32009R0891


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

 ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009

tal- 25 ta’ Settembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], u partikolarment l-Artikoli 143, 144(1), 148, 156 u 188(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat- 28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u għar-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [2] jiskadi fl- 1 ta' Ottubru 2009. Madanakollu, ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor ikomplu jeżistu wara dik id-data. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti tariffarji.

(2) Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat- 18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla b'riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 [3], il-Kummissjoni se tadotta miżuri għall-implimentazzjoni fl-agrikoltura tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL (Komunitajiet Ewropej) mibgħuta lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Skont din l-iskeda, il-Komunità impenjat ruħha biex timporta mill-Indja kwantità ta' 10000 tunnellati ta' prodotti taz-zokkor , b'rata ta' dazju żero, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM 1701. Wara l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u mbagħad tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u mbagħad tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u fil-kuntest tal-konklużjoni tan-negozjati skont l-Artikolu XXIV tal-GATT, il-Komunità impenjat ruħha li timporta minn pajjiżi terzi kwantità ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat maħsub biex jiġi rraffinat b’rata ta’ dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

(3) Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat- 18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 [4], l-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702 li joriġinaw fil-Bosnja u fil-Ħerżegovina, fis-Serbja u fil-Kosovo [5] huma soġġetti għal kwoti tariffarji annwali bla dazju.

(4) Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit- 12 ta’ Ġunju 2006. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra [6] u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Diċembru 2006.

(5) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis- 16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra [7] u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Lulju 2008.

(6) Skont l-Artikolu 27(5) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Anness IV(h) għalih bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra [8], kif emendat mill-Protokoll approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/882/KE [9], il-Komunità għandha tippermetti aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fil-Kroazja li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702, fil-limitu ta’ kwantità annwali ta’ 180000 tunnellata (piż nett).

(7) Skont l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra [10], li daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 2006, il-Komunità għandha tippermetti aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fl-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 7000 tunnellata (piż nett).

(8) Skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista' tissospendi dazji ta' importazzjoni sabiex tiggarantixxi l-provvista meħtieġa għall-manifattura ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Ir-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti li jirriżultaw għandhom jiġu stipulati.

(9) Barra minn hekk, ir-regoli għandhom jiġu stipulati għall-amministrazzjoni tal-kwoti abbażi tal-applikazzjoni tal-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li skonthom il-Kummissjoni tista' tissospendi d-dazji ta' importazzjoni parzjalment jew għal kollox għal ċerti kwantitajiet meta l-prezzijiet taz-zokkor fis-suq Komunitarju jogħlew jew jaqgħu sinifikament jew meta l-prezzijiet taz-zokkor fis-suq dinji jilħqu livell li jfixkel jew jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq Komunitarju.

(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 376/2008 tat- 23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [11] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal- 31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni [12] għandhom japplikaw għal-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun previst mod ieħor permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11) Sabiex jiġi żgurat trattament uniformi u ekwu għall-operaturi kollha, għandu jiġi ddeterminat il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u jinħarġu l-liċenzji.

(12) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor industrijali għandhom ikunu ristretti għal proċessuri taz-zokkor industrijali. Proċessuri bħal dawn mhux bilfors ikunu involuti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi provduta deroga korrispondenti mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

(13) Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-operaturi għandhom jissottomettu, lill-Istati Membri li qiegħdin irreġistrati fihom għal finijiet ta' VAT, evidenza li huma kienu qed jinnegozjaw iz-zokkor matul ċertu perjodu. Madanakollu, l-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti [13] għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti tariffarji, kemm jekk dawn kienu involuti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi kif ukoll jekk le.

(14) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li l-applikanti għal-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-istess numru tal-ordni tal-kwota fir-rigward tal-perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. Fir-rigward taz-zokkor, is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni hija l-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju għall-importaturi u sabiex tiġi żgurata provvista mingħajr xkiel lis-suq Komunitarju, l-intervalli li bihom għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet għall-liċenzja tal-importazzjoni għandhom ikunu ta' xahar.

(15) Iz-zokkor importat biex jiġi raffinat jeħtieġ monitoraġġ speċifiku mill-Istati Membri. Għalhekk, l-operaturi għandhom jispeċifikaw minn meta titressaq l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jekk iz-zokkor importat huwa maħsub biex jiġi rraffinat jew le.

