32009R1216


Titolu u referenza

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

 ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

tat- 30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

(verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas- 6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli [2] ġie emendat kemm-il darba [3] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2) It-Trattat jistabilixxi l-istabbiliment ta’ strateġija agrikola komuni li tkopri l-prodotti agrikoli msemmija fl-Anness I għat-Trattat.

(3) Ċerti prodotti agrikoli huma użati f’diversi oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat.

(4) Hemm il-ħtieġa li ssir disposizzjoni għal miżuri permezz ta’ l-istrateġija agrikola komuni u l-istrateġija kummerċjali komuni sabiex jittieħed akkont ta’ l-impatt tal-kummerċ fl-oġġetti ta’ dan it-tip fuq l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat u ta’ kif miżuri adottati sabiex jimplimentaw l-Artikolu 37 tat-Trattat jaffettwaw il-pożizzjoni ekonomika ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip, jekk wieħed jieħu akkont tad-differenzi bejn l-ispiża tal-kisba ta’ prodotti agrikoli fil-Komunità u ’l barra minnha u d-differenzi fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli.

(5) It-Trattat jistabbilixxi li l-politika agrikola u l-politika kummerċjali huma politiki tal-Komunità. Hemm bżonn li jkunu stabbiliti regoli ġenerali u komprensivi għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, applikabbli fil-Komunità kollha, rigward il-kummerċ f’dawn l-oġġetti, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat.

(6) Għandhom jitqiesu l-kondizzjonijiet li jinħolqu mill-ftehim dwar l-agrikoltura konkluż fin-negozjati kummerċjali multilaterali skond ir-Rawnd ta’ l-Urugwaj [4].

(7) Ċerti oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat u li huma elenkati taħt l-Anness II ta’ dan ir-Regolament huma miksuba bl-użu ta’ prodotti agrikoli soġġetti għall-istrateġija agrikola komuni. Il-ħlasijiet applikati għall-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip għandhom għalhekk ikopru d-differenza bejn il-prezzijiet tas-suq dinji u l-prezzijiet fis-suq Komunitarju għall-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni tagħhom u jassiguraw il-protezzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar ikkonċernata.

(8) Permezz tal-ftehimiet magħmula, il-Komunità għandha tillimita dawn il-ħlasijiet sabiex ikopru, fl-intier jew parti minnhom, id-differenzi fil-prezz tal-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti in kwistjoni. Konsegwentement hemm bżonn li tiġi stabbilita għal dawn l-oġġetti dik il-parti tal-ħlas ġenerali li tkopri d-differenzi bejn il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli jkunu kkunsidrati.

(9) Barra minn hekk, hemm bżonn li jinżamm kollegament mill-qrib bejn il-kalkolu tal-komponent agrikolu tat-tariffa applikabbli għall-oġġetti u dik applikabbli għall-prodotti bażiċi impurtati fi stat mhux mibdul.

(10) Sabiex jiġu evitati l-formalitajiet amministrattivi mhux meħtieġa, l-ammonti negliġibbli m’għandhomx jiġu applikati u l-Istati Membri għandhom jitħallew jastjenu milli jaġġustaw l-ammonti li għandhom x’jaqsmu ma’ transazzjoni partikolari meta l-bilanċ ta’ l-ammonti kkonċernati jkun negliġibbli.

(11) L-implimentazzjoni tal-ftehimiet preferenzjali m’għandhiex tikkomplika l-proċedura applikabbli għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għandhom għalhekk jassiguraw li l-oġġetti ddikjarati għall-esportazzjoni permezz ta’ l-arranġamenti preferenzjali ma’ jkunux fil-fatt esportati skond l-arranġamenti ġenerali u vice versa.

(12) F’ċerti ftehimiet preferenzjali tnaqqis huwa mogħti għall-komponenti agrikoli fil-qafas ta’ l-istrateġija kummerċjali tal-Komunità. Dan it-tnaqqis huwa stabbilit b’referenza għall-komponenti agrikoli applikabbli dwar il-kummerċ mhux preferenzjali. Dawn l-ammonti mnaqqsa għandhom b’hekk jiġu mibdula f’munita nazzjonali bl-istess rata applikata għall-kambju ta’ l-ammonti mhux imnaqqsa.

(13) F’ċertu ftehimiet preferenzjali, konċessjonijiet huma mogħtija fi ħdan limiti ta’ kwota li jirrelataw kemm għal protezzjoni agrikola u sew għal protezzjoni li m’hijiex agrikola, jew protezzjoni li m’hijiex agrikola tkun suġġetta għal tnaqqis b’konsegwenza ta’ dawn il-ftehimiet. Huwa importanti li l-immaniġġjar tal-parti ta’ protezzjoni mhux agrikola għandha tkun suġġetta għall-istess regolamenti li japplikaw għall-parti agrikola.

(14) Għandhom isiru arranġamenti għar-rifondi fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli użati fil-manifattura ta’ l-oġġetti mhux imsemmijin fl- Anness I għat-Trattat sabiex ma’ jiġux penalizzati l-produtturi ta’ l-oġġetti msemmija għall-prezzijiet li bihom huma obbligati jipproduċu l-provvisti tagħhom bħala riżultat ta’ l-istrateġija agrikola komuni; billi rifondi ta’ dan it-tip jistgħu jkopru biss id-differenza bejn il-prezz ta’ prodott agrikolu fis-suq Komunitarju u s-suq dinji rispettivament; billi dawn l-arranġamenti għandhom konsegwentement jiġu stabbiliti bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq ikkonċernati.

(15) L-Artikoli 162, 163 u 164 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [5] jistipulaw l-għoti ta’ rifondi ta’ dan it-tip. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195, paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra kkonċernati. L-ammonti tar-rifondi għandhom għalhekk jiġu ffissati permezz ta’ l-istess proċedura bħall-ammonti tar-rifondi għall-prodotti agrikoli esportati fl-istat mhux mibdul. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għall-proċedura msemmija għandhom ikunu stabbiliti wara li jiġu kkunsidrati essenzjalment il-proċessi tal-manifattura tal-prodotti kkonċernati. Ir-regoli tal-implimentazzjoni għandhom konsegwentement ikunu stabbiliti fuq l-istess bażi.

(16) B’mod partikolari għandu jkun hemm kontrolli rigward in-nefqa fuq il-bażi ta’ l-impenji permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikati. Madankollu, rigward in-nefqa li ma tkunx ġiet koperata bil-kisba ta’ ċertifikat jew ta’ ċertifikati, il-kontabilità dwar din in-nefqa għandha tissokta tinġarr fuq il-bażi tal-ħlasijiet tar-rifond, jekk meħtieġ fl-għamla ta’ avvanz.

(17) Il-Kummissjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-intraprizi li jipproċessaw prodotti agrikoli ġenerali, u, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jitqies l-impatt tal-miżuri mmirati li għandhom x’jaqsmu mat-tifdil fuq ir-rifondi għall-esportazzjoni. Minħabba l-interessi speċifiċi tagħhom, l-esportaturi ż-żgħar għandhom jiġu eżentati mis-sottomissjoni ta’ ċertifikati skond l-arranġamenti dwar l-għoti tar-rifondi fuq l-esportazzjoni.

(18) Il-mekkaniżmi tal-protezzjoni agrikola stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jirriżultaw difettużi f’ċirkustanzi eċċezjonali. Dak ir-riskju jista’ jqum ukoll fil-kuntest ta’ ftehim preferenzjali. Sabiex jiġu evitati li każi ta’ dan it-tip jitilqu mis-suq tal-Komunità mingħajr difiża kontra t-tfixkil li jista’ jirriżulta minn dan, huwa xieraq li ssir disposizzjoni sabiex il-miżuri kollha neċessarji jittieħdu rapidament.

(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat- 12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità [6] għandu jsir applikabbli għall-kummerċ kopert minn dan ir-Regolament.

(20) Id-distinzjoni bejn il-prodotti agrikoli koperti mill-Annex I tat-Trattat u l-oġġetti mhux koperti mill-Anness I huwa kriterju speċifiku tal-Komunità, ibbażat fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ikel u dik agrikola fil-Komunità. Is-sitwazzjoni tista’ tkun notevolment differenti f’ċerti pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità tikkonkludi ftehim. Għalhekk, għandhom isiru disposizzjonijiet fi ftehim ta’ dan it-tip għall-possibbiltà li jiġu estiżi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-prodotti agrikoli mhux koperti mill-Annex I tat-Trattat, mutatis mutandis, għall-ċerti prodotti agrikoli koperti mill-Annex I tat-Trattat.

(21) Skond il-ftehimijiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, huwa possibbli illi l-ħtiġijiet għall-industriji tal-proċessar f’termini ta’ materji prima agrikoli jistgħu ma jiġux koperti għal kollox, fuq kondizzjonijiet kompetittivi, mill-materji prima Komunitarji. L-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 idaħħal oġġetti skond l-arranġamenti tal-proċessar lejn l-intern bla ħsara għat-twettiq tal-kondizzjonijiet ekonomiċi kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat- 2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju [7]. Wara li jiġu kkunsidrati l-ftehimijiet imsemmija hawn fuq, għandu jkun hemm ukoll disposizzjoni sabiex jiġi kkunsidrat illi l-kondizzjonijiet ekonomiċi jkunu ġew imwettqa rigward id-dħul ta’ ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti agrikoli skond l-arranġamenti tal-proċessar.

(22) Sabiex jiġu ssalvagwardati l-interessi tal-produtturi tal-materji prima agrikoli, fi snin finanzjarji suċċessivi, l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom isiru disponibbli biex l-oġġetti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat jibbenefikaw bis-sħiħ mill-użu massimu tas-saqaf korrenti għall-organizzazzjonijiet komuni tas-suq. Għandu jkun hemm kontrolli ġenerali, għalkemm il-proċedura stabbilita għandha tkun flessibbli, fuq il-bażi ta’ estimu finanzjarju bil-quddiem regolarment irrevedut, tal-kwantitajiet imdaħħla skond l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern mhux soġġettati minn qabel għall-kontrolli individwali tal-kondizzjonijiet ekonomiċi (għajr dawk użati għall-proċessar, bl-għamliet normali għat-tqandil jew il-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti mhux eliġibbli għar-riformi) u skond il-kondizzjonijiet l-oħra ġenerali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern. Fl-aħħar, għandha wkoll titqies is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju għall-oġġetti tax-xiri għad-dar interessati, biex jiġi żgurat l-imaniġġjar prudenti tal-kwantitajiet imsemmija.

(23) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eserċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [8],

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SKOP, DEFINIZZJONIJIET U KAMP T’APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddetermina l-arranġamenti ta’ kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "prodotti agrikoli" għandhom ifissru l-prodotti msemmija fl-Anness I mat-Trattat;

(b) "oġġetti" għandhom ifissru l-prodotti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat u elenkati fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Madankollu, l-espressjoni "oġġetti", użata fil-Kapitolu III u fl-Artikolu 12 għandha jkollha x’taqsam mal-prodotti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat u li jinsabu fl-Anness XX tar- "Regolament Waħdieni dwar l-OKS".

2. Għall-iskopijiet ta’ din l-applikazzjoni dwar ċerti ftehim preferenzjali:

(a) "komponent agrikolu", għandha tfisser il-parti tal-prezz li jikkorrespondi mad-dazji tat-Tariffa Doganali tal-Komunità applikabbli għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I jew, fejn xieraq, id-dazji applikabbli għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għall-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti agrikoli li jiġu kkunsidrati li ntużaw, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14;

(b) "komponent mhux agrikolu", għandha tfisser il-parti tal-prezz li jikkorespondi mad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, imnaqqsa mill-komponent agrikolu kif definit f’punt (a);

(ċ) "prodotti bażiċi", għandhom ifissru ċerti prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għal dan ir-Regolament jew assimiljati ma’ dawk il-prodotti jew li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħhom, li għalihom id-dazji ppublikati fit-Tariffa Doganali Komuni jservu biex jiddeterminaw il-komponent agrikolu ta’ l-impost applikabbli għall-oġġetti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jista’ japplika wkoll għal ċerti prodotti agrikoli fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali.

F’dak il-każ il-lista ta’ dawk il-prodotti agrikoli soġġetti għar-regoli li jirregolaw il-kummerċ fl-oġġetti għandu jkun stabbilit mill-ftehim ikkonċernat.

KAPITOLU II

IMPORTAZZJONI

TAQSIMA I

Kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 4

1. Apparti minn meta hemm provvediment mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu applikati fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Għall-oġġetti elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness II, l-imposti għandhom jikkonsistu minn dazju ad valorem, imsejjaħ "il-komponent fiss", u ammont speċifiku stabbilit f’Euro, imsejjaħ "il-komponent agrikolu".

Għall-oġġetti elenkati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II, il-komponent agrikolu ta’ l-imposti għandu jkun parti mill-imposti applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ l-oġġetti bħal dawn.

2. Suġġett għall-Artikoli 10 u 11, it-tassazzjoni ta’ xi dazju doganali jew ta’ impost li għandu effett ekwivalenti apparti mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ipprojbit.

3. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tan-Nomenklatura għandhom japplikaw għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffi li jirrużaltaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni.

4. Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 5

1. Meta t-Tariffa Doganali Komuni tistabbilixxi piż massimu, l-impost msemmi fl-Artikolu 4 ma jistax jeċċedi dan il-massimu.

Meta l-piż massimu msemmi fis-subparagrafu preċedenti jista’ jkun applikat biss permezz ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [9].

2. Meta l-piż massimu jikkonsisti f’dazju ad valorem flimkien ma’ dazju addizzjonali fuq diversi tipi ta’ zokkor, espressi bħala sucrose (AD S/Z) jew fuq id-dqiq (AD F/M), dan id-dazju addizzjonali għandu jkun dak stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

TAQSIMA II

Kummerċ preferenzjali

Artikolu 6

1. Il-komponent agrikolu applikabbli fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali għandu jkun l-ammont speċifiku ffissat fit-Tariffa Doganali Komuni.

B’dana kollu, meta l-pajjiż jew il-pajjiżi kkonċernati jissodisfaw il-ħtiġiet tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-prodotti pproċessati, jadottaw l-istess prodotti bażiċi bħall-Komunità, ikopru l-istess oġġetti u jużaw l-istess koeffiċjenti bħall-Komunità:

(a) dan il-komponent agrikolu jista’ jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi attwalment użati jekk il-Komunità tkun ikkonkludiet ftiehim ta’ kooperazzjoni doganali li jkopri l-istabbiliment ta’ dawn il-kwantitajiet;

(b) id-dazju applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott bażiku jista’ jkun mibdul b’ammont stabbilit fuq il-bażi tad-differenza bejn il-prezzijiet agrikoli fil-Komunità u dawk fil-pajjiż jew fir-reġjun ikkonċernat, jew b’ammont li jagħmel tajjeb għal prezz stabbilit għar-reġjun ikkonċernat;

(c) meta l-applikazzjoni tal-punt (b) tirriżulta f’ammonti ta’ impatt żgħir fuq l-oġġetti koperti, dan il-ftehim jista’ jkun mibdul b’sistema ta’ ammonti jew ammonti ta’ rati fissi.

2. Il-komponenti agrikoli, b’kull tnaqqis, applikabbli għall-importazzjoni permezz ta’ ftehim preferenzjali għandhom jinbidlu b’munita nazzjonali billi tiġi applikata l-istess rata ta’ kambju kif applikabbli fil-kummerċ li ma huwiex preferenzjali.

3. Id-dazji ad valorem li jikkorespondu mal-komponent agrikolu ta’ l-impost għall-oġġetti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II jistgħu jinbidlu b’komponent agrikolu ieħor meta jkun hemm provvediment dwar dan il-ftehim preferenzjali.

4. Ir-regolamenti dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Jekk meħtieġ, dawn ir-regoli dettaljati għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a) il-kompletar u ċ-ċirkulazzjoni tad-dokumenti meħtieġa għall-għoti ta’ l-arranġamenti preferenzjali previsti fil-Paragrafi 1 u 3 ta dan l-Arikolu;

(b) il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi evitat żvijjar tal-kummerċ;

(ċ) il-lista ta’ prodotti bażiċi.

5. Meta l-metodi użati ta’ l-analizzar tal-prodotti agrikoli jkunu meħtieġa, il-metodi speċifikati għall-prodotti agrikoli in kwistjoni fil-każ ta’ rifondi fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandhom jintużaw.

6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-imposti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ftehim li hemm referenza għalih fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 7

1. Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis jew tneħħija b’mod gradwali tal-parti mhux agrikola ta’ l-impost, dan għandu jkun il-komponent fiss fil-każ ta’ l-oġġetti elenkati fit-Tabella 1 ta’ Anness II.

2. Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis fil-komponent agrikolu, sew jekk hu fi ħdan il-limiti ta’ kwota tat-tariffa u sew jekk le, ir-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta’ dawn il-komponenti agrikoli mnaqqsa għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), sakemm il-ftehim jispeċifika:

(a) il-prodotti eleġibbli għal dan it-tnaqqis;

(b) il-kwantitajiet ta’ l-oġġetti u l-valur ta’ kull kwota li għalihom japplika dan it-tnaqqis jew il-metodu ta’ kif jiġu kkalkolati dawn il-kwantitajiet jew valuri;

(ċ) il-fatturi li jistabbilixxu t-tnaqqis fil-komponent agrikolu.

3. Ir-regoli dettaljati meħtieġa sabiex jingħata bidu u jkun immaniġġjat it-tnaqqis ta’ l-impost fil-komponenti li ma humiex agrikoli għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 16(2).

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-imposti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ftehim preferenzjali li hemm referenza għalih fil-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU III

ESPORTAZZJONI

Artikolu 8

1. Fuq l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti, il-prodotti agrikoli li jkunu ġew użati u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat jistgħu jikkwalifikaw għar-rifondi stabbiliti b’mod konformi mar-"Regolament Waħdieni dwar l-OKS".

L-ebda rifondi fuq l-esportazzjoni ma’ jistgħu jingħataw fuq il-prodotti agrikoli nkorporati fl-oġġetti mhux koperti minn organizzazzjoni komuni tas-suq li tipprovdi għar-rifondi ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti esportati fil-forma ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip.

2. Il-lista ta’ l-oġġetti li jikkwalifikaw għar-rifondi għandha tkun stabbilita billi jittieħed akkont ta’:

(a) l-impatt tad-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju u fis-suq dinji tal-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni tagħhom;

(b) il-bżonn li tiġi koperta din id-differenza kollha kemm hi jew parti minnha, sabiex titħalla l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli uzati fl-oġġetti konċernati.

Il-lista għandha tkun imħejjija skont "ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS".

3. Ir-regoli komuni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamemnti għar-rifondi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

L-ammonti tar-rifondi għandhom jiġu ffissati skond l-istess proċedura bħal dik ta’ l-għoti tar-rifondi fuq il-prodotti agrikoli kkonċernati meta jkunu esportati fl-istat mhux ipproċessat.

4. Meta l-arranġamenti għall-kumpens dirett li ssir referenza għalih fl-Artikolu 6 (1)(b) ikunu stabbiliti fi ħdan il-qafas ta’ ftehim preferenzjali, l-ammonti dovuti fuq l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi kkonċernati mill-ftehim għandhom jiġu ddeterminati konġuntament u fuq l-istess bażi bħall-komponent agrikolu tat-tariffa permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim.

Dawn l-ammonti għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa permezz ta’ dan il-paragrafu, u b’mod partikolari l-miżuri sabiex jassiguraw li l-oġġetti dikjarati għall-esportazzjoni taħt ftehim preferenzjali ma’ jiġux fil-fatt esportati taħt ftehim mhux preferenzjali jew viċe versa, għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura.

Meta metodi ta’ kif isiru l-analiżi tal-prodotti agrikoli użati jkunu neċessarji, għandhom jiġu użati l-metodi speċifikati għall-prodotti agrikoli in kwistjoni fil-każ tar-rifondi fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

5. It-tħaris tal-limiti li joħorġu mill-ftehimijiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandu jiġi żgurat fuq il-bażi taċ-ċertifikati maħruġa rigward il-perjodi ta’ żmien ta’ referenza stabbiliti, issupplimentati bl-ammont ipprovdut għalihom rigward l-esportaturi ż-żgħar.

6. L-ammont ta’ hawn taħt li minnu l-esportaturi ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati skond l-arranġamenti tar-rifondi għall-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit għal EUR 50000 fis-sena. Dan il-limitu jista’ jiġi aġġustat skond il-proċedura referita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 9

Meta, skont "ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS" f’suq partikolari, taxxi, ħlasijiet jew miżuri oħra jkunu applikati għall-esportazzjonijiet ta’ prodott agrikolu elenkat fl-Anness I, miżuri xierqa fir-rigward ta’ ċerti oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom x’aktarx li tfixkel il-kisba ta’ l-għan fis-settur agrikolu in kwistjoni, minħabba l-kontenut għoli tagħhom fil-prodott agrikolu kkonċernat u l-użu li għalihom jistgħu jitpoġġew, jistgħu jiġu deċiżi, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), wara li jittieħed akkont xieraq ta’ l-interess speċifiku ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 10

Meta jkun hemm periklu li tnaqqis fil-komponent agrikolu applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti taħt ftehim preferenzjali jista’ jfixkel is-swieq agrikoli jew is-swieq fl-oġġetti kkonċernati, il-klawsoli ta’ ħarsien applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli għandhom japplikaw ukoll għall-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tat-tfixkil f’dan il-każ, għandu jittieħed akkont tal-karatteristiċi ta’ l-oġġetti effettivament importati permezz ta’ l-arranġamenti preferenzjali meta mqabbla mal-karatteristiċi ta’ l-oġġetti tradizzjonalment impurtati qabel l-introduzzjoni ta’ dawn l-arranġamenti.

Artikolu 11

1. Sabiex ikun hemm il-prevenzjoni jew jiġu ribattuti l-effetti ħżiena fuq is-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-iproċessar ta’ prodotti agrikoli, elenkati fl-Anness III, l-importazzjoni bir-rata ta’ dazju li hemm provvediment dwarha fit-Tariffa Doganali Komuni ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-oġġetti, għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura ikunu twettqu sakemm l-importazzjoni pjuttost li ma toħloqx disturbi fis-suq tal-Komunità jew meta l-effetti ma jkunux sproporzjonati għall-oġġettiv maħsub.

2. Il-prezzijiet li jagħtu bidu, li anqas minnhom jista’ jkun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu dawk mibgħuta lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ mill-Komunità.

Il-kwantitajiet li joħolqu l-bidu li għandhom jinqabżu sabiex ikun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni jridu jkunu ddeterminati, inter alia, fuq il-bażi ta’ l-importazzjoni fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu dik is-sena li fiha l-effetti żvantaġġjużi msemmija fil-paragrafu 1 jinħolqu jew jistgħu jinħolqu.

3. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu kkunsidrati meta jkun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni cif tal-kunsinna kkonċernata.

4. Ir-regoli implimentattivi dettaljati ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Dawn ir-regoli għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a) l-oġġetti li dwarhom ikunu applikati dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni permezz ta’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura;

(b) il-kriterji l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura.

Artikolu 12

1. Id-dħul ta’ prodotti agrikoli taħt l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern għandu jkun bla ħsara għal kontroll minn qabel dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet ekonomiċi referiti fl-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mwettqa skond l-Artikolu 552 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

Barra minn hekk, u skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-kondizzjonijiet ekonomiċi referiti fl-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom ukoll jiġu kkunsidrati mwettqa għal ċerti kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi użati fil-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti bl-għajnuna ta’ bilanċ imfassal mill-Kummissjoni, ibbażat fuq paragun bejn il-fondi disponibbli meħtieġa u l-ħtiġijiet tar-rifond previst, u billi jitqiesu, b’mod partikolari, il-volum stmat ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodotti interessati u s-sitwazzjoni tas-swieq interni u esterni tal-prodotti bażiċi relevanti. Dan il-bilanċ, u għalhekk dawn il-kwantitajiet, għandhom jiġu irreveduti f’intervalli regolari taż-żmien sabiex jitqiesu l-iżviluppi f’fatturi ekonomiċi u regolatorji.

Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat it-tieni subparagrafu, li jagħmluha possibbli biex jiġu stabbiliti l-prodotti bażiċi li jridu jiddaħħlu skond l-arranġementi ta’ l-ipproċessar lejn l-intern u li jiġu kkontrollati u ppjanati l-kwantitajiet ta’ dawn, għandhom jiggarantixxu aktar ċarezza għall-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni minn qabel tal-kwantitajiet indikattivi ta’ importazzjoni għal kull organizzazzjoni komuni tas-suq individwali. Dawn għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi regolari, skond l-użu ta’ dawk il-kwantitajiet. Ir-regoli ddettaljati ta’ l-applikazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura referita fl-Artikolu 16(2).

L-espressjoni "prodott bażiku" użata f’dan l-Artikolu għandha tirrigwarda l-prodotti elenkati skond il-kodiċi tan-NM fit-tabella fl-Anness I, inkluża unikament fin-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna li tirrigwarda ċ-ċereali.

2. Il-kwalità ta’ l-oġġetti mdaħħla skond l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern għajr għal dawk referiti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u għalhekk mhux bla ħsara għall-imposta pprovduta fl-Artikolu 4 bl-għan, jew bħala riżultat ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti oħra għandha tkun dik attwalment użata fil-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti.

Artikolu 13

1. It-Tabella 2 ta’ l-Anness II tista’ tkun emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), sabiex tkun addattata għall-ftehim konklużi mill-Komunità.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta dan ir-Regolament jew ir-Regolamenti adottati bis-saħħa ta’ dawn ma’ kull emenda għan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 14

Dan l-Artikolu għandu japplika għall-kummerċ preferenzjali kollu li għalih id-determinazzjoni tal-komponent agrikolu ta’ l-impost, possibilment imnaqqas bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7, ma huwiex ibbażat fuq il-kontenut attwali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1)(a) u/jew li dwaru l-ammonti bażiċi ma jkunux ibbażati fuq id-differenzi fil-prezz li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1)(b).

Il-karatteristiċi tal-prodotti bażiċi u l-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi li għandhom ikunu kkunsidrati jridu jkunu dawk stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 [10].

Kwalunkwe emenda li għandha ssir għar-Regolament preżenti għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 15

1. L-iskala jew l-iskali li anqas minnhom il-komponenti agrikoli stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikoli 6 jew 7, għandhom ikunu stabbiliti bħala żero, jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). In-nuqqas ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-komponenti agrikoli tista’ tkun suġġett għal kondizzjonijiet speċjali, bi qbil ma’ l-istess proċedura, sabiex ikun evitat li jinħolqu fluss ta’ kummerċ artifiċjali.

2. Livell li taħtu l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli japplikaw l-ammonti li għandhom jingħataw jew jiġu ntaxxati bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, b’konnessjoni ma’ l-istess transazzjoni ekonomika, jista jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2) jekk il-bilanċ ta’ dawn l-ammonti jkun aktar baxx minn dan il-livell.

Artikolu 16

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat dwar il-kwistjonijiet orizzontali li jirrigwardaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3. Il-kumitat jista’ jeżamina kull kwistjoni referuta lilhu mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tal-president jew fuq talba ta’ Stat Membru.

Artikolu 17

Il-miżuri meħtieġa biex jaddattaw dan ir-Regolament ma’ l-emendi magħmula lir-"Regolament Waħdieni dwar l-OKS" sabiex ikunu miżmuma l-ftehim eżistenti għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 18

Metodi ta’ analiżi kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-oġġetti u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħra neċessarji għall-identifikazzjoni tagħhom jew sabiex tiġi ddeterminata l-komposizzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni u, anki meta jkun xieraq, il-produzzjoni ta’ l-oġġetti u, minn naħa l-oħra, fuq il-miżuri amministrattivi ta’ l-implimentazzjoni adottati. Ir-regoli dettaljati għall-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 20

Ir-Regolament (KE) Nru 3448/93, kif modifikat mill-atti previsti fl-Anness IV, huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 21

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-kaseini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 350110 u għall-kasinati u d-derivati tal-kaseini oħra li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 35019090 għandhom ikunu ddifferiti sakemm tittieħed deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul it- 30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. Littorin

[1] Opinjoni tat- 22 ta’ April 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

[3] Ara l-Anness IV.

[4] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

[5] ĠU L 299, 16.11.2007, p.1.

[6] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[7] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

[10] ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista tal-prodotti agrikoli li fir-rigward tagħhom differenzi fil-prezzijiet bejn is-suq dinji u s-suq Komunitarju jistgħu jkunu bilanċjati ma' l-importazzjoni [*]

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodotti agrikoli |

0401 | Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, l-anqas ma jkun fihom zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa |

0402 | Ħalib u krema, ikkonċentrati, jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa |

ex0403 | Xorrox tal-ħalib, baqta tal-ħalib u krema, yoghurt, kephir u ħlaleb jew kremi oħra ffermentati jew aċidifikati, sew jekk ikunu kkonċentrai u anki jekk le, u sew jekk ikun fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor tal-ħlewwa u anki jekk le, li ma jkunux mogħtija xi tgħoma jew li ma jkunx fihom żieda ta' frott, jew kokotina |

0404 | Xorrox, sew jekk ikkonċentrat u anki jekk le, sew jekk ikun fih zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa u anki jekk le; prodotti li jikkonsistu minn kostitwenti ta' ħalib naturali, sew jekk ikun fih zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa u anki jekk le; li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

ex0405 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut idderivati mill-ħalib |

07099060 | Qamħirrun ħelu, frisk jew imkessaħ |

07099019 | Qamħirrun imqadded, sħiħ, imqatta', imfelfel, imfarrak jew mitħun fi trab, imma li ma jkunx aktar ippreparat, apparti minn l-ibridi tal-qamħirrun ħelu għaż-żriegħ |

Kapitolu 10 | Ċereali [2] |

1701 | Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sucrose kemikament pur, f'għamla solida |

1703 | Molasses (għasel iswed) li jiriżulta mill-estrazzjoni jew mir-raffinar taz-zokkor |

[*] Prodotti agrikoli li huma kkunsidrati meta użati fl-istat mhux ipproċessat jew wara l-ipproċesar jew meqjusa li kienu ġew użati għall-manifattura ta'-oġġetti elenkati fit-tabella 1 ta' l-Annes B II.

[2] Eskluż spelt (xorta ta' qamħ) għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 10019010, qamħ (artab u meslin), zerriegha tal-kodici NC 10019091, xgħir taz-zerriegha tal-kodici NC 10030010, qamħirrun ibridu bħala żeriegħa li jidħol fil-kodiċi NM 10051011 sa 10051090, ross għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 10061010 u l-millieġ ibridu għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 10070010

--------------------------------------------------

ANNESS II

Tabella 1

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |

ex0403 | Xorrox tal-ħalib, baqta u krema tal-ħalib, yoghurt, kephir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, sew jekk jew le, ikkonċentrati jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materjali oħrajn tal-ħlewwa, jew b’xi togħma jew li jkun fih żieda ta’ frott, jew kokotina: |

04031051 sa 04031099 | – Yoghurt, bit-togħma jew li jkun fih żieda ta’ frott, jew kokotina |

04039071 sa 04039099 | – Oħrajn, bit-togħma jew li jkun fihom żieda ta’ frott, jew kokotina |

04052010 sa 04052030 | Tidlik magħmul mill-ħalib ta’ kontenut ta’ grass, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar imma li ma jeċċedix 75 % |

07104000 | Qamħirrum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat |

07119030 | Qamħirrum ħelu provviżjonalment ippreservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħra), imma li mhux tajjeb f’dak l-istat għal konsum immedjat |

ex1517 | Marġerina, taħlitiet jew preparazzjonijiet oħra tajbin għall-ikel magħmula minn xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew mil-ħxejjex jew minn frazzjonijiet tax-xaħmijiet jew taż-żjut differenti tal-kapitolu 15, apparti milli x-xaħmijiet u ż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ l-intestatura Nru 1516: |

15171010 | – Marġerina, eskluża marġerina likwida li jkun fiha aktar minn 10 % imma anqas minn 15 % bil-piż ta’ grass tal-ħalib |

15179010 | – Oħrajn, li jkun fihom aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż ta’ grass tal-ħalib |

17025000 | Fructose kimikament pur |

ex1704 | Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), li ma jkunx fih il-kokotina, eskluż l-estratt ta’ l-għud-is-sus li jkun fih aktar minn 10 % bil-piż ta’ sucrose imma li ma jkunx fih sustanzi oħra miżjuda, li jidħol taħt il-kodiċi NM 17049010 |

1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ l-ikel li jkun fihom il-kokotina |

1901 | Estratt tax-xgħir, preparazzjonijiet ta’ l-ikel mid-dqiq, groats, smida jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fihom il-kokotina jew li jkun fihom anqas minn 40 % bil-piż ta’ ċikkulata ikkalkolata fuq il-bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma hiex x’imkien ieħor speċifikata jew inkluża; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ta’ l-oġġetti li jidħlu taħt l-intestaturi Nri 6401 sa 6404, li ma jkunx fihom kokotina jew li jkun fihom anqas minn 5 % bil-piż ta’ kokotina, ikkalkolata fuq il-bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma hiex x’imkien ieħor speċifikata jew inkluża |

ex1902 | Għaġin, sew jekk imsajjar u anki jekk le, jew mimli (bil-laħam jew b’xi sustanzi oħra) jew b’mod ieħor ippreparat, bħal ma huwa l-ispagetti, l-imqarrun, il-fdewweġ, lażanja, njokki, ravjul, kannelloni, il-kuskus, dak preparat jew le, eskluż l-għaġin mimli li jidħol taħt il-kodiċi NM 19022010 u 19022030, kuskus, sew jekk ippreparat u anki jekk le |

19030000 | Tapjoka u sostituti tagħha ippreparata mill-lamtu, fl-għamla ta’ qxur, frak, perli, mgħarbla jew għamliet simili |

1904 | Ikel ippreparat miġjub bit-tinfih jew l-inkaljar ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, corn flakes), ċereali, (apparti milli l-qamħ-ir-rum(corn)) fl-għamla tal-qamħa jew fl-għamla ta’ qxur jew qmuħ oħra maħduma (ħlief dqiq u smida), imsajjar bil-quddiem, jew b’mod ieħor ippreparat, li ma hux x’imkien ieħor speċifikat jew inluż |

1905 | Ħobż, għaġin, kejkijiet, biskuttini u oġġetti oħra tal-furnara, sew jekk ikun fihom il-kokotina u anki jekk le, ostji tat-tqarbin, cachet vojta tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili |

20019030 | Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

20019040 | Yams, patata ħelwa u partijiet simili tajbin għall-ikel minn pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar bil-piż ta’ lamtu, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

20041091 | Patata fl-għamla ta’ dqiq, smida jew qxur, ippreparati jew ippreservati apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 taht forma ta’ dqiq, smida jew qxur |

20049010 | Qamħirrum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 |

20052010 | Patata ippreparati jew ippreservati apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 taht forma ta’ dqiq, smida jew qxur |

20058000 | Qamħirrum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 |

20089985 | Maize (corn) (tip ta’ qamħ-ir-rum), apparti milli qamħ-ir-rum ħelu (Zeta mays var. saccharata) apparti milli ppreparat jew ippreservat, li ma jkunx fih spiritu miżjud jew zokkor miżjud |

20089991 | Yams, patata ħelwa u partijiet simili tajbin għall-ikel minn pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar bil-piż ta’ lamtu, ippreparati jew ippreservati, li ma jkunx fih spirtu miżjud jew zokkor miżjud |

21011298 | Preparazzjonijiet bil-bażi tal-kafé |

21012098 | Preparazzjonijiet bil-bażi tat-té jew tal-maté |

21013019 | Sostituti nkaljati tal-kafé eskluża ċ-ċikwejra nkaljata |

21013099 | Estratti, essenzi u konċentrati tas-sostituti tal-kafé nkaljati esklużi dawk taċ-ċikwejra nkaljata |

21021031 u 21021039 | Ħmira tal-furnara, niexfa jew le |

210500 | Ġelati u ikel ieħor inġazzat, sew jekk ikun fih il-kokotina u anki jekk le |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi apparti minn dawk li jidħlu taħt il-kodiċi NM 21061020, 21069020 u 21069092 u apparti minn xiroppi taz-zokkor bit-togħma jew bil-kulur |

22029091 u 22029095 u 22029099 | Xorb ieħor mhux alkoħoliku, li ma jinkludix ġuleppi tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ l-intestatura Nru 2009, li jkun fihom prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404 jew xaħam akkwistat mill-prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404 |

29054300 | Mannitol |

290544 | D-Glucitol (sorbitol) |

ex3302 | Taħlitiet ta’ sustanzi odorifeċi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ wieħed jew aktar ta’ dawn is-sustanzi. tat-tip użat bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra ibbażati fuq sustanzi odorifiċi, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb |

33021029 | Oħrajn, tat-tip użat fl-industrija tax-xorb, li jkun fihom l-aġenti kollha tat-togħmiet li jagħtu karattru lix-xorb, apparti minn dawk ta’ qawwa alkoħolika attwali bil-volum li ma teċċedix 0,5 %, u dawk tal-kodiċi NM 33021021 |

ex3501 | Kaseini, kasinati u derivattivi oħra tal-kaseini |

ex350510 | Dextrini u lamtijiet oħra mmodifikati, esklużi lamtijiet estrifikati jew etrifikati tal-kodiċi NM 35051050 |

350520 | Kolol oħrajn ibbażati fuq il-lamtijiet, dextrini u lamtijiet oħrajn immodifikati |

380910 | Aġenti tat-tlestija, katalisti tal-kulur biex iħaffu l-għoti tal-kulur jew biex jistabbiliżżaw il-materjali li jagħtu l-kulur jew prodotti u preparazzjonijiet oħra (per eżempju, kisjiet u mordanti). tat-tip użat fl-industrija tal-karta, tal-ġild jew industriji simili, b’bażi ta’ sustanzi amilaċej, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi |

382460 | Sorbitol apparti minn dak tas-subintestatura 290544 |

Tabella 2

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |

ex0505 | Ġlud u partijiet oħra ta’ l-għasafar, bir-rix jew il-pil tagħhom, rix u partijiet tar-rix (sew jekk jew le bit-trufijiet mirquma) u pil, mhux aktar maħduma milli mnaddfa, ddisinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u ħela ta’ rix jew partijiet tar-rix: |

05051090 | – Rix tat-tip użat għall-mili; rix fin (down), apparti milli mhux maħdum |

050590 | – Oħrajn |

05119939 | Sponoż naturali ta’ oriġini mill-annimali, apparti milli mhux maħduma |

12122000 | Ħaxix tal-baħar u alka oħra, friska, imkessħa, iffriżata jew imqadda, sew jekk misħuqa u anki jekk le, ħlief dawk użati fil-farmaċija jew għall-konsum uman |

ex1302 | Sugu tal-ħaxix u estratti vegetali: pektati; agar agar u Muċillaġini iehor u aġent li jgħaqqad derivati mill-veġetali, ukoll jekk modifikati: |

13021200 | Ġulepp u estratti veġetali ta’ għud-is-sus |

13021300 | Ġulepp u estratti veġetali ta’ hops |

13021980 | Ġulepp u estratti veġetali barra minn ġulepp u estratti ta’ għud-is-sus, hops, oloreżini estratti mill-vanilla u mill-opju |

ex130220 | Pektati |

13023100 | Agar-agar, sew jekk immodifikat u anki jekk le |

13023210 | Muċillaġini u materjali li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u anki jekk le, akkwistati mill-ħarrub jew miż-żeriregħa tal-ħarrub |

1505 | Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija akkwistati minnhom (inkluż il-lanolin) |

1506 | Xaħmijiet u żjut oħra mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma li ma humiex kemikament immodifikati |

ex15159011 | Żejt tal-ġoġoba u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma li ma humiex kemikament immodifikati |

15162010 | Żejt tal-kastru idroġeniżżat, ’l hekk imsejjaħ "xama’ apàala" |

15179093 | Taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel tat-tip użat fil-preparazzjoni tar-rilaxx tal-forom |

ex1518 | Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom mgħollija, ossidizzati, imqadda, bil-kubrit, minfuħa, polimerizzati fis-sħama f’vacuum jew f’gass inert jew b’mod ieħor kemikament immodifikati, esklużi dawk ta’ l-intestatura Nru 1516; taħlitiet u preparazzjonijiet mhux tajbin għall-ikel minn żjut u xaħmijiet mill-annimali jew mill-ħxejjex jew il-frazzjonijiet tax-xaħmijiet u ż-żjut differenti ta’ dan il-kapitolu 15, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi; esklużi ż-żjut tal-kodiċi NM 15180031 u 15180039 |

15200000 | Glycerol, krud, ilmijiet tal-glycerol u lissija tal-glycerol |

1521 | Xema’ tal-ħxejjex (apparti milli triglycerides), xama’ tan-naħal, xemgħat oħrajn ta’ l-insetti u spermaċeti, sew jekk raffinati jew mogħtija l-kulur u anki jekk le |

15220010 | Degras |

17029010 | Maltose kimikament pur |

17049010 | Estratt ta’ għud-is-sus li jkun fih aktar minn 10 % bil-piż ta’ sucrose imma li ma jkunx fih żieda ta’ sustanzi oħra |

1803 | Għaġina tal-kokotina, sew jekk bil-grass imneħħi minnu u anki jekk le |

18040000 | Butir tal-kokotina, xaħam u żejt |

18050000 | Trab tal-kokotina, li ma jkunx fih żieda ta’ zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa |

20019060 | Qlub tal-palmi (siġar tal-prinjoni), ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

ex2008 | Frott, ġewż u partijiet oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel, anki jekk ippreparati jew ippreservati, sew jekk, u anki jekk le, ikun fihom żieda ta’ zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, jew spiriti, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi |

20081110 | – Butir tal-karawett |

20089100 | – Qlub tal-palmi |

ex2101 | Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet bil-bażi ta’ dawn il-prodotti; ċikwejra nkaljata, estratti, essenzi u l-konċentrati tagħhom apparti mill-preparazzjonijiet tal-kodiċi NM 21011298, 21012098, 21013019 u 21013099 |

210210 | Ħmira attiva |

21021010 | – Kultura tal-Ħmira |

21021090 | – Oħrajn, inkluża l-ħmira tal-furnara |

210220 | Ħmira inattiva; mikro-organiżmi oħrajn ta’ ċellola waħda, mejta |

21023000 | Baking powders imħejjija |

2103 | Zlazi u preparazzjonijiet għalihom; kondimenti mħallta u taħlitiet ta’ ħwawar; dqiq u smida tal-mustarda u mustarda ppreparata |

2104 | Sopop, brodu u preparazzjonijiet għalihom; preparazzjonijiet ta’ ikel kompost omoġeniżżat |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi |

210610 | – Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa |

21061020 | – – Li ma jkun fihom l-ebda grass tal-ħalib, tas-sucrose, ta’ l-isoglucose, tal-glucose |

210690 | – Oħrajn |

21069020 | – – Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, apparti minn dawk ibbażati fuq sustanzi |

21069092 | – – Ilmijiet, inklużi ilmijiet naturali jew minerali artifiċjali u ilmijiet bil-gass, li ma jkunx fihom żieda ta’ zokkor jew xi materja oħra tal-ħlewwa, l-anqas b’xi togħma |

220110 | Ilmijiet, inklużi ilmijiet naturali jew minerali artifiċjali u ilmijiet bil gass, li ma jkunx fihom żieda ta' zokkor jew xi materja oħra tal ħlewwa, l-anqas b'xi togħma |

22021000 | Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet bil-gass, li jkun fihom żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa jew bit-togħma |

22029010 | Xorb ieħor mhux alkoħoliku, li ma jinkludix ġuleppi tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ l-intestatura Nru 2009, li ma jinkludix prodotti ta’ l-intestatura Nri 0401 sa 0404 jew xaħam akkwistat mill-prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404 |

220300 | Birra magħmula mix-xgħir (maltu) |

2205 | Vermouth u nbejjed oħra minn għeneb frisk mogħti t-togħma b’sustanzi ta’ pjanti jew materjali aromatiċi |

ex2207 | Alkoħol etiliku mhux denaturalizzat ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew għola, alkoħol etiliku jew spiriti oħra, denaturalizzati, ta’ kwalunkwe saħħa apparti minn dawk akkwistati mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |

ex2208 | Alkoħol etiliku mhux-denaturalizzat ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol, mhux akkwistati mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat; spiriti, likuri u xorb spirituż ieħor |

2402 | Sigarri, sigarri ħoxnin (cheroots), sigarri żgħar (cigarillos) u sigaretti, tat-tabakk jew ta’ sostituti tat-tabakk |

2403 | Tabakk ieħor immanifatturat u sostituti mmanifatturati tat-tabakk; tabakk "omoġenizzati" jew "rikostitwiti"; estratti u essenzi tat-tabakk |

33019021 | Oloreżini estratti minn għud-is-sus u mill-ħops |

33019030 | Oloreżini estratti hlief dawk minn għud-is-sus u mill-ħops |

ex3302 | Taħlitiet ta’ sustanzi odorifeċi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) bil-bażi ta’ wieħed jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra ibbażati fuq sustanzi odorifeċi, tat-tip użat fil-manifattura ta’ xorb |

33021010 | – Tipi utilizzati ghall-industriji tax-xorb, li fihom l-agenti kollha aromatizzanti li jikkaratterizzaw xarba, b’qawwa alkoħolika ta’ iktar minn 0,5% vol |

33021021 | – Tat-tip użat fl-industriji ta’ l-ikel u x-xorb li jkun fihom l-aġenti tat-togħma kollha li jikkaratterizzaw xi xorb apparti milli ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma teċċedix 0,5 %, li jkun fihom l-ebda grass tal-ħalib, sucrose, isoglucose, glucose jew lamtu jew li jkun fihom anqas minn 1,5 % grass tal-ħalib, 5 % sucrose jew isoglucose, 5 % glucose jew lamtu |

3823 | Aċidi mxaħħma monokarboliċi industrijali; żjut aċidużi mir-raffinar; alkoħoliċi mxaħħma industrijali |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |

04031051 sa 04031099 | Yogurt, bit-togħma jew li jkun fih żieda ta' frott, ġewż jew kokotina |

04039071 sa 04039099 | Xorrox tal-ħalib, baqta tal-ħalib u krema, kephir u ħalib ieħor li jkun iffermentat jew aċidifikat aromatizzat, li jkun fih żieda ta' frott, ġewż jew koktina |

07104000 | Qamħ-ir-rum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat |

07119030 | Qamħ-ir-rum proviżjonalment ippreservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'xi taħlitiet preservattivi oħra) imma li ma hux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat |

15171010 | Marġerina, eskluża marġerina likwida li jkun fiha aktar minn 10 % imma anqas minn 15 % bil-piż ta' grass tal-ħalib |

15179010 | Taħlitiet jew preparazzjonijiet oħra tajbin għall-ikel magħmula minn xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex jew minn frazzjonijiet tax-xaħmijiet jew taż-żjut differenti tal-kapitolu 15, apparti milli x-xaħmijiet u ż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516 li jkun fihom aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż ta' grass tal-ħalib |

17025000 | Fructose kemikament pur |

20058000 | Qamħ-ir-rum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat ħlief għall-prodotti tan-nru 2006 |

29054300 | Mannitol: |

290544 | D-Glucitol (Sorbitol): |

| – f'soluzzjoni akwea: |

29054411 | – – li jkun fih 2 % jew anqas bil-piż ta' D-mannitol, ikkalkolat fuq il-kontenut ta' D-glucitol |

29054419 | – – oħrajn |

| – oħrajn: |

29054491 | – – li jkun fih 2 % jew anqas bil-piż ta' D-mannitol, ikkalkolat fuq il-kontenut ta' D-glucitol |

29054499 | – – oħrajn |

35051010 | Dextrin |

35051090 | Lamtijiet oħra mmodifikati, barra d-dextrin esklużi l-lamtijiet estrifikati jew etrifikati, |

| Kollol oħrajn ibbażati fuq il-lamtu jew fuq dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati |

35052010 | – li jkun fihom, bil-piż, anqas minn 25 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati |

35052030 | – li jkun fihom, bil-piż, 25 % jew aktar imma anqas minn 55 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati |

35052050 | – li jkun fihom, bil-piż, 55 % jew aktar imma anqas minn 80 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati |

35052090 | – li jkun fihom, bil-piż, 80 % jew aktar ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati |

380910 | Aġenti tat-tlestija, katalisti tal-kulur biex iħaffu l-għoti tal-kulur jew biex jistabbilizzaw il-materjali li jagħtu l-kulur jew prodotti u preparazzjonijiet oħra (per eżempju, kisjiet u mordanti) tat-tip użat fl- industrija tat-tessuti, tal-karta, tal-ġild jew industriji simili, b'bażi ta' sustanzi amilaċej, li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi. |

382460 | Sorbitol apparti milli tal-kodiċi NM 290544 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (KE) Nru 3448/93 tal-Kunsill | (ĠU L 318 tal-20.12.1993, p. 18) |

Regolament (KE) Nru 1097/98 tal-Kunsill | (ĠU L 157 tat-30.5.1998, p. 1) |

Regolament (KE) Nru 2491/98 tal-Kummissjoni | (ĠU L 309 tad-19.11.1998, p. 28) |

Regolament (KE) Nru 2580/2000 tal-Kunsill | (ĠU L 298 tal-25.11.2000, p. 5) |

--------------------------------------------------

ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 3448/93 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1 |

Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b) |

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu | Artikolu 2(1), it-tieni paragrafu |

Artikolu 1(2a) | Artikolu 2(2) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 3 |

Artikolu 2 | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 6(1), (2) u (3) | Artikolu 6(1), (2) u (3) |

Artikolu 6(4), l-ewwel paragrafu | Artikolu 6(4), l-ewwel paragrafu |

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, punt (a), (b) u (ċ) |

Artikolu 6(5) u (6) | Artikolu 6(5) u (6) |

Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) |

Artikolu 7(2), kliem tal-bidu | Artikolu 7(2), kliem tal-bidu |

Artikolu 7(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Artikolu 7(2)(a) (b) u (c) |

Artikolu 7(3) u (4) | Artikolu 7(3) u (4) |

Artikolu 8(1) | Artikolu 8(1) |

Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |

Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b) |

Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu | Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu |

Artikolu 8(3) sa (6) | Artikolu 8(3) sa (6) |

Artikolu 9 u 10 | Artikolu 9 u 10 |

Artikolu 10a | Artikolu 11 |

Artikolu 11 | Artikolu 12 |

Artikolu 12(2) | Artikolu 13(1) |

Artikolu 12(3) | Artikolu 13(2) |

Artikolu 13(1) | Artikolu 14, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 13(2) | Artikolu 14, l-ewwel u t-tieni paragrafu |

Artikolu 14 | Artikolu 15 |

Artikolu 16(1) u (2) | Artikolu 16(1) u (2) |

Artikolu 16(3) | — |

Artikolu 17 | Artikolu 16(3) |

Artikolu 18 | Artikolu 17 |

Artikolu 19 | Artikolu 18 |

Artikolu 20 | Artikolu 19 |

Artikolu 21 | — |

— | Artikolu 20 |

Artikolu 22 | Artikolu 21 |

Anness A | Anness I |

Anness B | Anness II |

Anness Ċ | Anness III |

— | Anness IV |

— | Anness V |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet