanniji jottimizzaw il-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom, filwaqt li jnaqqsu l-impatti ambjentali u jagħmlu użu aktar effettiv tar-riżorsi.

(5)

Għall-fini li jiġi promoss approċċ koerenti bejn l-istrumenti leġislattivi żviluppati fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ titqies fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni jew kif din tista’ tintuża bħala għodda fl-infurzar tal-leġislazzjoni. Sabiex l-EMAS issir tappella aktar għall-organizzazzjonijiet, għandhom iqisu wkoll l-EMAS fil-linji politiċi tagħhom dwar il-kuntratti pubbliċi, u fejn xieraq, jirriferu għall-EMAS jew is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali ekwivalenti bħala kondizzjonijiet ta’ prestazzjoni fil-kuntratt ta’ xogħlijiet u servizzi.

(6)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (5) jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrivedi l-EMAS fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-operazjoni tagħha u tipproponi emendi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)

L-applikazzjoni ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali, inkluża l-EMAS kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 761/2001, wriet l-effettività tagħhom fil-promozzjoni tat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Madankollu, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-ammont ta’ organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema sabiex jintlaħaq impatt ġenerali akbar ta’ titjib ambjentali. Għal dan il-għan, l-esperjenza miġbura mill-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandha tintuża biex tittejjeb il-kapaċità tal-EMAS li twassal għal titjib fil-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjonijiet.

(8)

L-organizzazzjonijiet għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-EMAS fuq bażi volontarja u jistgħu jakkwistaw valur miżjud f’termini tal-kontroll regolatorju, tat-tfaddil fl-infiq u tad-dehra pubblika, kemm-il darba jkunu kapaċi jagħtu prova ta’ titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

(9)

L-EMAS għandha tkun disponibbli għall-organizzazzjonijiet kollha, ġewwa u barra l-Komunità, li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt ambjentali. L-EMAS għandha tipprovdi mezz biex dawk l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiġġestixxu dak l-impatt u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali globali tagħhom.

(10)

L-organizzazzjonijiet, speċjalment l-organizzazzjonijiet iż-żgħar, għandhom jiġu inkoraġġuti jieħdu sehem fl-EMAS. Il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tiġi promossa billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni, għal fondi eżistenti ta’ appoġġ u għal istituzzjonijiet pubbliċi u billi jiġu stabbiliti u promossi miżuri ta’ assistenza teknika.

(11)

L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali u li jkunu jridu jaqilbu għall-EMAS għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bl-aktar mod faċli possibbli. Għandhom jiġu kkunsidrati rabtiet ma’ skemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali.

(12)

L-organizzazzjonijiet b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw dawk is-siti kollha jew numru minnhom taħt reġistrazzjoni waħda.

(13)

Il-mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-konformità ta’ organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent għandu jissaħħaħ sabiex tittejjeb il-kredibbiltà tal-EMAS u, b’mod partikolari, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-organizzazzjonijiet irreġistrati permezz tad-deregolazzjoni jew eżenzjoni regolatorja.

(14)

Il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-EMAS għandu jinkludi l-involviment tal-impjegati u l-ħaddiema tal-organizzazzjoni peress li dan iżid is-sodisfazzjon li jieħdu minn xogħlhom, kif ukoll l-għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali li jistgħu jiġu replikati fl-ambjent tax-xogħol u barra minnu.

(15)

Il-logo tal-EMAS għandu jservi ta’ għodda ta’ komunikazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li tappella għall-organizzazzjonijiet, li trawwem il-kuxjenza tal-bejjiegħa u ta’ partijiet interessati oħra dwar l-EMAS. Ir-regoli għall-użu tal-logo tal-EMAS għandhom jiġu ssimplifikati bl-użu ta’ logo uniku u r-restrizzjonijiet eżistenti għandhom jitneħħew għajr dawk marbuta mal-prodott u l-imballaġġ. M’għandux ikun hemm konfużjoni mat-tikketti ambjentali tal-prodotti.

(16)

L-ispejjeż u l-miżati għar-reġistrazzjoni fl-EMAS għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni u mal-ħidma li jkollha ssir mill-Korpi Kompetenti. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat, għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandhom jitqiesu eżenzjonijiet jew tnaqqis mill-miżati.

(17)

L-organizzazzjonijiet għandhom jipproduċu u jippubblikaw dikjarazzjonijiet ambjentali perjodiċi li jipprovdu lill-pubbliku u partijiet interessati oħra bl-informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

(18)

Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabiltà tal-informazzjoni, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet għandu jkun abbażi ta’ indikaturi ġeneriċi ta’ prestazzjoni speċifiċi għas-settur li jiffokaw fuq oqsma ambjentali ewlenin fil-livell ta’ proċess u prodott bl-użu ta’ punti ta’ referenza u skali xierqa. Dan għandu jgħin lill-organizzazzjonijiet iqabblu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom kemm matul perijodi differenti ta’ rappurtar u mal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjonijiet oħra.

(19)

Għandhom jiġu żviluppati, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, dokumenti ta’ referenza li jinkludu l-aqwa prattika ta’ ġestjoni ambjentali u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi. Dawk id-dokumenti għandhom jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffokaw aħjar fuq l-aspetti ambjentali l-aktar importanti f’settur partikolari.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-swieq marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (6), jorganizza l-akkreditazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak Ewropew u jistabbilixxi l-qafas globali għall-akkreditazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jikkomplementa dawk ir-regoli safejn huwa meħtieġ, filwaqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-EMAS, bħall-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ kredibbiltà lejn il-partijiet interessati, speċjalment Stati Membri u, fejn xieraq, għandu jistabbilixxi regoli aktar speċifiċi. Id-dispożizzjonijiet tal-EMAS għandhom jiżguraw u jtejbu kontinwament il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali billi jiġu previsti sistema ta’ akkreditazzjoni jew liċenzjar indipendenti u newtrali, taħriġ u sorveljanza xierqa tal-attivitajiet tagħhom u b’hekk ikunu ggarantiti t-trasparenza u l-kredibbiltà tal-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS.

(21)

Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax akkreditazzjoni għall-EMAS, għandu japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(22)

Għandhom jitwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni u ta’ appoġġ kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni.

(23)

Mingħajr ħsara għar-regoli tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jagħtu inċentivi lill-organizzazzjonijiet reġistrati, bħall-aċċess għal finanzjament jew inċentivi fiskali fil-qafas ta’ skemi li jappoġġaw il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija, kemm-il darba l-organizzazzjonijiet ikunu kapaċi jagħtu prova ta’ titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

(24)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri speċifiċi mmirati lejn parteċipazzjoni akbar fl-EMAS mill-organizzazzjonijiet, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet iż-żgħar.

(25)

Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproduċi dokumenti ta’ referenza settorjali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament wara programm ta’ prijorità.

(26)

Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut, jekk xieraq, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu fid-dawl tal-esperjenza miksuba.

(27)

Dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 li għalhekk għandu jiġi mħassar.

(28)

Minħabba li l-elementi utli tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/680/KE tas-7 ta’ Settembru 2001 dwar gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (7) u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/532/KE tal-10 ta’ Lulju 2003 dwar gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) għall-għażla u l-użu ta indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali (8) huma inklużi f’dan ir-Regolament, dawk l-atti m’għandhomx jintużaw aktar għaliex ġew sostitwiti b’dan ir-Regolament.

(29)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tinħoloq skema unika kredibbli u li jiġi evitat l-istabbiliment ta’ skemi nazzjonali differenti, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-skala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(30)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9).

(31)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi proċeduri għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Korpi Kompetenti, tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali, tirrikonoxxi sistemi ta’ ġestjoni ambjentali eżistenti, jew partijiet minnhom, għall-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament u li temenda l-Annessi I sa VIII. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(32)

Ladarba jinħtieġ perijodu ta’ żmien biex jiġi żgurat li l-qafas għall-funzjonament xieraq ta’ dan ir-Regolament ikun ġie stabbilit, l-Istati Membri għandu jkollhom perijodu ta’ 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jemendaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skont id-dispożizjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-perijodu ta’ 12-il xahar, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti għandhom jitħallew ikomplu japplikaw il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 761/2001,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

B’dan hija stabbilita skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali, minn hawn ‘l quddiem imsejħa “EMAS”, li tippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li jinsabu fil-Komunità jew barra minnha.

L-għan tal-EMAS, bħala strument importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli, huwa l-promozzjoni ta’ titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali mill-organizzazzjonijiet, l-evalwazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tal-prestazzjoni ta’ sistemi bħal dawn, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet interessati oħra u involviment attiv tal-impjegati f’organizzazzjonijiet u f’taħriġ xieraq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta’ organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b’mod formali mill-maniġment fi skala għolja, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, rilevanti għall-ambjent u wkoll impenn għal titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali. Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta’ objettivi u miri ambjentali;

(2)

“prestazzjoni ambjentali” tfisser ir-riżultati li jistgħu jitkejlu tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni tal-aspetti ambjentali tagħha;

(3)

“konformità ġuridika” tfisser implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, inkluż il-kondizzjonijiet għall-permessi, fir-rigward tal-ambjent;

(4)

“aspett ambjentali” tfisser element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent;

(5)

“aspett ambjentali sinifikattiv” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista’ jkollu impatt ambjentali sinifikattiv;

(6)

“aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom hija għandha kontroll dirett tal-ġestjoni;

(7)

“aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista’ jirriżulta mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi u li jista’ jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni;

(8)

“impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk ta’ ħsara kif ukoll jekk benefiċjali, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni;

(9)

“reviżjoni ambjentali” tfisser analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta’organizzazzjoni;

(10)

“programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, ir-responsabbiltajiet u l-mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali u l-iskadenzi għall-ksib tal-objettivi u l-miri ambjentali;

(11)

“objettiv ambjentali” tfisser mira ambjentali globali, li tirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha li tikseb, u li hija kkwantifikata fejn prattikabbli;

(12)

“mira ambjentali” tfisser rekwiżit dettaljat ta’ prestazzjoni, li jirriżulta mill-objettivi ambjentali, applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, u li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jinkisbu dawk l-objettivi;

(13)

“sistema ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser il-parti tas-sistema ta’ ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta’ ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prassi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali u l-ġestjoni tal-aspetti ambjentali;

(14)

“l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser l-aktar sistema effettiva ta’ ġestjoni ambjentali li tista’ tiġi implimentata minn organizzazzjonijiet f’settur rilevanti u li tista’ tirriżulta fl-aqwa prestazzjoni ambjentali f’kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi partikolari;

(15)

“bidla sostanzjali” tfisser kwalunkwe bidla fl-operat, l-istruttura, l-amministrazzjoni, il-proċessi, l-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li jkollhom jew jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-ambjent tal-organizzazzjoni, l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem;

(16)

“verifika ambjentali interna” tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni, is-sistema u l-proċessi ta’ ġestjoni mfasslin biex iħarsu l-ambjent;

(17)

“awditur” tfisser individwu jew grupp ta’ individwi, li jappartjeni għal organizzazzjoni nnifisha jew persuna fiżika jew ġuridika minn barra l-organizzazzjoni, li taġixxi f’isem dik l-organizzazzjoni, li twettaq valutazzjoni, b’mod partikolari, tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ u li tiddetermina l-konformità mal-politika ambjentali u l-programm tal-organizzazzjoni, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal- ambjent;

(18)

“dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħrajn rigward:

(a)

l-istruttura u l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni;

(b)

il-politika ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha;

(c)

l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha;

(d)

il-programm, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha;

(e)

il-prestazzjoni ambjentali u l-konformità ma’ obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent kif stipulat fl-Anness IV;

(19)

“dikjarazzjoni ambjentali aġġornata” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħra li fiha aġġornamenti tad-dikjarazzjoni ambjentali li ġiet ivvalidata l-aħħar, fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-konformità tagħha mal-obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent kif stipulat fl-Anness IV;

(20)

“verifikatur ambjentali” tfisser

(a)

korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp li jkun kiseb l-akkreditazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(b)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni bħal dawn li tkun kisbet liċenzja biex tagħmel verifika u validazzjoni skont dan ir-Regolament;

(21)

“organizzazzjoni” tfisser kumpannija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess;

(22)

“sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni;

(23)

“cluster” tfisser grupp ta’ organizzazzjonijiet indipendenti relatati ma’ xulxin permezz ta’ prossimità ġeografika jew attivitajiet ta’ negozju li konġuntament jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali;

(24)

“verifika” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l- verifika ambjentali interna ta’ organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(25)

“validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni u l-aġġornament ambjentali tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li din id-data, ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u l-verifika ambjentali interna jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(26)

“awtoritajiet ta’ infurzar” tfisser l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif identifikati mill-Istati Membri biex jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, u fejn meħtieġ, jieħdu azzjoni ta’ infurzar;

(27)

“indikatur ta’ prestazzjoni ambjentali” tfisser espressjoni speċifika li tippermetti l-kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni;

(28)

“organizzazzjonijiet żgħar” tfisser:

(a)

intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (10); jew

(b)

awtoritajiet lokali li jiggvernaw inqas minn 10 000 abitant jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li jkollhom baġit annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx EUR 43 miljun, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i)

gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, jew korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

(ii)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi dmiritjiet, attivitajiet jew servizzi speċifiċi relatati mal-ambjent; u

(iii)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, relatati mal-ambjent taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna msemmija fil-punt (b).

(29)

“reġistrazzjoni korporattiva” tfisser reġistrazzjoni unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud mis-siti ta’ organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi;

(30)

“Korp ta’ Akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni maħtur skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.

(31)

“Korp ta’ Liċenzjar” tfisser korp maħtur b’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lil, u għas-sorveljanza ta, l-verifikaturi ambjentali.

KAPITOLU II

REĠISTRAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET

Artikolu 3

Determinazzjoni ta’ Korp Kompetenti

1.   L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet fi Stat Membru għandhom jitressqu lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru.

2.   Organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar tista’ tapplika għal reġistrazzjoni korporattiva unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud minn dawk is-siti.

L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni korporattiva unika għandhom isiru lil Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ ġestjoni magħżul mill-organizzazzjoni għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

3.   Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet barra l-Komunità, inkluża r-reġistrazzjoni korporattiva li jikkonsistu f’siti lokalizzati barra l-Komunità, għandhom isiru lil kwalunkwe Korp Kompetenti f’dawk l-Istati Membri li jipprovdu għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).

Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-verifikatur ambjentali li jagħmel il-verifika u li jivvalida s-sitema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jkun akkreditat u liċenzjat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 4

Tħejjija għar-reġistrazzjoni

1.   L-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw għall-ewwel darba għandhom:

(a)

iwettqu reviżjoni ambjentali tal-aspetti ambjentali kollha tal-organizzazzjoni skont il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I u fil-punt A.3.1 tal-Anness II;

(b)

fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, jiżviluppaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkopri r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Anness II, u, fejn din tkun disponibbli, billi jqisu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46(1)(a);

(c)

iwettqu verifika interna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.5.5 tal-Anness II u l-Anness III;

(d)

jippreparaw diskjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV. Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.

2.   L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32 li tkun disponibbli fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.

3.   L-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali, rikonoxxuta skont l-Artikolu 45(4), m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu dawk il-partijiet li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament.

4.   L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li mhemmm l-ebda evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu informazzjoni mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 32 jew il-verifikatur ambjentali.

L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni.

Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.

5.   Ir-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu vverifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat u d-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi ivvalidata minn dak il-verifikatur.

Artikolu 5

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

1.   Kwalunkwe organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 4 tista’ tapplika għal reġistrazzjoni.

2.   L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha ssir lill-Korp Kompetenti determinat skont l-Artikolu 3 u għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

id-dikjarazzjoni ambjentali validata, f’forma elettronika jew stampata;

(b)

id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9), iffirmata mill-verifikatur ambjentali li jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali;

(c)

formola mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima kif imniżżel fl-Anness VI;

(d)

prova tal-ħlas tat-tariffi, jekk applikabbli.

3.   L-applikazzjoni għandha tinkiteb bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni.

KAPITOLU III

OBBLIGI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET REĠISTRATI

Artikolu 6

Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS

1.   Organizzazzjoni reġistrata għandha, fuq bażi triennali mill-inqas:

(a)

twettaq verifika tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali sħiħa u l-programm ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħhom,

(b)

taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,

(c)

tressaq id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata lill-Korp Kompetenti,

(d)

tressaq quddiem il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,

(e)

tħallas miżata għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fis-snin li jintervjenu, organizzazzjoni rreġistrata għandha:

(a)

skont il-programm ta’ verifika, twettaq verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali tagħha u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, skont l-Anness III,

(b)

tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,

(c)

tibgħat id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata vvalidata lill-Korp Kompetenti,

(d)

tibgħat lill-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,

(e)

tħallas miżata għaż-żamma tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.

3.   L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom u l-aġġornamenti tagħha aċċessibbli għall-pubbliku fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni u għal xahar wara li jkun ikkompletat it-tiġdid tar-reġistrazzjoni.

L-organizzazzjonijiet reġistrati jistgħu jissodisfaw dak ir-rekwiżit billi jipprovdu aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata meta dan jintalab, inkella billi joħolqu links fuq siti tal-Internet, li permezz tagħhom jista’ jinkiseb aċċess għal dawk id-dikjarazzjonijiet.

L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jispeċifikaw il-mod li bih jipprovdu aċċess fil-formuli stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 7

Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.   Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendu għal dik l-organizzazzjoni il-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal erba’ snin jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, dment li l-verifikatur ambjentali li vverifika l-organizzazzjoni jikkonferma li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma jkun hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikattiv,

(b)

l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda bidliet sostanzjali ppjanati, kif definiti fl-Artikolu 8, u

(c)

ma teżisti l-ebda problema lokali ambjentali sinifikattiva, li l-organizzazzjoni tikkontribwixxi għaliha.

Biex tippreżenta t-talba msemmija fl-ewwel paragrafu, l-organizzazzjoni tista’ tuża l-formola stabbilita fl-Anness VI.

2.   Il-Korp Kompetenti għandu jiċħad it-talba jekk il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux. Huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni raġunata lill-organizzazzjoni.

3.   L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni sa sentejn, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jgħaddu d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata lill-Korp Kompetenti kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw dikjarazzjoni ambjentali aġġornata.

Artikolu 8

Bidliet sostanzjali

1.   Fejn organizzazzjoni rreġistrata tippjana li tintroduċi bidliet sostanzjali, l-organizzazzjoni għandha twettaq reviżjoni ambjentali ta’ dawn il-bidliet, inklużi l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħhom.

2.   Wara r-reviżjoni ambjentali tal-bidliet, l-organizzazzjoni għandha taġġorna r-reviżjoni ambjentali inizjali u timmodifika l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni, il-programm ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa kif meħtieġ.

3.   Id-dokumenti kollha modifikati u aġġornati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien sitt xhur.

4.   Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tippreżenta l-bidliet lill-Korp Kompetenti permezz tal-formola stabbilita fl-Anness VI u tagħmel il-bidliet disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 9

Verifika ambjentali interna

1.   Organizzazzjoni reġistrata għandha tistabbilixxi programm ta’ verifika li jiżgura li matul perijodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin jew erba’ snin jekk id-deroga li għalija jipprovdi l-Artikolu 7 tapplika, l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jkunu soġġetti għal verifika ambjentali interna skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness III.

2.   Il-verfika għandha titwettaq mill-awdituri li jkollhom, individwalment jew kollettivament, il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawn il-kompiti u li huma indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li jivverifikaw biex ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju oġġettiv.

3.   Il-programm ta’ verifika ambjentali tal-organizzazzjoni għandu jiddefinixxi l-objettivi ta’ kull verifika jew iċ-ċiklu ta’ verifika inkluża l-frekwenza tal-verifika għal kull attività.

4.   Fi tmiem kull verifika u kull ċiklu ta’ verifika l-awdituri għandhom iħejju rapport ta’ verifika bil-miktub.

5.   L-awditur għandu jikkomunika s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika lill-organizzazzjoni.

6.   Wara l-proċess ta’ verifika, l-organizzazzjoni għandha tħejji u timplimenta pjan ta’ azzjoni xieraq.

7.   L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat illi r-riżultati tal-verifika jiġu segwiti.

Artikolu 10

Użu tal-logo tal-EMAS

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(2), il-logo tal-EMAS stabbilit fl-Anness V jista’ jintuża biss mill-organizzazzjonijiet reġistrati u biss sakemm tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom.

Il-logo dejjem għandu jkollu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni.

2.   Il-logo tal-EMAS għandu jintuża biss skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżlin fl-Anness V.

3.   F’każ li organizzazzjoni tagħżel, skont l-Artikolu 3(2), li ma tinkludix is-siti kollha tagħha fir-reġistrazzjoni korporattiva, hija għandha tiżgura li fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u fl-użu tagħha tal-logo tal-EMAS ikun ċar liema siti jkunu koperti mir-reġistrazzjoni.

4.   Il-logo tal-EMAS m’għandux jintuża:

(a)

fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom; jew

(b)

flimkien ma’ stqarrijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħra, jew b’tali mod li jista’ jkun hemm konfużjoni ma’ tikketti ambjentali tal-prodott.

5.   Kwalunkwe informazzjoni ambjentali ppubblikata minn organizzazzjoni reġistrata jista’ jkollha fuqha l-logo tal-EMAS, kemm-il darba din l-informazzjoni tkun tirriferi għall-aħħar dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, li minnha tkun ittieħdet u li tkun ġiet ivvalidata minn verifikatur ambjentali, bħala:

(a)

preċiża;

(b)

issostanzjata u verifikabbli;

(c)

rilevanti u użata f’kuntest jew arranġament xieraq;

(d)

rappreżentattiva tal-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjoni;

(e)

mhux probabbli li tirriżulta f’misinterpretazzjoni; u

(f)

sinifikattiva f’relazzjoni mal-impatt ambjentali globali.

KAPITOLU IV

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KORPI KOMPETENTI

Artikolu 11

Ħatra u rwol tal-Korpi Kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-Korpi Kompetenti, li għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-Korpi Kompetenti li jaħtru, jipprovdu u jkunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.

Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkontrollaw id-dħul u ż-żamma tal-organizzazzjonijiet fir-reġistru, inklużi s-sospensjoni u t-tħassir.

2.   Il-Korpi Kompetenti jistgħu jkunu nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3.   Il-kompożizzjoni tal-Korpi Kompetenti għandha tiggarantixxi l-independenza u n-newtralità tagħhom.

4.   Il-Korpi Kompetenti għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa, kemm finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ persunal, għal prestazzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom.

5.   Il-Korpi Kompetenti għandhom japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti u għandhom jieħdu sehem f’evalwazzjoni bejn il-pari regolari kif imniżżel fl-Artikolu 17.

Artikolu 12

Obbligi dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni

1.   Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet. B’mod partikolari, huma għandhom jistabbilixxu regoli:

(a)

għall-qejsien ta’ osservazzjonijiet minn partijiet interessati, inklużi l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar u l-korpi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet, rigward organizzazzjonijiet applikanti jew reġistrati,

(b)

għaċ-ċħid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet, u

(c)

għas-soluzzjoni ta’ appelli u lmenti li jsiru kontra d-deċiżjonijiet tagħhom.

2.   Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-organizzazzjonijiet reġistrati fl-Istati Membri tagħhom, inkluża informazzjoni dwar kif id-dikjarazzjoni ambjentali jew id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jistgħu jinkisbu, u, f’każ ta’ bidliet, jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament fuq websajt.

3.   Il-Korpi Kompetenti għandhom, b’mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif jiġi deċiż mill-Istati Membri kkonċernati, jikkomunikaw it-tibdil, kull xahar, il-bidliet li jsiru fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet

1.   Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti għal dan l-għan.

2.   Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:

(a)

il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 5(2);

(b)

il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;

(c)

il-Korp Kompetenti jkun issodisfa abbażi ta’ evidenza materjali rċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar, li ma jkunx hemm evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(d)

ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b’mod sodisfaċenti;

(e)

il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u

(f)

il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.

3.   Il-Korp Kompetenti għandu jinforma lill-organizzazzjoni li huwa jkun ġie rreġistrat u jipprovdi lill-organizzazzjoni n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u l-logo tal-EMAS.

4.   Jekk Korp Kompetenti jikkonkludi li organizzazzjoni applikanta ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jikkomunika ġustifikazzjoni motivata lill-organizzazzjoni.

5.   Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata mal-EMAS, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. Il-Korp Kompetenti għandu jistieden lill-organizzazzjoni biex tissottometti applikazzjoni ġdida għal reġistrazzjoni.

6.   Sabiex il-Korp Kompetenti jikseb l-evidenza meħtieġa sabiex jieħu deċiżjoni dwar iċ-ċħid tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.

Artikolu 14

Tiġdid tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet;

1.   Korp Kompetenti għandu jġedded ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

Il-Korp Kompetenti jkun rċieva dikjarazzjoni ambjentali vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), dikjarazzjoni ambjenti aġġornata vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);

(b)

il-Korp Kompetenti jkun irċieva formula mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness VI, kif imsemmi fil-punt (d) tal- Artikolu 6(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 6(2);

(c)

il-Korp Kompetenti ma jkollux evidenza li l-verifika u l-validazzjoni ma jkunux saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;

(d)

il-Korp Kompetenti ma jkollu l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(e)

ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu gew solvuti b’mod sodisfacenti;

(f)

il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u

(g)

il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.

2.   Il-Korpi Kompetenti għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni li din tkun ġiet irreġistrata.

Artikolu 15

Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru

1.   Fejn Korp Kompetenti jemmen li organizzazzjoni reġistrata ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha f’dan ir-rigward. Jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tipprovdi risposta sodisfaċenti, għandha titneħħa jew tiġi sospiża mir-reġistru.

2.   Fejn Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi sospiża.

3.   Organizzazzjoni reġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti kwalunkwe minn dawn li ġejjin, fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan:

(a)

id-dikjarazzjoni vvalidata, dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fl-Artikolu 25(9);

(b)

formola, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI mill-organizzazzjoni, jekk applikabbli.

4.   Jekk Korp Kompetenti jiġi informat permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ġuridiku applikabbli relatat mal-ambjent, huwa għandu jissospendi jew iħassar ir-referenza għal dik l-organizzazzjoni mir-reġistru kif xieraq.

5.   Fil-każ li Korp Kompetenti jiddeċiedi li jissospendi jew iħassar reġistrazzjoni, huwa għandu jqis mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-effett ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-prevedibbiltà tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew iċ-ċirkostanzi li jwasslu għalih;

(c)

każijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-organizzazzjoni; u

(d)

iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni.

6.   Sabiex jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru, il-Korp Kompetenti għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.

7.   Jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva evidenza, f’forma oħra għajr permezz ta’ rapport ta’ sorveljanza bil-miktub tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux tajjeb biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu mill-organizzazzjoni, huwa għandu jikkonsulta lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji li jkun qed jissorvelja lill-verifikatur ambjentali.

8.   Il-Korp Kompetenti għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għal kwalunkwe miżura li tittieħed.

9.   Il-Korp Kompetenti għandu jagħti informazzjoni xierqa lill-organizzazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

10.   Is-sospensjoni ta’ organizzazzjoni mir-reġistru għandha titreġġa’ lura jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-organizzazzjoni hija f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Forum ta’ Korpi Kompetenti

1.   Forum ta’ Korpi Kompetenti mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum tal-Korpi Kompetenti” għandu jiġi stabbilit mill-Korpi Kompetenti u jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

2.   Il-Korpi Kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jieħdu sehem fil-Forum tal-Korpi Kompetenti. Meta fi Stat Membru wieħed ikun hemm stabbiliti diversi Korpi Kompetenti, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kollha kemm huma jiġu informati dwar l-attivitajiet tal-Forum tal-Korpi Kompetenti.

3.   Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jiżviluppa gwida sabiex jiżgura l-konsistenza tal-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inklużi t-tiġdid tar-reġistrazzjoni u s-sospensjoni u t-tħassir tal-organizzazzjonijiet mir-reġistru kemm fil-Komunità kif ukoll barra minnha.

Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti ta’ gwida u dokumenti relatati mal-evalwazzjoni bejn il-pari.

4.   Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi Kompetenti għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 17

Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti

1.   Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jorganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jivvaluta l-konformità tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Korp Kompetenti ma’ dan ir-Regolament u biex jiġi żviluppat approċċ armonizzat lejn l-applikazzjoni tar-regoli relatati mar-reġistrazzjoni.

2.   L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha ssir fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 12, 13 u 15. Il-Korpi Kompetenti kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, inklużi proċeduri xierqa għal appelli kontra deċiżjonijiet meħuda b’riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

4.   Il-proċeduri li qed jirriferi għalihom il-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti qabel isseħħ l-ewwel evalwazzjoni tal-pari.

5.   Il-Forum tal-Korpi Kompetenti, għandu jibgħat regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1) rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.

Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara li jkun ġie approvat mill-Forum tal-Korpi Kompetenti u mill-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

KAPITOLU V

VERIFIKATURI AMBJENTALI

Artikolu 18

Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali

1.   Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivvalutaw jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw dan li ġej:

(a)

il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-verifika ambjentali u r-riżultati tagħha u d-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha;

(b)

il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali applikabbli relatati mal-ambjent;

(c)

it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

(d)

l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-korrettezza tad-data u l-informazzjoni fid-dokumenti li ġejjin:

(i)

id-dikjarazzjoni ambjentali;

(ii)

id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata;

(iii)

(iii) kwalunkwe informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata.

3.   Il-verifikaturi ambjentali għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw il-validità teknika tar-reviżjoni ambjentali inizjali jew il-verifika jew proċeduri oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplikaw bla ħtieġa dawk il-proċeduri.

4.   Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw jekk ir-riżultati tal-verifika interna humiex affidabbli. Fejn ikun xieraq, huma għandhom jużaw kontrolli fuq il-post għal dak l-għan.

5.   Fil-ħin tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li mill-inqas ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin minn dik l-organizzazzjoni:

(a)

tkun fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;

(b)

ikun fis-seħħ u jkun inbeda programm ta’ verifika kompletament ippjanat skont l-Anness III sabiex mill-inqas ikunu ġew koperti l-aktar impatti ambjentali sinifikattivi;

(c)

tkun tlestiet ir-reviżjoni tal-ġestjoni msemmija fil-Parti A tal-Anness II; u

(d)

tkun tħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u jkunu tqiesu d-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

6.   Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni jkollha sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;

(b)

l-organizzazzjoni jkollha programm ta’ verifika ppjanat kompletament operattiv, b’mill-inqas ċiklu ta’ verifika wieħed mitmum skont l-Anness III;

(c)

l-organizzazzjoni tkun lestiet reviżjoni waħda tal-ġestjoni; u

(d)

l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

7.   Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni tkun wettqet verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent, skont l-Anness III;

(b)

l-organizzazzjoni turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent u titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha; u

(c)

l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorali, fejn dawn ikunu disponibbli.

Artikolu 19

Frekwenza tal-verifika

1.   F’konsultazzjoni mal-organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jfassal programm li jiżgura li l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni u t-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 6 jkunu vverifikati.

2.   Il-verifikatur ambjentali għandu, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, jivvalida kwalunkwe informazzjoni aġġornata fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

Fejn ikun rilevanti, għandha tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7.

Artikolu 20

Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali

1.   Sabiex tinkiseb akkreditazzjoni jew liċenzja skont dan ir-Regolament, verifikatur ambjentali kandidat għandu jintroduċi talba mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li minnu jfittex l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

Dik it-talba għandha tispeċifika l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba permezz ta’ referenza għall-klassifika ta’ attivitajiet ekonomiċi kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (11).

2.   Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar evidenza xierqa tal-kompetenza tiegħu, inkluż tal-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba fl-oqsma li ġejjin:

(a)

dan ir-Regolament;

(b)

il-funzjonament ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali;

(c)

id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġin mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 46, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d)

ir-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(e)

l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli;

(f)

l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ambjentali, tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(g)

il-funzjonament ġenerali tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward tal-interazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha mal-ambjent, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

(i)

it-teknoloġiji użati mill-organizzazzjoni;

(ii)

it-terminoloġija u l-għodod użati fl-attivitajiet;

(iii)

l-attivitajiet operattivi u l-karatteristiċi tal-interazzjoni tagħhom mal-ambjent;

(iv)

il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikattivi;

(v)

il-kontroll tat-tniġġis u t-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni;

(h)

ir-rekwiżiti u l-metodoloġija tal-verifika ambjentali inkluża l-kapaċità li jitwettqu verifiki effettivi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ sejbiet u konklużjonijiet xierqa tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika;

(i)

il-verifika tal-informazzjoni, id-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fir-rigward tal-ġestjoni tad-data, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data, il-preżentazzjoni tad-data fil-format miktub u dak grafiku għall-apprezzament ta’ żbalji potenzjali fid-data, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u estimi;

(j)

id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-data pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali.

3.   Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu juri żvilupp professjonali kontinwu fl-oqsma ta’ kompetenza mniżżlin fil-paragrafu 2 u jżomm tali żvilupp għall-valutazzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

4.   Il-verifikatur ambjentali għandu jkun terza persuna esterna, indipendenti, b’mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent tal-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

5.   Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali, finanzjarja jew oħra, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tiegħu, jew tipperikola l-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli f’dan ir-rigward.

6.   Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu metodi u proċeduri dokumentati, inklużi mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, biex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-verifika u tal-validazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.   Fil-każ li organizzazzjoni taġixxi bħala verifikatur ambjentali, hija għandha żżomm tabella informattiva tal-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni u dikjarazzjoni tal-istatus ġuridiku, il-pussess u s-sorsi ta’ finanzjament.

Dik it-tabella informattiva tal-organizzazzjoni għandha tiġi pprovduta meta tintalab.

8.   Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi żgurata permezz tal-evalwazzjoni li ssir qabel l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar u permezz tas-sorveljanza tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

Artikolu 21

Rekwiżiti addizzjonali għall-verifikaturi ambjentali li huma persuni fiżiċi u li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni individwalment

Persuni fiżiċi li jaġixxu bħala verifikaturi ambjentali u li jwettqu verifiki u validazzjoni individwalment, minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 20 għandu jkollhom:

(a)

il-kompetenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-oqsma liċenzjati tagħhom;

(b)

ambitu limitat tal-liċenzja li jiddependi fuq il-kompetenza personali tagħhom.

Artikolu 22

Rekwiżiti addizzjonali għal verifikaturi ambjentali attivi f’pajjiżi terzi

1.   Fejn verifikatur ambjentali jkun bi ħsiebu jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’pajjiżi terzi, huwa għandu jikseb akkreditazzjoni jew liċenzjagħal pajjiżi terzi speċifiċi.

2.   Sabiex jikseb akkreditazzjoni jew liċenzja għal pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu, minbarra r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikoli 20 u 21, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għarfien u l-intendiment tar-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi relatati mal-ambjent fil-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja;

(b)

l-għarfien u l-intendiment tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja.

3.   Ir-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala milħuqa fejn il-verifikatur ambjentali juri l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejnu u bejn persuna jew organizzazzjoni kkwalifikata li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

Dik il-persuna jew organizzazzjoni għandha tkun indipendenti mill-organizzazzjoni li tkun ser tiġi vverifikata.

Artikolu 23

Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali

1.   Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa mill-verifikaturi ambjentali fi:

(a)

l-Istat Membru li fih huma akkreditati jew liċenzjati, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja;

(b)

pajjiżi terzi, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja lill-verifikatur ambjentali għal dawk l-attivitajiet;

(c)

Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ta’ dan l-Istat Membru fejn issir il-verifika.

2.   Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel kull verifika fi Stat Membru, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar responsabbli għas-sorveljanza tal-verifikatur ambjentali kkonċernat.

3.   Il-verifikatur ambjentali għandu jinforma minnufih lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-akkreditazzjoni jew il-liċenzji jew l-ambitu tagħhom.

4.   Għandha ssir dispożizzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjonijew Liċenzjar, f’intervalli regolari li ma jaqbżux 24 xahar, biex jiżgura li l-verifikatur ambjentali jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja u jissorvelja l-kwalità tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa.

5.   Is-sorveljanza tista’ tikkonsisti minn verifika fl-uffiċċju, sorveljanza fuq il-post tal-organizzazzjonijiet, kwestjonarji, reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew tal-aġġornamenti tagħhom ivvalidati mill-verifikaturi ambjentali u reviżjoni tar-rapport ta’ verifika.

Is-sorveljanza għandha tkun proporzjonata għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali.

6.   L-organizzazzjonijiet għandhom jippermettu lill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jissorveljaw il-verifikatur ambjentali matul il-proċess tal-verifika u l-validazzjoni.

7.   Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar biex tintemm jew tiġi sospiża l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja jew biex jiġi ristrett l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ambjentali jkun ingħata l-possibbiltà li jiġi mismugħ.

8.   Jekk il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar, li jkun qiegħed jissorvelja, jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol ta’ verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jewfejn l-organizzazzjoni kkonċernata ġiet reġistrata.

Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar msemmija fl-Artikolu 30.

Artikolu 24

Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja

1.   Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel ma’ verifikatur ambjentali, akkreditat jew liċenzjati fi Stat Membru, iwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jipprovdi lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru tal-aħħar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, il-kompetenzi tiegħu, b’mod partikolari l-għarfien tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent u mal-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor, u l-kompożizzjoni tal-korp, jekk ikun xieraq;

(b)

il-ħin u l-post tal-verifika u l-validazzjoni;

(c)

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni.

Din in-notifika għandha tingħata qabel kull attività ta’ verifika u ta’ validazzjoni.

2.   Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

3.   Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jirrikjedi kondizzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fil-każ biss li dawn il-kondizzjonijiet l-oħra ma jippreġudikawx id-dritt tal-verifikatur ambjentali li jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor għajr f’dak fejn ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

4.   Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar m’għandux juża l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ambjentali. Meta l-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ma jkunx jista’ jissodisfa l-kompiti tiegħu skont il-paragrafi 2 u 3 qabel ma jasal iż-żmien tal-verifika u l-validazzjoni kif innotifikat mill-verifikatur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat ġustifikazzjoni raġunata lill-verifikatur.

5.   M’għandha tiġi imposta l-ebda miżata diskriminatorja għan-notifika u s-sorveljanza mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

6.   Fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li ħareġ l-akkreditazzjoni jew liċenzjar, u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun reġistrata. Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 30.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni

1.   Il-verifikatur ambjentali għandu jopera fl-ambitu tal-akkredizzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, u fuq il-bażi ta’ ftehim bil-miktub mal-organizzazzjoni.

Dak il-ftehim għandu:

(a)

jispeċifika l-ambitu tal-attività;

(b)

jispeċifika l-kondizzjonijiet immirati li jgħinu lill-verifikatur ambjentali jopera b’mod indipendenti u professjonali; u

(c)

jimpenja l-organizzazzjoni biex tagħti l-kooperazzjoni meħtieġa.

2.   Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-komponenti tal-organizzazzjoni jiġu definiti b’mod mhux ambigwu u jikkorrespondu mat-tqassim reali tal-attivitajiet.

Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tispeċifika b’mod ċar il-partijiet differenti tal-organizzazzjoni li huma soġġetti għal verifika jew validazzjoni.

3.   Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq valutazzjoni tal-elementi mniżżlin fl-Artikolu 18.

4.   Bħala parti mill-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jeżamina d-dokumentazzjoni, iżur l-organizzazzjoni, iwettaq kontrolli fuq il-post u jmexxi intervisti mal-persunal.

5.   Qabel ma ssir iż-żjara mill-verifikatur ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tipprovdilu informazzjoni bażika dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika u l-programm ambjentali, deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ fl-organizzazzjoni, dettalji dwar ir-reviżjoni ambjentali jew il-verifika li twettqet, ir-rapport dwar dik ir-reviżjoni jew verifika, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

6.   Il-verifikatur ambjentali għandu jħejji rapport bil-miktub għall-organizzazzjoni, dwar l-eżitu tal-verifika, li għandu jispeċifika:

(a)

il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali;

(b)

deskrizzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament inklużi evidenza ta’ appoġġ, sejbiet u konklużjonijiet;

(c)

it-tqabbil tal-kisbiet u l-miri mad-dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-valutazzjoni tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d)

jekk applikabbli, id-difetti tekniċi fir-reviżjoni ambjentali, il-metodu tal-verifika, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, jew kwalunkwe proċess rilevanti ieħor.

7.   F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll:

(a)

is-sejbiet u l-konklużjonijiet dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni u l-evidenza li fuqha huma bbażati dawk is-sejbiet u l-konklużjonijiet;

(b)

il-punti ta’ nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha, u d-dettalji tal-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

8.   Wara l-verifika, il-verifikatur ambjentali għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha u jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dment li l-eżitu tal-verifika u tal-validazzjoni jikkonferma li:

(a)

l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha jkunu affidabbli u korretti u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u

(b)

ma jkun hemm l-ebda evidenza li l-organizzazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

9.   Mal-validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu joħroġ dikjarazzjoni ffirmata kif imsemmi fl-Anness VII fejn jiddikjara li l-verifika u l-validazzjoni jkunu twettqu skont dan ir-Regolament.

10.   Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.

L-attività ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandha tkun soġġetta għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-attività. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fl-Artikolu 24(1).

Artikolu 26

Verifika u validazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar

1.   Meta jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ organizzazzjonijiet żgħar, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

strutturi ta’ ġerarkija sempliċi;

(b)

persunal multifunzjonali;

(c)

taħriġ fuq ix-xogħol;

(d)

il-kapaċità għal adattament rapidu għal tibdil; u

(e)

dokumentazzjoni limitata ta’ proċeduri.

2.   Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq verifika jew validazzjoni b’mod li ma jimponix piżijiet mhux meħtieġa fuq organizzazzjonijiet żgħar.

3.   Il-verifikatur ambjentali għandu jieħu kont ta’ evidenza oġġettiva li sistema tkun effettiva, inklużi l-eżistenza ta’ proċeduri fl-organizzazzjoni li jkunu proporzjonati mad-daqs u l-kumplessità tal-operazzjoni, in-natura tal-impatti ambjentali assoċjati u l-kompetenza tal-operaturi.

Artikolu 27

Kondizzjonijiet għal verifika u validazzjoni f’pajjiżi terzi

1.   Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni għal organizzazzjoni li tkun tinsab f’pajjiż terz skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.

2.   Mill-inqas sitt ġimgħat qabelverifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta’ akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika jew validazzjoni lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata tkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn hija rreġistrata.

3.   L-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ambjentali jkun akkreditat jew liċenzjat. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fil-paragrafu 2.

KAPITOLU VI

KORPI TA’ AKKREDITAZZJONI U LIĊENZJAR

Artikolu 28

Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.   Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korp ta’ Liċenzjar, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-verifikaturi ambjentali ta’ sorveljanza u għalihom.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippermettux l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ persuni fiżiċi bħala verifikaturi ambjentali.

4.   Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali fid-dawl tal-elementi mniżżlin fl-Artikoli 20, 21 u 22 rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba.

5.   L-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikaturi ambjentali għandu jiġi ddeterminat skont il-klassifika tal-attivitajiet ekonomiċi mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Dan l-ambitu għandu jkun limitat mill-kompetenza tal-verifikatur ambjentali u, fejn xieraq, għandu jieħu kont tad-daqs u l-kumplessità tal-attività.

6.   Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa dwar l-akkreditazzjoni, iċ-ċħid tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, is-sospensjoni u t-tħassir tal-akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja tal-verifikaturi ambjentali u dwar is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmi biex jitqiesu l-osservazzjonijiet minn partijiet ikkonċernati, inklużi l-Korpi Kompetenti u l-korpi rappreżentattivi ta’ organizzazzjonijiet, fir-rigward tal-applikanti u tal-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati.

7.   Fil-każ ta’ ċħid ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet għad-deċiżjoni.

8.   Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandhom jistabbilixxu, jirrivedu u jaġġornaw lista ta’ verifikaturi ambjentali u l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tagħhom fl-Istati Membri tagħhom u għandhom jikkomunikaw kull xahar, direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru kkonċerat, kwalunkwe bidliet f’din il-lista lill-Kummissjoni u lill-Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

9.   Fil-qafas tar-regoli u l-proċeduri li jirrigwardaw il-monitoraġġ tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom ifasslu rapport ta’ superviżjoni fejn jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-verifikatur ambjentali kkonċernat, waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux b’mod adegwat biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti mill-organizzazzjoni;

(b)

li l-verifika u l-validazzjoni mill-verifikatur ambjentali twettqu bi ksur ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew fejn hija tapplika għal reġistrazzjoni, u jekk applikabbli, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

Artikolu 29

Sospensjoni u rtirar ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja

1.   Is-sospensjoni jew l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja għandha tirrekjedi l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, inkluż il-verifikatur ambjentali, sabiex il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu.

2.   Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet li għalihom ikunu ttieħdu l-miżuri u, jekk applikabbli, bil-proċess ta’ diskussjoni mal-awtorità kompetenti tal-infurzar.

3.   L-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha tiġi sospiża jew irtirata sakemm tinkiseb garanzija tal-konformità tal-verifikatur ambjentali ma’ dan ir-Regolament, kif xieraq, skont in-natura u l-ambitu tan-nuqqas jew tal-ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi.

4.   Is-sospensjoni tal-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha titneħħa fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ikun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-verifikatur ambjentali jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.   Forum kostitwit mill-Korpi ta’ Akkreditazzoni u Liċenzjar kollha mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u ta’ Liċenzjar”, għandu jitwaqqaf u jiltaqa’ mill-inqas darba f’sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Il-kompitu tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jkun li jiżgura l-konsistenza ta’ proċeduri relatati ma’ dan li ġej:

(a)

l-akkreditazzjoni jew l-għoti tal-liċenza lill-verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, inkluż iċ-ċħid, is-sospensjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenza;

(b)

is-sorveljanza ta’ attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzati.

3.   Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jiżviluppa gwida dwar il-kwistjonijiet fil-qasam tal-kompetenza tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar.

4.   Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

5.   Id-dokumenti ta’ gwida msemmijin fil-paragrafu 3 u r-regoli ta’ proċedura msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

6.   Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 31

Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.   L-evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-akkreditazzjoni u l-liċenzjar ta’ verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, li għandha tiġi organizzata mill-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, għandha titwettaq fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċedurimniżżlin fl-Artikoli 28 u 29.

Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.

2.   Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jibgħat regolarment rapport tal-evalwazzjoni bejn il-pari lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1).

Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara l-approvazzjoni tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmi fl-Artikolu 30(1) u l-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

KAPITOLU VII

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 32

Assistenza għal organizzazzjonijiet rigward il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess għall-informazzjoni u l-possibilitajiet ta’ assistenza rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent f’dak l-Istat Membru.

2.   L-assistenza għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(b)

identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar għal rekwiżiti ġuridiċi uniċi relatati mal-ambjent li jkunu ġew identifikati bħala applikabbli;

3.   L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu l-kompitu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 lill-Korpi Kompetenti jew lil kwalunkwe korp ieħor li jkollu l-kompetenza meħtieġa u r-riżorsi xierqa biex iwettaq il-kompitu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar iwieġbu għat-talbiet, għall-inqas minn organizzazzjonijiet żgħar dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, u jipprovdu informazzjoni lill-organizzazzjonijiet dwar il-mezzi li bihom tingħata evidenza dwar kif l-organizzazzjonijiet jissodisfaw r-rekwiżiti ġuridiċi rilevanti.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet għall-infurzar kompetenti jikkomunikaw xi nuqqas min-naħa ta’ organizzazzjonijiet reġistrati li jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra lill-organizzazzjoni.

L-awtorità ta’ infurzar kompetenti għandha tinforma lil dak il-Korp Kompetenti mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tkun saret konxja min-nuqqas.

Artikolu 33

Propozzjoni tal-EMAS

1.   L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Korpi Kompetenti, mal-awtoritajiet tal-infurzar u ma’ partijiet interessati oħra rilevanti, jippromwovu l-iskema EMAS filwaqt li jqisu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikoli 34 sa 38.

2.   Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu strateġija ta’ promozzjoni li għandha tkun riveduta fuq bażi regolari.

Artikolu 34

Informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprovdu informazzjoni:

(a)

lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS;

(b)

lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jużaw pubblikazzjonijiet professjonali, ġurnali lokali, kampanji ta’ promozzjoni jew kwalunkwe mezz funzjonali ieħor għall-promozzjoni tal-għarfien ġenerali dwar l-EMAS.

L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw, b’mod partikolari, ma’ assoċjazzjonijiet industrijali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet ambjentali, trade unions, istituzzjonijiet lokali u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

Artikolu 35

Attivitajiet ta’ promozzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni għall-EMAS. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

(a)

il-promozzjoni tal-iskambju ta’ għarfien u tal-aqwa prassi dwar l-EMAS fost il-partijiet kollha kkonċernati;

(b)

l-iżvilupp ta’ għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u l-kondiviżjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet;

(c)

l-għoti ta’ appoġġ tekniku lill-organizzazzjonijiet rigward id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom relatati mal-EMAS;

(d)

l-inkoraġġiment ta’ sħubiji fost l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-EMAS.

2.   Il-logo tal-EMAS mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni jista’ jintuża mill-Korpi Kompetenti, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati oħra għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni relatati mal-EMAS. F’każijiet bħal dawn, l-użu tal-logo tal-EMAS stipulat fl-Anness V m’għandux jissuġġerixxi li l-utent ikun irreġistrat meta ma jkunx il-każ.

Artikolu 36

Promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar billi inter alia:

(a)

jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni u fondi ta’ appoġġ adattati speċjalment għalihom;

(b)

jiżguraw li jkun hemm miżati raġonevoli tar-reġistrazzjoni biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom;

(c)

jippromwovu miżuri ta’ assistenza teknika.

Artikolu 37

Approċċ ta’ cluster u ta’ pass-pass

1.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu, f’parteċipazzjoni mal-assoċjazzjonijiet industrijali, il-kmamar tal-kummerċ u partijiet kkonċernati oħra, assistenza speċifika lil clusters ta’ organizzazzjonijiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni kif jissemma fl-Artikoli 4, 5 u 6.

Kull organizzazzjoni mill-cluster għandha tiġi rreġistrata separatament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali. B’mod partikolari huma għandhom jinkoraġġixxu approċċ ta’ pass-pass li jwassal għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

3.   Is-sistemi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom joperaw bl-objettiv li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa għall-parteċipanti, b’mod partikolari għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar.

Artikolu 38

L-EMAS u linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità

1.   Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tkun tista’:

(a)

titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida;

(b)

tintuża bħala għodda fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni;

(c)

titqies f’kuntratti tal-akkwist u x-xiri pubbliku.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja, notevolment il-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni, u l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-EMAS.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:

(a)

għajnuna regolatorja, sabiex organizzazzjoni reġistrata titqies bħala konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

regolamentzzjoni aħjar, li permezz tagħha strumenti ġuridiċi oħra jiġu mmodifikati sabiex il-piżijiet fuq l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS jitneħħew, jitnaqqsu jew jiġu ssimplifikati bil-ħsieb li jiġi inkoraġġit l-operat effiċjenti tas-swieq u jiżdied il-livell ta’ kompetittività.

Artikolu 39

Miżati

1.   L-Istati Membri jistgħu jimponu miżati filwaqt li jieħdu kont ta’ dan li ġej:

(a)

l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-għoti ta’ informazzjoni u assistenza lill-organizzazzjonijiet mill-korpi maħturin jew stabbiliti għal dak il-għan mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32;

(b)

l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-akkreditazzjoni, il-liċenzjar u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali;

(c)

l-ispejjeż għal reġistrazzjoni, it-tiġdid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni u t-tħassir minn Korpi Kompetenti kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-proċessi għal organizzazzjonijiet barra l-Komunità.

Dawk il-miżati m’għandhomx jaqbżu ammont raġonevoli u għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni u mal-ħidma li għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikunu infurmati dwar il-miżati kollha applikabbli.

Artikolu 40

Nuqqas ta’ konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġuridiċi jew amministrattivi xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet effettivi kontra l-użu tal-logo tal-EMAS li jmur kontra dan ir-Regolament.

Jistgħu jintużaw id-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti skont id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (12).

Artikolu 41

Informazzjoni u rappurtar lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-proċeduri relatati mal-funzjonament tal-Korpi Kompetenti u l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni, fejn ikun xieraq.

2.   Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament.

F’dawk ir-rapporti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal -aħħar rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.

KAPITOLU VIII

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KUMMISSJONI

Artikolu 42

Informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni:

(a)

lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS;

(b)

lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a)

reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet reġistrati;

(b)

bażi ta’ data ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali f’format elettroniku;

(c)

ġabra ta’ data tal-aqwa prattika dwar l-EMAS, inklużi inter alia għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u eżempji ta’ appoġġ tekniku għall-organizzazzjonijiet;

(d)

lista ta’ riżorsi Komunitarji għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-EMAS u proġetti u attivitajiet relatati.

Artikolu 43

Kollaborazzjoni u koordinazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif jixraq, il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex, b’mod partikolari, tikseb applikazzjoni uniformi u konsistenti fil-Komunità kollha tar-regoli relatati ma’ dan li ġej:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet;

(b)

il-verifikaturi ambjentali;

(c)

l-informazzjoni u l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni u istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħrajn għandhom, fejn ikun xieraq, jirriferu għall-EMAS jew għal sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti skont l-Artikolu 45, jew l-ekwivalenti, bħala kondizzjonijiet kuntrattwali ta’ prestazzjoni għal kuntratti ta’ xogħol u servizzi.

Artikolu 44

Integrazzjoni tal-EMAS f’linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tista’:

(1)

titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida u fir-reviżjoni ta’ leġislazzjoni eżistenti, b’mod partikolari fil-forma ta’ għajnuna regolatorja u regolamentazzjoni aħjar kif deskritt fl-Artikolu 38(2);

(2)

tintuża bħala għodda fil-kuntest tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni.

Artikolu 45

Relazzjoni ma’ sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali

1.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fil-livell nazzjonali jew reġjonali bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fit-talba tagħhom il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħtu evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata.

4.   Il-Kummissjoni għandha, wara li teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 1, u filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(2), tirrikonoxxi l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u tirrikonoxxi r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzjar għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni jekk tkun tal-fehma li Stat Membru jkun:

(a)

speċifika b’mod ċar biżżejjed fit-talba, il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ta biżżejjed evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzitas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, inklużi t-taqsimiet rilevanti tal-EMAS imsemmijin fl-Anness I li għalihom dawk ir-referenzi japplikaw, u r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja rikonoxxuti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 46

Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi

1.   F’konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali li għandhom jinkludu:.

(a)

l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali;

(b)

indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi;

(c)

fejn xieraq, punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiżviluppa dokumenti ta’ referenza għall-użu transsettorjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza eżistenti u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali żviluppati skont linji politiċi u strumenti ambjentali oħra fl-istandards Komunitarji jew internazzjonali.

3.   Sal-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li se jitqiesu bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tad-dokumenti ta’ riferenza settorjali u transsettorjali.

Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment.

4.   B’kooperazzjoni mal-Forum tal-Korpi Kostitwiti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet barra l-Komunità.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS.

Din il-gwida għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.

6.   Id-dokumenti żviluppati bi qbil mal-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu sottomessi gġall-adozzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 47

Rappurtar

Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih informazzjoni dwar l-azzjonijiiet u l-miżuri li ttieħdu skont dan il-Kapitolu u informazzjoni li l-Kummissjoni tirċievi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41.

Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-impatt tal-iskema fuq l-ambjent u x-xejra f’dak li huwa numru ta’ parteċipanti.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Emendar tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi jekk meħtieġ jew xieraq, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-operat tal-EMAS, bi tweġiba għal ħtiġijiet identifikati għal gwida dwar ir-rekwiżiti tal-EMAS u fid-dawl ta’ kwalunkwe bidla fl-istandards internazzjonali jew standards ġodda li huma ta’ rilevanza għall-effettività ta’ dan ir-Regolament.

2.   Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 49

Preċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 50

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-EMAS fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-operat tagħha u tal-iżviluppi internazzjonali sal-11 ta’ Jannar 2015. Hija għandha tieħu kont tar-rapporti mibgħutin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ta’ revoka u transizzjonali

1.   L-atti ġuridiċi li ġejjin għandhom jitħassru:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001,

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE tas-7 ta’ Settembru 2001 dwar il-gwida sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ eko-ġestjoni u verifika (EMAS) (13),

(c)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE tal-1 ta’ Marzu 2006 li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo tal-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali tal-imballaġġ għat-trasport u l-imballaġġ terzjarju (14).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jimplimentaw il-proċeduri modifikati jkunu operattivi bis-sħiħ sal-11 ta’ Jannar 2011.

(b)

l-organizzazzjonijiet reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jibqgħu fuq ir-reġistru tal-EMAS. Fil-ħin tal-verifika sussegwenti ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika l-konformità tagħha mar-rekwiżiti l-ġodda ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-verifika sussegwenti tkun ser issir qabel il-11 ta’ Lulju 2010, id-data tal-verifika sussegwenti tista’ tiġi estiża b’sitt xhur bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u l-Korpi Kompetenti;

(c)

il-verifikaturi ambjentali akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament.

3.   Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

Artikolu 52

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON


(1)  L-Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 120, 28.5.2009, p. 56.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2009.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(7)  ĠU L 247, 17.9.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 23.7.2003, p. 19.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(11)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(12)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(13)  ĠU L 247, 17.9.2001, p. 24.

(14)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63.


ANNESS I

REVIŻJONI AMBJENTJALI

Ir-reviżjoni ambjentali għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:

1.

Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Minbarra l-istabbiliment ta’ lista ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista’ tingħata evidenza li hija qed tikkonforma mar-rekwiżiti differenti.

2.

Identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b’impatt sinifikattiv fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u l-kompilazzjoni ta’ reġistru ta’ dawk identifikati bħala sinifikattivi.

Organizzazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin meta tivvaluta is-sinifikanza ta’ aspett ambjentali:

(i)

il-potenzjal li jikkawża ħsara ambjentali;

(ii)

il-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali;

(iii)

id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew l-impatt;

(iv)

l-eżistenza u r-rekwiżiti ta’ leġislazzjoni ambjentali rilevanti;

(v)

l-importanza tiegħu għall-partijiet interessati u l-impjegati tal-organizzazzjoni.

(a)

Aspetti ambjentali diretti

L-aspetti ambjentali diretti huma assoċjati ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom għandha kontroll dirett ta’ ġestjoni.

L-organizzazzjonijiet kollha għandhom iqisu l-aspetti diretti tal-operazzjonijiet tagħhom.

L-aspetti ambjentali diretti jirrigwardaw, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

ir-rekwiżiti ġuridiċi u l-limiti tal-permessi;

(ii)

l-emissjonijiet fl-arja;

(iii)

ir-rilaxx fl-ilma;

(iv)

il-produzzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta’ skart solidu u skart ieħor, b’mod partikolari l-iskart perikoluż;

(v)

l-użu u t-tniġġis tal-art;

(vi)

l-użu ta’ riżorsi naturali u materji primi (inkluża l-enerġija);

(vii)

l-użu ta’ sustanzi addittivi u awżiljari kif ukoll prodotti semimanifatturati;

(viii)

kwistjonijiet lokali (storbju, vibrazzjonijiet, irwejjaħ, trab, dehra viżiva, eċċ.);

(ix)

kwistjonijiet tat-trasport (kemm għal prodotti kif ukoll għal servizzi);

(x)

ir-riskji ta’ inċidenti ambjentali u impatti li jirriżultaw, jew li x’aktarx jirriżultaw minnhom, bħala konsegwenza tal-inċidenti, l-aċċidenti u s-sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza;

(xi)

l-effetti fuq il-bijodiversità.

(b)

Aspetti ambjentali indiretti

Aspetti ambjentali indiretti jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi, li jistgħu jiġu influwenzati sa livell Istati Membri mill-organizzazzjoni li qed tirreġistra fl-EMAS.

Għal organizzazzjonijiet mhux industrijali, bħalma huma awtoritajiet lokali jew istituzzjonijiet finanzjarji, huwa essenzjali li dawn jikkunsidraw ukoll l-aspetti ambjentali assoċjati man-negozju ċentrali tagħhom. Inventarju limitat għall-aspetti ambjentali tas-sit u l-faċilitajiet ta’ organizzazzjoni mhuwiex biżżejjed.

Dawn jinkludu, imma m’humiex limitati għal:

(i)

il-kwistjonijiet relatati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott (id-disinn, l-iżvilupp, l-imballaġġ, it-trasport, l-użu ta’ skart u l-irkupru/ir-rimi tiegħu);

(ii)

l-investimenti kapitali, l-għoti ta’ self u s-servizzi tal-assigurazzjoni;

(iii)

is-swieq ġodda;

(iv)

l-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi (p.e. it-trasport jew il-kummerċ tal-forniment tal-ikel);

(v)

id-deċiżjonijiet amministrattivi u ta’ ppjanar;

(vi)

il-kompożizzjoni ta’ firxiet ta’ prodotti;

(vii)

il-prestazzjoni ambjentali u l-prattika ta’ kuntratturi, sub-kuntratturi u fornituri.

L-organizzazzjonijiet iridu jkunu jistgħu juru li l-aspetti ambjentali sinifikattivi assoċjati mal-proċeduri tagħhom ta’ akkwist pubbliku jkunu ġew identifikati u li l-impatti ambjentali sinifikattivi assoċjati ma’ dawn l-aspetti jiġu indirizzati fis-sistema ta’ ġestjoni. L-organizzazzjoni għandha timpenja ruħha biex tiżgura li l-fornituri u dawk li jaġixxu f’isem l-organizzazzjoni jikkonformaw mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni fl-ambitu tal-attivitajiet imwettqa għall-kuntratt.

Fil-każ ta’ dawn l-aspetti ambjentali indiretti, organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista’ jkollha influwenza fuq dawn l-aspetti, u liema miżuri jistgħu jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt ambjentali.

3.

Deskrizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza tal-impatt ambjentali

L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, biex tiddetermina liema għandhom impatt ambjentali sinfikattiv.

Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom jieħdu kont tal-leġislazzjoni Komunitarja u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu vverifikati b’mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku.

Il-konsiderazzjonijiet għall-istabbiliment tal-kriterji li jivvalutaw is-sinifikanza tal-aspetti ambjentali ta’ organizzazzjoni jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

l-informazzjoni dwar il-kondizzjoni tal-ambjent biex jiġu identifikati l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tal-organizzazzjoni li jista’ jkollhom impatt ambjentali;

(b)

id-data eżistenti tal-organizzazzjoni dwar id-dħul ta’ materjal u enerġija, l-iskarigi, l-iskart u l-emissjonijiet f’termini ta’ riskju;

(c)

il-fehmiet ta’ partijiet interessati;

(d)

l-attivitajiet ambjentali tal-organizzazzjoni li huma regolati;

(e)

l-attivitajiet ta’ kuntratti pubbliċi;

(f)

id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u d-disponiment mill-prodotti tal-organizzazzjoni;

(g)

dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjoni bl-ispejjeż ambjentali l-aktar sinifikattivi, u l-benefiċċji ambjentali.

Waqt li tagħmel stima tas-sinifikat tal-impatti tal-ambjent tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha taħseb mhux biss dwar il-kondizzjonijiet normali tal-ħidma iżda ukoll dwar il-kondizzjonijiet tal-ftuħ tax-xogħol, l-għeluq għall-btajjel u l-kondizzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jitbassru b’mod raġjonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati.

4.

Eżami tal-prattika u l-proċeduri kollha eżistenti għall-ġestjoni ambjentali.

5.

Evalwazzjoni ta’ informazzjoni mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti.


ANNESS II

Rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS

Ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali skont l-EMAS huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti huma riprodotti fil-kolonna tax-xellug tat-tabella hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti A ta’ dan l-Anness.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet reġistrati huma meħtieġa jindirizzaw għadd ta’ kwistjonijiet addizzjonali li għandhom rabta diretta ma’ għadd ta’ elementi tat-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2004. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali huma elenkati fil-kolonna tal-lemin hawn taħt, li tikkostitwixxi l-Parti B ta’ dan l-Anness.

PARTI A

rekwiżiti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali skont l-EN ISO 14001:2004

PARTI B

kwistjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu indirizzati mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS

L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema għall-ġestjoni ambjentali u l-verifika (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-EN ISO 14001:2004, li huma deskritti fit-Taqsima 4 tal-Istandard Ewropew (1) u huma riprodotti fl-intier tagħhom hawn taħt:

 

A.

Rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali

 

A.1.

Rekwiżiti ġenerali

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta, iżżomm u ttejjeb kontinwament sistema ta’ ġestjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali u tiddetermina kif se tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

 

L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-ambitu tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha.

 

A.2.

Politika ambjentali

 

L-ogħla ġestjoni għandha tiddefinixxi l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u tiżgura li, fl-ambitu definit tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, hija:

 

(a)

tkun xierqa għan-natura, l-iskala u l-impatti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha;

 

(b)

tinkludi impenn għal titjib kontinwu u għall-prevenzjoni tat-tniġġis;

 

(c)

tinkludi impenn dwar il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward tal-aspetti ambjentali tagħha;

 

(d)

tipprovdi l-qafas għall-istabbiliment u r-reviżjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali;

 

(e)

tkun dokumentata, implimentata u miżmuma;

 

(f)

tiġi kkomunikata lill-persuni kollha li jaħdmu għal jew f’isem l-organizzazzjoni; u

 

(g)

tkun disponibbli għall-pubbliku.

 

A.3.

Ippjanar

 

A.3.1.

Aspetti ambjentali

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i:

 

(a)

biex tidentifika l-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha fl-ambitu definit tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tista’ tikkontrolla u dawk li tista’ tinfluwenza b’kont meħud tal-iżviluppi ppjanati jew ġodda, jew attivitajiet, prodotti u servizzi ġodda jew modifikati; u

 

(b)

biex tiddetermina dawk l-aspetti li għandhom jew jista’ jkollhom impatt(i) sinifikattiv(i) fuq l-ambjent (jiġifieri aspetti ambjentali sinifikattivi).

 

L-organizzazzjoni għandha tiddokumenta din l-informazzjoni u żżommha aġġornata.

 

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-aspetti ambjentali sinifikattivi jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment, l-implimentata u ż-żamma tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha.

 

 

B.1.

Reviżjoni ambjentali

 

L-organizzazzjonijiet għandhom iwettqu reviżjoni ambjentali inizjali kif stabbilit fl-Anness I sabiex jiġi identifikati u valutati l-aspetti ambjentali tagħhom u jiġu identifikati rekwiżiti ġuridiċi applikabbli li jkollhom x’jaqsmu mal-ambjent.

 

L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni.

A.3.2.

Rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i:

 

(a)

biex tidentifika u jkollha aċċess għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward tal-aspetti ambjentali tagħha; u

 

(b)

biex tiddetermina kif dawn ir-rekwiżiti japplikaw għall-aspetti ambjentali tagħha.

 

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li dawn ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment, l-implimentazzjoni u ż-żamma tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha.

 

 

B.2.

Konformità ġuridika

 

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jirreġistraw mal-EMAS għandhom ikunu kapaċi juru li huma:

 

(1)

jkunu identifikaw, u jafu l-implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati mal-ambjent, li jiġu identifikati fir-reviżjoni ambjentali skont l-Anness I.

 

(2)

jipprovdu konformità ġuridika mal-leġislazzjoni ambjentali, inklużi l-permessi u l-limiti tal-permessi; u

 

(3)

għandhom stabbiliti proċeduri li jagħmluha possibbli li l-organizzazzjoni tissodisfa dawn ir-rekwiżiti fuq bażi kontinwa.

A.3.3.

Objettivi, miri u programm(i)

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm dokumentati, objettivi u miri ambjentali, f’funzjonijiet u livelli relevanti fl-organizzazzjoni.

 

L-objettivi u l-miri għandhom ikunu jistgħu jitkejlu, fejn prattikabbli, u jkunu konsistenti mal-politika ambjentali, inklużi l-impenji lejn il-prevenzjoni tat-tniġġis, lejn il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u lejn titjib kontinwu.

 

Meta tistabbilixxi u tirrivedi l-objettivi u l-miri tagħha, organizzazzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u l-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha. Hija għandha tikkunsidra wkoll l-għażliet teknoloġiċi tagħha, ir-rekwiżiti finanzjarji, operattivi u ta’ negozju tagħha, u l-fehmiet tal-partijiet interessati.

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programm(i) għall-ksib tal-objettivi u l-miri tagħha. Il-programm(i) għandu/hom jinkludi/u:

 

(a)

ħatra tar-responsabbiltà għall-ksib tal-objettivi u l-miri f’funzjonijiet u livelli relevanti tal-organizzazzjoni; u

 

(b)

il-mezzi u l-iskeda ta’ żmien li bihom għandhom jinkisbu.

 

 

B.3.

Prestazzjoni ambjentali

 

(1)

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li s-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika jindirizzaw il-prestazzjoni ambjentali attwali tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti diretti u indiretti identifikati fir-reviżjoni ambjentali skont l-Anness I.

 

(2)

Il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri tagħha għandhom jiġu evalwati bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni tal-ġestjoni. L-organizzazzjoni għandha wkoll timpenja ruħha għal titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha. Meta tagħmel dan, l-organizzazzjoni tista’ tibbaża l-azzjoni tagħha fuq programmi lokali, reġjonali u nazzjonali.

 

(3)

Il-mezzi sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ma jistgħux ikunu objettivi ambjentali. Jekk l-organizzazzjoni tikkonsisti minn sit wieħed jew aktar, kull wieħed mis-siti li għalih tapplika l-EMAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS inkluż it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali kif definit fl-Artikolu 2(2).

A.4.

Implimentazzjoni u operazzjoni

 

A.4.1.

Riżorsi, irwoli, responsabbiltà u awtorità

 

Il-ġestjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi essenzjali biex tistabbilixxi, timplimenta, iżżomm u ttejjeb is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Ir-riżorsi jinkludu r-riżorsi umani u l-ħiliet speċjalizzati, l-infrastruttura ta’ organizzazzjoni, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji.

 

L-irwoli, ir-responsabilitajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u kkomunikati sabiex tiġi ffaċilitata ġestjoni ambjentali effettiva.

 

L-ogħla korp ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/ċi li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, ikollu/hom rwoli, responsabbiltajiet u awtorità definiti biex:

 

(a)

jiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tkun stabbilita, implimentata u miżmuma skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali;

 

(b)

jirrapporta lill-ogħla korp ta’ ġestjoni dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali għal reviżjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

 

A.4.2.

Kompetenza, taħriġ u għarfien

B.4.

Involviment tal-impjegati

 

(1)

L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li l-involviment attiv tal-impjegati huwa impetu u prerekwiżit għal titjib ambjentali kontinwu u ta’ suċċess kif ukoll ir-riżors ewlieni għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali kif ukoll il-metodu xieraq li bih is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ verifika ambjentali tiġi stabbilita b’suċċess fl-organizzazzjoni.

 

(2)

It-terminu “parteċipazzjoni tal-impjegati” tinkludi kemm il-parteċipazzjoni ta’ impjegati individwali u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-informazzjoni lill-impjegati individwali u r-rappreżentanti tagħhom. Għalhekk, għandu jkun hemm skema għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-livelli kollha. L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li l-impenn, ir-rispons u l-appoġġ attiv min-naħa tal-ġestjoni huma prerekwiżit għas-suċċess ta’ dawk il-proċessi. F’dan il-kuntest, għandha ssir enfasi fuq il-ħtieġa ta’ feedback mill-ġestjoni lill-impjegati.

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li kull persuna li twettaq kompiti għaliha jew f’isimha li għandha l-potenzjal li tikkawża impatt(i) ambjentali sinifikattiv(i) identifikat(i) mill-organizzazzjoni hija kompetenti abbażi ta’ edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa, u għandha żżomm reġistri assoċjati.

 

L-organizzazzjoni għandha tidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati mal-aspetti ambjentali u mas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. Hija għandha tipprovdi taħriġ jew tieħu azzjoni oħra biex tilħaq dawn il-ħtiġijiet, u għandha żżomm reġistri assoċjati.

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tgħarraf lill-persuni li jaħdmu għaliha jew f’isimha dwar:

 

(a)

l-importanza tal-konformità mal-politika u l-proċeduri ambjentali u mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali;

 

(b)

l-aspetti ambjentali sinifikattivi u impatti attwali jew potenzjali relatati assoċjati ma’ xogħlhom, u l-benefiċċji ambjentali ta’ prestazzjoni personali mtejba;

 

(c)

l-irwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ksib ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali; u

 

(d)

il-konsegwenzi potenzjali ta’ devjazzjoni mill-proċeduri speċifiċi.

 

 

(3)

B’żieda ma’ dawn ir-rekwiżiti, l-impjegati għandhom ikunu involuti fil-proċess immirat lejn it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni permezz ta’:

 

(a)

ir-reviżjoni ambjentali inizjali, l-analiżi tal-istatus quo u fil-ġbir u l-verifika ta’ informazzjoni,

 

(b)

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ verifika għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali,

 

(c)

il-kumitati ambjentali biex tinġabar informazzjoni u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta’ uffiċjal ambjentali/rappreżentanti tal-ġestjoni u l-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom,

 

(d)

gruppi ta’ ħidma konġunti għall-programm ta’ azzjoni ambjentali u l-verifika ambjentali,

 

(e)

it-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali.

 

(4)

Għal dan il-fini għandhom jintużaw forom xierqa ta’ parteċipazzjoni bħalma hi s-sistema tal-ktieb ta’ suġġerimenti jew ħidma fi gruppi bbażata fuq proġett jew il-kumitati ambjentali. L-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu nota tal-gwida tal-Kummissjoni dwar l-aqwa prassi f’dan il-qasam. Meta jitolbu dan, kull rappreżentant tal-impjegati għandu jkun involut ukoll.

A.4.3.

Komunikazzjoni

 

Fir-rigward tal-aspetti ambjentali u tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għal:

 

(a)

komunikazzjoni interna bejn il-livelli u l-funzjonijiet varji tal-organizzazzjoni;

 

(b)

biex tirċievi, tiddokumenta u twieġeb komunikazzjoni relevanti minn partijiet interessati esterni.

 

L-organizzazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tikkomunika esternament dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha, u għandha tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha. Jekk tiddeċiedi li tikkomunika, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta metodu/i għal din il-komunikazzjoni esterna.

 

 

B.5.

Komunikazzjoni

 

(1)

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet oħra interessati inklużi l-komunitajiet u l-konsumaturi lokali rigward l-impatt ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom sabiex jidentifikaw il-preokkupazzjonijiet tal-pubbliku u ta’ partijiet interessati oħra.

 

(2)

Il-ftuħ, it-trasparenza u l-forniment perjodiku ta’ informazzjoni ambjentali huma fatturi ewlenin li jiddifferenzjaw l-EMAS minn skemi oħra. Dawk il-fatturi huma wkoll importanti biex l-organizzazzjoni tibni kunfidenza ma’ partijiet interessati.

 

(3)

L-EMAS tipprovdi l-flessibbiltà li tippermetti lill-organizzazzjonijiet jindirizzaw informazzjoni relevanti lejn udjenzi speċifiċi filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli għal dawk li jeħtiġuha.

A.4.4.

Dokumentazzjoni

 

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali għandha tinkludi:

 

(a)

il-politika, l-objettivi u l-miri ambjentali;

 

(b)

deskrizzjoni tal-ambitu tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali;

 

(c)

deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l-interazzjoni tagħhom, u referenza għal dokumenti relatati;

 

(d)

dokumenti, inklużi reġistri, mitlubin minn dan l-Istandard Internazzjonali; u

 

(e)

dokumenti, inklużi reġistri, meqjusin bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni sabiex tiżgura l-ippjanar, l-operazzjoni u l-kontroll effettivi ta’ proċessi relatati mal-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha.

 

A.4.5.

Kontroll ta’ dokumenti

 

Id-dokumenti meħtieġa mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandhom ikunu kkontrollati. Ir-reġistri huma tip speċjali ta’ dokument u għandhom ikunu kkontrollati skont ir-rekwiżiti mogħtija f’punt A.5.4.

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i biex:

 

(a)

tapprova d-dokumenti għall-adegwatezza qabel ma jinħarġu;

 

(b)

tirrivedi u taġġorna kif meħtieġ u terġa’ tapprova d-dokumenti;

 

(c)

tiżgura li l-bidliet u l-istatus tar-reviżjoni attwali tad-dokumenti jkunu identifikati;

 

(d)

tiżgura li l-verżjonijiet relevanti tad-dokumenti applikabbli jkunu disponibbli f’postijiet ta’ użu;

 

(e)

tiżgura li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u faċilment identifikabbli;

 

(f)

tiżgura li d-dokumenti ta’ oriġni esterna meqjusin bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u l-operazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jkunu identifikati u d-distribuzzjoni tagħhom tkun ikkontrollata; u

 

(g)

tipprevjeni l-użu mhux intenzjonat ta’ dokumenti skaduti u tapplikalhom identifikazzjoni xierqa jekk jinżammu għal xi raġuni.

 

A.4.6.

Kontroll tal-operazzjoni

 

L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tippjana dawk l-operazzjonijiet li huma assoċjati ma’ aspetti ambjentali sinifikattivi identifikati bħala konsistenti mal-politika, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha, sabiex tiżgura li dawn jitwettqu taħt kondizzjonijiet speċifiċi, billi:

 

(a)

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i dokumentata/i sabiex tikkontrolla s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għal devjazzjoni mill-politika, l-objettivi u l-miri ambjentali; u

 

(b)

tistipola l-kriterji operattivi fil-proċedura/i; u

 

(c)

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċeduri relatati mal-aspetti ambjentali sinifikattivi identifikati ta’ oġġetti u servizzi użati mill-organizzazzjoni u tikkomunika l-proċeduri u r-rekwiżiti applikabbli lill-fornituri, inklużi l-kuntratturi.

 

A.4.7.

Preparazzjoni u rispons f’emerġenza

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i biex tidentifika sitwazzjonijiet ta’ emerġenza potenzjali u aċċidenti potenzjali li jista’ jkollhom impatt(i) fuq l-ambjent u kif ser tirreaġixxi għalihom.

 

L-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta’ emerġenza attwali u tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali avversi assoċjati.

 

L-organizzazzjoni għandha teżamina perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrivedi l-proċeduri tat-tlestija u r-rispons tagħha għal emerġenzi, b’mod partikolari wara li jseħħu aċċidenti jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

 

L-organizzazzjoni għandha wkoll tittestja perjodikament proċeduri bħal dawn fejn prattikabbli.

 

A.5.

Kontrolli

 

A.5.1.

Monitoraġġ u kejl

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i għal monitoraġġ u kejl regolari, tal-karatteristiċi ewlenin tal-operazzjonijiet tagħha li jista’ jkollhom impatt ambjentali sinifikattiv. Il-proċedura/i għandha/hom tinkludi/jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni, il-kontrolli operattivi applikabbli u l-konformità mal-objettivi u l-miri ambjentali tal-organizzazzjoni.

 

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jintuża u jinżamm tagħmir għal monitoraġġ u kejl kalibrat u verifikat u għandha żżomm reġistri assoċjati.

 

A.5.2.

Evalwazzjoni tal-konformità

 

A.5.2.1.

B’mod konsistenti mal-impenn għall-konformità, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tevalwa perjodikament il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli.

 

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet perjodiċi.

 

A.5.2.2

L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-konformità ma’ rekwiżiti oħrajn li ssottomettiet ruħha għalihom. L-organizzazzjoni tista’ tkun tixtieq tgħaqqad din l-evalwazzjoni mal-evalwazzjoni tal-konformità ġuridika msemmja fil-punt A.5.2.1 jew tistabbilixxi proċedura/i separata/i.

 

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet perjodiċi.

 

A.5.3.

Nuqqas ta’ konformità, azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tindirizza nuqqas(ijiet) ta’ konformità reali jew potenzjali u biex tieħu azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva. Il-proċedura/i għandha/hom tiddefinixxi/jiddefinixxu r-rekwiżiti għal:

 

(a)

l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u t-teħid ta’ azzjoni(jiet) biex jittaffew l-impatti ambjentali tagħhom;

 

(b)

l-investigazzjoni ta’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità, id-determinazzjoni tal-kawża/i tagħha/hom u t-teħid ta’ azzjonijiet biex jiġi evitat li jerga’/jerġgħu jseħħ(u);

 

(c)

l-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni(ijiet) li tipprevjeni/jipprevjenu n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u l-implimentazzjoni xierqa ta’ azzjonijiet partikolari li jevitaw li dawn iseħħu;

 

(d)

ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tal-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda; u

 

(e)

ir-reviżjoni tal-effettività tal-azzjoni(jiet) korrettiva/i u l-azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda. L-azzjonijiet meħudin għandhom ikunu xierqa għad-daqs tal-problemi u tal-impatti ambjentali li jitfaċċaw.

 

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jsir kull tibdil meħtieġ fid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

 

A.5.4.

Kontroll tar-reġistri

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri kif meħtieġ biex turi l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha u ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u r-riżultati miksubin.

 

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għall-identifikazzoni, il-ħażna, il-protezzjoni, l-irkupru, iż-żamma u r-rimi tar-reġistri.

 

Ir-reġistri għandhom ikunu u jinżammu leġġibbli, identifikabbli u traċċabbli.

 

A.5.5.

Verifika interna

 

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-verifiki interni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jitwettqu f’intervalli ppjanati biex:

 

(a)

tiddetermina jekk is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali:

 

hijiex konformi mal-arranġamenti ppjanati għall-ġestjoni ambjentali inklużi r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u

 

tkunx ġiet implimentata u miżmuma sew; u

 

(b)

tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-korp tad-direzzjoni.

 

Il-programm(i) ta’ verifika għandu/hom ikun(u) ppjanat(i), stabbilit(i), implimentat(i) u miżmum(a) mill-organizzazzjoni, filwaqt li titqies l-importanza ambjentali tal-operazzjoni(jiet) ikkonċernata/i u r-riżultati ta’ verifiki preċedenti.

 

Proċedura/i ta’ verifika għandha/hom tkun/ikunu stabbilita/i, implimentata/i u miżmuma sabiex tindirizza/jindirizzaw:

 

ir-responsabilitjiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ verifiki, ir-rappurtar tar-riżultati u ż-żamma tar-reġistri assoċjati,

 

id-determinazzjoni tal-kriterji, l-ambitu, il-frekwenza u l-metodi ta’ verifika.

 

L-għażla tal-verifikaturi u t-twettiq tal-verifiki għandhom jiżguraw l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċess ta’ verifika.

 

A.6.

Reviżjoni tal-ġestjoni

 

L-ogħla korp ta’ ġestjoni għandu jirrivedi s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, f’intervalli ppjanati, sabiex jiżgura l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjonijiet għandhom jinkludu l-valutazzjoni ta’ opportunitajiet għat-titjib u l-ħtieġa għal bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-objettivi u l-miri ambjentali.

 

Għandhom jinżammu reġistri tar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni.

 

Il-kontributi għar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni għandhom jinkludu:

 

(a)

ir-riżultati tal-verifiki interni u tal-evalwazzjonijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom;

 

(b)

komunikazzjoni(jiet) minn partijiet interessati esterni, inklużi l-ilmenti;

 

(c)

il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u

 

(d)

il-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi u l-miri;

 

(e)

l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi u preventivi;

 

(f)

azzjonijiet ta’ segwitu minn reviżjonijiet ta’ ġestjoni preċedenti;

 

(g)

ċirkostanzi li nbidlu, inklużi l-iżviluppi ta’ rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn relatati mal-aspetti ambjentali tagħha; u

 

(h)

rakkomandazzjonijiet għal titjib.

 

L-eżiti tar-reviżjonijiet ta’ ġestjoni għandhom jinkludu kull deċiżjoni u azzjoni relatata ma’ bidliet possibbli fil-politika ambjentali, fl-objettivi, fil-miri u f’elementi oħra tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, konsistenti mal-impenn għal titjib kontinwu.

 

Lista ta’ korpi nazzjonali tal-istandards

BE: IBN/BIN (Institut Belge de Normalisation/Belgisch Instituut voor Normalisatie)

CZ: ČNI (Český normalizační institut)

DK: DS (Dansk Standard)

DE: DIN (Deutsches Institut für Normung e.V.)

EE: EVS (Eesti Standardikeskus)

EL: ELOT (Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης)

ES: AENOR (Asociacion Espanola de Normalizacion y Certificacion)

FR: AFNOR (Association Française de Normalisation)

IE: NSAI (National Standards Authority of Ireland)

IT: UNI (Ente Nazionale Italiano di Unificazione)

CY: CYS (Κυπριακός Οργανισμός Προώθησης Ποιότητας)

LV: LVS (Latvijas Standarts)

LT: LST (Lietuvos standartizacijos departamentas)

LU: SEE (Service de l’Energie de l’Etat) (Luxembourg)

HU: MSZT (Magyar Szabványügyi Testület)

MT: MSA (Awtorita' Maltija dwar l-Istandards/Malta Standards Authority)

NL: NEN (Nederlands Normalisatie-Instituut)

AT: ON (Österreichisches Normungsinstitut)

PL: PKN (Polski Komitet Normalizacyjny)

PT: IPQ (Instituto Português da Qualidade)

SI: SIST (Slovenski inštitut za standardizacijo)

SK: SÚTN (Slovenský ústav technickej normalizácie)

FI: SFS (Suomen Standardisoimisliitto r.y)

SE: SIS (Swedish Standards Institute)

UK: BSI (British Standards Institution).

 

 

Lista kumplimentarja ta’ korpi nazzjonali tal-istandards

 

Korpi nazzjonali tal-istandards fi Stati Membri mhux koperti mill-EN ISO 14001:2004:

 

BG: BDS (Български институт за стандартизация);

 

RO: ASRO (Asociația de Standardizare din România)

 

Korpi nazzjonali tal-istandards fi Stati Membri, meta korp nazzjonali tal-istandrads elenkat fl-EN ISO 14001:2004 ikun ġie sostitwit:

 

CZ: ÚNMZ (Ústav pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví)


(1)  L-użu tat-test riprodott f’dan l-Anness qed isir bil-permess tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). It-test sħiħ jista’ jinkiseb mill-korpi nazzjonali tal-istandards, li l-lista tagħhom tinsab f’dan l-Anness. Kwalunkwe riproduzzjoni ta’ dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali mhix permessa.


ANNESS III

VERIFIKA AMBJENTALI INTERNA

A.   Programm ta’ verifika u frekwenza tal-verifika

1.   Programm ta’ verifika

Il-programm ta’ verifika għandu jiggarantixxi li l-ġestjoni tal-organizzazzjoni tingħata t-tagħrif li teħtieġ biex tanalizza l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-effikaċja tas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, u li jkun jista’ juri li huma taħt kontroll.

2.   L-għanijiet tal-programm ta’ verifika

L-għanijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni fis-seħħ u d-determinazzjoni tal-konformità mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji ambjentali.

3.   L-ambitu tal-programm ta’ verifika

L-ambitu ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta’ kull stadju ta’ ċiklu tal-verifika fejn xieraq, għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u għandhom jispeċifikaw b’mod espliċitu:

(a)

l-oqsma tas-suġġetti koperti;

(b)

l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati;

(c)

il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu;

(d)

il-perjodu kopert bil-verifika.

Il-verifika ambjentali tinkludi valutazzjoni tad-dejta fattwali meħtieġa sabiex tigi evalwata l-prestazzjoni ambjentali.

4.   Frekwenza tal-verifiki

Il-verifika jew iċ-ċiklu tal-verifika li jkopru l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni għandhom jitlestew, kif xieraq, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 3 snin jew 4 snin jekk tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kwalunkwe attività għandha tvarja skont:

(a)

in-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet;

(b)

is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati magħhom;

(c)

l-importanza u l-urġenza tal-problemi misjuba minn verifiki preċedenti;

(d)

problemi ambjentali tal-imgħoddi.

Attivitajiet aktar kumplessi b’impatt ambjentali aktar sinifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta’ sikwit.

L-organizzazzjoni għandha twettaq ukoll verifiki mill-inqas fuq bażi annwali, għaliex dan jgħin sabiex juri lill-ġestjoni tal-organizzazzjoni u lill-verifikatur ambjentali illi hija għandha kontroll fuq l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.

L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki dwar

(a)

il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

(b)

il-konformità tal-organizzazzjoni mal-obbligi ġuridiċi ambjentali applikabbli.

B.   Attivitajiet tal-verifika

L-attivitajiet tal-verifika għandhom jinkludu d-diskussjonijiet mal-persunal, l-ispezzjoni tal-kundizzjonijiet u tat-tagħmir operattivi u analiżi tar-reġistri, tal-proċeduri miktuba u tad-dokumentazzjoni l-oħra rilevanti, bil-mira li tiġi evalwata l-prestazzjoni ambjentali tal-attività li tkun qiegħda tiġi vverifikata sabiex jiġi stabbilit jekk tikkonformax mal-istandards, ir-regolamenti jew l-għanijiet u l-miri ambjentali applikabbli u jekk is-sistema fis-seħħ hijiex effettiva u xierqa għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet ambjentali. Fost ħwejjeġ oħra, għandhom jintużaw metodi ta’ kontrolli fuq il-post għall-konformità ma’ dawn il-kriterji sabiex jiġi stabbilit kemm hija effettiva s-sistema kollha ta’ ġestjoni.

Il-passi li ġejjin għandhom, b’mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika:

(a)

il-komprensjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni;

(b)

il-valutazzjoni tal-punti qawwija u dawk debboli tas-sistemi ta’ ġestjoni;

(c)

il-ġbir tal-provi rilevanti;

(d)

il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika;

(e)

it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika;

(f)

ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.

C.   Rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika

Il-miri fundamanentali ta’ rapport bil-miktub tal-verifika huma:

(a)

li jiddokumentaw l-ambitu tal-verifika;

(b)

li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-istat tal-konformità mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali fl-organizzazzjoni;

(c)

li jipprovdu lill-korp ta’ ġestjoni bit-tagħrif dwar l-effettività u l-fiduċja tal-arranġamenti tal-monitoraġġ tal-impatti ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d)

li juru l-ħtieġa li tittieħed azzjoni korrettiva, meta jkun xieraq.


ANNESS IV

RAPPURTAR AMBJENTALI

A.   Introduzzjoni

L-informazzjoni ambjentali għandha tiġi ppreżentata b’mod ċar u koerenti f’forma elettronika jew stampata.

B.   Dikjarazzjoni ambjentali

Id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin hawn taħt:

(a)

deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma’ kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq;

(b)

il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikattivi kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f’impatti ambjentali sinifikattivi tal-organizzazzjoni u spjegazzjoni tan-natura tal-impatti kif relatati ma’ dawn l-aspetti (Anness I.2);

(d)

deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi;

(e)

sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C;

(f)

fatturi oħra li jirrigwardaw il-prestazzjoni ambjentali inkluża l-prestazzjoni f’taqbil mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi tagħhom;

(g)

referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(h)

l-isem u n-numru tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni.

Id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin fil-punti (e) sa (h).

C.   Indikaturi ċentrali u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra

1.   Introduzzjoni

L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw, kemm fid-dikjarazzjoni ambjentali, kif ukoll fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, dwar l-indikaturi ċentrali, safejn dawn jirrigwardaw l-aspetti ambjentali diretti tal-organizzazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali relevanti oħra kif imniżżel hawn taħt.

Ir-rappurtar għandu jipprovdi data dwar l-input/l-impatt attwali. Jekk l-iżvelar se jaffettwa b’mod negattiv il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali jew industrijali tal-organizzazzjoni meta kunfidenzjalità bħal din hija stipulata fil-liġi nazzjonali jew Komunitarja biex ikun protett interess ekonomiku leġittimu, l-organizzazzjoni jista’ jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tistabbilixxi sena ta’ bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-impatt.

L-indikaturi għandhom:

(a)

jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(b)

ikunu jistgħu jinftehmu u mhux ambigwi;

(c)

jippermettu li jsir paragun kull sena biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d)

jippermettu li jsir paragun mal-punti ta’ riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq;

(e)

jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq.

2.   Indikaturi ċentrali

(a)

L-indikaturi ċentrali għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet. Huma jiffokaw fuq prestazzjoni fl-oqsma ambjentali ewlenin li ġejjin:

(i)

Effiċjenza tal-enerġija;

(ii)

Effiċjenza materjali;

(iii)

Ilma;

(iv)

Skart;

(v)

Bijodiversità; u

(vi)

Emissjonijiet.

Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista’ ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dak l-iskop b’referenza għar-reviżjoni ambjentali tagħha.

(b)

Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn:

(i)

iċ-ċifra A li tindika l-kontribut/impatt totali annwali f’qasam partikolari;

(ii)

iċ-ċifra B li tindika l-eżitu annwali globali tal-organizzazzjoni;

(iii)

u ċ-ċifra R li tindika l-proporzjon A/B.

Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta fuq it-tliet elementi kollha għal kull indikatur.

(c)

L-indikazzjoni tal-kontribut/impatt totali annwali f’qasam partikolari, iċ-ċifra A, għandha tiġi rappurtata kif ġej:

(i)

dwar l-Effiċjenza tal-enerġija

rigward l-“użu totali dirett ta’ enerġija”, l-konsum ta’ enerġija annwali totali, espress f’MWh jew GJ;

rigward “użu totali ta’ enerġija rinnovabbli”, l-persentaġġ tal-konsum totali annwali ta’ enerġija (elettriku u sħana) ikkonsmata, li tiġi prodotta mill-organizzazzjoni minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(ii)

dwar l-Effiċjenza materjali

rigward “il-fluss annwali ta’ massa ta’ materjali differenti użati” (esklużi l-mezzi tat-trasport tal-enerġija u l-ilma), espressi f’tunnellati;

(iii)

dwar l-Ilma

rigward il-“konsum totali annwali tal-ilma”, espress f’m3;

(iv)

rigward l-Iskart

rigward il-“ġenerazzjoni totali annwali ta’ skart”, klassifikata skont it-tip, espressa f’tunnellati;

rigward il-“ġenerazzjoni totali annwali ta’ skart perikoluż”, espressa f’kilogrammi jew tunnellati;

(v)

dwar il-Bijodiversità

rigward l-“użu tal-art”, espress f’m2 ta’ żoni mibnija;

(vi)

dwar l-Emissjonijiet

Rigward l-“emissjonijiet totali annwali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra” inklużi għall-inqas l-emissjonijiet tas-CO2, tas-CH4, tal-N2O, tal-HFCs, tal-PFCs u tal-SF6, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2;

dwar “it-total annwali ta’ emissjonijiet tal-arja”, inklużi għall-inqas emissjonijiet tal-SO2, tal-NOx u tal-PM, espress f’kilogrammi jew tunnellati;

Minbarra l-indikaturi definiti hawn fuq, organizzazzjoni tista’ tuża indikaturi oħra biex tesprimi t-total annwali tal-kontribut/impatt fil-qasam konċernat.

(d)

L-indikazzjoni tal-eżitu globali annwali tal-organizzazzjoni, iċ-ċifra B, hija l-istess għall-oqsma kollha, iżda hija adattata għat-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, skont it-tip ta’ attività tagħhom, u għandha tkun rappurtata kif ġej:

(i)

għal organizzazzjonijiet li jaħdmu fis-settur tal-produzzjoni (industrija), jista’ jiġi indikat il-valur miżjud gross totali annwali, espress f’miljuni ta’ Euro (EUR Mio) jew l-eżitu fiżiku totali annwali f’tunnellati jew, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet żgħar, il-qligħ totali annwali, jew in-numru ta’ impjegati;

(ii)

għal organizzazzjonijiet fis-setturi li mhumiex ta’ produzzjoni (amministrazzjoni/servizzi), jista’ jkun relatat mad-daqs tal-organizzazzjoni espress fin-numru ta’ impjegati.

Minbarra l-indikaturi definiti hawn fuq, organizzazzjoni tista’ tuża wkoll indikaturi oħra biex tesprimi l-eżitu annwali ġenerali tagħha.

3.   Indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali relevanti oħra

Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

D.   Disponibbiltà għall-pubbliku

L-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi lill-verifikatur ambjentali li kull min ikun interessat fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jista’ faċilment u liberament jingħata aċċess għall-informazzjoni meħtieġa ta’ hawn fuq taħt il-punti B u C.

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun disponibbli f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, li fih l-organizzazzjoni hija reġistrata, u jekk applikabbli, f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri, li fihom hemm siti li huma koperti mir-reġistrazzjoni korporattiva.

E.   Kontabbiltà lokali

L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jkunu jixtiequ jipproduċu dikjarazzjoni ambjentali korporattiva waħda, li tkopri numru ta’ lokazzjonijiet geografiċi differenti.

Billi l-intenzjoni tal-EMAS hija li tiżgura kontabbiltà lokali, l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-impatti ambjentali sinifikattivi ta’ kull sit jiġu identifikati b’mod ċar u rappurtati fid-dikjarazzjoni ambjentali korporattiva.


ANNESS V

LOGO TAL-EMAS

Image

1.   Il-logo jista’ jintuża fi kwalunkwe lingwa mit-23 lingwa bil-kundizzjoni li jintuża l-kliem li ġej:

Bulgaru

:

“Проверено управление по околна среда”

Ċek

:

“Ověřený systém environmentálního řízení”

Daniż

:

“Verificeret miljøledelse”

Olandiż

:

“Geverifieerd milieuzorgsysteem”

Ingliż

:

“Verified environmental management”

Estonjan

:

“Tõendatud keskkonnajuhtimine”

Finlandiż

:

“Todennettu ympäristöasioiden hallinta”

Franċiż

:

“Management environnemental vérifié”

Ġermaniż

:

“Geprüftes Umweltmanagement”

Grieg

:

“επιθεωρημένη περιβαλλοντική διαχείριση”

Ungeriż

:

“Hitelesített környezetvédelmi vezetési rendszer”

Taljan

:

“Gestione ambientale verificata”

Irlandiż

:

“Bainistíocht comhshaoil fíoraithe”

Latvjan

:

“Verificēta vides pārvaldība”

Litwan

:

“Įvertinta aplinkosaugos vadyba”

Malti

:

“Ġestjoni Ambjentali Verifikata”

Pollakk

:

“Zweryfikowany system zarządzania środowiskowego”

Portugiż

:

“Gestão ambiental verificada”

Rumen

:

“Management de mediu verificat”

Slovakk

:

“Overené environmentálne manažérstvo”

Sloven

:

“Preverjen sistem ravnanja z okoljem”

Spanjol

:

“Gestión medioambiental verificada”

Svediż

:

“Verifierat miljöledningssystem”

2.   Il-logo għandu jintuża jew:

bi tliet kuluri (Pantone Nru 355 Aħdar; Pantone Nru 109 Isfar; Pantone Nru 286 Ikħal);

bl-iswed

bl-abjad jew

fuq skala griża.


ANNESS VI

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(informazzjoni li għandha tingħata fejn applikabbli)

1.

ORGANIZZAZZJONI

 

Isem

Indirizz

Belt

Kodiċi Postali

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Persuna ta’ kuntatt

Telefon

FAX

Posta elettronika

Websajt

Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata

 

(a)

forma stampata

(b)

forma elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni

Data tar-reġistrazzjoni

Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni

Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata

Talba għal deroga skont l-Artikolu 7

IVA - LE

Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet

Numru ta’ impjegati

Fatturat jew karta tal-bilanċ annwali

2.

SIT

 

Isem

Indirizz

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Persuna ta’ kuntatt

Telefon

FAX

Posta elettronika

Websajt

Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata

 

(a)

forma stampata

(b)

forma elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni

Data tar-reġistrazzjoni

Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni

Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata

Talba għal deroga skont l-Artikolu 7

IVA - LE

Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet

Numru ta’ impjegati

Fatturat/jew karta tal-bilanċ annwali

3.

VERIFIKATUR AMBJENTALI

 

Isem il-verifikatur ambjentali

Indirizz

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Telefon

FAX

Posta elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja

Ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja (Kodiċi tan-NACE)

Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar

Magħmul fi … fi …/…/20

Firma tar-rappreżentant tal-organizzazzjoni


ANNESS VII

DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKATUR AMBJENTALI DWAR L-ATTIVITAJIET TA’ VERIFIKA U TA’ VALIDAZZJONI

… (isem).

bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-verifikatur ambjentali tal-EMAS …

Akkreditat jew liċenzjat għall-ambitu … (Kodiċi tan-NACE)

niddikjara li vverifikajt jekk is-sit(i) jew l-organizzazzjoni kollha kif indikat fid-dikjarazzjoni ambjentali/dikjarazzjoni ambjentali aġġornata (*) tal-organizzazzjoni … (isem)

bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk disponibbli) …

tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS).

Bil-firma ta’ din id-dikjarazzjoni, qed niddikjara li:

il-verifika u l-validazzjoni twettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009;

ir-riżultat tal-verifika u l-validazzjoni jikkonferma illi m’hemm l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

id-data u l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali/id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata (*) tal-organizzazzjoni/tas-sit (*) jirriflettu immaġni affidabbli, kredibbli u korretta tal-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni/tas-sit (*), fl-ambitu msemmi fid-dikjarazzjoni ambjentali.

Dan id-dokument mhuwiex ekwivalenti għal reġistrazzjoni fl-EMAS. Reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tingħata biss minn Korp Kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Dan id-dokument m’għandux jintuża bħala dokument għalih-waħdu fil-komunikazzjoni pubblika.

Magħmul fi … fil-…/…/20..

Firma


(*)  ħassar fejn mhux applikabbli.


ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 761/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1 (1)

Artikolu 1

Artikolu 1 (2) (a)

Artikolu 1 (2) (b)

Artikolu 1 (2) (c)

Artikolu 1 (2) (d)

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (1)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (2)

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (9)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (4)

Artikolu 2 (g)

Artikolu 2 (8)

Artikolu 2 (h)

Artikolu 2 (10)

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (11)

Artikolu 2 (j)

Artikolu 2 (12)

Artikolu 2 (k)

Artikolu 2 (13)

Artikolu 2 (l)

Artikolu 2 (16)

Artikolu 2 (l) (i)

Artikolu 2 (l) (ii)

Artikolu 2 (m)

Artikolu 2 (n)

Artikolu 2 (17)

Artikolu 2 (o)

Artikolu 2 (18)

Artikolu 2 (p)

Artikolu 2 (q)

Artikolu 2 (20)

Artikolu 2 (r)

Artikolu 2 (s) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2 (21)

Artikolu 2 (s) it-tieni subparagrafu

Artikolu 2 (t)

Artikolu 2 (22)

Artikolu 2 (u)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3(2) (a) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4 (1)(a) u (b)

Artikolu 3(2) (a) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4 (3)

Artikolu 3 (2) (b)

Artikolu 4 (1)(c)

Artikolu 3 (2) (c)

Artikolu 4 (1)(d)

Artikolu 3 (2) (d)

Artikolu 4 (5)

Artikolu 3 (2) (e)

Artikolu 5 (2) l-ewwel subparagrafu; Artikolu 6 (3)

Artikolu 3 (3) (a)

Artikolu 6 (1) (a)

Artikolu 3(3) (b) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1) (b) u (c)

Artikolu 3 (3) (b) it-tieni sentenza

Artikolu 7 (1)

Artikolu 4 (1)

Artikolu 4 (2)

Artikolu 51 (2)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (4)

Artikolu 4 (5) l-ewwel sentenza

Artikolu 25 (10) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4 (5) it-tieni sentenza

Artikolu 25 (10) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 4 (6)

Artikolu 41

Artikolu 4 (7)

Artikolu 4 (8) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 30 (1)

Artikolu 4 (8) it-tieni subparagrafu

Artikolu 30 (3) u (5)

Artikolu 4 (8), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 31 (1)

Artikolu 4 (8) it-tielet subparagrafu, l-aħħar sentenza

Artikolu 31 (2)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 11 (1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5 (2)

Artikolu 11 (3)

Artikolu 5 (3) l-ewwel sentenza

Artikolu 12 (1)

Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż

Artikolu 12 (1) (a)

Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż

Artikolu 12 (1) (b)

Artikolu 5 (4)

Artikolu 11 (1) it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 5 (5) l-ewwel sentenza

Artikolu 16 (1)

Artikolu 5 (5) it-tieni sentenza

Artikolu 16 (3) l-ewwel sentenza

Artikolu 5 (5) it-tielet sentenza

Artikolu 17 (1)

Artikolu 5 (5) ir-raba’ sentenza

Artikolu 16 (3) it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 16(4) it-tieni subparagrafu

Artikolu 6 (1)

Artikolu 13 (1)

Artikolu 6 (1), l-ewwel inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (a)

Artikolu 6 (1), it-tieni inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (c)

Artikolu 6 (1), it-tielet inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (d)

Artikolu 6 (1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 13 (2) (c)

Artikolu 6 (1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13 (2) l-ewwel sentenza

Artikolu 6 (2)

Artikolu 15 (3)

Artikolu 6 (3), l-ewwel inċiż

Artikolu 15 (3) (a)

Artikolu 6 (3), it-tieni inċiż

Artikolu 15 (3) (b)

Artikolu 6 (3), it-tielet inċiż

Artikolu 6 (3), l-aħħar sentenza

Artikolu 15 (8)

Artikolu 6 (4), l-ewwel paragrafu

Artikolu 15 (2)

Artikolu 6 (4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15 (4)

Artikolu 6 (5), l-ewwel sentenza

Artikolu 15 (6)

Artikolu 6 (5), it-tieni sentenza

Artikolu 15 (8) u (9)

Artikolu 6 (6)

Artikolu 15 (10)

Artikolu 7 (1)

Artikolu 28 (8)

Artikolu 7 (2), l-ewwel sentenza

Artikolu 12 (2)

Artikolu 7 (2), it-tieni sentenza

Artikolu 12 (3)

Artikolu 7 (3)

Artikolu 42 (2) (a)

Artikolu 8 (1), l-ewwel sentenza

Artikolu 10 (1)

Artikolu 8 (1), it-tieni sentenza

Artikolu 10 (2)

Artikolu 8 (2)

Artikolu 8(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10 (4)

Artikolu 8 (3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9 (1) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4 (3)

Artikolu 9 (1) (a)

Artikolu 45 (4)

Artikolu 9 (1) (b)

Artikolu 45 (4)

Artikolu 9 (1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 45 (5)

Artikolu 9 (2)

Artikolu 10 (1)

Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 38 (1) u (2)

Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 41

Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 47

Artikolu 11 (1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 36

Artikolu 11 (1), l-ewwel inċiż

Artikolu 36 (a)

Artikolu 11 (1), it-tieni inċiż

Artikolu 36 (c)

Artikolu 11 (1), it-tielet inċiż

Artikolu 36 (b)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 37 (1)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 37 (2)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ sentenza

Artikolu 37 (3)

Artikolu 11 (2)

Artikolu 43(2)

Artikolu 11 (3), l-ewwel sentenza

Artikolu 41 (2),

Artikolu 11 (3), it-tieni sentenza

Artikolu 47

Artikolu 12 (1) (a)

Artikolu 12 (1) (b)

Artikolu 35 (1)

Artikolu 12 (1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 12 (2)

Artikolu 41 (2)

Artikolu 12 (3)

Artikolu 13

Artikolu 40 (1)

Artikolu 14 (1)

Artikolu 49 (1)

Artikolu 14 (2)

Artikolu 14 (3)

Artikolu 15 (1)

Artikolu 50

Artikolu 15 (2)

Artikolu 48

Artikolu 15 (3)

Artikolu 16 (1)

Artikolu 39 (1)

Artikolu 16 (2)

Artikolu 42 (2)

Artikolu 17 (1)

Artikolu 17 (2), (3) u (4)

Artikolu 51 (2)

Artikolu 17 (5)

Artikolu 18

Artikolu 52


Top