(16) Biex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-importazzjonijiet taz-zokkor skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri tad-dejta rilevanti, u jirrapportawhom lill-Kummissjoni. Sabiex jitjiebu l-kontrolli, għandu jiġi stipulat li l-importazzjonijiet tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota tariffarja annwali għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju [14].

(17) L-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jirristrinġi, matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-limitu msemmi fl-Artikolu 153(1) ta' dak ir-Regolament, il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għar-raffinaturi full-time. Matul dak il-perjodu, ir-raffinaturi full-time biss għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' zokkor biex jiġi rraffinat.

(18) L-obbligu għar-raffinar taz-zokkor għandu jiġi vverifikat mill-Istati Membri. Jekk id-detentur oriġinali tal-liċenzja tal-importazzjoni mhuwiex kapaċi li jipprovdi l-evidenza, għandha titħallas penali.

(19) Iz-zokkor kollu importat li ġie raffinat minn operatur approvat għandu jkun ibbażat fuq liċenzja tal-importazzjoni għal zokkor biex jiġi rraffinat. Il-kwantitajiet li għalihom ma tkunx tista' tingħata evidenza bħal din għandhom jingħataw penali.

(20) Ladarba z-zokkor ta' importazzjoni industrijali jista' jintuża biss għal skopijiet ta' produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad- 29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota [15], id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-materja prima industrijali u l-obbligi fuq il-proċessuri stabbiliti minn dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati.

(21) Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi rrevokat mill- 1 ta' Ottubru 2009. Madanakollu, il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa f'konformità ma' dak ir-Regolament bid-data tal-iskadenza wara l- 1 ta' Otturbu 2009 għandhom jibqgħu validi.

(22) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fil-Partijiet I u II tal-Anness I għall-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor imsemmija fi:

(a) l-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1095/96;

(b) l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000;

(c) l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra;

(d) l-Artikolu 27(5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra;

(e) l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra;

(f) l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja u l-Ħerzegovina min-naħa l-oħra.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprovdi wkoll għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji, kif stipulati fil-Parti III tal-Anness I, għall-importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu taħt:

(a) l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b) l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL" tfisser iz-zokkor stipulat fl-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1;

(b) "zokkor mill-Balkani" tfisser il-prodotti taz-zokkor li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702 li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja, il-Kosovo [16], l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fil-Kroazja u li ġew importati fil-Komunità skont l-Atti msemmija fil-Punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1;

(c) "zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali" tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(d) "zokkor ta’ importazzjoni industrijali" tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(e) "piż tel quel" tfisser il-piż taz-zokkor fl-istat naturali;

(f) "raffinar" tfisser l-ipproċessar ta’ zokkor mhux raffinat f’zokkor abjad kif iddefinit fil-punti 1 u 2 tal-Parti II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u kwalunkwe operazzjoni teknika ekwivalenti applikata għaz-zokkor abjad bil-kwantità.

Artikolu 3

Ftuħ u amministrazzjoni

1. Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

Il-kwantità tal-prodotti, in-numru tal-ordni u r-rata tad-dazju doganali għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness I.

2. Il-perjodu tal-kwota tariffarja għandu jinqasam f’subperjodi ta' xahar kull wieħed. Il-kwantitajiet għas-subperjodi għandhom ikunu kif ġej:

- 100 % għall-ewwel subperjodu,

- 0 % għas-subperjodi li jifdal.

3. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta' kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2).

2. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni għan-numri tal-ordni li jkunu spiċċaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tirtira s-sospensjoni u jingħata aċċess mill-ġdid għall-applikazzjonijiet meta l-kwantitajiet jerġgħu jkunu disponibbli skont in-notifiki msemmija fl-Artikoli 9(2)(ii).

Artikolu 6

Tagħrif li għandu jimtela' fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u fuq il-liċenzji tal-importazzjoni

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a) fil-kaxxa 8, il-pajjiż tal-oriġini:

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għaż-żokkor mill-Balkani, għandha tiġi mmarkata b'salib il-kelma "iva" fil-kaxxa 8. Dawk il-liċenzji għandhom jobbligaw l-importazzjoni mill-pajjiż speċifiku;

(b) fil-kaxxa 16, kodiċi tan-NM wieħed bi tmien numri;

(c) fil-kaxxi 17 u 18, il-kwantità f'kilogrammi skont il-piż tel quel;

(d) fil-kaxxa 20:

(i) jew "zokkor maħsub biex jiġi rraffinat" jew "zokkor mhux maħsub biex jiġi rraffinat", u

(ii) waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

- għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness III,

- għaz-zokkor mill-Balkani, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness III,

- għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness III,

- għaz-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti D tal-Anness III.

(iii) is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu relatati magħha;

(e) fil-kaxxa 24, id-dazju doganali kkonċernat.

Artikolu 7

Obbligi marbutin mal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-preżentazzjoni tal-evidenza prevista f'dak l-Artikolu tista' ma tkunx meħtieġa għall-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

2. L-ammont ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 20 għal kull tunnellata.

3. Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati b'impenn mill-applikant għar-raffinar taz-zokkor fil-kwistjoni qabel tmiem it-tielet xahar wara dak li fih tiskadi l-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata.

4. Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għal zokkor mill-Balkani, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mill-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali, skont il-mudell fl-Anness II, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-kwantità msemmija fl-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni ma tistax taqbeż il-kwantità mniżżla fil-liċenzji tal-esportazzjoni.

Artikolu 8

Ħruġ u validità ta’ liċenzji tal-importazzjoni

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu sa mit-23 jum tax-xahar, u l-aktar tard sal-aħħar tax-xahar, li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet.

Huma għandhom ikunu validi sal-aħħar tat-tielet xahar wara dak li fih ikunu maħruġa, mhux aktar mit-30 ta' Settembru, bl-eċċezzjoni taz-zokkor ta' importazzjoni eċċezzjonali u z-zokkor ta' importazzjoni industrijali, li għandhom jibqgħu validi sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jkunu ġew maħruġa għaliha.

Artikolu 9

Notifiki lill-Kummissjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-14 tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, bit-total tal-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

2. Permezz ta' deroga fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum ta' kull xahar bi:

(i) il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji maħruġa matul ix-xahar preċedenti,

(ii) il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(c) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji mibgħuta lura matul ix-xahar preċedenti,

3. Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinqasmu skont in-numru tal-ordni tal-kwota, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u jekk jinvolvux applikazzjonijiet għal liċenzja għaz-zokkor maħsub biex jiġi rraffinat. Huma għandhom jiġu espressi f'kilogrammi f’piż tel quel.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Marzu ta' kull sena bil-kwantitajiet li ġejjin li jirrigwardaw is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti:

(i) il-kwantità totali attwalment importata, maqsuma skont in-numru tal-ordni, il-pajjiż tal-oriġini, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u espressa f'kilogrammi f’piż tel quel;

(ii) il-kwantità ta’ zokkor, skont piż tel quel u f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, li fil-fatt jkun ġie raffinat.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-kwoti tal-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320 fejn il-qari polarimetriku taz-zokkor importat mhux raffinat jibda minn 96 grad, ir-rata ta' EUR 98 għal kull tunnellata għandha tiżdied jew titnaqqas, kif ikun xieraq, b’0,14 % għal kull deċimu ta’ grad differenza stabbilit.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAZ-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI EĊĊEZZJONALI U Z-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI INDUSTRIJALI

Artikolu 11

Ftuħ u kwantitajiet

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u z-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-ftuħ tal-kwota tariffarja, il-perjodu tal-kwota tariffarja, u l-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni kollha jew parti minnhom, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 12

Proċessuri ta' zokkor ta' importazzjoni industrijali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandhom jiġu ppreżentati mill-proċessuri fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, anki jekk proċessuri bħal dawn ma kienux involuti f'kummerċ ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 13

Użu ta' liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor industrijali

1. Il-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali maħruġa għall-kodiċi tan-NM 17019910 jew 17019990 jistgħu jintużaw għall-importazzjoni ta' kodiċi tan-NM 17011190, 17011290, 17019100, 17019910 jew 17019990.

2. Iz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandu jintuża għal skopijiet ta' produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

3. L-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom japplikaw għaz-zokkor ta' importazzjonijiet industrijali.

4. Proċessur għandu jipprovdi evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-kwantitajiet importati bħala zokkor tal-importazzjoni industrijali ntużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 u skont l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. L-evidenza għandha tikkonsisti f'reġistrazzjoni kompjuterizzata fir-reġistri matul jew fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.

5. Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem is-seba’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, huma għandhom iħallsu, għal kull jum ta’ dewmien, l-ammont ta’ EUR 5 għal kull tunnellata tal-kwantità kkonċernata.

6. Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem id-disa’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, il-kwantità kkonċernata għandha titqies li hija sovraddikjarata fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

KAPITOLU III

ĦTIĠIET TA’ PROVVISTA TRADIZZJONALI

Artikolu 14

Sistema ta' raffinaturi full-time

1. Ir-raffinaturi full-time biss jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor maħsub biex jiġi rraffinat b'data ta' bidu ta' validità matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8, liċenzji bħal dawn għandhom ikunu validi sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni li jkunu nħarġu għaliha.

2. Jekk, qabel l-1 ta' Jannar ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal zokkor biex jiġi rraffinat għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu daqs jew akbar mit-total tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li l-limitu tal-ħtiġijiet ta' provvista tradizzjonali għal dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ntlaħaq fil-livell Komunitarju.

Mid-data ta' dik in-notifika, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni kkonċernata.

Artikolu 15

Evidenza ta' raffinar u penali

1. Fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza tal-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata, kull detentur oriġinali ta' liċenzja tal-importazzjoni għal zokkor biex jiġi rraffinat għandu jipprovdi lill-Istat Membru li ħariġha bl-evidenza aċċettabbli għalih li r-raffinar seħħ fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 7(3).

Meta ma tkunx ġiet provduta evidenza bħal din, l-applikant għandu jħallas, qabel l-1 ta' Ġunju wara s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, l-ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor kkonċernati, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ta' force majeure.

2. Il-produtturi taz-zokkor approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel l-1 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, għandhom jiddikjaraw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-kwantitajiet ta’ zokkor li rraffinaw f’dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, billi jiddikjaraw:

(a) il-kwantitajiet ta' zokkor li jikkorrispondu għal-liċenzji ta' importazzjoni ta' zokkor biex jiġi rraffinat;

(b) il-kwantitajiet ta’ zokkor prodotti fil-Komunità, fejn jingħataw r-referenzi tal-impriża approvata li pproduċiet dak iz-zokkor;

(c) kwantitajiet oħra ta’ zokkor, fejn jiddikjaraw l-oriġini tagħhom.

Qabel l-1 ta’ Ġunju wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabli lill-Istat Membru li huma ġew raffinati, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ta' force majeure.

KAPITOLU IV

REVOKA U DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 16

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa mħassar b’seħħ mill- 1 ta' Ottubru 2009.

Madankollu, il-liċenzji maħruġa skont dak ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta' Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il- 25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

[3] ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

[4] ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

[5] Kif ġie ddefinit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244.

[6] ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2.

[7] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

[8] ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

[9] ĠU L 341, 7.12.2006, p. 31.

[10] ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

[11] ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

[12] ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

[13] ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

[14] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[15] ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

[16] Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Parti I: Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

Pajjiż terz | Numru tal-ordni | Kodiċi tan-NM | Kwantitajiet (tunnellati) | Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |

L-Awstralja | 09.4317 | 17011110 | 9925 | 98 |

Il-Brażil | 09.4318 | 17011110 | 334054 | 98 |

Il-Kuba | 09.4319 | 17011110 | 68969 | 98 |

Kwalunkwe pajjiż terz | 09.4320 | 17011110 | 253977 | 98 |

L-Indja | 09.4321 | 1701 | 10000 | 0 |

Parti II: Zokkor mill-Balkani

Pajjiż terz jew territorju doganali | Numru tal-ordni | Kodiċi tan-NM | Kwantitajiet (tunnellati) | Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |

l-Albanija | 09.4324 | 1701 u 1702 | 1000 | 0 |

il-Bosnija u l-Herzegovina | 09.4325 | 1701 u 1702 | 12000 | 0 |

Is-Serbja jew il-Kosovo [1] | 09.4326 | 1701 u 1702 | 180000 | 0 |

L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 09.4327 | 1701 u 1702 | 7000 | 0 |

Il-Kroazja | 09.4328 | 1701 u 1702 | 180000 | 0 |

Parti III: Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Iz-zokkor ta’ importazzjoni | Numru tal-ordni | Kodiċi tan-NM | Kwantitajiet (tunnellati) | Rata fil-kwota (EUR/tunnellata) |

Eċċezzjonali | 09.4380 | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ |

Industrijali | 09.4390 | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ | Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ |

[1] Il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Mudell tal-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4)

1. Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

ORIĠINALI

2.

Nru.

3. Sena ta' kummerċjalizzazzjoni

4. Importatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

(fakultattiva)

LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONI

PREFERENZJALI TAZ-ZOKKOR LEJN L-UE

5. Post tat-tgħabija - mezzi tat-trasport

(fakultattiva)

6. Post tal-oriġini

7. Pajjiż / grupp ta' pajjiżi jew reġjun ta' destinazzjoni

8. Dettalji addizzjonali

9. Deskrizzjoni tal-oġġetti

10. Kodiċi NM

(8 numri)

11. Kwantità

(kg)

12. ĊERIFIKAZZJONI MINN AWTORITÀ KOMPETENTI

13. Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

Fi: …

Data: …

(Firma)

(Timbru)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

A. Annotazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

— bil-Bulgaru : Захар по CXL отстъпките, внасяна в съответствие с Регламент (EО) № 891/2009. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

— bl-Ispanjol : Azúcar concesiones CXL importado de acuerdo con el Reglamento (CE) no 891/2009. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

— biċ-Ċek : Koncesní cukr CXL dovezený v souladu s nařízením (ES) č. 891/2009. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

— bid-Daniż : CXL-indrømmelsessukker importeret i overensstemmelse med forordning (EF) nr. 891/2009. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

— bil-Ġermaniż : Zucker Zugeständnisse CXL, eingeführt gemäß der Verordnung (EG) Nr. 891/2009. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

— bl-Estonjan : CXL kontsessioonisuhkur, imporditud kooskõlas määrusega (EÜ) nr 891/2009. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

— bil-Grieg : Ζάχαρη παραχωρήσεων CXL, εισαγόμενη σύμφωνα με τον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 891/2009. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

— bl-Ingliż : CXL concessions sugar imported in accordance with Regulation (EC) No 891/2009. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

— bil-Franċiż : Sucre concessions CXL importé conformément au règlement (CE) no 891/2009. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

— bit-Taljan : Zucchero concessioni CXL importato a norma del regolamento (CE) n. 891/2009. Numero d'ordine [inserire in base all'allegato I]

— bil-Latvjan : CXL koncesiju cukurs, kas importēts saskaņā ar Regulu (EK) Nr. 891/2009. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

— bil-Litwan : CXL lengvatinis cukrus, importuotas pagal Reglamentą (EB) Nr. 891/2009. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

— bl-Ungeriż : A 891/2009/EK rendelettel összhangban behozott CXL engedményes cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

— bil-Malti : Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, iz-zokkor, impurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

— bl-Olandiż : Suiker CXL-concessies ingevoerd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 891/2009. Volgnummer (zie bijlage I)

— bil-Pollakk : Cukier wymieniony na liście koncesyjnej CXL przywieziony zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 891/2009. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

— bil-Portugiż : Açúcar "Concessões CXL" importado em conformidade com o Regulamento (CE) n.o 891/2009. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

— bir-Rumen : Zahăr concesii CXL importat în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 891/2009. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

— bis-Slovakk : Koncesný cukor CXL dovezený v súlade s nariadením (ES) č. 891/2009. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

— bis-Sloven : Sladkor iz koncesij CXL, uvožen v skladu z Uredbo (ES) št. 891/2009. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

— bil-Finlandiż : CXL-myönnytyksiin oikeutettu sokeri, joka on tuotu asetuksen (EY) N:o 891/2009 mukaisesti. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

— bl-Isvediż : Socker enligt CXL-medgivanden importerat i enlighet med förordning (EG) nr 891/2009. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I)

B. Annotazzjonijiet imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

— bil-Bulgaru : Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от Балканите. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

— bl-Ispanjol : Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar Balcanes. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

— biċ-Ċek : Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr z balkánských zemí. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

— bid-Daniż : Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, balkansk sukker. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

— bil-Ġermaniż : Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Balkan-Zucker. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

— bl-Estonjan : Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, Balkani suhkur. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

— bil-Grieg : Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη Βαλκανίων. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

— bl-Ingliż : Application of Regulation (EC) No 891/2009, Balkans sugar. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

— bil-Franċiż : Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre Balkans. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

— bit-Taljan : Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero Balcani. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

— bil-Latvjan : Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, Balkānu cukurs. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

— bil-Litwan : Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, Balkanų cukrus. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

— bl-Ungeriż : A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, balkáni cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

— bil-Malti : Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor mill-Balkani. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

— bl-Olandiż : Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, Balkansuiker. Volgnummer (zie bijlage I)

— bil-Pollakk : Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier z krajów bałkańskich. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

— bil-Portugiż : Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar dos Balcãs. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

— bir-Rumen : Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr din Balcani. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

— bis-Slovakk : Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor z Balkánu. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

— bis-Sloven : Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, balkanski sladkor. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

— bil-Finlandiż : Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, Balkanin maista peräisin oleva sokeri. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

— bl-Isvediż : Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, Balkansocker. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I).

C. Annotazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

— bil-Bulgaru : Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от извънреден внос. Пореден номер 09.4380

— bl-Ispanjol : Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

— biċ-Ċek : Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr výjimečného dovozu. Pořadové číslo 09.4380

— bid-Daniż : Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, ekstraordinær import af sukker. Løbenummer 09.4380

— bil-Ġermaniż : Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker zur industriellen Einfuhr. Laufende Nummer 09.4380

— bl-Estonjan : Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, erakorraline importsuhkur. Seerianumber 09.4380

— bil-Grieg : Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη εξαιρετικής εισαγωγής της ΕΕ. Αύξων αριθμός 09.4380

— bl-Ingliż : Application of Regulation (EC) No 891/2009, exceptional import sugar. Order No 09.4380

— bil-Franċiż : Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre importation exceptionnelle. Numéro d'ordre 09.4380

— bit-Taljan : Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione eccezionale. Numero d'ordine: 09.4380

— bil-Latvjan : Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, īpašais importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4380

— bil-Litwan : Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, išskirtinis cukraus importas. Eilės Nr. 09.4380

— bl-Ungeriż : A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

— bil-Malti : Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali. In-numru tal-ordni 09.4380

— bl-Olandiż : Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor uitzonderlijke invoer. Volgnummer 09.4380

— bil-Pollakk : Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier pozakwotowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4380

— bil-Portugiż : Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado a título excepcional. Número de ordem: 09.4380

— bir-Rumen : Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr import excepțional. Nr. de ordine 09.4380

— bis-Slovakk : Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, mimoriadne dovezený cukor. Poradové číslo 09.4380

— bis-Sloven : Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz posebnega uvoza. Zaporedna št. 09.4380

— bil-Finlandiż : Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, poikkeustuonnin alainen sokeri. Järjestysnumero 09.4380.

— bl-Isvediż : Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker för exceptionell import. Löpnummer 09.4380.

D. Annotazzjonijiet imsemmija fir-raba' inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

— bil-Bulgaru : Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, индустриална вносна захар. Пореден номер 09.4390

— bl-Ispanjol : Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

— biċ-Ċek : Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr průmyslového dovozu. Pořadové číslo 09.4390

— bid-Daniż : Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, import af industrisukker. Løbenummer 09.4390

— bil-Ġermaniż : Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker — industrielle Einfuhr. Laufende Nummer 09.4390

— bl-Estonjan : Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, tööstuslik importsuhkur. Seerianumber 09.4390

— bil-Grieg : Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, βιομηχανική ζάχαρη εισαγωγής. Αύξων αριθμός 09.4390

— bl-Ingliż : Application of Regulation (EC) No 891/2009, industrial import sugar. Order No 09.4390

— bil-Franċiż : Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre industriel importé. Numéro d'ordre 09.4390

— bit-Taljan : Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione industriale. Numero d'ordine: 09.4390

— bil-Latvjan : Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, rūpnieciska importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4390

— bil-Litwan : Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, pramoninio cukraus importas. Eilės Nr. 09.4390

— bl-Ungeriż : A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

— bil-Malti : Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni industrijali. In-numru tal-ordni 09.4390

— bl-Olandiż : Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor industriële invoer. Volgnummer 09.4390

— bil-Pollakk : Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier przemysłowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4390

— bil-Portugiż : Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado para fins industriais. Número de ordem: 09.4390

— bir-Rumen : Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr industrial de import. Nr. de ordine 09.4390

— bis-Slovakk : Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor na priemyselné spracovanie. Poradové číslo 09.4390

— bis-Sloven : Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz industrijskega uvoza. Zaporedna št. 09.4390

— bil-Finlandiż : Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, teollisuuden tarpeisiin tuotava sokeri. Järjestysnumero 09.4390

— bl-Isvediż : Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker som importeras för industriändamål. Löpnummer 09.4390.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet